<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑421/12</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62012CC0421</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:769">EU:C:2013:769</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>16</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET CRUZ VILLALÓN — KAWŻA C‑421/12</P><P>IL-KUMMISSJONI vs IL-BELĠJU</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Villalón</HT></P><P>ippreżentati fis-<DATE ISO="20131126">26 ta’ Novembru 2013</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑421/12</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju tal-Belġju</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tal-konsumaturi</KEYWORD><KEYWORD>Prattiki kummerċjali żleali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2005/29/KE</KEYWORD><KEYWORD>Esklużjoni tal-professjonijiet liberali, dentisti u fiżjoterapisti</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar it-tħabbir ta’ tnaqqis fil-prezzijiet</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita jew tipprojbixxi ċerti forom ta’ attivitajiet kummerċjali itineranti</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni msaħħa</KEYWORD><KEYWORD>Armonizzazzjoni kompleta</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Fl-okkażjoni ta’ rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu minħabba traspożizzjoni allegatament skorretta tad-Direttiva 2005/29<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20050511">11 ta’ Mejju 2005</DATE>, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="149" PAGE.FIRST="22" DATE.PUB="20050611">ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Direttiva dwar il-prattiki kummerċjali żleali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), il-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-opportunità li tiddeċiedi dwar is-sistema tranżitorja stabbilita fl-Artikolu 3(5) ta’ din id-direttiva li bis-saħħa tagħha, għal perijodu determinat, u taħt ċerti kundizzjonijiet, l-Istati Membri jistgħu japplikaw dispożizzjonijiet nazzjonali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>iktar restrittivi jew preskrittivi<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> fil-qasam ta’ protezzjoni tal-konsumaturi minn dawk stabbiliti bid-Direttiva 2005/29.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2005/29</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-premessa 6 tad-Direttiva 2005/29 tipprovdi li hija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>għalhekk tapprossima l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar prattiċi kummerċjali żleali, inkluż ir-reklamar żleali, li jagħmel ħsara b’mod dirett lill-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi u b’hekk jagħmel ħsara b’mod indirett lill-interessi ekonomiċi tal-kompetituri leġittimi. […] Hija la tkopri u lanqas ma tolqot il-liġijiet nazzjonali dwar prattiċi kummerċjali inġusti li jagħmlu ħsara biss lil interessi ekonomiċi ta’ kompetituri jew li huma konnessi ma’ xi transazzjoni bejn kummerċjanti; b’kont sħiħ meħud tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà, l-Istati Membri għandhom jibqgħu jkunu jistgħu jirregolaw prattiċi bħal dawn, b’konformità mal-liġi Komunitarja, jekk jagħżlu li jagħmlu dan. Din id-Direttiva lanqas ma tkopri jew tolqot id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 84/450/KEE dwar reklamar li jqarraq lis-settur tal-kummerċ iżdu mhux lill-konsumaturi, u dwar reklamar komparattiv. […]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="2"?><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-premessa 14 tad-direttiva tistabbilixxi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>[l]-prattiċi kummerċjali li jqarrqu għandhom ikopru dawk il-prattiċi, inkluż ir-reklamar qarrieqi, li billi jqarrqu bil-konsumatur, iżommuh milli jagħmel għażla informata u b’hekk effiċjenti. B’konformità mal-liġijiet u prattiċi ta’ l-Istati Membri dwar ir-reklamar qarrieqi, din id-Direttiva tistabbilixxi prattiċi qarrieqa f’azzjonijiet qarrieqa u ommissjonijiet qarrieqa. Fir-rigward ta’ ommissjonijiet, din id-Direttiva tistabbilixxi numru limitat ta’ elementi ewlenin ta’ tagħrif li l-konsumatur għandu bżonn ikollu sabiex jagħmel deċiżjoni transazzjonali informata […]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Min-naħa tagħha, il-premessa 15 tad-direttiva tispeċifika li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>[f]ejn il-liġi Komunitarja tistabbilixxi rekwiżiti ta’ informazzjoni fir-rigward ta’ komunikazzjoni kummerċjali, reklamar u kummerċjalizzazzjoni, dak it-tagħrif huwa meqjus bħala importanti fis-sens ta’ din id-Direttiva. L-Istati Membri jkunu jistgħu jżommu jew iżidu rekwiżiti dwar tagħrif konnessi ma’ liġi kontrattwali u li għandhom konsegwenzi kontrattwali fejn dan ikun permess mill-klawżoli minimali fl-istrumenti eżistenti tal-liġi Komunitarja. Lista mhux eżawrjenti ta’ dawn ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni fl-<HT TYPE="ITALIC">acquis</HT> tinsab fl-Anness II. Minħabba l-armonizzazzjoni sħiħa introdotta b’din id-Direttiva, it-tagħrif meħtieġ fil-liġi Komunitarja biss huwa kkunsidrat bħala importanti għall-finijiet ta’ l-Artikolu 7(5).. Fejn l-Istati Membri jkunu introduċew iktar rekwiżiti dwar informazzjoni minn dak li huwa speċifikat fil-liġi Komunitarja, fuq il-bażi ta’ klawżoli minimi, l-ommissjoni ta’ dak it-tagħrif supplimentari ma tikkostitwix ommissjoni qarrieqa fis-sens ta’ din id-Direttiva. B’kuntrast, l-Istati Membri jkunu jistgħu, meta jkun permess mill-klawżoli minimi fil-liġi Komunitarja, iżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet iktar stretti b’konformità mal-liġi Komunitarja sabiex jiżguraw livell iktar għoli ta’ ħarsien tad-drittijiet kontrattwali individwali tal-konsumaturi<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-premessa 17 tad-direttiva tindika li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>[h]u kunsiljabbli li dawk il-prattiċi kummerċjali li huma f’kull ċirkustanza żleali għandhom jiġu identifikati sabiex tiġi provduta ċertezza legali akbar. L-Anness I għalhekk fih lista sħiħa ta’ dawn il-prattiċi kollha. Dawn huma biss [Dawn biss huma] il-prattiċi kummerċjali li jistgħu jiġu meqjusa żleali, mingħajr l-eżami ta’ kull każ għalih fid-dawl tad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 5 sa 9. Il-lista tista’ tiġi modifikata biss b’reviżjoni tad-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2005/29, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern u li tikseb livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur billi tapprossima l-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar prattiċi kummerċjali żleali li jagħmlu ħsara lill-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Direttiva jinkludi serje ta’ definizzjonijiet li fosthom għandhom jiġu ċċitati, għaliex jinteressawna hawnhekk:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>kummerċjant<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li, fi prattiċi kummerċjali koperti minn din id-Direttiva, taġixxi għal skopijiet marbuta mal-kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni tagħha u kull min jaġixxi f’isem jew fl-interessi ta’ kummerċjant;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>prattiċi kummerċjali fin-negozju mal-konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> […] tfisser kwalunkwe att, ommissjoni, imġieba jew rappreżentazzjoni, komunikazzjoni kummerċjali inlużi reklamar u kummerċjalizzazzjoni, minn kummerċjant, konnessi direttament mal-promozzjoni jew bejgħ jew fornitura ta’ xi prodott lil konsumaturi.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2005/29, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Ambitu ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva għandha tapplika għal prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur, kif stabbilit fl-Artikolu 5, qabel, matul jew wara tranżazzjoni kummerċjali fir-rigward ta’ xi prodott.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal-liġi kontrattwali u, b’mod partikolari, għar-regoli dwar il-validità, it-tfassil u l-effetti ta’ kuntratt.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="003.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każ ta’ konflitt bejn id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u regoli Komunitarji oħra li jirregolaw aspetti speċifiċi ta’ prattiċi kummerċjali żleali, dawn ta’ l-aħħar għandhom jipprevalixxu u japplikaw għal dawk l-aspetti speċifiċi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Għal perjodu ta’ sitt snin minn 00.6.2007 [mit-<DATE ISO="20070612">12 ta’ Ġunju 2007</DATE>], l-Istati Membri jistgħu jibqgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali fil-qasam approssimat minn din id-Direttiva li huma iktar restrittivi jew preskrittivi u jimplimentaw direttivi li fihom klawżoli ta’ armonizzazzjoni minima. Dawn il-miżuri għandhom ikunu essenzjali sabiex jiżguraw li konsumaturi huma mħarsa adegwatament minn prattiċi kummerċjali żleali u għandhom ikunu proporzjonati għal dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dan l-għan. Ir-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 18 tista’, jekk hekk jiġi kkunsidrat xieraq, tinkludi proposta sabiex tiġi mtawla din id-deroga għal perjodu ieħor limitat.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe dispożizzjonijiet nazzjonali applikati abbażi tal-paragrafu 5.</ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2005/29, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>[l]-Istati Membri la għandhom jirrestrinġu l-libertà tal-provvista ta’ servizzi u lanqas għandhom jirrestrinġu l-moviment liberu ta’ merkanzija għal raġunijiet li jaqgħu fil-qasam approssimat minn din id-Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Projbizzjoni ta’ prattiċi kummerċjali żleali<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2005/29 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-prattiċi kummerċjali żleali għandhom ikunu projbiti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Prattika kummerċjali tkun żleali jekk:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>hija kuntrarja għar-rekwiżiti tad-diliġenza professjonali, u</TXT><P>u</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>toħloq distorsjoni sostanzjali jew tista’ toħloq distorsjoni sostanzjali fl-imġieba ekonomika, fir-rigward tal-prodott, tal-konsumatur medju li tilħaq jew li lilu tkun indirizzata, jew tal-membru medju tal-grupp meta xi prattika kummerċjali tkun diretta lejn grupp partikolari ta’ konsumaturi.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="005.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA><P>B’mod partikolari, ikunu żleali dawk il-prattiċi kummerċjali li</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>jqarrqu kif stabbilit fl-Artikoli 6 u 7,</TXT><P>jew</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>ikunu aggressivi kif stabbilit fl-Artikoli 8 u 9.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="005.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Fl-Anness I tinsab lista ta’ dawk il-prattiċi kummerċjali li għandhom f’kull ċirkostanza jitqiesu bħala żleali. L-istess lista waħdanija għandha tapplika fl-Istati Membri kollha u tista tiġi modifikata biss permezz ta’ revizjoni tad-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Azzjonijiet qarrieqa<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2005/29 jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Prattika kummerċjali għandha titqies bħala qarrieqa jekk ikun fiha tagħrif falz u li għalhekk ma tikkorrispondix għall-verità jew li b’xi mod, anki bil-preżentazzjoni totali tagħha, tqarraq jew x’aktarx tqarraq bil-konsumatur medju, anke jekk it-tagħrif ikun korrett fattwalment, fir-rigward ta’ wieħed jew iktar mill-elementi li ġejjin, u li f’kull każ iġġiegħlu jew x’aktarx iġġiegħlu jieħu deċiżjoni transazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkostanzi oħra:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>il-prezz jew il-mod kif il-prezz huwa kalkolat, jew l-eżistenza ta’ vantaġġ speċifiku fil-prezz;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 85/577/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE, tal-<DATE ISO="19851220">20 ta’ Diċembru 1985</DATE>, biex tħares lill-konsumatur rigward kuntratti nnegozjati barra mill-lok tan-negozju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 1, p. 262).</P></NOTE></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(1) tagħha, id-Direttiva 85/577 hija applikabbli</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>għall-kuntratti li taħthom negozjant iforni merkanzija jew servizzi lil konsumatur u li jsiru:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>waqt xi ħarġa organizzata minn negozjant’ il bogħod mill-bini fejn isir n-negozju,</P><P>jew</P></ITEM><ITEM><P>waqt xi żjara minn xi negozjant:</P><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>fid-dar tal-konsumatur jew f’dik ta’ xi konsumatur ieħor;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>fil-post tax-xogħol tal-konsumatur;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>meta ż-żjara ma ssirx fuq talba espressa tal-konsumatur.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></P></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tad-Direttiva 85/577 jispeċifika li hija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>ma tipprojibix lill-Istati Membri milli jadottaw jew jiżommu dispożizzjonijiet li huma aktar favorevoli biex jipproteġu lill-konsumatur fil-qasam li jkopru<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 98/6/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Id-Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="19980216">16 ta’ Frar 1998</DATE>, dwar il-protezzjoni tal-konsumatur fl-indikazzjoni tal-prezzijiet ta’ prodotti offruti lill-konsumaturi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 32).</P></NOTE></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tagħha, id-Direttiva 98/6 għandha l-għan li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>jistipula [tistipula] indikazzjoni tal-prezz tal-bejgħ u l-prezz għal kull unità ta’ kejl ta’ prodotti offruti mill-negozjanti lill-konsumaturi sabiex titjieb l-informazzjoni lill-konsumatur u tiffaċilita l-paragun tal-prezzijiet<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 10 tagħha, id-Direttiva 98/6 <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>m’għandhiex tipprevjeni lill-Istati Membri milli jadottaw jew imantnu d-dispożizzjonijiet li huma aktar favorevoli b’rigward l-informazzjoni u paragrun [paragun] tal-prezz lill-konsumatur, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tagħhom fit-Trattat<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Belġjan</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Il-Liġi tal-<DATE ISO="20070605">5 ta’ Ġunju 2007</DATE> li temenda l-Liġi tal-<DATE ISO="19910714">14 ta’ Lulju 1991</DATE> dwar il-prattiki kummerċjali u dwar l-informazzjoni u l-protezzjoni tal-konsumaturi, u li tittrasponi d-Direttiva 2005/29<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Moniteur belge, <DATE ISO="20070621">21 ta’ Ġunju 2007</DATE>, Nru 2007011259, p. 34272.</P></NOTE> flimkien mal-Liġi tas-<DATE ISO="20100406">6 ta’ April 2010</DATE>, dwar il-prattiki tas-suq u l-protezzjoni tal-konsumaturi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Moniteur belge, <DATE ISO="20100412">12 ta’ April 2010</DATE>, Nru 2010011166, p. 20803.</P></NOTE>, teskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha l-membri ta’ professjoni liberali, kif ukoll id-dentisti u l-fiżjoterapisti.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>B’sentenza Nru 55/2011 tas-<DATE ISO="20110406">6 ta’ April 2011</DATE>, ikkonfermata b’sentenza Nru 192/2011, tal-<DATE ISO="20111215">15 ta’ Diċembru 2011</DATE>, il-Qorti Kostituzzjonali Belġjana ddikjarat ċerti dispożizzjonijiet tal-Liġi tas-<DATE ISO="20100406">6 ta’ April 2010</DATE> antikostituzzjonali sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet kellhom l-effett li jeskludu mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-liġi l-membri tal-professjonijiet liberali, id-dentisti u l-fiżjoterapisti.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Fl-Artikolu 4 tagħha, il-Liġi tat-<DATE ISO="20020802">2 ta’ Awwissu 2002</DATE>, dwar ir-reklamar qarrieqi u r-reklamar komparattiv, il-klawżoli abbużivi u l-kuntratti li jsiru mill-bogħod fir-rigward tal-professjonijiet liberali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Moniteur belge, <DATE ISO="20021120">20 ta’ Novembru 2002</DATE>, Nru 2002009820, p. 51704.</P></NOTE>, tagħti tifsira tar-reklamar qarrieqi u tipprojbixxih fil-qasam tal-professjonijiet liberali.</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>L-Artikoli 43(2) u 51(3) tal-Liġi tal-<DATE ISO="19910714">14 ta’ Lulju 1991</DATE>, iċċitata iktar ’il fuq, kienu jipprovdu li l-kummerċjanti ma setgħux iħabbru tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ matul sejl jekk dan it-tnaqqis ma jkunx veru meta mqabbel mal-prezzijiet ġeneralment mitluba matul ix-xahar immedjament qabel id-data li fiha jkun applikabbli l-prezz imnaqqas.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Bis-saħħa tal-Artikoli 20 sa 23 u 29 tal-Liġi tas-<DATE ISO="20100406">6 ta’ April 2010</DATE>, iċċitata iktar ’il fuq, prodott jista’ jitqies li huwa s-suġġett ta’ tnaqqis fil-prezzijiet biss jekk il-prezz tiegħu jkun inqas mill-prezz ta’ referenza, li huwa l-iktar prezz baxx li l-impriża tkun applikat għal dak il-prodott, matul dak ix-xahar.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Il-Liġi tal-<DATE ISO="19930625">25 ta’ Ġunju 1993</DATE>, dwar l-eżerċizzju u l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet kummerċjali itineranti u l-organizzazzjoni tal-swieq pubbliċi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Moniteur belge, <DATE ISO="19930930">30 ta’ Settembru 1993</DATE>, Nru 199301806, p. 21526.</P></NOTE>, fil-verżjoni emendata bil-Liġi tal-<DATE ISO="20050704">4 ta’ Lulju 2005</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Moniteur belge, <DATE ISO="20050825">25 ta’ Awwissu 2005</DATE>, Nru 258, p. 36965.</P></NOTE>, tipprovdi li l-eżerċizzju tal-attivitajiet kummerċjali itineranti huwa permess fid-dar tal-konsumatur sakemm il-valur tagħhom ma jeċċedix EUR 250 għal kull konsumatur. L-Artikolu 5 tad-Digriet Irjali tal-<DATE ISO="20060924">24 ta’ Settembru 2006</DATE>, dwar l-eżerċizzju u l-organizzazzjoni tal-attivitajiet kummerċjali itineranti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Moniteur belge, <DATE ISO="20060929">29 ta’ Settembru 2006</DATE>, Nru 2006022950, p. 50488.