|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/801 |
10.4.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/801
tad-9 ta’ April 2026
li jimponi dazji anti-dumping proviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu tereftaliku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u mill-Istati Uniti tal-Messiku
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Istati Membri,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Bidu
|
(1) |
Fit-13 ta’ Awwissu 2025, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) nediet investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-aċidu tereftaliku (“TA”, terephthalic acid) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea (“il-Korea”) u mill-Istati Uniti tal-Messiku (“il-Messiku”), (kollettivament imsejħa “il-pajjiżi kkonċernati”) abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika tal-Bidu”). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment imressaq fit-30 ta’ Ġunju 2025. L-ilment sar minn produttur wieħed tal-Unjoni li jinsab fil-Belġju, INEOS Aromatics (“INEOS” jew “l-ilmentatur”) li jirrappreżenta aktar minn [27 %–47 %] tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni tat-TA fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping u tad-dannu materjali li jirriżulta li kienet biżżejjed sabiex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni. |
1.2. Reġistrazzjoni
|
(3) |
Il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għar-reġistrazzjoni bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2013 (3) (“ir-Regolament dwar ir-reġistrazzjoni”). |
1.3. Partijiet interessati
|
(4) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni speċifikament informat lill-ilmentaturi, lil produtturi magħrufa oħra tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa, lill-importaturi, lill-fornituri u lill-utenti magħrufa, lill-kummerċjanti, lill-awtoritajiet Koreani u Messikani kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet magħrufa li huma kkonċernati dwar il-bidu tal-investigazzjoni, u stednithom jipparteċipaw. |
|
(5) |
Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u li jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. |
1.4. Kummenti dwar il-bidu
|
(6) |
Il-gvern Korean u diversi partijiet interessati ppreżentaw kummenti dwar il-bidu tal-investigazzjoni, jiġifieri: il-produtturi esportaturi Messikani Akra Polyester, S.A. de C.V. (“Akra”) u Tereftalatos Mexicanos S.A. de C.V. (“Temex”), flimkien imsejħa “Alpek”, u l-Assoċjazzjoni tal-Industrija tas-Sustanzi Kimiċi Koreana (“KCIA”, Korean Chemical Industry Association) f’isem il-produtturi esportaturi Koreani. |
|
(7) |
L-ewwel nett, il-gvern Korean u dawn il-partijiet sostnew li l-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-ilment ma ssodisfatx l-istandards skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku peress li ma kienx fiha data dettaljata biżżejjed, b’firxiet wesgħin wisq biex jippermettu fehim u analiżi raġonevoli tal-argumenti prinċipali fl-ilment u talbu verżjoni mhux kunfidenzjali aġġornata tal-ilment bl-użu ta’ firxiet idjaq jew ċifri indiċjati. |
|
(8) |
It-tieni, il-KCIA sostniet li ma setax jitqies li l-ilment tressaq “mill-industrija tal-Unjoni jew f’isimha”, minħabba li ma ntweriex li huwa appoġġat mill-produtturi tal-Unjoni li l-output kollettiv tagħhom jikkostitwixxi aktar minn 50 % tal-produzzjoni totali tal-prodott simili magħmul mill-porzjon tal-industrija tal-Unjoni li esprima appoġġ jew oppożizzjoni għall-ilment, peress li l-verżjoni miftuħa tal-ilment iddikjarat li l-“Ilmentatur jammonta għal madwar [Perċentwal ferm ogħla mil-limitu ta’ 25 %]% tal-produzzjoni totali tal-aċidu tereftaliku fl-UE matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (PI) tal-ilment”, u b’hekk ma weriex li ntlaħaq il-limitu ta’ 50 %. |
|
(9) |
L-ilmentatur oppona din l-interpretazzjoni tal-limitu ta’ 50 %, billi argumenta li dan japplika esklużivament għall-valutazzjoni ta’ jekk oppożizzjoni eventwali mill-industrija tal-Unjoni tegħlibx l-appoġġ jew in-newtralità fost il-produtturi li esprimew formalment pożizzjoni dwar l-ilment. |
|
(10) |
It-tielet, Alpek, il-KCIA, u l-gvern Korean sostnew ukoll li l-investigazzjoni ma kellhiex tinbeda, bl-argument li l-ilment ma kienx fih biżżejjed evidenza ta’ dannu materjali u rabta kawżali. Alpek sostnew ukoll li l-importazzjonijiet mill-Messiku ma setgħux kienu l-kawża tad-dannu u li ma kellhomx jiġu vvalutati b’mod kumulattiv mal-importazzjonijiet Koreani. |
|
(11) |
B’mod speċifiku, dawn il-partijiet sostnew li l-perjodu magħżul fl-ilment ma kienx rappreżentattiv peress li l-2021, il-punt tat-tluq għall-analiżi tad-dannu, kien affettwat ħafna mit-tfixkil fil-kummerċ marittimu globali u mil-lockdowns tal-COVID-19, li naqqsu l-volumi tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni u ħolqu kundizzjonijiet tas-suq favorevoli b’mod mhux tas-soltu, li jfixklu l-istampa tad-dannu, u li x-xejriet osservati huma biss ritorn għal suq normali. Il-partijiet sostnew ukoll li l-ilmentatur innifsu żied is-sehem mis-suq tiegħu fl-Unjoni, tejjeb il-volumi tal-esportazzjoni, iċ-ċifri tal-profitt, u l-volumi tal-produzzjoni, li jmur kontra l-affermazzjoni ta’ dannu sistemiku għall-industrija tal-Unjoni. |
|
(12) |
L-ilmentatur ikkontesta dawn l-affermazzjonijiet, filwaqt li enfasizza li s-sitwazzjoni fis-suq qabel il-pandemija tal-COVID-19 ma kinitx waħda ta’ suq normali u mhux dannuż, u indika l-fatt li diġà ressaq b’suċċess ilment anti-dumping fl-2016. |
|
(13) |
Fir-rigward tal-affermazzjonijiet li l-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-ilment ma tippermettix fehim tax-xejriet u tat-tendenzi, il-Kummissjoni sabet li l-verżjoni miftuħa għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati tal-ilment kien fiha biżżejjed evidenza essenzjali u sommarji mhux kunfidenzjali tad-data biex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jifhmu biżżejjed l-iżvilupp tal-indikaturi tad-dannu li fuqhom kien ibbażat l-ilment u jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom matul il-proċediment u li kkonformat mar-rekwiżiti tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku. |
|
(14) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm raġuni valida għat-trattament kunfidenzjali bl-użu ta’ firxiet, peress li kien hemm ilmentatur wieħed biss, INEOS, li jfisser li l-maġġoranza taċ-ċifri huma data speċifika għall-kumpaniji. |
|
(15) |
Il-Kummissjoni nnotat ukoll li dawn il-partijiet infushom għamlu argumenti u osservazzjonijiet sostanzjali dwar ix-xejriet fuq il-bażi ta’ din id-data allegatament insuffiċjenti. Dan jissuġġerixxi wkoll li s-sommarji mhux kunfidenzjali fil-verżjoni miftuħa tal-ilment fil-fatt ipprovdew fehim sinifikanti tal-informazzjoni sensittiva sottostanti. |
|
(16) |
Fir-rigward tal-affermazzjonijiet tal-KCIA dwar in-nuqqas ta’ locus standi biex jitressaq l-ilment, il-Kummissjoni indikat li, f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku, l-ilment jitqies li sar “mill-industrija tal-Unjoni jew f’isimha”, jekk il-membri tal-industrija tal-Unjoni li jappoġġaw espressament l-ilment jammontaw għal mill-inqas 25 % tal-produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni u jekk dawk li jappoġġawh jirrappreżentaw produzzjoni ogħla minn dawk li jopponuh. |
|
(17) |
Il-Kummissjoni wettqet eżami tal-pożizzjoni qabel il-bidu. Għal dan l-għan, il-produtturi kollha tal-Unjoni msemmija fl-ilment u magħrufa mod ieħor mill-Kummissjoni qabel il-bidu ġew ikkuntattjati u tqiesu fil-kalkolu tar-rappreżentattività tal-ilmentaturi. Ġiet introdotta Nota dwar il-locus standi fil-fajl tal-każ miftuħ fil-jum tal-bidu tal-investigazzjoni, li turi li l-ilmentatur aġixxa f’isem aktar minn [27 %–47 %] tal-produzzjoni totali tal-Unjoni, li produttur wieħed esprima pożizzjoni newtrali, u li l-ebda produttur ma oppona l-bidu tal-investigazzjoni. |
|
(18) |
Għalhekk intwera li l-limiti rilevanti mill-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku ntlaħqu u l-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni bħala infondata. |
|
(19) |
Fir-rigward tal-affermazzjonijiet ta’ Alpek dwar il-valutazzjoni kumulattiva, il-Kummissjoni sabet li l-kundizzjonijiet għall-valutazzjoni kumulattiva tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati fl-istadju tal-ilment ġew issodisfati fuq il-bażi tal-informazzjoni u l-istatistika disponibbli. |
|
(20) |
B’mod partikolari, il-marġnijiet tad-dumping instabu li kienu ogħla minn de minimis. Kif muri mill-istatistika uffiċjali disponibbli dwar l-importazzjonijiet, l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping ma kinux negliġibbli (ogħla minn de minimis) f’termini ta’ volumi għaż-żewġ pajjiżi kkonċernati. Barra minn hekk, il-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni tqiesu li huma simili. Għalhekk, il-valutazzjoni kumulattiva kienet ġustifikata. |
|
(21) |
L-istandard legali tal-evidenza meħtieġa għal ilment skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku (“biżżejjed evidenza biex tiġġustifika li jingħata bidu lil investigazzjoni”) jagħmilha ċara li l-kwantità u l-kwalità tal-informazzjoni fl-ilment mhijiex l-istess bħal dik li fuqha l-Kummissjoni tibbaża s-sejbiet tagħha fi tmiem investigazzjoni. Fil-fatt, l-ilment jeħtieġ li jinkludi biżżejjed evidenza ta’ dumping, dannu u rabta kawżali li hija raġonevolment disponibbli għall-ilmentatur. |
|
(22) |
Barra minn hekk, l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku ma jirrikjedix li l-fatturi kollha ta’ dannu msemmija fl-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku jiġu analizzati fi lment jew juru deterjorament biex tiġi stabbilita biżżejjed evidenza ta’ dannu materjali. Fil-fatt, il-formulazzjoni tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament Bażiku tiddikjara li l-ilment għandu jinkludi informazzjoni dwar it-tibdiliet fil-volum ta’ importazzjonijiet allegatament iddampjati, l-effett ta’ dawk l-importazzjonijiet fuq il-prezzijiet tal-prodott simili fuq is-suq tal-Unjoni u l-impatt konsegwenti tal-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni, kif murija mill-fatturi rilevanti u l-indiċi (iżda mhux neċessarjament kollha) li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni, bħal dawk elenkati fl-Artikoli 3(3) u 3(5). |
|
(23) |
F’dan il-każ, l-analiżi tal-Kummissjoni tal-evidenza pprovduta mill-ilmentatur, f’konformità mal-Artikolu 5(2) tar-Regolament bażiku, uriet li l-ilment kien fih biżżejjed evidenza ta’ dumping, dannu u rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet allegatament oġġett ta’ dumping u d-dannu allegat. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
1.5. Kampjunar
|
(24) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni
|
(25) |
Fin-Notifika tal-Bidu tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li hija kienet għażlet b’mod proviżorju kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Madankollu, peress li t-tliet produtturi magħrufa kollha tal-Unjoni ppreżentaw ruħhom, fl-aħħar mill-aħħar ġie deċiż li l-kampjunar ma kienx meħtieġ peress li kollha setgħu jiġu investigati. Dawn it-tliet produtturi tal-Unjoni kienu jirrappreżentaw 100 % tal-produzzjoni tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
Kampjunar ta’ importaturi mhux relatati
|
(26) |
Biex tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ li jittieħed kampjun u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni staqsiet lil importaturi mhux relatati sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. |
|
(27) |
L-ebda importatur mhux relatat ma pprovda l-informazzjoni mitluba u qabel li jiġi inkluż fil-kampjun. Għalhekk, il-kampjunar ma kienx meħtieġ. |
Kampjunar tal-produtturi esportaturi
|
(28) |
Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fil-Korea jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Korea għall-Unjoni Ewropea tidentifika u/jew tagħmel kuntatt ma’ produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni. |
|
(29) |
Tliet produtturi esportaturi fil-Korea pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. F’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ żewġ produtturi esportaturi abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li seta’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi kollha magħrufa kkonċernati u l-awtoritajiet tal-Korea ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Ma wasal l-ebda kumment. |
|
(30) |
Minħabba li kien hemm produttur esportatur magħruf wieħed biss fil-Messiku u l-ebda produttur esportatur ieħor mill-Messiku ma ppreżenta ruħu wara l-bidu, ma kienx hemm bżonn ta’ kampjunar fir-rigward tal-Messiku. |
1.6. Tweġibiet għall-kwestjonarju u żjarat ta’ verifika
|
(31) |
Il-Kummissjoni għamlet disponibbli online (4) l-kwestjonarji għall-produtturi esportaturi fil-jum tal-bidu. |
|
(32) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa għal determinazzjoni proviżorja ta’ dumping, id-dannu li jirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku saru fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:
|
|
(33) |
