|
23.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 23/11 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9691 — Mahindra & Mahindra/Ford Motor Company/Ardour)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 23/11)
1.
Fl-14 ta’ Jannar 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1)Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Mahindra and Mahindra Limited (l-Indja), |
|
— |
Ford Motor Company (l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Ardour Automotive Private Limited (l-Indja). |
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża konġunta (joint venture, JV).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Mahindra and Mahindra Limited: M&M hija l-kumpanija prinċipali tal-Mahindra Group li huwa attiv f’diversi setturi inklużi, fost oħrajn, dak tal-karozzi u s-suq ta’ wara l-bejgħ tal-karozzi. |
|
— |
Ford Motor Company: FMC hija l-kumpanija prinċipali tal-Ford Group li tiddisinja, timmanifattura, tbigħ u tagħti servizz lil-linja sħiħa tal-karozzi, trakkijiet, SUVs u vetturi elettriċi ta’ Ford u tal-vetturi ta’ lussu Lincoln, tipprovdi servizzi finanzjarji permezz tal-Ford Motor Credit Company u hija wkoll attiva fl-elettrifikazzjoni, fil-vetturi awtomatiċi u fis-soluzzjonijiet tal-mobilità. |
|
— |
Ardour Automotive Private Limited: Il-JV se tiddisinja, tmexxi l-inġinerija, tittestja, timmanifattura, tikkummerċjalizza, tbigħ, tiddistribwixxi u tesporta vetturi tal-passiġġieri kif ukoll bdil tal-partijiet u partijiet u komponenti marbuta mal-manutenzjoni tal-karozzi, u assemblaġġi għal vetturi bħal dawn. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9691 — Mahindra & Mahindra/Ford Motor Company/Ardour
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email:COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks:+32 22964301
|
Indirizz postali: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ara r-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).