</P></NOTE>, jipprovdi li ma jistgħux ikunu s-suġġett ta’ attività kummerċjali itineranti, b’mod partikolari, il-prodotti mediċinali, il-pjanti mediċinali u l-preparazzjonijiet ibbażati fuqhom, kif ukoll kull prodott intiż sabiex jimmodifika l-istat tas-saħħa, it-tagħmir mediku u ortopediku, il-lentijiet korrettivi u l-immuntar tagħhom, il-metall prezzjuż u l-ħaġar prezzjuż, il-perli, l-armi u l-munizzjon.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura prekontenzjuża</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Wara diversi kuntatti informali mal-awtoritajiet Belġjani, fit-<DATE ISO="20090202">2 ta’ Frar 2009</DATE>, il-Kummissjoni bagħtet ittra ta’ intimazzjoni lir-Renju tal-Belġju minħabba t-traspożizzjoni skorretta tad-Direttiva 2005/29. B’ittri tat-3 ta’ Ġunju u tal-<DATE ISO="20090624">24 ta’ Ġunju 2009</DATE>, l-awtoritajiet Belġjani ħabbru emendi leġiżlattivi intiżi sabiex isolvu diversi problemi mqajma mill-Kummissjoni. Liġi ġdida dwar il-prattiki tas-suq u l-protezzjoni tal-konsumatur, adottata għal dan l-għan fis-<DATE ISO="20100406">6 ta’ April 2010</DATE>, daħlet fis-seħħ fit-<DATE ISO="20100512">12 ta’ Mejju 2010</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Permezz ta’ opinjoni motivata tal-<DATE ISO="20110315">15 ta’ Marzu 2011</DATE>, il-Kummissjoni indikat lill-awtoritajiet Belġjani li l-Liġi tas-<DATE ISO="20100406">6 ta’ April 2010</DATE> ma kinitx tissodisfa l-erba’ lmenti mressqa mill-Kummissjoni fl-ittra ta’ intimazzjoni tat-<DATE ISO="20090202">2 ta’ Frar 2009</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-ispjegazzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet Belġjani fir-risposta tagħhom tal-<DATE ISO="20110511">11 ta’ Mejju 2011</DATE> ma kinux jissodisfaw tlieta mill-ilmenti msemmija fl-ittra ta’ intimazzjoni tat-<DATE ISO="20090202">2 ta’ Frar 2009</DATE> u għalhekk iddeċidiet li tippreżenta dan ir-rikors.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors tal-Kummissjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Permezz ta’ dan ir-rikors, il-Kummissjoni tallega tliet nuqqasijiet ta’ twettiq ta’ obbligu fil-konfront tar-Renju tal-Belġju.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>L-ewwel nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu mressaq mill-Kummissjoni huwa bbażat fuq l-esklużjoni ta’ ċerti professjonijiet mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2005/29, li tkopri l-prattiki kummerċjali tan-negozjanti kollha, ikun x’ikun l-istat ġuridiku tagħhom jew is-settur ta’ attività tagħhom. L-esklużjoni espressa tal-professjonijiet liberali, tad-dentisti u tal-fiżjoterapisti mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Liġi tal-<DATE ISO="20070605">5 ta’ Ġunju 2007</DATE>, il-liġi li tittrasponi d-Direttiva 2005/29 fid-Dritt Belġjan, tmur kontra l-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva, moqri flimkien mal-Artikolu 2(b) tagħha, u dan in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu ma kienx ġie korrett bil-Liġi tas-<DATE ISO="20100406">6 ta’ April 2010</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tal-Kummissjoni, il-fatt li, fis-<DATE ISO="20110406">6 ta’ April 2011</DATE>, il-Qorti Kostituzzjonali Belġjana kienet iddikjarat antikostituzzjonali d-dispożizzjonijiet tal-Liġi tas-<DATE ISO="20100406">6 ta’ April 2010</DATE> li jeskludu dawn il-professjonijiet mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha ma jirrimedjax n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kkritikat, billi d-dikjarazzjoni ta’ nullità ta’ dawn id-dispożizzjonijiet tiddependi minn eventwali rikors għal annullament li, jekk ikun il-każ li jseħħ, ser ikun wara l-iskadenza tat-terminu mogħti lill-awtoritajiet Belġjani fil-kuntest tal-proċedura prekontenzjuża sabiex jirrimedjaw għan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kkritikat.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>It-tieni nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu jikkonċerna l-leġiżlazzjoni Belġjani dwar it-tħabbir ta’ tnaqqis fil-prezzijiet. Il-Kummissjoni targumenta li l-Artikolu 43(2) tal-Liġi tal-<DATE ISO="19910714">14 ta’ Lulju 1991</DATE> u l-Artikoli 20, 21 u 29 tal-Liġi tas-<DATE ISO="20100406">6 ta’ April 2010</DATE> joffru protezzjoni iktar stretta minn dik stabbilita bid-Direttiva 2005/29, li introduċiet armonizzazzjoni kompleta fil-qasam tal-prattiki żleali.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>It-tielet nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu jikkonċerna l-projbizzjoni ta’ ċertu bejgħ itineranti. Il-Kummissjoni tirrileva li t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tal-Liġi tal-<DATE ISO="19930625">25 ta’ Ġunju 1993</DATE>, introdott bl-Artikolu 7 tal-Liġi tal-<DATE ISO="20050704">4 ta’ Lulju 2005</DATE>, jipprojbixxi, b’ċerti eċċezzjonijiet, il-bejgħ itineranti kollu fid-djar, filwaqt li l-Artikolu 5(1) tad-Digriet Irjali tal-<DATE ISO="20060924">24 ta’ Settembru 2006</DATE> jipprojbixxi li ċerti prodotti jkunu s-suġġett ta’ bejgħ itineranti. Issa d-Direttiva 2005/29 ma tistabbilixxix tali projbizzjonijiet, u għaldaqstant, fid-dawl tan-natura eżawrjenti tal-armonizzazzjoni li timplementa, tipprekludi l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li r-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 3, moqri flimkien mal-Artikolu 2(b) u (d), kif ukoll skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2005/29, u tikkundannah għall-ispejjeż.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Fir-risposta tiegħu, ir-Renju tal-Belġju qajjem l-inammissibbiltà tal-ewwel motiv tar-rikors, għar-raġuni li l-Kummissjoni injorat l-eżistenza tal-Liġi li daħlet fis-seħħ fit-<DATE ISO="20020802">2 ta’ Awwissu 2002</DATE>, dwar ir-reklamar qarrieqi u r-reklamar komparattiv, il-klawżoli abbużivi u l-kuntratti li jsiru mill-bogħod fir-rigward tal-professjonijiet liberali, billi naqset milli tispeċifika liema huma d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/29 li ma humiex applikati fid-dritt Belġjan bis-saħħa tal-liġi ċċitata iktar ’il fuq. Dwar il-mertu, ir-Renju tal-Belġju jammetti li ċerti professjonijiet kienu ġew esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi li ttrasponiet id-Direttiva, imma jfakkar li l-Qorti Kostituzzjonali Belġjana ddeċidiet li din l-esklużjoni kienet antikostituzzjonali, u josserva li fis-<DATE ISO="20120906">6 ta’ Settembru 2012</DATE> tressaq rikors għall-annullament quddiem dik il-qorti li jista’ jwassal għall-annullament retroattiv tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi ddikjarati antikostituzzjonali. Fi kwalunkwe każ, ir-Renju tal-Belġju jargumenta li dawn id-dispożizzjonijiet ma humiex applikabbli minħabba l-antikostituzzjonalità tagħhom u li, għaldaqstant, fid-data tal-iskadenza tat-terminu konċess mill-Kummissjoni, huwa kien irrimedja għan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu.</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Fir-replika tagħha, il-Kummissjoni targumenta li l-Liġi tat-<DATE ISO="20020802">2 ta’ Awwissu 2002</DATE> kienet ġiet invokata għall-ewwel darba mir-Renju tal-Belġju fl-istadju tar-risposta, li huwa minnu li din tikkontjeni projbizzjoni tar-reklamar qarrieqi mill-professjonijiet liberali, imma ma għandhiex l-għan li tittrasponi d-Direttiva 2005/29, imma d-Direttiva 84/450<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Id-Direttiva tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="19840910">10 ta’ Settembru 1984</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar reklamar qarrieqii (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 227).</P></NOTE>. Għalkemm huwa minnu li iż-żewġ direttivi jistgħu jkopru l-istess tipi ta’ prattiki, huwa ċert li huma jfittxu li jilħqu għanijiet differenti, kif jirriżulta mill-premessa 6 tad-Direttiva 2005/29. Għaldaqstant l-Istati Membri huma obbligati li jittrasponu din id-direttiva tal-aħħar sabiex b’din it-traspożizzjoni jkopru r-reklamar qarrieqi fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. Fir-rigward tad-difiża fil-mertu tar-Renju tal-Belġju dwar dan l-ewwel ilment, il-Kummissjoni tirreplika li waqt l-istadju prekontenzjuż l-awtoritajiet Belġjani argumentaw li d-dispożizzjonijiet antikostituzzjonali jistgħu jitħassru b’mod retroattiv biss f’każ li jirnexxi eventwali rikors għal annullament, filwaqt li issa qegħdin jippretendu li s-sentenzi tal-Qorti Kostituzzjonali Belġjana huma suffiċjenti sabiex dawn jitħassru. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tqis li ċ-ċertezza legali tal-konsumaturi teskludi li s-sentenzi tal-Qorti Kostituzzjonali Belġjana waħedhom jistgħu jkunu suffiċjenti sabiex jeskludu mid-dritt nazzjonali d-dispożizzjonijiet leġiżlattivi inkwistjoni, billi l-possibbiltà li jkunu neċessarji deċiżjonijiet oħra sabiex jikkonfermaw it-tħassir definittiv tad-dispożizzjonijiet antikostituzzjonali toħloq inċertezza inaċċettabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Fil-kontroreplika tiegħu, ir-Renju tal-Belġju jargumenta li l-Kummissjoni ma tikkontestax li l-Artikolu 4 tal-Liġi tat-<DATE ISO="20020802">2 ta’ Awwissu 2002</DATE> jirregola r-reklamar qarrieqi fil-qasam tal-professjonijiet liberali u li f’dan is-sens, huwa implementa l-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 2005/29, u għaldaqstant ittraspona din id-direttiva parzjalment. Billi l-Kummissjoni ma ħaditx din il-liġi inkunsiderazzjoni fl-ilment tagħha, il-motiv għandu jiġi ddikjarat inammissibbli. Barra minn hekk, fl-opinjoni tal-awtoritajiet Belġjani, is-sentenzi ta’ antikostituzzjonalità mogħtija mill-Qorti Kostituzzjonali Belġjana joffru ċertezza suffiċjenti billi dawn idaħħlu lill-professjonijiet liberali fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Liġi tal-<DATE ISO="20070605">5 ta’ Ġunju 2007</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni lment, ir-Renju tal-Belġju jesponi li l-Liġi tas-<DATE ISO="20100406">6 ta’ April 2010</DATE> lanqas ma tirrikjedi li, sabiex jitħabbar tnaqqis fil-prezzijiet, il-prezz tal-oġġett ikun ġie applikat b’mod kontinwu matul ix-xahar ta’ qabel it-tħabbir tat-tnaqqis. Barra minn hekk, anki jekk id-Direttiva 2005/29 hija direttiva ta’ armonizzazzjoni totali, hija ma tikkontjeni l-ebda dispożizzjoni li tippermetti li tiġi<?PAGE NO="8"?