L-ebda produttur esportatur Messikan ma pprovda tweġiba għall-kwestjonarju. Barra minn hekk, għaxar utenti pprovdew tweġibiet għall-kwestjonarju, iżda dawn ma ġewx ivverifikati f’dan l-istadju tal-investigazzjoni. |
1.7. Perjodu ta’ investigazzjoni u perjodu kkunsidrat
|
(34) |
L-investigazzjoni tad-dumping u tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2024 sat-30 ta’ Ġunju 2025 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2022 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”). |
2. PRODOTT TAĦT INVESTIGAZZJONI, PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
2.1. Prodott taħt investigazzjoni
|
(35) |
Il-prodott taħt investigazzjoni huwa l-aċidu tereftaliku ta’ purità skont il-piż ta’ 99,5 % jew aktar, li normalment jaqa’ taħt in-numru 100-21-0 tas-Servizz tat-Taqsiriet tas-Sustanzi Kimiċi (“CAS”, Chemical Abstracts Service) u normalment jikkorrispondi għan-numru tad-Dwana u l-Istatistika (“CUS”, Customs and Statistics) 0023865-3, li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 2917 36 00 (il-kodiċi TARIC 2917 36 00 11) (“il-prodott taħt investigazzjoni”). |
|
(36) |
L-aċidu tereftaliku jintuża primarjament fil-produzzjoni tal-polietilentereftalat (“PET”, polyethylene terephthalate), li għandu applikazzjonijiet fi fliexken, imballaġġ, fibri, films, u ċipep. Kwantitajiet iżgħar jintużaw ukoll fil-plastifikanti, fil-kisi, u f’applikazzjonijiet ta’ speċjalità oħra. |
2.2. Prodott ikkonċernat
|
(37) |
Il-prodott ikkonċernat huwa l-aċidu tereftaliku li joriġina mir-Repubblika tal-Korea u mill-Istati Uniti tal-Messiku, li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 2917 36 00 (il-kodiċi TARIC 2917 36 00 11) (“il-prodott ikkonċernat”). |
2.3. Prodott simili
|
(38) |
L-investigazzjoni wriet li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:
|
|
(39) |
F’dan l-istadju l-Kummissjoni ddeċidiet li, għaldaqstant, dawk il-prodotti huma prodotti simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
2.4. Dikjarazzjonijiet dwar l-ambitu tal-prodott
|
(40) |
Diversi partijiet (l-utent UAB NEO Group u l-KCIA mal-kumpaniji membri tagħha Samnam Petrochemical Co., Ltd., Taekwang Industrial Co., Ltd u Hanwha Impact Corporation) talbu l-esklużjoni tal-aċidu tereftaliku kwalifikat (“QTA”, qualified terephthalic acid) mill-ambitu tal-prodott bl-argument li:
|
|
(41) |
Il-UAB NEO Group elabora li għalkemm il-QTA jista’ jintuża fil-produzzjoni ta’ ċipep tal-PET tal-grad tal-fliexken, ma jistax jissostitwixxi għal kollox il-PTA. Konsegwentement, il-PTA jrid jiġi inkorporat fil-proċess flimkien mal-QTA fi proporzjon speċifiku. |
|
(42) |
L-ilmentatur wieġeb billi afferma li l-QTA għandu l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bħall-PTA u huwa ġeneralment interkambjabbli fil-biċċa l-kbira tal-applikazzjonijiet downstream, u b’hekk jikkompeti b’mod effettiv mal-PTA fis-suq tal-produzzjoni tal-poliester. |
|
(43) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod proviżorju li ż-żewġ tipi ta’ prodotti għandhom l-istess karatteristiċi u użi fiżiċi u kimiċi. Barra minn hekk, kwalunkwe differenza fil-livelli ta’ purità tal-QTA u l-PTA ma kinitx tiġġustifika l-esklużjoni tal-QTA mill-ambitu tal-prodott. Barra minn hekk, instab li l-QTA effettivament jikkompeti mal-PTA fil-produzzjoni tal-prodott downstream PET fil-gradi kollha tal-PET. L-evidenza miġbura wriet li mill-inqas xi utenti jużaw b’mod effettiv kemm il-PTA kif ukoll il-QTA fil-produzzjoni tagħhom b’mod interkambjabbli. Barra minn hekk, ma nstabx li kien hemm differenza ċara fil-prezz bejn il-QTA u l-PTA li tiġġustifika aġġustament għall-kost/prezz tal-QTA. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni. |
3. DUMPING
3.1. Il-Korea
3.1.1. Valur normali
|
(44) |
Il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali ta’ bejgħ domestiku ta’ kull produttur esportatur li kkoopera inkluż fil-kampjun kienx rappreżentattiv, f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku jkun rappreżentattiv jekk it-total tal-volum ta’ bejgħ domestiku tal-prodott simili lill-klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull produttur esportatur ikun jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum ta’ bejgħ totali mill-esportazzjoni tiegħu tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Fuq din il-bażi, il-bejgħ totali minn kull produttur esportatur inkluż fil-kampjun tal-prodott simili fis-suq domestiku kien rappreżentattiv. |
|
(45) |
Sussegwentement, il-Kummissjoni identifikat it-tipi ta’ prodotti mibjugħa fuq livell domestiku li kienu identiċi jew komparabbli għat-tipi ta’ prodotti mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni għall-produtturi esportaturi b’bejgħ domestiku rappreżentattiv. |
|
(46) |
Imbagħad, il-Kummissjoni eżaminat jekk il-bejgħ domestiku ta’ kull produttur esportatur inkluż fil-kampjun fis-suq domestiku tiegħu għal kull tip ta’ prodott li huwa identiku jew komparabbli ma’ tip ta’ prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni kienx rappreżentattiv, f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott ikun rappreżentattiv jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku ta’ dak it-tip ta’ prodott lil klijenti indipendenti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ mill-esportazzjoni tal-prodott identiku jew paragunabbli lejn l-Unjoni. Fuq din il-bażi, il-bejgħ għal kull tip ta’ prodott minn kull produttur esportatur inkluż fil-kampjun tal-prodott simili fis-suq domestiku kien rappreżentattiv. |
|
(47) |
Imbagħad, il-Kummissjoni ddefiniet il-proporzjon tal-bejgħ profittabbli lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull tip ta’ prodott matul il-perjodu ta’ investigazzjoni sabiex tiddeċiedi jekk tużax il-bejgħ domestiku attwali għall-kalkolu tal-valur normali, f’konformità mal-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(48) |
Il-valur normali huwa bbażat fuq il-prezz domestiku effettiv għal kull tip ta’ prodott, irrispettivament minn jekk dak il-bejgħ huwiex profittabbli jew le, jekk:
|
|
(49) |
F’dan il-każ, il-valur normali huwa l-medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta’ dak it-tip ta’ prodott matul il-PI. |
|
(50) |
Il-valur normali huwa l-prezz domestiku effettiv għal kull tip ta’ prodott tal-bejgħ domestiku profittabbli biss tat-tipi ta’ prodotti matul il-PI, jekk:
|
|
(51) |
L-analiżi tal-bejgħ domestiku wriet, għaż-żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, li inqas minn 80 % tal-bejgħ domestiku kollu kien profittabbli. Għaldaqstant, il-valur normali ġie kkalkolat bħala medja ponderata tal-bejgħ profittabbli matul il-PI. |
3.2. Prezz tal-esportazzjoni
|
(52) |
Iż-żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun biegħu lill-Unjoni esklużivament permezz ta’ kummerċjanti mhux relatati stabbiliti barra mill-Unjoni, inklużi kummerċjanti li jinsabu fil-Korea u f’pajjiżi terzi. L-investigazzjoni kkonfermat li l-prodott ikkonċernat intbagħat direttament mill-produtturi lejn l-Unjoni u l-fluss tal-fattura/pagament għadda mill-kummerċjanti mhux relatati. |
|
(53) |
Għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika ġie stabbilit fuq il-bażi tal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
3.3. Tqabbil
|
(54) |
L-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku jirrikjedi li l-Kummissjoni tagħmel tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fl-istess livell tal-kummerċ u li tikkunsidra d-differenzi fil-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet. F’dan il-każ, il-Kummissjoni għażlet li tqabbel il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fil-livell tal-kummerċ ta’ kif joħroġ mill-fabbrika. Kif spjegat ulterjorment hawn taħt, fejn xieraq, il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni ġew aġġustati sabiex: (i) jerġa’ jinġieb nett fil-livell kif joħroġ mill-fabbrika; u (ii) isiru konċessjonijiet għad-differenzi fil-fatturi li ġew iddikjarati, u murija, li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet. |
3.3.1. Aġġustamenti li saru fil-valur normali
|
(55) |
Sabiex il-valur normali jiġi lura nett għal-livell tal-kummerċ mill-fabbrika, saru aġġustamenti minħabba l-kostijiet tat-trasport intern, tal-immaniġġar u tat-tagħbija u tal-imballaġġ. |
|
(56) |
Saru konċessjonijiet għall-fattur li ġej li jaffettwa l-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet: il-kostijiet tal-kreditu. |
3.3.2. Aġġustamenti li saru fil-prezz tal-esportazzjoni
|
(57) |
Sabiex il-prezz tal-esportazzjoni jiġi lura nett għal-livell tal-kummerċ mill-fabbrika, saru aġġustamenti minħabba l-kostijiet tat-trasport intern, tal-immaniġġar u tat-tagħbija u tal-imballaġġ. |
|
(58) |
Saru konċessjonijiet għall-fatturi li ġejjin li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet: il-kostijiet tal-kreditu u t-tariffi bankarji. |
3.4. Marġnijiet tad-dumping
|
(59) |
Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip tal-prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
|
(60) |
Fuq din il-bażi, il-marġnijiet tad-dumping medji ponderati proviżorji espressi bħala perċentwal tal-prezz fuq bażi ta’ kost, assigurazzjoni u nol (CIF, cost, insurance and freight) fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
|
(61) |
Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni kkalkolat il-marġni tad-dumping medju ponderat, f’konformità mal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, dak il-marġni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-marġnijiet tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, mingħajr ma jitqies il-marġni tal-produttur esportatur li nstab li ma kienx qiegħed jagħmel dumping. |
|
(62) |
Fuq din il-bażi, il-marġni tad-dumping proviżorju tal-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun kien stabbilit fil-livell ta’ 6,2 %. |
|
(63) |
Għall-produtturi esportaturi l-oħra kollha fil-Korea, il-Kummissjoni stabbiliet il-marġni tad-dumping fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
|
(64) |
Peress li l-Kummissjoni hija konxja ta’ mill-inqas produttur esportatur wieħed fil-Korea li ma kkooperax fl-investigazzjoni, hija ddeċidiet li tistabbilixxi l-marġni tad-dumping għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx għal-livell tal-25 % tat-tranżazzjonijiet bl-ogħla marġni tad-dumping tal-kumpanija li kkooperat inkluża fil-kampjun. |
|
(65) |
Il-marġnijiet tad-dumping proviżorji, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
3.5. Il-Messiku
|
(66) |
Kif diġà indikat fil-premessa (33) l-ebda produttur esportatur Messikan ma kkoopera fl-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni bbażat is-sejbiet tagħha dwar id-dumping fuq il-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
3.5.1. Valur normali
|
(67) |
Peress li ma kien hemm l-ebda informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar il-prezzijiet domestiċi tat-TA fil-Messiku la għal Alpek u lanqas għal xi produttur ieħor, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għall-Messiku bl-użu ta’ data mill-perjodu ta’ investigazzjoni kif indikat fl-ilment (5) kif ukoll data mill-Instituto Nacional de Estadística y Geografía (INEGI) għas-settur tal-industrija kimika. |
|
(68) |
Il-valur normali nħadem bl-użu tal-proporzjonijiet tal-fatturi ta’ produzzjoni mill-industrija tal-Unjoni kif indikat fl-ilment u l-prezzijiet domestiċi ta’ dawn il-fatturi fil-Messiku, flimkien ma’ data faċilment disponibbli mill-produttur li ma kkooperax Alpek:
|
3.6. Prezz tal-esportazzjoni
|
(69) |
Il-prezz tal-esportazzjoni tat-TA mill-Messiku lejn l-Unjoni kien ibbażat fuq id-data tal-Eurostat u l-bażi tad-data tas-Sorveljanza 3 (“is-Sorveljanza”) (6). It-TA huwa kklassifikat taħt il-kodiċi NM 2917 36 00 (il-kodiċi TARIC 2917 36 00 00), speċifiku għall-“aċidu tereftaliku u l-imlieħ tiegħu”. Filwaqt li l-prodott ikkonċernat minn din l-investigazzjoni huwa biss l-aċidu tereftaliku, skont l-ilment, l-importazzjonijiet kollha mill-Messiku lejn l-Unjoni taħt dan il-kodiċi NM jikkorrispondu għat-TA. |
3.7. Tqabbil
|
(70) |
L-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku jirrikjedi li l-Kummissjoni tagħmel tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fl-istess livell tal-kummerċ u li tikkunsidra d-differenzi fil-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet. |
|
(71) |
Peress li din id-data dwar il-prezzijiet tal-istatistika tal-Eurostat tirrappreżenta prezzijiet fil-livell CIF, din ġiet aġġustata għal-livell mill-fabbrika billi tnaqqsu l-kostijiet tat-trasport tal-merkanzija bil-baħar, tal-iżdoganar tal-merkanzija u tat-trasport intern aġġornati għall-ammont tar-rati tal-inflazzjoni fil-Messiku. |
3.8. Marġni tad-dumping
|
(72) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip ta’ prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, f’konformità mal-Artikoli 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
|
(73) |
Fuq din il-bażi, il-marġnijiet tad-dumping proviżorji espressi bћala perċentwal tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
4. DANNU
4.1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(74) |
