|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/3797 |
15.7.2026 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12394 – CPPIB / EQUINIX / ATNORTH)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/3797)
1.
Fis-6 ta’ Lulju 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Canada Pension Plan Investment Board (“‘CPPIB’’, il-Kanada), |
|
— |
Equinix, Inc. (‘Equinix’, l-Istati Uniti), |
|
— |
Green DC LuxCo S.à r.l. (il-Lussemburgu), SEKCO AB, SEKCO2AB u Green DC AB (l-Iżvezja kollha, ‘atNorth’), ikkontrollata minn Partners Group (l-Iżvizzera). |
CPPIB u Equinix se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ atNorth kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
CPPIB hija organizzazzjoni ta” ġestjoni tal-investiment li tinvesti l-fondi trasferiti lilha mill-fond tal-Pjan tal-Pensjoni tal-Kanada. CPPIB tinvesti fid-dinja kollha f’ekwitajiet pubbliċi, ekwitajiet privati, proprjetà immobbli, infrastruttura, u strumenti ta’ introjtu fiss, |
|
— |
Equinix hija kumpanija tal-infrastruttura diġitali li n-negozju primarju tagħha huwa d-disinn, il-bini u t-tħaddim ta’ ċentri tad-data ta’ kolokazzjoni. Equinix tipprovdi wkoll servizzi ta’ interkonnessjoni u ta’ infrastruttura tal-IT ġestita lill-klijenti taċ-ċentri tad-data tagħha. Il-kumpanija topera impronta globali ta’ 270 ċentru tad-data f’37 pajjiż, |
|
— |
atNorth hija sid u operatur ta’ ċentru tad-data b’siti operazzjonali jew ippjanati fid-Danimarka, fil-Finlandja, fl-Iżlanda, fin-Norveġja u fl-Iżvezja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12394 — CPPIB / EQUINIX / ATNORTH
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3797/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)