> stabbilita r-realtà ekonomika tat-tħabbiriet ta’ tnaqqis fil-prezzijiet. Min-naħa tagħha, id-Direttiva 98/6 ma ġietx emendata bid-Direttiva 2005/29, u l-Artikolu 10 tagħha ma jipprojbixxix lill-Istati Membri milli jadottaw jew iżommu dispożizzjonijiet iktar vantaġġjużi fir-rigward tal-informazzjoni lill-konsumaturi u l-paragun tal-prezzijiet. Fl-aħħar nett, ir-Renju tal-Belġju jsostni li l-Qorti tal-Ġustizzja elevat id-dritt tal-konsumatur għall-informazzjoni għal-livell ta’ prinċipju, b’mod li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni għandha tiġi eżaminata fid-dawl tal-Artikolu 28 TFUE sabiex jiġi stabbilit jekk hijiex iġġustifikata minn raġunijiet imperattivi u proporzjonati għall-għan imfittex.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tirreplika f’dan ir-rigward li l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 98/6 ma jirrigwardax l-informazzjoni lill-konsumaturi fil-qasam tat-tnaqqis fil-prezzijiet u li hija ma tapplikax għall-aspetti kollha tal-informazzjoni lill-konsumatur li għandhom rabta mal-prezzijiet tal-prodotti. Bid-Direttiva 2005/29, il-leġiżlatur ried jimpedixxi li l-Istati Membri jipprojbixxu ċerti prattiki kummerċjali għar-raġuni li l-kummerċjant ma jkunx irrispetta ċerti obbligi ta’ informazzjoni imposti mid-dritt nazzjonali. Issa l-miżura Belġjana inkwistjoni għandha l-effett li tipprojbixxi t-tħabbir ta’ tnaqqis fil-prezzijiet jekk il-kundizzjonijiet stretti imposti minn din il-leġiżlazzjoni ma jkunux ġew issodisfatti, anki jekk dawn il-prattiki, eżaminati każ b’każ, jistgħu ma jkunux ikkunsidrati bħala qarrieqa jew żleali fis-sens tad-Direttiva 2005/29. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tikkontesta l-argument ibbażat fuq l-Artikolu 28 TFUE invokat mill-awtoritajiet Belġjani.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Fil-kontroreplika tiegħu, ir-Renju tal-Belġju jsostni li l-aċċettazzjoni tal-interpretazzjoni tal-Kummissjoni tkun timplika, fil-qasam tat-tnaqqis fil-prezzijiet, l-applikazzjoni ta’ test każ b’każ, li inevitabbilment toħloq multiplikazzjoni tal-kriterji li jistgħu jiġu applikati mill-qrati nazzjonali meta dawn ikollhom jeżaminaw jekk prattika ta’ tnaqqis fil-prezzijiet hijiex prattika kummerċjali, ħaġa li preċiżament tmur kontra l-għan li d-Direttiva 98/6 tfittex li tilħaq fil-qasam tal-paragun tal-prezzijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tielet ilment, ir-Renju tal-Belġju jargumenta li l-Artikolu 5(1) tad-Digriet Irjali tal-<DATE ISO="20060924">24 ta’ Settembru 2006</DATE> u l-Artikolu 7 tal-Liġi tal-<DATE ISO="20050704">4 ta’ Lulju 2005</DATE> jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 85/577 u jikkostitwixxu miżuri nazzjonali iktar stretti awtorizzati fil-kuntest ta’ din id-direttiva. Għaldaqstant, l-allegazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar in-nuqqas ta’ osservanza tan-natura eżawrjenti tal-armonizzazzjoni stabbilita mid-Direttiva 2005/29 huma infondati. Barra minn hekk, din id-direttiva hija b’żieda mad-dispożizzjonijiet l-oħra tad-dritt tal-Unjoni diġà fis-seħħ fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumaturi mingħajr ma temenda jew tillimita l-portata tad-Direttiva 85/577, li l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha huwa komplementari għal dak tad-Direttiva 2005/29. Fl-aħħar nett, il-miżuri nazzjonali jikkorrispondu għall-miżuri ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2011/83 li r-Renju tal-Belġju kien obbligat jadotta qabel it-<DATE ISO="20131213">13 ta’ Diċembru 2013</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Fil-qosor, ir-Renju tal-Belġju jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tiddikjara r-rikors inammissibbli fir-rigward tal-ewwel ilment, infondat fir-rigward tal-kumplament, u tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>V –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Evalwazzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel motiv tar-rikors</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Fuq l-ammissibbiltà tal-motiv</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Kif kelli okkażjoni nindika, il-Kummissjoni tqis li l-esklużjoni espressa tal-professjonijiet liberali, dentisti u fiżjoterapisti mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Liġi tas-<DATE ISO="20100406">6 ta’ April 2010</DATE> li tittrasponi d-Direttiva 2005/29 fid-dritt Belġjan tmur kontra l-Artikolu 3 moqri flimkien mal-Artikolu 2(b) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Belġju jinvoka l-inammissibbiltà ta’ dan l-ewwel motiv billi l-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-Liġi tat-<DATE ISO="20020802">2 ta’ Awwissu 2002</DATE>, dwar ir-reklamar qarrieqi u r-reklamar komparattiv, il-klawżoli abbużivi u l-kuntratti li jsiru mill-bogħod fir-rigward tal-professjonijiet liberali, u billi hija lanqas ma speċifikat liema kienu d-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi li jikkostitwixxu ksur tad-Direttiva 2005/29.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>B’risposta għall-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, il-Kummissjoni tirreleva li r-Renju tal-Belġju jinvoka għall-ewwel darba l-Liġi tat-<DATE ISO="20020802">2 ta’ Awwissu 2002</DATE> fir-risposta tiegħu. Madankollu filwaqt li tirrikonoxxi li din il-liġi tipprojbixxi r-reklamar qarrieqi mill-professjonijiet liberali, il-Kummissjoni targumenta li din għandha l-għan li tittrasponi d-Direttiva 84/450, u mhux id-Direttiva 2005/29 u li għalhekk, billi ż-żewġ direttivi jfittxu li jilħqu għanijiet differenti, dan ir-rikors jirrigwarda t-traspożizzjoni skorretta tat-tieni direttiva. Għal dan l-argument, ir-Renju tal-Belġju jirreplika li l-Artikolu 4 tal-Liġi tat-<DATE ISO="20020802">2 ta’ Awwissu 2002</DATE> jirregola r-reklamar qarrieqi mill-professjonijiet liberali u li huwa għalhekk jimplementa l-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 2005/29, u għaldaqstant jittrasponi parzjalment din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, l-ewwel ilment ifformulat mll-Kummissjoni ma għandux jiġi ddikjarat inammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Skont il-paragrafu 1 tal-ittra ta’ intimazzjoni li hija bagħtet lir-Renju tal-Belġju fit-<DATE ISO="20090202">2 ta’ Frar 2009</DATE>, il-Kummissjoni enfasizzat li l-professjonijiet liberali ġew esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Liġi tal-<DATE ISO="20070605">5 ta’ Ġunju 2007</DATE> li tittrasponi d-Direttiva 2005/29, billi kitbet li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>din l-esklużjoni hija kkonfermata bl-eżistenza ta’ liġi speċifika għall-professjonijiet liberali, il-Liġi tat-<DATE ISO="20020802">2 ta’ Awwissu 2002</DATE> […], li ma ġietx emendata bil-għan li ssir it-traspożizzjoni tad-Direttiva [2005/29]<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>. Il-Kummissjoni żiedet, mingħajr ma r-Renju tal-Belġju kkontesta dan il-punt, li l-awtoritajiet Belġjani, f’korrispondenza ċċitata iktar ’il fuq, kienu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>rrikonoxxew din is-sitwazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, u b’hekk urew l-intenzjoni tagħhom li jirrimedjawha. Fil-fatt, il-Liġi tas-<DATE ISO="20100406">6 ta’ April 2010</DATE> kienet ġiet promulgata preċiżament bil-għan li tissodisfa t-talba tal-Kummissjoni, minkejja li din il-liġi żammet l-esklużjoni tal-professjonijiet liberali.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, nikkunsidra li l-Kummissjoni ma kinitx obbligata li tagħmel referenza għall-possibbiltà li bil-Liġi tat-<DATE ISO="20020802">2 ta’ Awwissu 2002</DATE> ir-Renju tal-Belġju kien wettaq l-obbligi tiegħu skont id-Direttiva 2005/29 fir-rigward tan-nonesklużjoni tal-professjonijiet liberali, billi l-awtoritajiet Belġjani kienu aċċettaw mill-ewwel l-interpretazzjoni tal-Kummissjoni li l-Liġi tat-<DATE ISO="20020802">2 ta’ Awwissu 2002</DATE> tikkonferma r-realtà tal-esklużjoni tal-professjonijiet liberali bil-Liġi tal-<DATE ISO="20070605">5 ta’ Ġunju 2007</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Rigward il-mertu</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Belġju jammetti li ċerti professjonijiet ġew esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Liġi li tittrasponi d-Direttiva 2005/29. Madankollu, huwa jargumenta li dan in-nuqqas ta’ traspożizzjoni tad-direttiva ġie kkorreġut bil-fatt li d-dispożizzjonijiet tal-Liġi tas-<DATE ISO="20100406">6 ta’ April 2010</DATE> li tipprovdi din l-esklużjoni ġew iddikjarati li jmorru kontra l-Kostituzzjoni Belġjana.