Il-prodott simili ġie mmanifatturat minn tliet produtturi fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni: Ineos, Orlen, u IVQ. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. Żewġ produtturi oħra mill-grupp Indorama kienu attivi fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat: IndoramaVentures Portugal PTA – Unipessoal Lda f’Sines, il-Portugall (“Indorama Portugal”) u Indorama Ventures Europe B.V. f’Rotterdam, in-Netherlands (“Indorama Netherlands”). Dawn iż-żewġ faċilitajiet waqqfu l-produzzjoni fl-2023 u fl-2024, rispettivament. |
|
(75) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ġiet stabbilita għal madwar 1,65 miljun tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-industrija tal-Unjoni, bħall-makrokwestjonarju vverifikat ippreżentat mill-ilmentatur, issupplimentat b’data minn kwestjonarji individwali dwar id-dannu ppreżentati mit-tliet produtturi tal-Unjoni attivi fil-perjodu ta’ investigazzjoni: Ineos, Orlen, u IVQ. |
|
(76) |
Kif indikat fil-premessi (25) u (74) hawn fuq, it-tliet produtturi tal-Unjoni kienu jirrappreżentaw 100 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili. |
4.2. Użu kaptiv
|
(77) |
Biex tistabbilixxi jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx dannu bħala riżultat tad-dumping u tiddetermina l-konsum u d-diversi indikaturi ekonomiċi relatati mas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni eżaminat jekk u sa liema punt l-użu sussegwenti tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili (użu kaptiv) kellu jitqies fl-analiżi. |
|
(78) |
It-TA huwa wieħed mill-materji primi ewlenin fil-produzzjoni tal-PET. L-aktar użu notevoli tat-TA huwa fil-produzzjoni tar-reżina tal-PET, li tintuża b’mod predominanti fil-manifattura tal-fliexken tal-plastik u fl-imballaġġ tal-ikel. Sehem ħafna iżgħar tat-TA jintuża għall-produzzjoni tal-fibri, taċ-ċipep u tal-films tal-PET, li mbagħad jintużaw għall-plastifikanti, għall-kisjiet, u għal applikazzjonijiet oħra ta’ speċjalità. |
|
(79) |
Il-Kummissjoni sabet li parti sostanzjali [35–60] % tal-produzzjoni tat-TA ta’ IVQ kienet destinata għall-użu kaptiv. Parti sinifikanti tal-produzzjoni tat-TA ġiet trasferita internament mingħajr fatturi kummerċjali għal produzzjoni downstream ulterjuri tal-PET fil-kumpanija. Dan kien parti minn strateġija ta’ integrazzjoni vertikali segwita għall-ottimizzazzjoni tal-kostijiet (7) u IVQ ma xtrat l-ebda TA mingħand fornituri mhux relatati għall-produzzjoni tal-PET tagħha. B’dan il-ħsieb, anke jekk il-prezzijiet ta’ trasferiment intern tat-TA ta’ IVQ kienu komparabbli mal-prezzijiet tas-suq, il-Kummissjoni sabet li din il-parti tas-suq kienet kaptiva. |
|
(80) |
Indorama Netherlands segwiet ukoll strateġija simili ta’ integrazzjoni vertikali (8). Għalhekk, fl-istima tal-konsum fis-suq ħieles u l-użu kaptiv tal-produzzjoni totali tat-TA fl-Unjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess sehem tal-produzzjoni ta’ Indorama Netherlands kien destinat għall-użu kaptiv fis-snin li fihom kienet operattiva. Din il-valutazzjoni saret fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, inklużi l-istimi ppreżentati mill-ilmentatur fil-kwestjonarju makroekonomiku. |
|
(81) |
Id-distinzjoni bejn is-suq kaptiv u s-suq ħieles hija rilevanti għall-analiżi tad-dannu minħabba li l-prodotti maħsuba għal użu kaptiv mhumiex esposti għal kompetizzjoni diretta mill-importazzjonijiet. B’kuntrast ma’ dan, il-produzzjoni maħsuba għall-bejgħ fis-suq ħieles hija f’kompetizzjoni diretta mal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. |
|
(82) |
Sabiex tagħti stampa kemm jista’ jkun sħiħa tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni kisbet data għall-attività kollha tat-TA u ddeterminat jekk il-produzzjoni kinitx destinata għall-użu kaptiv jew għas-suq ħieles. |
|
(83) |
Il-Kummissjoni eżaminat ċerti indikaturi ekonomiċi relatati mal-industrija tal-Unjoni fuq il-bażi tad-data għas-suq ħieles. Dawn l-indikaturi huma: il-volum ta’ bejgħ u l-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni; is-sehem mis-suq; it-tkabbir; il-volum u l-prezzijiet tal-esportazzjoni; il-profittabbiltà; ir-redditu fuq l-investiment; u l-fluss tal-flus. Fejn kien possibbli u ġustifikat, is-sejbiet tal-eżami tqabblu mad-data għas-suq kaptiv sabiex tiġi pprovduta stampa sħiħa tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(84) |
Madankollu, indikaturi ekonomiċi oħrajn jistgħu jiġu eżaminati b’mod sinifikattiv biss billi ssir referenza għall-attività kollha, inkluż l-użu kaptiv tal-industrija tal-Unjoni. Dawn huma: il-produzzjoni; il-kapaċità, l-użu tal-kapaċità; investiment; l-ishma; l-impjiegi; il-produttività; il-pagi; u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital. Huma jiddependu mill-attività kollha, kemm jekk il-produzzjoni tkun kaptiva kif ukoll jekk tinbiegħ fis-suq ħieles. |
4.3. Konsum tal-Unjoni
|
(85) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni fuq il-bażi tal-makrokwestjonarju vverifikat ippreżentat mill-ilmentatur, issupplimentat b’data mill-kwestjonarji individwali vverifikati dwar id-dannu ppreżentati mit-tliet produtturi tal-Unjoni, u d-data tal-Eurostat u tas-Sorveljanza. |
|
(86) |
Il-Kummissjoni sabet li l-Litwanja tat trattament kunfidenzjali lil volum sinifikanti ta’ importazzjonijiet tat-TA skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). Għal dik ir-raġuni d-data tal-Eurostat ma wrietx is-sorsi għall-importazzjonijiet kollha tat-TA. Għalhekk, il-Kummissjoni użat id-data tas-Sorveljanza biex tiddetermina l-volumi, il-valuri u s-sorsi tal-importazzjonijiet fil-Litwanja, filwaqt li d-data tal-Eurostat intużat biex tiddetermina l-volumi, il-valuri u s-sorsi tal-importazzjonijiet fis-26 Stat Membru li jifdal. |
|
(87) |
Għar-raġuni ta’ hawn fuq, kien meħtieġ li d-data dwar il-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet, u d-data l-oħra kollha li minnha jistgħu jiġu dedotti dawn iċ-ċifri, tiġi espressa f’firxiet. |
|
(88) |
Abbażi tad-data kif deskritta hawn fuq, il-Kummissjoni ddeterminat li l-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 1 Konsum tal-Unjoni (tunnellati)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(89) |
Il-perjodu kkunsidrat kien ikkaratterizzat minn tnaqqis fil-konsum totali tal-Unjoni tat-TA. |
|
(90) |
L-2023 kienet sena partikolarment diffiċli għall-industrija tal-Unjoni, peress li d-domanda totali naqset bi 28 % meta mqabbla mas-sena preċedenti, filwaqt li d-domanda tas-suq ħieles naqset b’29 %. Dan it-tnaqqis kien xprunat minn inċertezza ekonomika ġenerali fl-Unjoni li affettwat lill-industrija tal-PET bħala l-klijent ewlieni tat-TA, kif ukoll normalizzazzjoni tal-imġiba tax-xiri u t-tneħħija tal-istokk tal-klijenti ewlenin wara l-pandemija tal-COVID-19. |
|
(91) |
Fl-2024, hekk kif is-suq stabbilizza ruħu, id-domanda żdiedet xi ftit, iżda d-domanda totali kienet għadha 15 % inqas mid-domanda fl-2022, filwaqt li d-domanda tas-suq ħieles kienet 13 % inqas. Id-domanda totali naqset b’2 punti perċentwali addizzjonali fil-perjodu ta’ investigazzjoni, u d-domanda tas-suq ħieles naqset b’punt perċentwali. |
|
(92) |
Is-suq kaptiv naqas f’kull sena tal-perjodu kkunsidrat u bi 42 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan it-tnaqqis kien prinċipalment xprunat mill-għeluq tal-faċilità Indorama Netherlands, li kienet qed tnaqqas gradwalment il-produzzjoni (inkluż għall-użu kaptiv) u waqqfet il-produzzjoni kemm tat-TA kif ukoll tal-PET fl-2024. |
|
(93) |
Il-fatt li l-konsum tas-suq kaptiv naqas tant b’mod lineari meta mqabbel mad-domanda tas-suq ħieles, jipprovdi evidenza addizzjonali għall-konklużjoni li t-tneħħija tal-istokk kienet fattur ewlieni tat-tnaqqis fid-domanda tas-suq ħieles fl-2022. Peress li l-produtturi integrati vertikalment tal-PET ma kellhomx bżonn jibnu stokk tat-TA, huma setgħu sempliċiment ikomplu jfornu lilhom infushom bit-TA sal-punt li kien hemm domanda għall-PET fi kwalunkwe sena partikolari. |
4.4. Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati
4.4.1. Valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati
|
(94) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tal-prodott li joriġina mill-pajjiżi kkonċernati jenħtieġx li jiġu vvalutati b’mod kumulattiv, f’konformità mal-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(95) |
Kif stabbilit fil-premessa (60) hawn fuq, produttur esportatur Korean wieħed, Taekwang, instab li ma kienx qed jagħmel dumping. Għalhekk, l-importazzjonijiet ta’ Taekwang ġew esklużi mill-valutazzjoni tad-dannu. Il-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn taħt jikkonċernaw biss l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping li jifdal mill-Korea u l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Messiku. L-importazzjonijiet ta’ Taekwang jitqiesu bħala importazzjonijiet oħra ta’ pajjiż terz. |
|
(96) |
Il-marġni tad-dumping stabbilit fir-rigward tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Korea u l-Messiku kien ogħla mil-limitu de minimis stabbilit fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku. Il-volum tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping minn kull pajjiż ikkonċernat ma kienx negliġibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 5(7) tar-Regolament bażiku. L-ishma mis-suq fil-perjodu ta’ investigazzjoni kienu ta’ 23 % għall-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Korea u ta’ 5 % għall-Messiku. |
|
(97) |
Il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Korea u l-Messiku u bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati u l-prodott simili kienu simili. B’mod aktar speċifiku, il-prodotti importati kienu f’kompetizzjoni ma’ xulxin u mal-prodott magħmul fl-Unjoni minħabba li jinbiegħu bl-istess mezzi ta’ bejgħ u lill-istess kategoriji ta’ klijenti. |
|
(98) |
Għalhekk, il-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku ġew issodisfati u l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Korea u mill-Messiku ġew eżaminati b’mod kumulattiv għall-finijiet tad-determinazzjoni tad-dannu. |
|
(99) |
Alpek enfasizzaw li l-importazzjonijiet mill-Messiku baqgħu stabbli matul il-perjodu kkunsidrat u li l-ilmentatur ma talabx valutazzjoni kumulattiva tal-importazzjonijiet mill-Messiku u mill-Korea. Alpek sostnew li l-effetti fuq il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Messiku u mill-Korea għalhekk jenħtieġ li jiġu stabbiliti b’mod indipendenti. |
|
(100) |
L-ilmentatur ikkontesta l-affermazzjonijiet ta’ Alpek, billi argumenta li, mill-fatt stess li l-ilmentatur ippreżenta lment wieħed li jkopri l-importazzjonijiet tal-istess prodott kemm mill-Messiku kif ukoll mill-Korea, l-ilmentatur neċessarjament invoka l-qafas analitiku tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku. L-ilmentatur enfasizza wkoll li l-Artikolu 3(4) ma jelenkax talba formali mill-ilmentatur bħala waħda mill-kundizzjonijiet għall-analiżi kumulattiva. |
|
(101) |
Il-Kummissjoni qablet li talba mill-ilmentatur mhijiex rekwiżit għal analiżi kumulattiva. Instab li l-importazzjonijiet mill-Messiku kienu oġġett ta’ dumping u, minkejja tnaqqis matul il-perjodu kkunsidrat, kienu preżenti fi kwantitajiet sinifikanti. Għalhekk, ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha għall-analiżi kumulattiva skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(102) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati jenħtieġ li jiġu vvalutati b’mod kumulattiv u ċaħdet l-affermazzjoni ta’ Alpek. |
4.4.2. Il-volum u s-sehem mis-suq ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati
|
(103) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-volumi tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq il-bażi tad-data tal-Eurostat u tas-Sorveljanza, kif spjegat fil-premessa (86) hawn fuq. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping ġie stabbilit fuq il-bażi tal-volumi tal-importazzjoni u l-konsum tas-suq ħieles tal-Unjoni kif stabbilit fit-Tabella 1 hawn fuq, wara li tnaqqas il-bejgħ ta’ Taekwang. |
|
(104) |
L-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping lejn l-Unjoni mill-pajjiżi kkonċernati żviluppaw kif ġej: Tabella 2 Volum tal-importazzjonijiet u sehem mis-suq
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(105) |
L-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Korea u mill-Messiku kienu preżenti fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu kkonċernat. It-tnaqqis fid-domanda fl-2023, kif stabbilit fil-premessa (90), kien rifless ukoll fi tnaqqis ta’ 20 % fil-volum tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping f’dik is-sena. |
|
(106) |
Wara dan it-tnaqqis fl-2023, il-volum tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping beda jiżdied drastikament. Fl-2024, l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping diġà żdiedu bi 19-il punt perċentwali meta mqabbla mal-2023. Din iż-żieda kompliet ukoll fil-perjodu ta’ investigazzjoni, fejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping żdiedu bi 15-il punt perċentwali addizzjonali, anke hekk kif id-domanda naqset, u żdiedu b’mod ġenerali b’14 % matul il-perjodu kkonċernat. |
|
(107) |
