30.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 185/8


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.8893 — Thyssen Alfa/Max Aicher Recycling/Noris Metallrecycling)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 185/09)

1.   

Fit-22 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Thyssen Alfa Rohstoffhandel München GmbH (“Thyssen Alfa”, il-Ġermanja), li tappartjeni għall-grupp Rethmann,

—

Max Aicher Recycling GmbH (“Max Aicher Recycling”, il-Ġermanja), li tappartjeni għall-grupp Max Aicher,

—

Noris Metallrecycling GmbH (“Noris Metallrecycling”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn Thyssen Alfa u Scholz Recycling GmbH.

Thyssen Alfa u Max Aicher Recycling jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Noris Metallrecycling.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Thyssen Alfa: attiva fil-ġbir, l-ipproċessar u l-kummerċ ta’ materjal ta’ skart tal-ħadid u mhux tal-ħadid,

—   Max Aicher Recycling: tiġġestixxi ħames scrapyards fil-Bavarja u hija attiva fil-ġbir u l-kummerċ ta’ skart tal-ħadid u mhux tal-ħadid,

—   Noris Metallrecycling: tiġġestixxi żewġ siti f’Fürth u Nürnberg u hija attiva fil-ġbir u l-kummerċ ta’ skart mhux tal-ħadid.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8893 — Thyssen Alfa/Max Aicher Recycling/Noris Metallrecycling.

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.