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Għandu jiġi speċifikat li t-terminu mogħti mill-Kummissjoni lill-awtoritajiet Belġjani fl-opinjoni motivata tal-<DATE ISO="20110315">15 ta’ Marzu 2011</DATE> għall-adozzjoni tal-miżuri neċessarji sabiex jiġu ssodisfatti l-obbligi li jirriżultaw mid-Direttiva 2005/29 skada fil-<DATE ISO="20110515">15 ta’ Mejju 2011</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Billi l-Artikolu 2(1) u (2) u l-Artikolu 3(2) tal-Liġi tas-<DATE ISO="20100406">6 ta’ April 2010</DATE> ġew iddikjarati li jmorru kontra l-Kostituzzjoni Belġjana b’sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali tas-<DATE ISO="20110406">6 ta’ April 2011</DATE>, wieħed jista’ jaqbel mal-awtoritajiet Belġjani li fl-iskadenza tat-terminu mogħti mill-Kummissjoni fl-opinjoni motivata tagħha (jiġifieri, fil-<DATE ISO="20110515">15 ta’ Mejju 2011</DATE>), in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu lmentat kien diġà ġie rrimedjat.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Madankollu, jibqa’ l-fatt li fid-dritt Belġjan, l-effetti ta’ dikjarazzjoni ta’ antikostituzzjonalità ma jistgħux iwasslu għall-esklużjoni ta’ applikazzjoni sussegwenti tad-dispożizzjonijiet iddikjarati antikostituzzjonali mill-Qorti Kostituzzjonali. Fil-fatt, kif ammettaw l-awtoritajiet Belġjani nfushom, is-sentenza li tiddikjara li d-dispożizzjonijiet imorru kontra l-Kostituzzjoni għandha, fil-prinċipju, tiġi segwita minn deċiżjoni li tilqa’ rikors għall-annullament sabiex id-dispożizzjonijiet inkwistjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>jitħassru<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> mill-ordinament ġuridiku nazzjonali b’effett retroattiv.</TXT></NP><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Kif kiteb ir-Renju tal-Belġju fil-punt 17 tar-risposta tieghu, ladarba tiġi ddikjarata li tmur kontra l-Kostituzzjoni, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>ir-regola antikostituzzjonali tibqa’ teżisti fl-ordinament ġuridiku imma ma tistax tiġi applikata mill-qrati u t-tribunali Belġjani<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>. Madankollu din l-affermazzjoni ma tikkorrispondix dejjem mar-realtà billi, kif jirrikonoxxu l-awtoritajiet Belġjani nfushom, huwa stabbilit li d-dispożizzjonijiet iddikjarati antikostituzzjonali bis-sentenza tas-<DATE ISO="20110406">6 ta’ April 2011</DATE> kienu sussegwentement is-suġġett ta’ deċiżjoni oħra ta’ antikostituzzjonalità b’sentenza tal-<DATE ISO="20111215">15 ta’ Diċembru 2011</DATE>. Barra minn hekk, u kif indika r-Renju tal-Belġju, il-Qorti Kostituzzjonali Belġjana attwalment għandha quddiema rikors għall-annullament tad-dispożizzjonijiet iddikjarati antikostituzzjonali fl-2011, u dan jikkonferma li fid-dritt Belġjan ma huwiex possibbli li jiġi eskluż b’ċertezza li d-dispożizzjonijiet iddikjarati antikostituzzjonali jibqgħu jiġu applikati sakemm ma jintlaqax rikors għall-annullament tal-imsemmija dispożizzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Il-prattika segwita mill-qrati Belġjani tista’ twassal, kif kiteb ir-Renju tal-Belġju, għal sitwazzjoni li fiha, fil-fatt, dikjarazzjoni formali ta’ antikostituzzjonalità tista’, waħedha, teskludi kull applikazzjoni ġdida tad-dispożizzjonijiet ikkundannati. Madankollu, iċ-ċirkustanzi tal-każ juru li dan ma huwiex neċessarjament dejjem il-każ. Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, jista’ jiġi ddikjarat b’ċertezza li s-sitwazzjoni ġuridika tad-dispożizzjonijiet iddikjarati antikostituzzjonali tippreżenta inċertezza inkompatibbli mar-rekwiżit ta’ ċertezza legali, u li din l-inċertezza ma hijiex skużabbli fil-kuntest tal-verifika jekk id-dritt nazzjonali ġiex adattat tajjeb għar-rekwiżiti tat-traspożizzjoni fit-termini ta’ direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Għaldaqstant naqbel mal-Kummissjoni f’dan is-sens rigward ir-rilevanza tal-analiżi li saret mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tal-<DATE ISO="20010510">10 ta’ Mejju 2001</DATE>, Il‑Kummissjoni vs Il-Pajjiżi l-Baxxi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Sentenza fil-Kawża C‑144/99 (Ġabra p. I‑3541), punt 21.</P></NOTE>, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>ġurisprudenza nazzjonali, anki jekk tkun stabbilita, li tinterpreta d-dispożizzjonijiet tad-dritt intern b’mod li jitqies li huwa konformi mar-rekwiżiti ta’ direttiva, ma tistax tilħaq iċ-ċarezza u l-preċiżjoni rikjesti sabiex jissodisfaw ir-rekwiżit ta’ ċertezza legali<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, u li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>dan huwa b’mod partikolari l-każ fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumaturi.<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>. Nikkunsidra li r-referenza għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>ġurisprudenza nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> tista’ tikkorrispondi bl-iktar mod naturali għal sistema ġuridika nazzjonali li tirregola l-effetti ta’ dikjarazzjoni ta’ antikostituzzjonalità meta, kif irrikonoxxew l-awtoritajiet Belġjani, din is-sistema tħalli l-possibbiltà, anki jekk żgħira fil-prattika, li tiġi applikata dispożizzjoni ddikjarata antikostituzzjonali. Tali inċertezza tista’ tiġi eliminata b’mod aċċettabbli biss bit-tħassir totali u radikali tad-dispożizzjoni inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, u dan ma huwiex iggarantit suffiċjentement mis-sistema ġuridika applikabbli għad-dispożizzjonijiet antikostituzzjonali fid-dritt intern.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għar-raġunijiet preċedenti, nikkunsidra li l-ewwel ilment ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu mressaq mill-Kummissjoni għandu jiġi ddikjarat ammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni motiv tar-rikors</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkritika l-leġiżlazzjoni Belġjana għaliex tagħti lill-konsumatur protezzjoni iktar stretta fil-qasam ta’ tħabbiriet ta’ tnaqqis fil-prezzijiet minn dik stabbilita bid-Direttiva 2005/29, billi tikkunsidra li, peress li d-Direttiva wettqet armonizzazzjoni kompleta tal-prattiki kummerċjali żleali, l-adozzjoni ta’ miżuri nazzjonali iktar restrittivi, jew ta’ miżuri intiżi sabiex jiżguraw lill-konsumaturi protezzjoni ikbar, ma hijiex iġġustifikata.</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Belġju ma jikkontestax li l-leġiżlazzjoni toffri lill-konsumaturi protezzjoni iktar wiesgħa minn dik stabbilita bid-Direttiva 2005/29, imma jqis li għandu dritt jagħmel dan bis-saħħa tad-Direttiva 98/6, li baqgħet applikabbli wara l-iskadenza tat-terminu mogħti mill-Kummissjoni fl-opinjoni motivata tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li t-tħabbiriet ta’ tnaqqis fil-prezzijiet jikkostitwixxu prattiki kummerċjali fis-sens tal-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 2005/29<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara d-digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20111215">15 ta’ Diċembru 2011</DATE>, Inno (C‑126/11), punt 30, u r-riferiment għas-sentenzi tal-<DATE ISO="20100114">14 ta’ Jannar 2010</DATE>, Plus Warenhandelsgesellschaft, (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-304/08" PAGE.ECR="I-217" YEAR="2010">C-304/08, Ġabra p. I-217</REF.DOC.ECR>), u tad-<DATE ISO="20101109">9 ta’ Novembru 2010</DATE>, Mediaprint Zeitungs‑und Zeitschriftenverlag (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-540/08" PAGE.ECR="I-10909" YEAR="2010">C-540/08, Ġabra p. I-10909</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, li, billi juża <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>formulazzjoni partikolarment wiesgħa<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Sentenza Plus Warenhandelsgesellschaft, iċċitata iktar ’il fuq, punt 36.</P></NOTE>, jiddefinihom bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>kwalunkwe att, ommissjoni, imġieba jew rappreżentazzjoni, komunikazzjoni kummerċjali inlużi reklamar u kummerċjalizzazzjoni, minn kummerċjant, konnessi direttament mal-promozzjoni jew bejgħ jew fornitura ta’ xi prodott lil konsumaturi<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Għaldaqstant ma hemmx dubju li l-Artikolu 43(2) tal-Liġi tal-<DATE ISO="19910714">14 ta’ Lulju 1991</DATE> u l-Artikoli 20, 21 u 29 tal-Liġi tas-<DATE ISO="20100406">6 ta’ April 2010</DATE> jirreferu għal attività inkluża fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2005/29.</TXT></NP><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>L-awtoritajiet Belġjani jaqblu mal-Kummissjoni meta jirrikonoxxu, mingħajr kontestazzjoni, li d-Direttiva 2005/29, sabiex nuża l-kliem tal-Qorti tal-Ġustizzja, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>twassal għal armonizzazzjoni kompleta fuq livell Komunitarju tar-regoli dwar il-prattiki kummerċjali żleali tal-impriżi fil-konfront tal-konsumaturi<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Sentenza Plus Warenhandelsgesellschaft, iċċitata iktar ’il fuq, punt 41.</P></NOTE>. Madankollu, huma jirrilevaw li, minkejja dan, id-direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>ma tinkludix regoli adattati u armonizzati li jippermettu li tiġi stabbilita r-realtà ekonomika tat-tħabbiriet ta’ tnaqqis fil-prezzijiet<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Punt 36 tar-risposta.</P></NOTE>, nuqqas li għalih il-leġiżlatur Belġjan kellu jirrimedja billi jibbaża ruħu fuq id-Direttiva 98/6, dwar il-protezzjoni tal-konsumatur fl-indikazzjoni tal-prezzijiet ta’ prodotti offruti lill-konsumaturi.