L-evoluzzjoni tal-ishma mis-suq uriet li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping żdiedu kontinwament minkejja l-volatilità fid-domanda. Filwaqt li bit-tnaqqis fid-domanda fl-2023 l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping naqsu wkoll f’termini assoluti, huma xorta żiedu s-sehem mis-suq tagħhom b’4 punti perċentwali f’dik is-sena. Fl-2024, hekk kif id-domanda totali u l-importazzjonijiet żdiedu, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping baqa’ stabbli. Madankollu, fil-perjodu ta’ investigazzjoni l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping kisbu 4 punti perċentwali addizzjonali ta’ sehem mis-suq fl-Unjoni, hekk kif il-volum tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping baqa’ jiżdied anke hekk kif id-domanda reġgħet naqset. |
4.5. Prezzijiet tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati u twaqqigħ tal-prezz
|
(108) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq il-bażi ta’ data tal-Eurostat u tas-Sorveljanza. |
|
(109) |
It-twaqqigħ tal-prezz tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping ġie stabbilit fuq il-bażi tat-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi esportaturi fil-Korea inklużi fil-kampjun għall-importazzjonijiet mill-Korea, u fuq il-bażi tal-prezzijiet tas-Sorveljanza u tal-Eurostat għall-importazzjonijiet mill-Messiku. |
|
(110) |
Il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping lejn l-Unjoni mill-pajjiżi kkonċernati żviluppa kif ġej: Tabella 3 Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(111) |
Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping kemm mill-Korea kif ukoll mill-Messiku kienu qed jonqsu f’kull sena tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni, bi fluttwazzjoni żgħira ’l fuq tal-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Korea fl-2024. Peress li t-tfixkil fil-katina tal-provvista globali fl-2022 affettwa l-kostijiet tat-trasport u l-prezzijiet tal-materja prima, il-kost tal-produzzjoni u l-prezzijiet minn pajjiżi terzi u fl-Unjoni kienu għoljin (10). |
|
(112) |
Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping naqsu bi 17 % mill-2022 sal-2023. Il-prezzijiet mill-Messiku baqgħu jonqsu fl-2023 bi 3 punti perċentwali addizzjonali, filwaqt li l-prezz għall-Korea żdied bi ftit f’dik is-sena. Il-prezzijiet miż-żewġ pajjiżi mbagħad naqsu b’7 punti perċentwali addizzjonali fil-perjodu ta’ investigazzjoni, li rriżulta fi tnaqqis ġenerali ta’ 24 % tal-prezz medju ponderat tal-importazzjoni miż-żewġ pajjiżi matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(113) |
Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni billi qabblet:
|
|
(114) |
It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta’ tip b’tip għal tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, u wara t-tnaqqis tar-ribassi u l-iskontijiet. Il-prezzijiet tal-QTA tqabblu mal-prezzijiet tal-PTA peress li l-Kummissjoni stabbiliet li ż-żewġ tipi ta’ prodotti jikkompetu b’mod effettiv fl-istess swieq u ma kien hemm l-ebda differenza sinifikanti fil-kost jew fil-prezz bejn iż-żewġ tipi li tiġġustifika kwalunkwe aġġustament. |
|
(115) |
Ir-riżultat tat-tqabbil kien espress bħala perċentwal tal-fatturat teoretiku tal-produtturi tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. L-ebda importazzjoni oġġett ta’ dumping ma nstabet li kienet qed twaqqa’ l-prezz fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(116) |
Madankollu, il-Kummissjoni stabbiliet l-eżistenza ta’ soppressjoni u depressjoni tal-prezzijiet matul il-perjodu kkunsidrat. L-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping inbiegħu fl-Unjoni bi prezzijiet aktar baxxi mill-kostijiet tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni fis-snin kollha tal-perjodu kkunsidrat. Fl-2022 u l-2023 inbiegħu wkoll bi prezzijiet aktar baxxi mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(117) |
Il-prezz tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping imsemmija kien qed jonqos f’kull sena tal-perjodu kkunsidrat. Iffaċċjati bi preżenza qawwija ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping dejjem orħos fis-suq u telf kontinwu tas-sehem mis-suq għal dawn l-importazzjonijiet, il-produtturi tal-Unjoni ma setgħux jistabbilixxu jew iżidu l-prezzijiet tagħhom ogħla mill-kost tal-produzzjoni tagħhom fi kwalunkwe sena tal-perjodu kkunsidrat. Għall-kuntrarju, il-produtturi tal-Unjoni kienu mġiegħla jkomplu jnaqqsu l-prezzijiet tagħhom biex iżommu mill-inqas xi sehem mis-suq. Kif muri fit-Tabella 7 hawn taħt, bl-eċċezzjoni tal-2023 meta seħħ tnaqqis akbar fil-kost tal-produzzjoni, it-tnaqqis fil-prezz sena wara sena mill-industrija tal-Unjoni kien ta’ daqs ħafna akbar mit-tnaqqis fil-kost tal-produzzjoni tagħha; Il-produtturi tal-Unjoni kienu qed inaqqsu l-prezzijiet tagħhom dejjem aktar taħt il-kost tal-produzzjoni tagħhom, u dan irriżulta f’sitwazzjoni ta’ telf. |
4.6. Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.6.1. Kummenti ġenerali
|
(118) |
F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi valutazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(119) |
Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi fuq il-bażi tad-data li tinsab fil-makrokwestjonarju vverifikat ippreżentat mill-ilmentatur, aġġustat fejn meħtieġ bid-data minn kwestjonarji individwali dwar id-dannu ppreżentati mit-tliet produtturi tal-Unjoni, kif ukoll fuq il-bażi tad-data tas-Sorveljanza u tal-Eurostat dwar l-importazzjonijiet tal-prodott taħt investigazzjoni. Id-data kienet relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi fuq il-bażi tad-data li tinsab fit-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju mit-tliet produtturi tal-Unjoni. Id-data kienet relatata mat-tliet produtturi tal-Unjoni. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li jirrappreżentaw is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(120) |
L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum ta’ bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat. |
|
(121) |
L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji tal-bejgħ, il-kost ta’ unità, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital. |
4.6.2. Indikaturi makroekonomiċi
4.6.2.1.
|
(122) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 4 Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(123) |
Il-volum tal-produzzjoni fl-Unjoni naqset b’34 % fil-perjodu kkunsidrat. L-aktar tnaqqis qawwi, ta’ 36 %, seħħ fl-2023. Dan it-tnaqqis qawwi kien parzjalment dovut għat-tnaqqis fid-domanda msemmi hawn fuq dik is-sena. Hekk kif id-domanda tjiebet xi ftit fl-2024, l-istess għamel il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, iżda xorta kien għadu 25 % taħt il-punt tat-tluq tagħha fl-2022 u naqas b’9 punti perċentwali addizzjonali fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(124) |
It-tnaqqis fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-Unjoni juri b’mod ċar il-livell ta’ dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Ix-xejra sottostanti hija tnaqqis enormi fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat peress li diversi faċilitajiet tal-produzzjoni għalqu fl-2023 u fl-2024. B’mod ġenerali, bħala riżultat ta’ dan l-għeluq, il-kapaċità totali tal-produzzjoni fl-Unjoni naqset bin-nofs bejn l-2022 u l-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(125) |
Għal din ir-raġuni, it-titjib apparenti tal-użu tal-kapaċità, jew it-tnaqqis fl-użu tal-kapaċità fl-2023 u l-perjodu ta’ investigazzjoni meta mqabbel mal-2022 u l-2024, rispettivament, mhuwiex istruttiv għall-istat tal-industrija tal-Unjoni, peress li huma prinċipalment relatati mal-għeluq tal-impjanti tal-Unjoni li naqqsu l-kapaċità tal-produzzjoni ġenerali. Minflok, il-volumi ta’ bejgħ totali u l-kapaċità tal-produzzjoni huma ħafna aktar informattivi. |
4.6.2.2.
|
(126) |
Il-kwantità ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 5 Kwantità tal-bejgħ u sehem mis-suq
|
|||||||||||||||||||||||||||
|
(127) |
Il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b’29 % matul il-perjodu kkunsidrat. L-akbar tnaqqis ġie rreġistrat fl-2023, li jikkoinċidi mat-tnaqqis fid-domanda tal-Unjoni (ara t-Tabella 1 hawn fuq). Madankollu, filwaqt li d-domanda tas-suq ħieles naqset b’29 % fl-2023, il-volumi ta’ bejgħ tal-Unjoni naqsu bl-ammont ħafna aktar sinifikanti ta’ 39 %. |
|
(128) |
Bit-titjib fid-domanda fl-2024, il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdied ukoll, iżda xorta kien 22 % taħt il-livelli tal-2022. Fl-aħħar nett, fil-perjodu ta’ investigazzjoni, il-volumi ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqsu b’7 punti perċentwali addizzjonali, għal darb’oħra tnaqqis ħafna aktar sinifikanti mit-tnaqqis ta’ punt perċentwali fid-domanda tal-Unjoni. |
|
(129) |
Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas minn 73 % fl-2022 għal 63 % fl-2023. Hekk kif id-domanda tjiebet fl-2024, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żdied bi 3 punti perċentwali fl-2024, iżda mbagħad reġa’ naqas b’5 punti perċentwali, li rriżulta fl-aktar livell baxx matul il-perjodu kkunsidrat. |
4.6.2.3.
|
(130) |
Il-perjodu kkonċernat kien ikkaratterizzat minn tnaqqis sostanzjali fil-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Il-volumi ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq ħieles naqsu b’29 % matul il-perjodu kkonċernat, b’telf ta’ 12-il punt perċentwali tas-sehem mis-suq. B’kuntrast ma’ dan, il-volum tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping żdied bi 19 % matul il-perjodu kkunsidrat, u kiseb 7 punti perċentwali tas-sehem mis-suq. Is-sitwazzjoni diffiċli tas-suq irriżultat ukoll fl-għeluq ta’ diversi siti ta’ produzzjoni tal-Unjoni, li essenzjalment naqqas il-kapaċità totali tal-produzzjoni tat-TA tal-Unjoni bin-nofs. |
|
(131) |
Kif spjegat hawn fuq, il-perjodu kkunsidrat kien ikkaratterizzat ukoll minn tnaqqis fil-konsum totali tal-Unjoni, bl-akbar tnaqqis osservat fl-2023, peress li d-domanda tas-suq ħieles fl-Unjoni naqset b’29 % meta mqabbla mal-2022. Il-volum ta’ bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni kif ukoll il-volumi tal-importazzjoni kienu fl-aktar livelli baxxi tagħhom f’dik is-sena. |
|
(132) |
Madankollu, filwaqt li fl-2023 il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b’39 % meta mqabbel mal-2022, il-volum tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Korea u mill-Messiku naqas biss b’20 %. Dan irriżulta f’xejriet diverġenti fl-evoluzzjoni tas-sehem mis-suq, fejn l-industrija tal-Unjoni tilfet 10 punti perċentwali tas-sehem mis-suq, filwaqt li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping kisbu 3 punti perċentwali. |
|
(133) |
Fl-2024, id-domanda tas-suq ħieles tjiebet xi ftit iżda baqgħet 13 % inqas milli fl-2022. Il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kiber ukoll bi 17-il punt perċentwali iżda kien għadu 22 % inqas milli fl-2022. L-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, fl-istess ħin, żdiedu bi 19-il punt perċentwali u reġgħu żdiedu għal kważi l-istess livell bħal fl-2022. |
|
(134) |
Fil-perjodu ta’ investigazzjoni d-domanda tal-Unjoni reġgħet naqset, din id-darba b’punt perċentwali modest. Minkejja dan, il-volumi tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping żdiedu bi 19-il punt perċentwali addizzjonali, filwaqt li l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni reġa’ naqas, b’7 punti perċentwali. Għalhekk, fil-perjodu ta’ investigazzjoni, l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping kisbu 4 punti perċentwali addizzjonali tas-sehem mis-suq, filwaqt li l-industrija tal-Unjoni tilfet 5 punti perċentwali. |
4.6.2.4.
|
(135) |
L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 6 Impjiegi u produttività
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(136) |
Is-sitwazzjoni diffiċli tal-industrija tal-Unjoni rriżultat fit-telf ta’ 480 ekwivalenti ta’ ingaġġ full-time matul il-perjodu kkunsidrat. B’riflessjoni tal-għeluq deskritt hawn fuq tal-impjanti tat-TA fl-Unjoni (Taqsima 4.6.2.1), iżda wkoll it-tnaqqis tal-forza tax-xogħol fit-tliet produtturi tal-Unjoni li għadhom joperaw, l-għadd totali ta’ impjegati kien qed jonqos f’kull sena tal-perjodu kkunsidrat. Il-forza tax-xogħol naqset bi 17 % fl-2023, segwita minn tnaqqis enormi ieħor ta’ 24 punt perċentwali fl-2024, u tnaqqis ulterjuri ta’ 3 punti perċentwali fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(137) |
Il-produttività żviluppat f’konformità mal-bidliet fil-produzzjoni u fl-impjiegi. Dan kien b’mod partikolari fl-aktar livell baxx tiegħu fl-2023 meta naqset id-domanda fl-Unjoni. Il-produttività tidher li żdiedet f’daqqa b’50 punt perċentwali fl-2024, iżda mhux minħabba titjib fil-proċessi tal-produzzjoni, iżda pjuttost bħala riżultat tal-għeluq tal-fabbriki u l-bqija tal-produtturi li kkonsolidaw il-produzzjoni u naqqsu l-persunal. |
|
(138) |
Fil-perjodu ta’ investigazzjoni, hekk kif il-produtturi tal-Unjoni baqgħu jitilfu l-volumi ta’ bejgħ u l-ishma mis-suq fis-suq ħieles, bl-użu kaptiv jonqos ukoll, anke bi tnaqqis addizzjonali tal-forza tax-xogħol, il-produttività reġgħet naqset b’9 punti perċentwali. |
4.6.2.5.
|
(139) |
Il-marġnijiet kollha tad-dumping kienu ogħla b’mod sinifikanti mil-livell de minimis. L-impatt tad-daqs tal-marġnijiet reali tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni ma kienx negliġibbli, meta wieħed iqis il-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat. |
|
(140) |
It-TA kien diġà soġġett għal investigazzjoni anti-dumping, mibdija fl-2016 kontra l-importazzjonijiet tat-TA mill-Korea. Madankollu, l-investigazzjoni ntemmet fis-6 ta’ Ġunju 2017 (11) minħabba li l-marġnijiet tad-dumping li nstabu kienu taħt il-livell de minimis. Għalhekk, ma kienx hemm data disponibbli biex jiġu vvalutati l-effetti ta’ dumping possibbli fil-passat. |
4.6.3. Indikaturi mikroekonomiċi
4.6.3.1.
|
(141) |
Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tat-tliet produtturi tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 7 Prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(142) |
Filwaqt li kemm il-kost medju ta’ unità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni kif ukoll il-prezz medju tal-bejgħ fis-suq ħieles kienu qed jonqsu f’kull sena tal-perjodu kkunsidrat, minħabba pressjoni fuq il-prezzijiet minn importazzjonijiet oġġett ta’ dumping irħas, il-produtturi tal-Unjoni kienu mġiegħla jbigħu bi prezzijiet taħt il-kost tal-produzzjoni tagħhom fis-snin kollha tal-perjodu kkunsidrat. |
|
(143) |
Kif diġà ssemma fil-premessa (111), il-kost tal-produzzjoni fl-2022 kien għoli globalment. Dan kien partikolarment minnu fl-Unjoni, hekk kif il-prezzijiet tal-enerġija żdiedu wara l-invażjoni Russa tal-Ukrajna. |
|
(144) |
Hekk kif is-sitwazzjoni tas-suq globali nnormalizzat u l-prezzijiet tal-enerġija fl-Unjoni bdew jistabbilizzaw mill-2023 ’il quddiem, bdew jonqsu l-kostijiet u l-prezzijiet. Il-kost medju tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas b’4 % fl-2023, segwit minn tnaqqis sostanzjali ta’ 14-il punt perċentwali addizzjonali fl-2024. It-tnaqqis fil-kost tal-produzzjoni kompla gradwalment fil-perjodu ta’ investigazzjoni, u naqas b’punt perċentwali addizzjonali. |
|
(145) |
Il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kienu qed jonqsu wkoll f’kull sena tal-perjodu kkunsidrat, iżda kienu konsistentement aktar baxxi mill-kost ta’ unità tal-produzzjoni. Dan wera li l-kostijiet tal-produzzjoni ma kinux il-mutur ewlieni tal-livelli tal-prezzijiet. |
|
(146) |
Minflok, l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping inbiegħu fl-Unjoni bi prezzijiet taħt il-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni fis-snin kollha tal-perjodu kkunsidrat. Peress li l-produtturi tal-Unjoni kienu qed jitilfu s-sehem mis-suq għal dawn l-importazzjonijiet irħas f’kull sena (bl-eċċezzjoni ta’ rkupru temporanju ta’ xi sehem mis-suq fl-2024), huma kellhom jirrikorru għal tnaqqis aggressiv fil-prezzijiet u jbigħu taħt il-kost tal-produzzjoni tagħhom biex iżommu mill-inqas xi volumi ta’ bejgħ. |
|
(147) |
Fl-2022 u l-2023, l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping inbiegħu bi prezzijiet aktar baxxi mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, l-industrija tal-Unjoni naqqset il-prezzijiet bi 19 % bejn l-2022 u l-2023, bi tnaqqis ulterjuri ta’ 7 punti perċentwali fl-2024, u tnaqqis ta’ 4 punti perċentwali fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
4.6.3.2.
|
(148) |
Il-kostijiet lavorattivi medji tat-tliet produtturi tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 8 Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat
|
||||||||||||||||||||||
|
(149) |
Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat żdiedu b’6 % fl-2023 u bi 3 punti perċentwali oħra fl-2024. Fl-aħħar nett, huma żdiedu 15-il punt perċentwali addizzjonali fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
4.6.3.3.
|
(150) |
Il-livelli tal-istokks tat-tliet produtturi tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 9 Stokks
|
|||||||||||||||||||||||||||
|
(151) |
Il-livelli tal-istokk tal-għeluq varjaw f’konformità mal-volumi ta’ produzzjoni u ta’ bejgħ, u naqsu b’39 % fl-2023, qabel ma żdiedu b’aktar mid-doppju fl-2024, u mbagħad naqsu bi ftit b’6 punti perċentwali fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
4.6.3.4.
|
(152) |
Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tat-tliet produtturi tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 10 Profittabilità, fluss tal-flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(153) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tat-tliet produtturi tal-Unjoni billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa mill-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. |
|
(154) |
Kif muri fid-differenza bejn il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u l-kost ta’ unità tal-produzzjoni, l-industrija tal-Unjoni kienet diġà qed iġġarrab telf fl-2022, peress li kienet qed tipprova tikkompeti ma’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping li nbiegħu bi prezzijiet taħt il-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(155) |
Fl-2023, hekk kif id-domanda fl-Unjoni naqset u l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kien fl-aktar livelli baxxi tiegħu, filwaqt li fl-istess ħin naqset il-prezzijiet biex tikkompeti ma’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping orħos, l-industrija tal-Unjoni ġarrbet l-akbar telf tagħha fil-perjodu kollu kkunsidrat, ta’ –25 %. |
|
(156) |
Id-domanda tal-Unjoni u l-volumi ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni tjiebu bi ftit fl-2024 filwaqt li naqsu l-kostijiet tal-produzzjoni. Madankollu, dan ma ssarrafx f’operazzjonijiet profittabbli. Minflok, peress li l-volum tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping kompla jiżdied filwaqt li l-prezzijiet tagħhom komplew jonqsu, l-industrija tal-Unjoni kienet imġiegħla tkompli tnaqqas il-prezzijiet tagħha, u dan irriżulta biss fi ftit inqas riżultati negattivi, bi profitt ta’ –17 % f’dik is-sena. |
|
(157) |
Peress li l-pressjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping ippersistiet ukoll fil-perjodu ta’ investigazzjoni, bi tnaqqis ulterjuri fil-prezz u żieda fil-volumi u fis-sehem mis-suq tagħhom, l-industrija tal-Unjoni tilfet il-volumi ta’ bejgħ u reġgħet naqqset il-prezzijiet, u dan irriżulta f’marġni ta’ profitt li mar għall-agħar, ta’ –21 %. |
|
(158) |
Il-fluss tal-flus nett huwa l-abbiltà tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom huma stess. Il-fluss tal-flus nett kien diġà negattiv fl-2022 u ddeterjora b’mod konsistenti matul il-perjodu kkunsidrat, li kompla juri l-istat ħażin tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(159) |
L-investimenti naqsu wkoll matul il-perjodu kkunsidrat hekk kif is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni marret għall-agħar. L-ammont ta’ investimenti żdied kemxejn fl-2023, peress li kellha ssir manutenzjoni regolari minn xi wħud mill-produtturi tal-Unjoni. Madankollu, fl-2024 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni, l-investimenti naqsu bi 38 u bi 12-il punt perċentwali, rispettivament. |
|
(160) |
Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Bi tnaqqis f’investimenti ġodda f’faċilitajiet ta’ produzzjoni u livelli ta’ profitt li qed jonqsu, ir-redditu fuq l-investimenti wkoll iddeterjora b’mod konsistenti matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(161) |
L-abbiltà tal-industrija tal-Unjoni li tiġġenera l-kapital kienet ukoll affettwata b’mod sever mill-erożjoni tal-profittabbiltà kif ukoll tal-fluss tal-flus dejjem aktar negattiv imġarrba matul il-perjodu kkunsidrat. |
4.7. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(162) |
Kif spjegat hawn fuq, l-evoluzzjoni tal-volum tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u l-effetti tagħhom fuq il-prezzijiet jeħtieġ li jitqiesu fl-isfond tad-domanda tas-suq li qed tevolvi. |
|
(163) |
Kif deskritt fit-taqsima 4.3 hawn fuq, il-konsum tas-suq ħieles tal-Unjoni naqas b’14 % matul il-perjodu kkunsidrat. Minħabba l-kundizzjonijiet speċifiċi tas-suq, id-domanda naqset b’mod sinifikanti fl-2023 (b’29 %), qabel ma stabbilizzat kemxejn fl-2024, iżda xorta waħda fil-livell ta’ 13 % inqas milli fl-2022. It-tnaqqis kompla gradwalment fil-perjodu ta’ investigazzjoni, bid-domanda tonqos b’punt perċentwali addizzjonali. |
|
(164) |
Xi telf fil-volumi ta’ bejgħ seta’ kien mistenni fil-kuntest ta’ suq li qed jiċkien. Madankollu, it-tnaqqis fil-volum tal-bejgħ u tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni kien ħafna aktar evidenti mit-tnaqqis ta’ 14 % fid-domanda tal-Unjoni: il-volumi ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqsu b’ammont ħafna aktar sinifikanti ta’ 29 % bejn l-2022 u l-perjodu ta’ investigazzjoni. Is-sehem mis-suq tagħhom naqas ukoll minn 73 % għal 61 % matul dak il-perjodu, li juri dannu ċar fil-volum. Il-volum tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Korea u mill-Messiku żdied b’14 % matul dak il-perjodu, li żied is-sehem mis-suq tagħhom minn 21 % għal 28 %. |
|
(165) |
L-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping inbiegħu fl-Unjoni bi prezzijiet aktar baxxi mill-kostijiet tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni fis-snin kollha tal-perjodu kkunsidrat. Fl-2022 u l-2023 inbiegħu wkoll bi prezzijiet aktar baxxi mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Peress li l-produtturi tal-Unjoni kienu qed jitilfu s-sehem mis-suq għall-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping f’kull sena, kellhom jirrikorru għal tnaqqis aggressiv fil-prezzijiet. F’tentattiv biex iżżomm mill-inqas xi volumi ta’ bejgħ, l-industrija tal-Unjoni kienet qed tbigħ bi prezzijiet saħansitra aktar baxxi minn dawk tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fl-2024 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni, għad-detriment ta’ deterjorament ulterjuri tas-sitwazzjoni ta’ telf tagħhom. Tali xejriet tal-prezzijiet indikaw soppressjoni tal-prezzijiet fl-2022, u kemm soppressjoni kif ukoll depressjoni tal-prezzijiet fl-2023, fl-2024 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(166) |
It-Tabelli 4 u 6 wrew li l-użu tal-kapaċità u l-produttività jidhru li żdiedu aktar mil-livelli tal-2022 fl-2024 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Madankollu, kif spjegat fit-taqsimiet rispettivi, din kienet konsegwenza tal-għeluq ta’ diversi faċilitajiet fl-Unjoni matul l-2023 u l-2024, kif ukoll it-tnaqqis fil-forza tax-xogħol fit-tliet faċilitajiet tal-produtturi tal-Unjoni li għadhom joperaw. Għalhekk, dawn ix-xejriet apparentement pożittivi ma jindikawx in-nuqqas ta’ dannu, pjuttost il-kuntrarju. |
|
(167) |
Kif muri hawn fuq, il-fatturi ewlenin kollha tad-dannu wrew xejriet negattivi. Il-volum tal-produzzjoni, il-kapaċità, il-volum ta’ bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-profittabbiltà, il-flussi tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investiment, u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital kollha ddeterjoraw matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(168) |
Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal aktar ’il fuq, il-Kummissjoni f’dan l-istadju kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. |
5. KAWŻALITÀ
|
(169) |
F’konformità mal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati kkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufin oħra setgħux fl-istess ħin ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kwalunkwe dannu possibbli kkawżat minn fatturi oħra għajr l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati ma kienx attribwit għall-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Dawn il-fatturi huma: it-tnaqqis fil-konsum, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni, u l-kost tal-produzzjoni. |
5.1. Effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping
|
(170) |
Fl-isfond ta’ tnaqqis fid-domanda, l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Korea u mill-Messiku baqgħu jidħlu fl-Unjoni bi prezzijiet ferm taħt il-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Fl-istess ħin, l-industrija tal-Unjoni kienet qed titlef il-volumi ta’ bejgħ u l-ishma mis-suq, u kienet imġiegħla tnaqqas il-prezzijiet tagħha dejjem aktar biex iżżomm mill-inqas xi sehem mis-suq, u b’hekk ġarrbet telf kbir. |
|
(171) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni tilfet 12 % tas-sehem mis-suq, filwaqt li l-volumi ta’ produzzjoni u ta’ bejgħ fis-suq ħieles tagħha naqsu b’34 % u 29 %, rispettivament. Matul l-istess perjodu, il-volum tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping żdied bi 19 %, u kiseb 7 % tas-sehem mis-suq mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(172) |
L-analiżi tal-indikaturi tad-dannu fil-premessi (85) sa (168) hawn fuq uriet li s-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni, filwaqt li esperjenzat l-akbar tnaqqis fl-2023, kompliet tmur għall-agħar fl-2024 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni meta mqabbla mal-2022, li kkoinċida ma’ żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati. |
|
(173) |
Xi utenti indikaw il-fatt li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping Koreani u Messikani kienu qrib ħafna tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, u sostnew li, għalhekk, ma setgħux ikunu qed jikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. |
|
(174) |
L-ilmentatur ma qabilx ma’ din l-interpretazzjoni, billi indika li l-prezzijiet kienu jidhru allinjati preċiżament minħabba l-pressjoni fuq il-prezzijiet eżerċitata mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. |
|
(175) |
Tabilħaqq, kif diġà ġie stabbilit hawn fuq, l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping ikkawżaw soppressjoni sinifikanti tal-prezzijiet fl-2022 u fl-2023, u kemm soppressjoni kif ukoll depressjoni tal-prezzijiet fl-2023, fl-2024, u fil-perjodu ta’ investigazzjoni, peress li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tagħha ogħla mill-kost tal-produzzjoni tagħha. Minflok, filwaqt li l-prezzijiet tagħha kienu diġà stabbiliti fil-livell taħt il-kostijiet ta’ unità tal-produzzjoni fl-2022, l-industrija tal-Unjoni kellha tkompli tnaqqashom matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(176) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni stabbiliet b’mod proviżorju li hemm rabta kawżali bejn id-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati skont it-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku. Tali dannu kellu effetti kemm fuq il-volum kif ukoll fuq il-prezz. |
5.2. Effetti ta’ fatturi oħrajn
5.2.1. Konsum
5.2.1.1.