</TXT></NP><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Madankollu, fl-opinjoni tiegħi, l-analiżi tal-awtoritajiet Belġjani tistrieħ fuq premessa żbaljata. Minkejja t-titolu tagħha, id-Direttiva 98/6 ma għandhiex eżattament l-għan tal-protezzjoni tal-konsumaturi fil-qasam tal-indikazzjoni tal-prezzijiet inġenerali imma pjuttost, b’mod ġenerali, il-protezzjoni tagħhom fil-konfront tad-diffikultajiet li jirriżultaw mill-indikazzjoni tal-prezzijiet tal-prodotti b’riferiment għal tipi differenti ta’ miżuri.</TXT></NP><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif tispeċifika l-premessa 5 tad-Direttiva 98/6, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>[i]n-ness bejn l-indikazzjoni tal-prezz ta’ prodott wieħed u l-ippakkeġġjar minn qabel fi kwantitajiet stabbiliti minn qabel jew kapaċitajiet li jikkorrispondu mal-valuri tal-varjetajiet adottati fil-livell tal-Komunità pruvat li hija komplikata wisq sabiex tiġi applikata<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, u għalhekk huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>meħtieġ [...] li din l-għaqda tiġi abbandunata favur mekkaniżmu ġdid simplifikat u fl-interess tal-konsumatur, mingħajr preġudizzju lir-regoli li jirregolaw standardizzazzjoni ta’ l-ippakkeġġjar<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>. Dan il-mekkaniżmu ġdid, skont il-premessa 6 tad-direttiva, huwa bbażat fuq <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>l-obbligu li jkun indikat il-prezz tal-bejgħ u l-prezz ta’ prodott wieħed [, li] jikkontribwixxi sostanzjalment sabiex titjieb l-informazzjoni tal-konsumatur, peress li dan huwa l-eħfef mod li jgħin lill-konsumaturi sabiex jevalwaw u jikkomparaw il-prezz ta’ prodotti fl-aħjar manjiera u b’hekk jagħmlu għażliet informati abbażi ta’ paraguni sempliċi<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>Għaldaqstant bid-Direttiva 98/6, il-leġiżlatur ħaseb sabiex <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>jiżgura[...] informazzjoni ta’ l-istess xorta u trasparenti<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Premessa 12 tad-Direttiva 98/6.</P></NOTE> fir-rigward tal-kwantifikazzjoni tal-prodotti bl-għajnuna ta’ sistema uniformi ta’ miżuri li jippermettu li jiġi ddeterminat il-prezz tagħhom.</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>Minn din il-perspettiva, l-Artikolu 1 tad-Direttiva 98/6 jipprovdi li l-għan tagħha huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>li jistipula indikazzjoni tal-prezz tal-bejgħ u l-prezz għal kull unità ta’ kejl ta’ prodotti offruti mi[n]-negozjanti lill-konsumaturi sabiex titjieb l-informazzjoni lill-konsumatur u tiffaċilita l-paragun tal-prezzijiet<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>L-Artikolu 2 tad-Direttiva jiddefinixxi il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>prezz tal-bejgħ<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>il-prezz finali għal unità tal-prodott,jew kwantità mogħtija tal-prodott […]<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> u l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>prezz ta’ unità<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>il-prezz finali, […] għal kilogramma, litru, metru, metru kwadru jew metru kubu tal-prodott jew unità ta’ kwantità waħda differenti li jintuża ħafna u li s-soltu jintuża fl-Istat Membru konċernat fil-kummerċ ta’ prodotti speċifiċi<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>. Fl-aħħar nett, skont din id-dispożizzjoni, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>prodotti mibjugħin bl-ingrossa<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> huma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>prodotti li m’humiex ippakkjati minn qabel u li jitkejjlu fil-preżenza tal-konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>.</P></NOTE>. Id-dispożizzjonijiet sostantivi kollha tad-Direttiva jirrigwardaw kwistjonijiet dwar dawn iż-żewġ metodi ta’ fissazzjoni tal-prezz<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Indikazzjoni taż-żewġ prezzijiet fil-prodotti kollha offruti mill-kummerċjanti lill-konsumaturi (Artikolu 3); rekwiżit li ż-żewġ prezzijiet ikunu mhux ambigwi, faċilment identifikabbli u jistgħu jinqraw b’mod ċar u li l-prezz tal-unità ta’ kejl jirreferi għal kwantità ddikjarata b’konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali u Komunitarji (Artikolu 4); possibbiltà ta’ eżenzjonijiet (Artikolu 5).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, id-Direttiva 98/6 ma tinkludi l-ebda dispożizzjoni li tixbah ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>regoli adattati u armonizzati li jistgħu jistabilixxu r-realtà ekonomika tat-tħabbiriet ta’ tnaqqis fil-prezzijiet<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>, sabiex nuża l-kliem tal-awtoritajiet Belġjani diġà ċċitati. Konsegwentement, xejn ma jippermetti li l-Artikolu 10 ta’ din id-direttiva jitqies bħala l-bażi li tawtorizza lill-Istati Membri jadottaw liġijiet li jiggarantixxu r-realtà ekonomika tat-tnaqqis fil-prezzijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>63.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 98/6, din <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>m’għandhiex tipprevjeni lill-Istati Membri milli jadottaw jew imantnu d-dispożizzjonijiet li huma aktar favorevoli b’rigward l-informazzjoni u paragrun [paragun] tal-prezz lill-konsumatur, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tagħhom fit-Trattat<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>. Issa dawn id-dispożizzjonijiet iktar favorevoli jistgħu loġikament jirreferu biss għall-qasam li huwa s-suġġett tad-Direttiva 98/6, jiġifieri, l-informazzjoni tal-konsumaturi fir-rigward tal-kriterji użati bħala punt ta’ riferiment għall-fissazzjoni tal-prezzijiet tal-prodotti, sabiex jiġi ffaċilitat il-paragun tal-prezzijiet, mhux b’riferiment għal prezzijiet preċedenti, imma b’riferiment għal sistemi differenti ta’ kejl.</TXT></NP><NP><NO.P>64.</NO.P><TXT>Fil-qosor, l-informazzjoni li għandha tingħata lill-konsumaturi fir-rigward tat-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>tnaqqis fil-prezzijiet<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> la tistax tiġi kkunsidrata li hija inkluża fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 98/6 u lanqas, konsegwentement, li hija koperta mill-possibbiltà mogħtija lill-Istati Membri bl-Artikolu 10 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>65.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, huwa ċert li l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2005/29 jistabbilixxi sensiela ta’ ipoteżijiet li fihom id-dispożizzjonijiet tagħha jistgħu jċedu quddiem regoli oħra, Komunitarji jew nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>66.</NO.P><TXT>B’mod partikolari, skont l-Artikolu 3(2) tagħha, id-Direttiva 2005/29 <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>hija mingħajr preġudizzju għal-liġi kontrattwali u, b’mod partikolari, għar-regoli dwar il-validità, it-tfassil u l-effetti ta’ kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>. Fl-opinjoni tiegħi, huwa ċar li d-dritt nazzjonali inkwistjoni hawnhekk ma jaffettwax is-sistema ġuridika tal-kuntratti, imma jifforma parti mill-elementi li jistgħu jiddeterminaw il-kundizzjonijiet li taħthom huwa possibbli li tiġi proposta lill-pubbliku l-konklużjoni ta’ kuntratt, jiġifieri, ta’ att ġuridiku rregolat mid-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-kuntratti.</TXT></NP><NP><NO.P>67.</NO.P><TXT>Min-naħa tiegħu, il-paragrafu 4 tal-istess Artikolu 3 tad-direttiva 2005/29 jipprovdi li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>[f]il-każ ta’ konflitt bejn id-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva u regoli Komunitarji oħra li jirregolaw aspetti speċifiċi ta’ prattiċi kummerċjali żleali, dawn ta’ l-aħħar għandhom jipprevalixxu u japplikaw għal dawk l-aspetti speċifiċi<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>. Lanqas din ir-riżerva ma tbiddel il-konklużjoni esposta preċedentement għaliex, għar-raġunijiet indikati, fid-dawl tas-suġġett tagħha, id-Direttiva 98/6 invokata mill-awtoritajiet Belġjani ma tistax tiġi kkunsidrata li hija dispożizzjoni li tirregola <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>aspetti speċifiċi ta’ prattiċi kummerċjali żleali<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="13"?><NP><NO.P>68.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-paragrafu 5 tal-istess Artikolu 3 jistipula li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>[g]ħal perjodu ta’ sitt snin minn 00.6.2007 [mit-<DATE ISO="20070612">12 ta’ Ġunju 2007</DATE>], l-Istati Membri jistgħu jibqgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali fil-qasam approssimat minn din id-direttiva li huma iktar restrittivi jew preskrittivi minn din id-direttiva u li jimplimentaw direttivi li jikkontjenu klawżoli ta’ armonizzazzjoni minima<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> u dan, taħt żewġ kundizzjonijiet: fl-ewwel lok, il-miżuri għandhom ikunu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>essenzjali sabiex jiżguraw li l-konsumaturi huma mħarsa kif suppost minn prattiċi kummerċjali żleali u […] proporzjonati għal dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dan l-għan<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>. Fit-tieni lok, kif jipprovdi l-paragrafu 6 tal-istess Artikolu 3, li l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe dispożizzjonijiet nazzjonali applikati abbażi tal-paragrafu 5<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>69.