|
(177) |
Kif muri fit-Tabella 1 hawn fuq, ġiet stabbilita l-preżenza ta’ suq kaptiv fl-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat, għall-produzzjoni tal-PET. Peress li l-volumi ta’ użu kaptiv naqsu gradwalment f’kull sena tal-perjodu kkunsidrat, mingħajr it-tnaqqis kbir osservat fl-2023 fis-suq ħieles, dawn kienu jirrappreżentaw bejn [7–10] % u [13–16] % tal-konsum totali tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(178) |
L-użu kaptiv totali naqas bi 42 % matul il-perjodu kkunsidrat, li kien, kif imsemmi fil-premessa (92), xprunat mill-fatt li l-impjant ta’ Indorama Netherlands għalaq; il-volum tal-użu kaptiv fil-produttur l-ieħor tal-Unjoni li uża parti mill-produzzjoni tiegħu b’mod kaptiv baqa’ relattivament stabbli matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(179) |
Minħabba dan u l-fatt li l-użu kaptiv kien jirrappreżenta sehem limitat biss tal-produzzjoni totali tal-Unjoni (bejn [7–10] % u [13–16] % matul il-perjodu kkunsidrat), il-Kummissjoni kkonkludiet li l-iżviluppi tas-suq kaptiv ma kkontribwewx għad-dannu. |
5.2.1.2.
|
(180) |
Kif diġà ġie deskritt, il-konsum tas-suq ħieles tal-Unjoni naqas b’14 % matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, kif deskritt ukoll hawn fuq, il-volumi ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqsu bl-ammont ferm aktar sinifikanti ta’ 29 %, filwaqt li l-volum tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping żdied b’14 % anke f’tali suq li kien qed jiċkien, u kiseb 7 % tas-sehem mis-suq. |
|
(181) |
Għalhekk, filwaqt li s-suq li kien qed jiċkien kien bla dubju se jwassal għat-telf ta’ xi volumi ta’ bejgħ, anke jekk tnaqqis fid-domanda kien jikkawża dannu lill-industrija tal-Unjoni, il-fatt li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping kisbu 7 % addizzjonali tas-sehem mis-suq matul il-perjodu kkunsidrat juri li t-tnaqqis fid-domanda mhuwiex il-mutur ewlieni tad-dannu lill-industrija tal-Unjoni. Is-suq li kien qed jiċkien, minflok, ħoloq sitwazzjoni diffiċli li fiha l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping irħas bdew jaħtfu s-sehem mis-suq mill-produtturi tal-Unjoni permezz ta’ tnaqqis aggressiv fil-prezzijiet, u b’hekk naqqsu l-volumi ta’ bejgħ u l-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni, b’impatt devastanti fuq il-profittabbiltà tagħhom. |
|
(182) |
Fl-aħħar nett, minħabba li d-domanda naqset biss b’14 %, il-Kummissjoni kkonkludiet li dan it-tnaqqis fid-domanda ma naqqasx ir-rabta kawżali. |
5.2.2. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
(183) |
Il-kwantità tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppat kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 11 Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(184) |
L-importazzjonijiet mhux oġġett ta’ dumping minn Taekwang kienu qed jidħlu wkoll fl-Unjoni bi prezzijiet taħt il-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni f’kull sena tal-perjodu kkunsidrat, iżda ogħla mill-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom fl-2023, fl-2024, u fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(185) |
Fl-istess ħin, l-importazzjonijiet ta’ Taekwang żdiedu f’daqqa għall-ogħla livell tagħhom fl-2023 u naqsu b’mod kostanti fl-2024 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Is-sehem mis-suq tagħhom żdied b’aktar mid-doppju fl-2023, iżda naqas fl-2024 u baqa’ stabbli fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(186) |
Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina kienu l-irħas fl-2022 u fl-2023, iżda ogħla mill-prezzijiet tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fl-2024 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni, għalkemm xorta taħt il-prezzijiet u l-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, il-volum ta’ dawn l-importazzjonijiet, minkejja li żdied gradwalment u kiseb sehem mis-suq, kien minimu. |
|
(187) |
Fl-aħħar nett, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra kienu virtwalment ineżistenti. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn l-importazzjonijiet ma setax kellhom impatt fuq is-suq tal-Unjoni jew fuq l-utenti tal-Unjoni. |
|
(188) |
Min-naħa l-oħra, l-importazzjonijiet minn Taekwang kienu sinifikanti u mibjugħa taħt il-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Għalkemm kisbu ftit punti perċentwali tas-sehem mis-suq, ma kellhomx l-istess effett fuq il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni bħall-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, li kienu orħos mill-importazzjonijiet ta’ Taekwang fis-snin kollha tal-perjodu kkunsidrat u ħafna akbar fi kwantitajiet. Dan huwa evidenzjat ukoll mill-fatt li l-prezzijiet tal-importazzjoni ta’ Taekwang kienu ogħla mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fl-2023, fl-2024, u fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(189) |
Madankollu, l-importazzjonijiet Ċiniżi nbiegħu bi prezzijiet taħt il-kost ta’ unità tal-produzzjoni u l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-snin kollha tal-perjodu kkunsidrat. Madankollu, il-volumi ta’ dawn l-importazzjonijiet kienu baxxi u kellhom sehem mis-suq ta’ 0–3 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(190) |
Fil-qosor, wieħed jista’ jara li l-importazzjonijiet bi prezz irħis minn Taekwang u miċ-Ċina kisbu wkoll madwar 5 % tas-sehem mis-suq mill-industrija tal-Unjoni. Madankollu, meta jitqies dan ta’ hawn fuq, anke jekk ikkontribwew għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, l-effett tagħhom ma kienx tali li jnaqqas ir-rabta kawżali bejn id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati. |
|
(191) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ma naqqsux ir-rabta kawżali. |
5.2.3. Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni
|
(192) |
Il-volum tal-esportazzjonijiet tat-tliet produtturi tal-Unjoni żviluppa kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 12 Prestazzjoni tal-esportazzjoni tat-tliet produtturi tal-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(193) |
L-esportazzjonijiet tat-TA kienu qed jonqsu wkoll gradwalment matul il-perjodu kkunsidrat. Il-volumi tal-esportazzjoni naqsu b’20 % fl-2023, b’21 % addizzjonali fl-2024, u b’16 % addizzjonali fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-prezzijiet tal-esportazzjoni wrew l-istess xejra ta’ tnaqqis bħall-bejgħ domestiku, peress li l-industrija tal-Unjoni kompliet tnaqqas il-prezzijiet biex trażżan ukoll it-telf tas-swieq tal-esportazzjoni. |
|
(194) |
Madankollu, minħabba s-sehem relattivament baxx tal-esportazzjonijiet, li jirrappreżenta [16–20] % tal-bejgħ totali tal-produtturi tal-Unjoni fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat, li naqas għal [11–15] % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, it-tnaqqis fl-esportazzjonijiet kien ikollu impatt modest fl-aħjar każ u ma jnaqqasx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu tal-industrija tal-Unjoni. |
5.2.4. Il-kostijiet tal-produzzjoni
|
(195) |
Diversi partijiet interessati u r-Repubblika tal-Korea sostnew li r-raġuni ewlenija tad-dannu kkawżat kienet il-kostijiet għoljin tal-produzzjoni, u speċifikament li l-industrija tal-Unjoni kienet partikolarment suxxettibbli għal xokkijiet fil-prezzijiet tal-enerġija u tal-elettriku minħabba dipendenza strutturali storika tal-Unjoni fuq l-importazzjonijiet tal-enerġija mir-Russja. |
|
(196) |
Il-partijiet indikaw li s-snin 2022 u 2023 kienu kkaratterizzati minn żieda qawwija fil-kostijiet tal-elettriku u tal-gass naturali, hekk kif l-Unjoni introduċiet sanzjonijiet fuq ir-Russja wara l-invażjoni tagħha tal-Ukrajna u l-provvisti tal-gass naturali naqsu b’mod sinifikanti. |
|
(197) |
Il-partijiet sostnew li l-inflazzjoni li rriżultat, u b’mod partikolari ż-żieda fil-prezzijiet tal-elettriku u tal-materja prima, inkluż il-paraksilen, li kienet speċifika għall-Unjoni, ħalliet lill-industrija tal-Unjoni fi żvantaġġ kompetittiv għall-importazzjonijiet mill-Korea u mill-Messiku. |
|
(198) |
L-ilmentatur irrikonoxxa ż-żieda qawwija fil-kostijiet tal-produzzjoni fl-2022 minħabba ż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-enerġija wara l-invażjoni Russa tal-Ukrajna. Kif jidher fit-Tabella 7 hawn fuq, il-kostijiet tal-produzzjoni, minkejja li naqsu xi ftit, baqgħu għoljin ukoll fl-2023. |
|
(199) |
Madankollu, dan ma jnaqqasx ir-relazzjoni kawżali bejn iż-żieda fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(200) |
Il-fatt li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Korea u mill-Messiku kienu l-ogħla fl-2022 jissuġġerixxi li ambjent ta’ kostijiet għoljin ma kienx speċifiku għall-Unjoni biss. |
|
(201) |
Barra minn hekk, il-kostijiet tal-produzzjoni tal-Unjoni kienu qed jonqsu f’kull sena tal-perjodu kkunsidrat, u naqsu b’mod sinifikanti fl-2024 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni meta mqabbla mal-2022. Fl-istess ħin, l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping kienu qed jidħlu fl-Unjoni fi kwantitajiet dejjem jiżdiedu u bi prezzijiet aktar baxxi, li jipprevjenu lill-industrija tal-Unjoni milli żżid il-prezzijiet ogħla mill-kostijiet tal-produzzjoni tagħha. |
|
(202) |
Kif jidher b’mod ċar fit-Tabella 10 hawn fuq, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni kienet ħafna aktar baxxa fl-2024 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni (is-snin ta’ kostijiet tal-produzzjoni mnaqqsa) milli fl-2022 (is-sena bl-ogħla kost tal-produzzjoni). Indikaturi oħra tad-dannu juru xejriet simili. Id-deterjorament sinifikanti tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ma jikkoinċidix fiż-żmien mal-perjodu tal-ogħla kostijiet tal-produzzjoni, iżda mal-preżenza dejjem tikber ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fis-suq tal-Unjoni. |
|
(203) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni enfasizzat li, filwaqt li l-ambjent tal-kostijiet għoljin seta’ kien realtà makroekonomika usa’ għall-industrija tal-Unjoni fl-2022 u fl-2023, l-importazzjonijiet mill-Korea u mill-Messiku nstabu li kienu involuti f’dumping. Għalhekk, filwaqt li l-kostijiet ogħla tal-produzzjoni setgħu kienu fattur diffiċli, dawn ma jiksrux jew ma jnaqqsux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet bi prezz inġust, li kienu qed irażżnu u jnaqqsu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, u d-dannu kkawżat lill-industrija tal-Unjoni. |
5.3. Konklużjoni dwar il-kawżalità
|
(204) |
Kif stabbilit hawn fuq, fl-isfond tat-tnaqqis fid-domanda fis-suq tal-Unjoni ta’ 14 % matul il-perjodu kkunsidrat, il-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni naqas b’29 %. Filwaqt li ċertu telf fil-volumi ta’ bejgħ kien ikun mistenni kullimkien f’suq li qed jiċkien, l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, madankollu, żdiedu bi 13 % fl-istess perjodu. |
|
(205) |
Barra minn hekk, l-importazzjonijiet bi prezz baxx minn Taekwang u miċ-Ċina setgħu kkontribwew ukoll għad-dannu, peress li żdiedu wkoll fil-volum u kisbu kważi 5 % tas-sehem mis-suq meħudin flimkien. |
|
(206) |
Madankollu, din iż-żieda ma kinitx tali li tnaqqas ir-rabta kawżali. Intilfu 7 punti perċentwali tas-sehem mis-suq fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni direttament minħabba l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, li nbiegħu bi prezzijiet aktar baxxi mill-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, u aktar baxxi mill-prezzijiet ta’ Taekwang. Sabiex jitwaqqaf aktar telf tas-sehem mis-suq u jinżamm mill-inqas xi livell ta’ volum tal-produzzjoni, il-produtturi tal-Unjoni komplew inaqqsu l-prezzijiet tagħhom aktar u aktar taħt il-kostijiet tal-produzzjoni tagħhom, u ġarrbu telf kbir matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(207) |
Il-Kummissjoni ddistingwiet u sseparat l-effetti tal-fatturi kollha magħrufin fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. L-effett tat-tnaqqis fid-domanda, tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, u tal-prestazzjoni tal-esportazzjoni fuq l-iżviluppi negattivi tal-industrija tal-Unjoni f’termini ta’ telf tal-volumi ta’ bejgħ, tas-sehem mis-suq, u tal-profittabbiltà kien biss limitat. |
|
(208) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet f’dan l-istadju li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni u li l-fatturi l-oħrajn, meqjusin individwalment jew kollettivament, ma naqqsux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali. Id-dannu kien jikkonsisti prinċipalment minn telf tas-sehem mis-suq, soppressjoni, u depressjoni tal-prezzijiet, u tnaqqis fil-profittabbiltà. |
6. LIVELL TAL-MIŻURI
|
(209) |
Sabiex tiddetermina l-livell tal-miżuri, il-Kummissjoni eżaminat jekk dazju aktar baxx mill-marġni tad-dumping ikunx biżżejjed sabiex jitneħħa d-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping lill-industrija tal-Unjoni. |
6.1. Marġni tad-dannu
|
(210) |
Id-dannu jitneħħa jekk l-industrija tal-Unjoni tkun tista’ tikseb profitt fil-mira billi tbigħ bi prezz fil-mira fis-sens tal-Artikoli 7(2c) u 7(2d) tar-Regolament bażiku. |
|
(211) |