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2005/29 ma jispeċifikax liema huma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0053" ID="QS0053"/>[d-]direttivi li jikkontjenu klawżoli ta’ armonizzazzjoni minima<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> li jistgħu jibqgħu japplikaw skont id-dispożizzjonijiet ta’ dritt nazzjonali iktar restrittivi għal perijodu ta’ sitt snin. Jista’ jkun utli għall-finijiet ta’ interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni l-punt 45 tal-espożizzjoni tal-motivi tal-proposta għal direttiva ppreżentata mill-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>COM(2003) 356 finali. 2003/0134 (COD).</P></NOTE>, li jgħid li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0054" ID="QS0054"/>[f]ejn direttiva settorjali tirregola biss ċerti aspetti tal-prattiki kummerċjali, pereżempju l-kontenut tal-informazzjoni li għandha tingħata, id-direttiva -qafas għandha tiġi applikata b’rabta ma’ elementi oħra, pereżempju, jekk l-informazzjoni rikjesta mil-leġiżlazzjoni settorjali hijiex ippreżentata b’mod qarrieqi. Għaldaqstant, id-direttiva tikkompleta kemm il-leġiżlazzjoni eżistenti kif ukoll dik futura, bħalma hija l-proposta għal regolament dwar il-promozzjoni tal-bejgħ, id-direttiva fil-qasam ta’ kreditu għall-konsum u d-direttiva dwar il-kummerċ elettroniku<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP><NP><NO.P>70.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 98/6 tinkludi rekwiżiti dwar il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0055" ID="QS0055"/>kontenut tal-informazzjoni li għandha tingħata<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> dwar il-prezzijiet u, kif kelli l-okkażjoni li nenfasizza, mhux dwar it-tnaqqis fil-prezzijiet, li huwa s-suġġett tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni f’din il-proċedura. Għaldaqstant din il-leġiżlazzjoni ma taqax fil-każ imsemmi fl-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2005/29 u għalhekk ma tistax tibqa’ tiġi applikata wara l-iskadenza tat-terminu ffissat għat-traspożizzjoni tagħha fid-dritt intern.</TXT></NP><NP><NO.P>71.</NO.P><TXT>Għaldaqstant għandu jiġi konkluż li leġiżlazzjoni tat-tip bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali taqa’ taħt il-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2005/29, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0056" ID="QS0056"/>li espressament jipprojbixxi lill-Istati Membri li jżommu jew li jadottaw miżuri nazzjonali iktar restrittivi, anki jekk tali miżuri huma intiżi sabiex jiżguraw livell ta’ protezzjoni iktar għoli tal-konsumaturi<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Sentenza Plus Warenhandelsgesellschaft, iċċitata iktar ’il fuq, punt 50.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>72.</NO.P><TXT>Konsegwentement, u kif issostni l-Kummissjoni, billi l-Anness I tad-Direttiva 2005/29 ma jkoprix il-każ ta’ tħabbiriet ta’ tnaqqis fil-prezzijiet li ma josservawx il-kundizzjonijiet tat-tip ta’ dawk stabbiliti mil-leġiżlazzjoni Belġjana, dawn il-prattiki kummerċjali jistgħu jitqiesu bħala żleali biss jekk huma jikkorrispondu, każ b’każ, għall-ipoteżijiet previsti fl-Artikoli 5 sa 9 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>73.</NO.P><TXT>Il-kundizzjonijiet rikjesti mil-leġiżlazzjoni Belġjana sabiex ikun jista’ jitħabbar tnaqqis fil-prezzijiet jistgħu jwasslu sabiex id-dritt nazzjonali jipprojbixxi tħabbiriet li ma jkunux jammontaw għal prattika kummerċjali żleali jew qarrieqa fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2005/29, li jistabbilixxi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0057" ID="QS0057"/>[p]rattika kummerċjali għandha titqies bħala qarrieqa jekk tikkontjeni tagħrif falz u [...] għalhekk ma tikkorrispondix għall-verità, jew [...] b’xi mod, anki bil-preżentazzjoni totali tagħha, tqarraq jew x’aktarx tqarraq bil-konsumatur medju, anke jekk it-tagħrif ikun korrett fattwalment, fir-rigward ta’ wieħed jew iktar mill-elementi li ġejjin, u li f’kull każ iġġiegħlu jew x’aktarx iġġiegħlu jieħu deċiżjoni transazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkostanzi oħra: […] d) il-prezz jew il-mod kif il-prezz huwa kalkolat, jew l-eżistenza ta’ vantaġġ speċifiku fil-prezz<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="14"?><NP><NO.P>74.</NO.P><TXT>Fl-aħħar mill-aħħar, it-tħabbiriet ta’ tnaqqis fil-prezzijiet, kemm jekk josservaw il-leġiżlazzjoni Belġjana kemm jekk le, jistgħu jitqiesu li jmorru kontra d-dritt tal-Unjoni biss jekk, każ b’każ, huma jikkorrispondu għall-każijiet ta’ prattiki żleali definiti skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 5 sa 9 tad-Direttiva 2005/29.</TXT></NP><NP><NO.P>75.</NO.P><TXT>B’risposta għall-argumenti tal-awtoritajiet Belġjani li, fl-aħħar mill-aħħar, in-natura iktar stretta tal-leġiżlazzjoni nazzjonali ssib il-ġustifikazzjoni tagħha fid-dritt għall-informazzjoni, għandi, bħall-Kummissjoni, infakkar li, kif tenfasizza l-premessa 15 tad-Direttiva 2005/29, huma biss ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0058" ID="QS0058"/>rekwiżiti ta’ informazzjoni fir-rigward ta’ komunikazzjoni kummerċjali, reklamar u kummerċjalizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni li<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0059" ID="QS0059"/>hu [m]a meqjus[a] bħala importanti fis-sens ta’ din id-Direttiva. L-Istati Membri jkunu jistgħu jżommu u jżidu rekwiżiti dwar tagħrif konnessi ma’ liġi kontrattwali u li għandhom konsegwenzi kontrattwali fejn dan ikun permess mill-klawżoli minimali fl-istrumenti eżistenti tal-liġi Komunitarja. […] Minħabba l-armonizzazzjoni sħiħa introdotta b’din id-Direttiva, it-tagħrif meħtieġ fil-liġi Komunitarja biss huwa kkunsidrat bħala importanti għall-finijiet ta’ l-Artikolu 5(7) tagħha. Fejn l-Istati Membri jkunu introduċew iktar rekwiżiti dwar informazzjoni minn dak li huwa speċifikat fil-liġi Komunitarja, fuq il-bażi ta’ klawżoli minimi, l-ommissjoni ta’ dak it-tagħrif supplimentari ma tikkostitwix ommissjoni qarrieqa fis-sens ta’ din id-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/> Madankollu, dejjem skont il-premessa 15 tad-Direttiva 2005/29, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0060" ID="QS0060"/>l-Istati Membri jkunu jistgħu, meta jkun permess mill-klawżoli minimi fil-liġi Komunitarja, iżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet iktar stretti b’konformità mal-liġi Komunitarja sabiex jiżguraw livell iktar għoli ta’ ħarsien tad-drittijiet kontrattwali individwali tal-konsumaturi<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/>. Madankollu, u kif urejt iktar ’il fuq, f’dan il-każ, jiena nemmen li d-Direttiva 98/6 ma tiġġustifikax il-leġiżlazzjoni nazzjonali iktar restrittiva suġġett ta’ din il-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>76.</NO.P><TXT>Għaldaqstant id-Direttiva 2005/29 ma tippermettix il-projbizzjoni fil-prinċipju ta’ tħabbiriet ta’ tnaqqis fil-prezzijiet li ma humiex konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ regola nazzjonali bħal dik ta’ inkwistjoni f’din il-kawża. Projbizzjoni ta’ din in-natura tkun ammissibbli biss kieku dan it-tip ta’ tħabbiriet kien previst fl-Annness I tad-Direttiva 2005/29, li ma huwiex il-każ hawnhekk. Hija possibbli biss projbizzjoni każ b’każ u sa fejn l-applikazzjoni tal-kriterji stabbiliti bl-Artikoli 5 sa 9 tad-direttiva hekk tirrikjedi.</TXT></NP><NP><NO.P>77.</NO.P><TXT>Għaldaqstant jiena nqis li r-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2005/29, billi l-Artikolu 43(2) tal-Liġi tal-<DATE ISO="19910714">14 ta’ Lulju 1991</DATE> u l-Artikoli 20, 21 u 29 tal-Liġi tas-<DATE ISO="20100406">6 ta’ April 2010</DATE> jagħtu lill-konsumaturi protezzjoni iktar stretta u iktar rigoruża minn dik stabbilita b’din id-direttiva.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet motiv tar-rikors</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>78.</NO.P><TXT>It-tielet ilment imressaq mill-Kummissjoni jirrigwarda l-projbizzjoni ta’ bejgħ itineranti fid-djar bit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tal-Liġi tal-<DATE ISO="19930625">25 ta’ Ġunju 1993</DATE>, introdott bl-Artikolu 7 tal-Liġi tal-<DATE ISO="20050704">4 ta’ Lulju 2005</DATE>, u l-projbizzjoni li ċerti prodotti jkunu s-suġġett ta’ bejgħ itineranti, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(1) tad-Digriet Irjali tal-<DATE ISO="20060924">24 ta’ Settembru 2006</DATE>. Bl-istess mod bħal fir-rigward tat-tieni lment li eżaminajt, il-Kummissjoni targumenta li d-Direttiva 2005/29 ma tipprovdix għal tali projbizzjonijiet u li għaldaqstant hija tipprekludi dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali billi hija tintroduċi armonizzazzjoni kompleta.</TXT></NP><NP><NO.P>79.</NO.P><TXT>Huwa ċar li l-bejgħ itineranti jikkostitwixxi prattika kummerċjali fis-sens tal-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 2005/29. Lanqas ma jista’ jkun hemm dubju, fil-fehma tiegħi, dwar il-fatt li l-leġiżlazzjoni nazzjonali iktar stretta fis-seħħ fil-Belġju hija kompletament konformi mad-Direttiva 85/577 biex tħares lill-konsumaturi fir-rigward ta’ kuntratti nnegozjati barra mil-lok tan-negozju, li l-Artikolu 8 tagħha ma jipprojbixxix <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0061" ID="QS0061"/>lill-Istati Membri milli jadottaw jew jiżommu dispożizzjonijiet li huma aktar favorevoli biex jipproteġu lill-konsumatur fil-qasam li jkopru<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="15"?><NP><NO.P>80.</NO.P><TXT>Il-mistoqsija li tqum hija jekk il-livell ta’ protezzjoni iktar għoli awtorizzat mid-Direttiva 85/577 huwiex ukoll kompatibbli mad-Direttiva 2005/29, billi l-imġiba li għaliha tirreferi l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni ma tikkorrispondix mal-prattiki meqjusa żleali f’kull każ msemmija fl-Anness I ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>81.</NO.P><TXT>Fil-prinċipju, ir-risposta għandha titfittex fid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2005/29 li, infakkar, jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0062" ID="QS0062"/>[g] ħal perjodu ta’ sitt snin minn 00/6/2007 [mit-<DATE ISO="20070612">12 ta’ Ġunju 2007</DATE>], l-Istati Membri jistgħu jibqgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali fil-qasam approssimat minn din id-Direttiva li huma iktar restrittivi jew preskrittivi minn din id-Direttiva u li jimplimentaw direttivi li jikkontjenu klawżoli ta’ armonizzazzjoni minima. Dawn il-miżuri għandhom ikunu essenzjali sabiex jiżguraw li konsumaturi huma mħarsa adegwatament minn prattiċi kummerċjali żleali u għandhom ikunu proporzjonati għal dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dan l-għan. Ir-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 18 tista’, jekk hekk jiġi kkunsidrat xieraq, tinkludi proposta sabiex tiġi mtawla din id-deroga għal perjodu ieħor limitat<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/>. Wieħed ma għandux jinsa li, skont il-paragrafu 6 tal-istess Artikolu 3, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0063" ID="QS0063"/>lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe dispożizzjonijiet nazzjonali applikati abbażi tal-paragrafu 5<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>82.</NO.P><TXT>Dan ifisser li d-Direttiva 2005/29 tieħu inkunsiderazzjoni l-possibbiltà ta’ sitwazzjoni provviżorja li fiha l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri iktar restrittivi jew iktar rigorużi jekk jiġu sodisfatti diversi kundizzjonijiet. L-ewwel nett, l-għan ta’ dawn il-miżuri għandu jkun l-applikazzjoni ta’ direttivi speċifiċi. Fit-tieni lok, għandhom ikunu miżuri essenzjali għall-protezzjoni tal-konsumaturi kontra l-prattiki żleali, u proporzjonati sabiex jintlaħaq dan l-għan. Fit-tielet lok, huwa neċessarju li dawn il-miżuri jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.</TXT></NP><NP><NO.P>83.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, la l-projbizzjoni ta’ ċertu bejgħ itineranti u lanqas il-projbizzjoni li ċerti prodotti jkunu s-suġġett ta’ dan it-tip ta’ bejgħ ma ġew introdotti permezz ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali sussegwenti għad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2005/29 u qabel it-<DATE ISO="20130612">12 ta’ Ġunju 2013</DATE>, id-data li fiha beda jiddekorri l-perijodu tranżitorju stabbilit bl-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2005/29.</TXT></NP><NP><NO.P>84.</NO.P><TXT>Għaldaqstant il-problema li tqum minnufih hija jekk l-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2005/29 jolqotx biss id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali iktar restrittivi li diġà kienu applikabbli meta daħlet fis-seħħ id-Direttiva 2005/29, billi huwa magħruf li l-frażi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0064" ID="QS0064"/>jistgħu jibqgħu japplikaw<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/> tidher li teskludi l-possibbiltà li jiġu introdotti dispożizzjonijiet ta’ din in-natura wara d-Direttiva 2005/29.</TXT></NP><NP><NO.P>85.</NO.P><TXT>Fil-fatt, nikkunsidra li l-Artikolu 3(5) jirreferi biss għal regoli tad-dritt nazzjonali li kienu diġà applikabbli fid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2005/29. Imma, irrispettivament minn dan, dak li huwa essenzjali hawnhekk ma huwiex daqstant il-kwistjoni jekk id-dispożizzjonijiet nazzjonali iktar restrittivi kinux applikabbli jew le fid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva, imma l-kwistjoni jekk dawn il-liġijiet jistgħux jiġu adottati jew le sabiex jimplementaw direttivi li fihom klawżoli ta’ armonizzazzjoni minima, fis-sens tal-Artikolu 3(5).</TXT></NP><NP><NO.P>86.</NO.P><TXT>Għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li dan l-artikolu jirreferi għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0065" ID="QS0065"/>dispożizzjonijiet nazzjonali […]li huma iktar restrittivi jew preskrittivi minn din id-Direttiva u li jimplimentaw direttivi li jikkontjenu klawżoli ta’ armonizzazzjoni minima<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/>. Fl-opinjoni tiegħi, jekk tali direttivi jippermettu l-adozzjoni sussegwenti ta’ regoli iktar restrittivi, dawn tal-aħħar jistgħu jitqiesu li huma wkoll applikabbli bis-saħħa tal-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2005/29.</TXT></NP><NP><NO.P>87.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-fatt huwa li l-Artikolu 8 tad-Direttiva 85/577 ma jipprekludix <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0066" ID="QS0066"/>lill-Istati Membri milli <HT TYPE="ITALIC">jadottaw</HT> jew <HT TYPE="ITALIC">jiżommu</HT><QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Enfażi miżjud minni.</P></NOTE> dispożizzjonijiet saħansitra iktar restrittivi, li jwassalni sabiex naħseb li għandu jiġi konkluż li huwa irrilevanti li dawn id-dispożizzjonijiet ġew adottati wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2005/29.</TXT></NP><?PAGE NO="16"?><NP><NO.P>88.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan kollu, jeħtieġ, fil-prinċipju, li jiġi eżaminat hawnhekk jekk, kif jirrikjedi l-Artikolu 3(5), iċċitat iktar ’il fuq, id-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni humiex <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0067" ID="QS0067"/>essenzjali sabiex jiżguraw li l-konsumaturi huma mħarsa adegwatament minn prattiċi kummerċjali żleali u […]proporzjonati għal dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dan l-għan<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>89.</NO.P><TXT>Madankollu nikkunsidra li ma huwiex neċessarju li jiġu eżaminati dawn iż-żewġ punti, billi ma hemm l-ebda dubju li, f’kull każ, ir-Renju tal-Belġju ma wettaqx l-obbligu tiegħu previst fl-Artikolu 3(6) tad-Direttiva 2005/29, fis-sens li l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0068" ID="QS0068"/>lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe dispożizzjonijiet nazzjonali applikati abbażi tal-paragrafu 5<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>90.</NO.P><TXT>L-awtoritajiet Belġjani ma nnotifikawx, fiż-żmien rikjest, u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0069" ID="QS0069"/>mingħajr dewmien<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/>, id-dispożizzjonijiet iktar restrittivi tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tal-Liġi tal-<DATE ISO="19930625">25 ta’ Ġunju 1993</DATE> introdotti bl-Artikolu 7 tal-Liġi tal-<DATE ISO="20050704">4 ta’ Lulju 2005</DATE>, kif ukoll dawk tal-Artikolu 5(1) tad-Digriet Irjali tal-<DATE ISO="20060924">24 ta’ Settembru 2006</DATE>. F’dawn iċ-ċirkustanzi, jidhirli li huwa evidenti li l-eċċezzjoni tranżitorja prevista fl-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2005/29 ma hijiex applikabbli, u minn dan isegwi li għandu jiġi konkluż li n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu lmentat mill-Kummissjoni kontra r-Renju tal-Belġju ġie pprovat.</TXT></NP><NP><NO.P>91.</NO.P><TXT>Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura, jekk il-motivi tar-rikors jintlaqgħu, ir-Renju tal-Belġju għandu jiġi kkundannat għall-ispejjeż.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>VI –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>92.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja taqta’ u tiddeċiedi kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>Billi eskluda mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Liġi tal-<DATE ISO="20070605">5 ta’ Ġunju 2007</DATE> li tittrasponi d-Direttiva 2005/29, lill-membri ta’ professjoni liberali kif ukoll lid-dentisti u lill-fiżjoterapisti, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 3, flimkien mal-Artikolu 2(b) u (d) tad-Direttiva 2005/29.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Billi bl-Artikolu 43(2) tal-Liġi tal-<DATE ISO="19910714">14 ta’ Lulju 1991</DATE> u bl-Artikoli 20, 21 u 29 tal-Liġi tas-<DATE ISO="20100406">6 ta’ April 2010</DATE> introduċa protezzjoni iktar restrittiva jew iktar għolja minn dik prevista fid-Direttiva 2005/29, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 4 tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Billi pprojbixxa ċertu bejgħ itineranti fid-djar bit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tal-Liġi tal-<DATE ISO="19930625">25 ta’ Ġunju 1993</DATE>, introdott bl-Artikolu 7 tal-Liġi tal-<DATE ISO="20050704">4 ta’ Lulju 2005</DATE>, u billi pprojbixxa li ċerti prodotti jkunu s-suġġett ta’ bejgħ itineranti, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(1) tad-Digriet Irjali tal-<DATE ISO="20060924">24 ta’ Settembru 2006</DATE>, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2005/29.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>