F’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku, sabiex tistabbilixxi l-profitt fil-mira, il-Kummissjoni qieset il-fatturi li ġejjin: il-livell ta’ profittabilità qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiż taħt investigazzjoni, il-livell ta’ profittabilità meħtieġ sabiex ikopri l-kostijiet u l-investimenti kollha, ir-riċerka u l-iżvilupp (R & Ż) u l-innovazzjoni, u l-livell ta’ profittabilità li wieħed għandu jistenna f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni normali. Tali marġni ta’ profitt jenħtieġ li ma jkunx inqas minn 6 %. |
|
(212) |
Bħala l-ewwel pass, il-Kummissjoni stabbiliet profitt bażiku li jkopri l-kostijiet sħaħ f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Peress li mhux it-tliet produtturi kollha tal-Unjoni setgħu jipprovdu data affidabbli biex juru l-profittabbiltà fuq il-bejgħ lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati, il-Kummissjoni stabbiliet il-profitt bażiku biex tiddetermina l-prezz mhux dannuż fil-livell ta’ 6 %, f’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku. |
|
(213) |
Diversi partijiet interessati kkontestaw l-affermazzjoni tal-ilmentatur għal marġni ta’ profitt fil-mira ta’ [8–18] %, li ġie propost fl-ilment. Huma sostnew li l-profitt fil-mira jenħtieġ li jiġi stabbilit fil-livell ta’ 6 %. |
|
(214) |
Il-Kummissjoni fakkret li l-profitt fil-mira użat fl-ilment kien ibbażat fuq il-profitti storiċi reali tal-ilmentatur għall-produzzjoni tat-TA. F’din l-investigazzjoni, peress li żewġ produtturi addizzjonali tal-Unjoni mlew it-tweġiba għall-kwestjonarju, il-Kummissjoni fittxet li tistabbilixxi l-profitt fil-mira f’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku. |
|
(215) |
Madankollu, kif indikat fil-premessa (212), peress li mhux il-produtturi kollha tal-Unjoni setgħu jipprovdu data affidabbli biex juru l-profittabbiltà fuq il-bejgħ lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat, il-Kummissjoni kellha tirrikorri għall-istabbiliment ta’ profitt bażiku ta’ 6 %, il-livell minimu previst fl-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, l-affermazzjonijiet tal-partijiet fir-rigward tal-livell ta’ profitt fil-mira saru irrilevanti. |
|
(216) |
L-industrija tal-UE pprovdiet evidenza li l-livell tagħha ta’ investimenti, riċerka u żvilupp (R & Ż) u innovazzjoni matul il-perjodu kkunsidrat kienu jkunu ogħla f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Wara l-verifika, l-affermazzjonijiet tal-industrija tal-UE nstabu li kienu ġġustifikati. Sabiex tirrifletti dan fil-profitt fil-mira, il-Kummissjoni kkalkolat id-differenza bejn l-kost tal-investimenti, tar-R & Ż u tal-innovazzjoni (“IRI”) taħt kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni kif ipprovduti mill-Industrija tal-UE u vverifikati mill-Kummissjoni b’kostijiet reali tal-IRI matul il-perjodu kkunsidrat. Tali differenza, espressa bħala perċentwal tal-fatturat, kienet ta’ [0–1,5] %. |
|
(217) |
Il-perċentwal ikkalkulat għal kull produttur ġie miżjud mal-profitt bażiku ta’ 6 % msemmi fil-premessa (212) biex jinkiseb il-profitt fil-mira tagħhom. |
|
(218) |
Fuq din il-bażi, il-prezz mhux dannuż huwa stabbilita bejn EUR [50–60] u [70–80] għal kull tunnellata, li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-marġni ta’ profitt imsemmi hawn fuq għal kull produttur tal-Unjoni għall-kost tal-produzzjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ kull wieħed mit-tliet produtturi tal-Unjoni. |
|
(219) |
F’konformità mal-Artikolu 7(2d) tar-Regolament bażiku, bħala pass finali, il-Kummissjoni vvalutat il-kostijiet futuri li jirriżultaw mill-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali, u l-protokolli tagħhom, li l-Unjoni hija parti għalihom, u tal-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati fl-Anness Ia (“il-kostijiet tal-konformità futuri”) li l-industrija tal-Unjoni se ġġarrab matul il-perjodu tal-applikazzjoni tal-miżura skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Fuq il-bażi tal-evidenza ppreżentata mit-tliet produtturi tal-Unjoni, il-Kummissjoni stabbiliet kost addizzjonali ta’ bejn EUR [8–14] u [36–42] għal kull tunnellata, skont il-kostijiet imġarrba minn kull produttur. Din id-differenza ġiet miżjuda mal-prezz mhux dannuż imsemmi fil-premessa (218) hawn fuq. |
|
(220) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkalkolat prezz medju ponderat mhux dannuż ta’ EUR [880–1 020] għal kull tunnellata għall-prodott simili tal-industrija tal-Unjoni billi applikat il-marġni ta’ profitt fil-mira msemmi hawn fuq għall-kost tal-produzzjoni ta’ kull wieħed mit-tliet produtturi tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u mbagħad żiedet l-aġġustamenti skont l-Artikolu 7(2d) fuq bażi ta’ tip b’tip. |
|
(221) |
Imbagħad, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell tal-marġni tad-dannu fuq il-bażi ta’ tqabbil tal-prezz medju ponderat tal-importazzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun fil-Korea u fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-Eurostat għall-Messiku, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, mal-prezz medju ponderat mhux dannuż tal-prodott simili mibjugħ mit-tliet produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil ġiet espressa bħala perċentwal tal-valur CIF medju ponderat tal-importazzjoni. |
|
(222) |
Il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu għal “kumpaniji oħra li kkooperaw” u għal “importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat” huwa definit bl-istess mod bħall-marġni tad-dumping għal dawn il-kumpaniji u l-importazzjonijiet (ara l-premessi (59) sa (65) u (72) sa (73) hawn fuq).
|
6.2. Konklużjoni dwar il-livell ta’ miżuri
|
(223) |
Wara l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, jenħtieġ li d-dazji anti-dumping proviżorji jiġu stabbiliti kif ġej f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku:
7. INTERESS TAL-UNJONI |
|
(224) |
Wara li ddeċidiet li tapplika l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx tikkonkludi b’mod ċar li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri f’dan il-każ, minkejja d-determinazzjoni ta’ dumping dannuż, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq l-apprezzament ta’ kull wieħed mid-diversi interessi involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni u tal-utenti. |
7.1. Interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(225) |
L-industrija tal-Unjoni kienet qed tagħmel telf kbir fil-perjodu kkunsidrat. Hija tilfet il-volumi ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq, u kienet imġiegħla żżomm il-prezzijiet tagħha f’livelli mhux sostenibbli. Is-sitwazzjoni diffiċli diġà rriżultat fl-għeluq ta’ diversi faċilitajiet ta’ produzzjoni fl-Unjoni u t-telf ta’ madwar 500 post tax-xogħol. L-indikaturi ewlenin tad-dannu mikroekonomiku tat-tliet produtturi tal-Unjoni li għadhom joperaw iddeterjoraw ukoll matul il-perjodu kkonċernat. |
|
(226) |
Kif spjegat hawn fuq, l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping kienu l-kawża ewlenija ta’ dan id-dannu. Għalhekk, l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping se ttaffi l-piż tal-ipprezzar inġust, u tippermetti lill-industrija tal-Unjoni żżid il-prezzijiet tagħha għal livelli aktar sostenibbli u x’aktarx treġġa’ lura dan it-tnaqqis. |
|
(227) |
Min-naħa l-oħra, in-nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ miżuri x’aktarx li jippermetti li jkomplu għaddejjin dawn ix-xejriet li sejrin għall-agħar, u potenzjalment jeliminaw ukoll il-bqija tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(228) |
Għalhekk, l-impożizzjoni ta’ miżuri tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
7.2. Interess ta’ importaturi u ta’ kummerċjanti mhux relatati
|
(229) |
Ebda importatur jew kummerċjant mhux relatat ma ppreżenta ruħu f’din l-investigazzjoni biex jopponi l-miżuri. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impożizzjoni tal-miżuri ma tmurx kontra l-interess ta’ importaturi u kummerċjanti mhux relatati. |
7.3. Interess tal-utenti, tal-konsumaturi jew tal-fornituri
|
(230) |
Għaxar utenti pparteċipaw f’din l-investigazzjoni, u pprovdew tweġibiet għall-kwestjonarju, filwaqt li bosta minnhom ippreżentaw ukoll kummenti li jopponu l-impożizzjoni tad-dazji. Erbgħa minnhom talbu wkoll u ngħataw seduta ta’ smigħ biex jelaboraw il-pożizzjoni tagħhom. |
|
(231) |
Bid-data disponibbli bħalissa, il-Kummissjoni stmat li dawn l-għaxar kumpaniji jimpjegaw madwar 1 400 persuna b’kollox fis-segment relatat mat-TA tan-negozju tagħhom. Dawn l-għaxar kumpaniji jidhru li jammontaw għall-importazzjonijiet Koreani kollha u nofs l-importazzjonijiet Messikani kollha fl-Unjoni. Il-biċċa l-kbira minnhom qed jużaw it-TA fil-produzzjoni tal-PET. |
|
(232) |
Fil-kummenti tagħhom, l-utenti li jopponu d-dazji fil-biċċa l-kbira sostnew li kwalunkwe żieda fil-prezz tat-TA bħala l-materja prima ewlenija tagħhom se tagħmel il-prodotti tagħhom saħansitra inqas kompetittivi mal-importazzjonijiet fl-Unjoni u fis-swieq tal-esportazzjoni, peress li huma estremament sensittivi għall-prezzijiet. Dan potenzjalment se jirriżulta fit-tneħħija tagħhom mis-suq, li jwassal biex id-domanda għat-TA tal-industrija tal-Unjoni tkompli tonqos u tirriskja l-katina tal-valur kollha. Għalhekk, l-utenti kkonkludew li l-miżuri anti-dumping fl-aħħar mill-aħħar ma jkunux qed jaqdu l-iskop tagħhom. |
|
(233) |
Fit-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarju, żewġ utenti biss irrapportaw profitt fil-perjodu ta’ investigazzjoni, utent wieħed (Celanese Performance Solutions Switzerland Sàrl (“Celanese”)) ma rrapporta l-ebda ċifra ta’ profittabbiltà tan-negozju tagħna fl-Unjoni, filwaqt li s-sebgħa l-oħra kienu qed jagħmlu telf, kemm fis-segment relatat mat-TA tan-negozju kif ukoll fil-livell totali tal-kumpanija. |
|
(234) |
Filwaqt li wieħed miż-żewġ utenti profittabbli kellu sehem relattivament għoli ta’ TA fil-kost totali tal-produzzjoni tiegħu u kien qed jakkwista kwantitajiet moderati ta’ TA mill-pajjiżi kkonċernati, dan kien profittabbli ħafna fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Ġie stmat li, bil-livell attwali ta’ dazji, se jżomm profitt b’saħħtu. |
|
(235) |
Żewġ utenti oħra, Celanese u Envalior Deutschland GmbH, kisbu biss sehem limitat ħafna tat-TA tagħhom mill-pajjiżi kkonċernati. Għalhekk, ġie konkluż li mhux se jiġu affettwati b’mod sinifikanti mid-dazji. |
|
(236) |
Għal wieħed mis-seba’ utenti li jifdal, it-TA jirrappreżenta sehem żgħir ħafna tal-kostijiet totali tal-produzzjoni tiegħu. Madankollu, dan l-utent diġà qed jagħmel it-telf, u jikseb madwar nofs it-TA tiegħu mill-pajjiżi kkonċernati. Għalhekk, x’aktarx li jiġi affettwat b’mod negattiv mill-impożizzjoni tad-dazji, iżda sa ċertu punt, minħabba s-sehem żgħir tat-TA fil-kost totali tal-produzzjoni tiegħu. |
|
(237) |
Għas-sitt utenti li jifdal, it-TA jirrappreżenta sehem aktar sinifikanti fil-kost totali tal-produzzjoni tagħhom, li jvarja bejn it-30 % u l-75 %. Huma jiksbu wkoll bejn l-20 % u l-85 % tat-TA tagħhom mill-pajjiżi kkonċernati. Peress li mid-data attwali ma kienx possibbli li jiġi vvalutat kemm mill-provvista tagħhom ġejja minn Taekwang li mhux se tkun soġġetta għad-dazji, u peress li dawn l-utenti kollha kellhom profittabbiltà negattiva jew baxxa, bil-livell ta’ informazzjoni disponibbli f’dan l-istadju, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dazji jżidu piż addizzjonali fuq in-negozju tagħhom. |
|
(238) |
Fl-istess ħin, id-data ppreżentata mill-għaxar utenti ta’ hawn fuq turi li, b’mod aggregat, l-għaxra li huma jiksbu madwar 1/3 tal-provvista tat-TA tagħhom mill-industrija tal-Unjoni, jew madwar 300 000 tunnellata b’kollox. Dawn l-utenti kienu jammontaw ukoll għal 90 % tal-importazzjonijiet totali tat-TA fl-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni, madwar 730 000 tunnellata. |
|
(239) |
Kif muri fit-Tabella 1 hawn fuq, id-domanda tas-suq ħieles għat-TA fis-suq ħieles tal-Unjoni ġiet stabbilita fil-livell ta’ aktar minn 2 miljun tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan ifisser li hemm utenti fl-Unjoni li jammontaw għan-nofs l-ieħor tas-suq, jiġifieri, madwar 1 miljun tunnellata ta’ TA, li qed jixtru kważi esklużivament mill-industrija tal-Unjoni u li ma ppreżentawx ruħhom biex jopponu d-dazji. |
|
(240) |
Meta jitqies it-telf kbir li l-industrija tal-Unjoni kienet qed iġġarrab, jekk il-bqija tal-produtturi tal-Unjoni jagħlqu wkoll il-faċilitajiet tagħhom, dan jelimina sors importanti ta’ provvista għal xi wħud mill-għaxar utenti ta’ hawn fuq li ppreżentaw tweġibiet għall-kwestjonarju kif ukoll għall-utenti li ma ppreżentawx ruħhom fl-investigazzjoni. |
|
(241) |
Barra minn hekk, anke jekk tmienja minn dawn l-utenti kienu qed jagħmlu t-telf, bil-profittabbiltà tagħhom fil-PI tvarja minn –3 % sa –15 %, il-produtturi tat-TA jinsabu f’sitwazzjoni saħansitra aktar prekarja, bil-profittabbiltà tagħhom stabbilita fil-livell ta’ –21 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Meta wieħed iqis dan u li l-livell ta’ dumping stabbilit għall-akbar pajjiż importatur, il-Korea, huwa relattivament baxx, il-Kummissjoni kkonkludiet li b’mod ġenerali ma kienx kontra l-interess tal-Unjoni li jiġu imposti miżuri. |
|
(242) |
Barra minn hekk, l-industrija tal-PET, li għaliha jappartjenu kważi l-utenti kollha msemmija hawn fuq li pprovdew tweġibiet għall-kwestjonarju, diġà hija protetta minn miżuri ta’ difiża tal-kummerċ kontra l-importazzjonijiet Indjani u Ċiniżi. Għalhekk, dawn il-miżuri diġà jipprovdu livell ta’ protezzjoni għall-kompetittività downstream tagħhom kontra l-produtturi f’dawk il-pajjiżi. |
|
(243) |
Fl-aħħar nett, anke jekk tmienja mill-għaxar utenti li ppreżentaw tweġibiet għall-kwestjonarju kienu qed jagħmlu t-telf, il-profittabbiltà tagħhom fil-perjodu ta’ investigazzjoni varjat minn –3 % sa –15 %. Madankollu, il-produtturi tat-TA tal-Unjoni jinsabu f’sitwazzjoni saħansitra aktar prekarja, bil-profittabbiltà tagħhom stabbilita fil-livell ta’ –21 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni (ara t-Tabella 10 hawn fuq). |
|
(244) |
Barra minn hekk, xi partijiet sostnew b’mod addizzjonali li l-industrija tal-Unjoni ma għandhiex il-kapaċità li tissodisfa d-domanda tal-Unjoni u li din hija r-raġuni għaliex kien meħtieġ li jiksbuh mill-Korea u mill-Messiku. |
|
(245) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni enfasizzat li l-għan tad-dazji anti-dumping mhuwiex li jipprojbixxu l-importazzjonijiet fis-suq, iżda li jistabbilixxu mill-ġdid kundizzjonijiet ekwi fis-suq. |
|
(246) |
Il-Kummissjoni enfasizzat ukoll li anke fil-perjodu ta’ investigazzjoni, wara li l-kapaċità totali tal-produzzjoni tal-Unjoni kważi naqset bin-nofs, l-industrija tal-Unjoni xorta kellha l-kapaċità li tforni 85 % tad-domanda totali tal-Unjoni (kemm tas-suq ħieles kif ukoll dik kaptiva). Barra minn hekk, hemm ħafna sorsi alternattivi ta’ provvista: l-importazzjonijiet minn Taekwang mhu se jkunu soġġetti għal ebda dazju anti-dumping, il-kapaċitajiet sostantivi huma disponibbli fiċ-Ċina, u qed jiġu installati kapaċitajiet ġodda fit-Turkija. Għalhekk ma hemm l-ebda riskju ta’ nuqqas ta’ provvista. |
|
(247) |
Meta jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet kollha ta’ hawn fuq, u meta jitqies li l-livell ta’ dumping stabbilit għall-akbar pajjiż importatur, il-Korea, huwa relattivament baxx, il-Kummissjoni kkonkludiet li b’mod ġenerali mhuwiex kontra l-interess tal-utenti li timponi miżuri. |
7.4. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(248) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti biex tikkonkludi li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li timponi miżuri fuq l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tat-TA li joriġinaw mill-Korea u mill-Messiku f’dan l-istadju tal-investigazzjoni. |
8. MIŻURI ANTI-DUMPING PROVIŻORJI
|
(249) |
Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni fir-rigward tad-dumping, tad-dannu, tal-kawżalità, tal-livell tal-miżuri u tal-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri proviżorji sabiex jiġi evitat dannu ulterjuri lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. |
|
(250) |
Jenħtieġ li jiġu imposti miżuri anti-dumping proviżorji fuq l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tal-aċidu tereftaliku li joriġinaw mill-Korea u mill-Messiku, f’konformità mar-regola tad-dazju inferjuri fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. L-ammont tad-dazji ġie stabbilit fil-livell l-aktar baxx tal-marġni tad-dumping u tal-marġni tad-dannu. |
|
(251) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, jenħtieġ li r-rati tad-dazju anti-dumping proviżorji, espressi fuq il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, ikunu kif ġej:
|
|
(252) |
Għall-Korea, ir-rata tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikata f’dan ir-Regolament ġiet stabbilita fuq il-bażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati tad-dazju huma applikabbli esklużivament għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiżi kkonċernati u magħmul mill-entitajiet legali msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat manifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inkluż l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija b’mod speċifiku, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għal “l-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat”. Dawn jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għall-ebda waħda mir-rati tad-dazju anti-dumping individwali. |
|
(253) |
Għall-importazzjonijiet kollha mill-Messiku, ir-rata tad-dazju applikabbli hija r-rata għall-“importazzjonijiet kollha li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat”. |
|
(254) |
Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. L-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali hija applikabbli biss mal-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. Sakemm tiġi ppreżentata tali fattura, jenħtieġ li l-importazzjonijiet ikunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat”. |
|
(255) |
Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa biex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, din mhijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anke jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jridu jwettqu l-kontrolli tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, ikunu jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport bil-baħar, eċċ.) biex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata aktar baxxa tad-dazju tkun ġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali. |
|
(256) |
Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’tali ċirkostanzi u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni antiċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija ta’ rata/i tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu. |
9. REĠISTRAZZJONI
|
(257) |
Kif imsemmi fil-premessa (3), il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għal reġistrazzjoni. Ir-reġistrazzjoni saret bil-għan li possibbilment jinġabru d-dazji b’mod retroattiv f’konformità mal-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(258) |
Fid-dawl tas-sejbiet fl-istadju proviżorju, jenħtieġ li r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet ma titkompliex. |
|
(259) |
F’dan l-istadju tal-proċediment ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni dwar l-applikazzjoni retroattiva possibbli tal-miżuri anti-dumping. |
10. INFORMAZZJONI FL-ISTADJU PROVIŻORJU
|
(260) |
F’konformità mal-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati dwar l-impożizzjoni ppjanata ta’ dazji proviżorji. Din l-informazzjoni ġiet magħmula disponibbli wkoll għall-pubbliku ġenerali fuq is-sit web tad-DĠ TRADE. Il-partijiet interessati ngħataw 3 ijiem tax-xogħol biex jipprovdu kummenti dwar l-akkuratezza tal-kalkoli ddivulgati b’mod speċifiku lilhom. |
|
(261) |
Ma wasal l-ebda kumment dwar l-akkuratezza tal-kalkoli. Samnam ipprovdiet kummenti sal-iskadenza mogħtija. Madankollu, dawn il-kummenti kienu relatati mal-metodoloġija tal-kalkolu u għalhekk se jiġu indirizzati fl-istadju definittiv. |
11. DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
|
(262) |
Fl-interessi ta’ amministrazzjoni tajba, il-Kummissjoni se tistieden lill-partijiet interessati jippreżentaw kummenti bil-miktub u/jew jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċeduri kummerċjali fi żmien skadenza fissa. |
|
(263) |
Is-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta’ dazji proviżorji huma proviżorji u jistgħu jiġu emendati fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju anti-dumping proviżorju huwa impost fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu tereftaliku, li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi NM 2917 36 00 (il-kodiċi TARIC 2917 36 00 11) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea (“il-Korea”) u mill-Istati Uniti tal-Messiku (“il-Messiku”).
2. Ir-rati tad-dazju anti-dumping proviżorju applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġejjin:
|
Pajjiż ta’ oriġini |
Kumpanija |
Dazju anti-dumping proviżorju (%) |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Il-Korea |
Samnam Petrochemical Co., Ltd. |
6,2 |
88BN |
|
Il-Korea |
Hanwha Impact Corporation |
6,2 |
88BO |
|
Il-Korea |
L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat |
13,7 |
8999 |
|
Il-Messiku |
L-importazzjonijiet kollha li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat |
25,7 |
8999 |
3. Id-dazji anti-dumping mhumiex applikabbli għall-produttur esportatur Korean Taekwang Industrial Co., Ltd. (kodiċi addizzjonali TARIC 899BP).
4. L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum fl-unità li qed nużaw) tal-(prodott ikkonċernat) mibjugħ sabiex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Jiena niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f’din il-fattura hija sħiħa u korretta.” Sakemm tiġi ppreżentata tali fattura, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat.
5. Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-għoti ta’ depożitu ta’ garanzija ekwivalenti għall-ammont tad-dazju proviżorju.
6. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
1. Il-partijiet interessati għandhom jippreżentaw il-kummenti tagħhom bil-miktub dwar dan ir-Regolament lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum kalendarju mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-partijiet interessati li jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni għandhom jagħmlu dan fi żmien 5 ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
3. Il-partijiet interessati li jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali huma mistiedna jagħmlu dan fi żmien 5 ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jeżamina t-talbiet li jiġu ppreżentati barra dan il-limitu ta’ żmien u jista’ jiddeċiedi jekk jaċċettax tali talbiet jekk ikun xieraq.
Artikolu 3
1. L-awtoritajiet doganali huma b’dan ordnati li ma jkomplux jirreġistraw l-importazzjonijiet stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2013.
2. Id-data miġbura fir-rigward ta’ prodotti li jkunu ddaħħlu fl-UE għall-konsum mhux aktar minn 90 jum qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament għandha tinżamm sad-dħul fis-seħħ tal-miżuri definittivi possibbli, jew sakemm jintemm dan il-proċediment.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1 għandu japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ April 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1036/oj.
(2) Notifika ta’ bidu ta’ proċediment anti-dumping rigward l-importazzjonijiet ta’ aċidu tereftaliku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u mill-Messiku (ĠU C, C/2025/4539, 13.8.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4539/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2013 tat-8 ta’ Ottubru 2025 li jagħmel l-importazzjonijiet tal-aċidu tereftaliku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u mill-Messiku soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L, 2025/2013, 9.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2013/oj).
(4) https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-history?caseId=2809.
(5) Għall-Paraksilen u l-Aċidu Aċetiku: l-Eurostat; għall-kostijiet tat-trasport tal-Importazzjoni u l-Esportazzjoni: ir-Rapport Doing Business tal-Grupp tal-Bank Dinji tal-2020 dwar il-Messiku, il-valuri mir-Rapport ġew miżjuda bir-rata tal-inflazzjoni sal-PI skont ir-rati tal-inflazzjoni tal-Banco de México; għall-merkanzija mill-Messiku lejn l-UE: il-pjattaforma Xeneta b’abbonament pagabbli; għall-Elettriku: il-Comisión Federal de Electricidad (“CFE”); għall-Gass Naturali: il-Comision Reguladora de Energia (“CRE”).
(6) Bażi tad-data stabbilita f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/2447/oj). Aktar informazzjoni hija disponibbli fuq: https://taxation-customs.ec.europa.eu/online-services/online-services-and-databases-customs/surveillance-system_mt.
(7) Ara, pereżempju, l-istqarrija għall-istampa ta’ Indorama: https://www.indoramaventures.com/en/updates/other-release/158/ivl-acquisition-of-cepsa-business-in-spain-complete#:~:text=Bangkok%2C%20Thailand%20%E2%80%93%2008%20April%202016,a%20subsidiary%20of%20Compa%C3%B1%C3%ADa%20Espa%C3%B1ola (l-aħħar aċċess: is-17 ta’ Frar 2026).
(8) Ara, pereżempju, l-istqarrija għall-istampa ta’ Indorama: https://www.indoramaventures.com/en/updates/other-release/172/ivl-announces-completion-of-expansion-of-pta-capacity-in-europe (l-aħħar aċċess: is-17 ta’ Frar 2026).
(9) Ir-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar l-istatistika Ewropea tan-negozju, li tħassar 10 atti legali fil-qasam tal-istatistika tan-negozju (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/2152/oj).
(10) Kif muri fit-Tabella 7 għall-kostijiet u l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, u fit-Tabella 11 għall-prezzijiet tal-importazzjonijiet mhux oġġett ta’ dumping minn Taekwang.
(11) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/957 tas-6 ta’ Ġunju 2017 għat-tmiem tal-proċediment kontra d-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-aċidu tereftaliku purifikat u l-melħ tiegħu li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea (ĠU L 144, 7.6.2017, p. 27, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2017/957/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/801/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)