02012L0018 — MT — 24.07.2012 — 000.005
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
►C2 DIRETTIVA 2012/18/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi perikolużi, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE ◄ (ĠU L 197 24.7.2012, p. 1) |
Ikkoreġuta bi:
DIRETTIVA 2012/18/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-4 ta’ Lulju 2012
dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi perikolużi, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi perikolużi, u għal-limitazzjoni tal-konsegwenzi tagħhom għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, bil-ħsieb li jiġu żgurati livelli għoljin ta’ protezzjoni fl-Unjoni kollha b'mod konsistenti u effettiv.
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
stabbilimenti, stallazzjonijiet jew faċilitajiet ta’ ħażna militari;
perikli maħluqa b'radjazzjoni jonizzanti li joriġinaw minn sustanzi;
it-trasport ta’ sustanzi perikolużi u l-ħażna temporanja intermedja direttament relatata bit-triq, ferrovija, passaġġi tal-ilma interni, baħar jew ajru, barra l-istabbilimenti koperti b'din id-Direttiva, inkluż it-tagħbija u l-ħatt kif ukoll it-trasport lejn u minn mezzi oħra ta’ trasport f'baċiri, mollijiet jew żoni fejn jinżammu l-vetturi;
il-ġarr ta’ sustanzi jew taħlitiet perikolużi f'linji ta’ pajpijiet, inkluż stazzjonijiet għall-ippompjar, barra l-istabbilimenti koperti b'din id-Direttiva;
l-isfruttament, jiġifieri l-esplorazzjoni, l-estrazzjoni u l-ipproċessar ta’ minerali f'minjieri u f'barrieri, inkluż permezz ta’ spieri;
l-esplorazzjoni fil-baħar u l-isfruttament ta’ minerali, inklużi l-idrokarburi;
il-ħżin ta’ gass f'siti offshore taħt l-art inkluż kemm f'siti ta’ ħżin iddedikat kif ukoll siti li fihom l-esplorazzjoni u l-isfruttament ta’ minerali, inklużi l-idrokarburi jseħħu wkoll;
miżbliet, inklużi ħażniet ta’ skart taħt l-art,
Minkejja l-punti (e) u (h) tal-ewwel subparagrafu, jiddaħħlu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva l-ħżin onshore taħt l-art ta’ gass f'saffijiet naturali, akkwifers, kavitajiet tal-melħ u minjieri mhux użati u operazzjonijiet ta’ pproċessar kimiku u termali u l-ħażna relatat ma’ dawk l-operazzjonijiet li jinvolvu sustanzi perikolużi, kif ukoll faċilitajiet operattivi ta’ rimi ta’ tailings, inkluż għadajjar u diegi ta’ tailings, li jkollhom sustanzi perikolużi.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“stabbiliment” tfisser il-post sħiħ taħt il-kontroll ta’ operatur fejn is-sustanzi perikolużi jkunu preżenti fi stallazzjoni waħda jew aktar, inklużi infrastrutturi jew attivitajiet komuni jew relatati; l-istabbilimenti huma stabbilimenti tal-livelli aktar baxxi jew ta’ livelli ogħla;
“stabbiliment tal-livelli aktar baxxi” tfisser stabbiliment fejn is-sustanzi perikolużi jkunu preżenti fi kwantitajiet li jkunu ugwali għal jew ogħla mill-kwantitajiet elenkati fil-kolonna 2 tal-Parti 1 jew fil-Kolonna 2 tal-Parti 2 tal-Anness I, iżda inqas mill-kwantitajiet elenkati fil-kolonna 3 tal-Parti 1 jew fil-Kolonna 3 tal-Parti 2 tal-Anness I, meta applikabli bl-użu tar-regola ta’ addizzjoni stabbilita fin-nota 4 għall-Anness I;
“stabbiliment tal-livelli ogħla” tfisser stabbiliment fejn is-sustanzi perikolużi jkunu preżenti fi kwantitajiet li jkunu ugwali għal jew ogħla mill-kwantitajiet elenkati fil-kolonna 3 tal-Parti 1 jew tal-Parti 2 tal-Anness I, meta applikabli bl-użu tar-regola ta’ addizzjoni stabbilita fin-nota 4 għall-Anness I;
“stabbiliment fil-qrib” tfisser stabbiliment li jinsab tant fil-viċinanzi ta’ stabbiliment ieħor li jiżdied ir-riskju jew il-konsegwenzi ta’ inċident kbir;
“stabbiliment ġdid” tfisser
stabbiliment li beda jiffunzjona jew inbena fil- jew wara l-1 ta’ Ġunju 2015;jew
sit ta’ operazzjoni li jidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, jew stabbiliment tal-livelli aktar baxxi li jsir stabbiliment tal-livelli ogħla fuq jew viċi versa, fl-1 ta’ Ġunju 2015 jew wara minħabba modifiki lill-istallazzjonijiet tiegħu jew attivitajiet li jirriżultaw f'bidla fl-inventarju tiegħu ta’ sustanzi perikolużi;
“stabbiliment eżistenti” tfisser stabbiliment li fil-31 ta’ Mejju 2015 jaqa' fl-ambitu tad-Direttiva 96/82/KE u mill-1 ta’ Ġunju 2015 jaqa' fl-ambitu ta’ din id-Direttiva mingħajr li biddel il-klassifikazzjoni tiegħu bħala stabbiliment tal-livelli aktar baxxi jew bħala stabbiliment tal-livelli ogħla;
“stabbiliment ieħor” tfisser sit ta’ operazzjoni li jaqa' fl-ambitu ta’ din id-Direttiva, jew stabbiliment tal-livelli aktar baxxi li jsir stabbiliment tal-livelli ogħla jew viċi versa, fl-1 ta’ Ġunju 2012 jew wara minħabba raġunijiet differenti minn dawk imsemmija fil-punt 5;
“stallazzjoni” tfisser unità teknika fi stabbiliment u kemm jekk fil-livell ta’ jew taħt l-art li fiha s-sustanzi perikolużi jiġu mmanifatturati, użati, immaniġġati jew maħżuna; hija tinkludi t-tagħmir kollu, l-istrutturi, il-pajpijiet, il-makkinarju, l-għodod, il-binarji żgħar privati, il-baċiri, il-mollijiet tal-ħatt li jservu lill-installazzjoni, il-mollijiet maħruġin 'il barra, l-imħażen jew strutturi simili oħra, li jibqgħu f'wiċċ l-ilma jew mod ieħor, li jkunu meħtieġa għat-tħaddim ta’ dik l-istallazzjoni;
“operatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li topera jew tikkontrolla stabbiliment jew stallazzjoni jew, fejn previst bil-liġi nazzjonali, li lilha jkun ġie ddelegat is-setgħa deċiżiva ekonomika jew tat-teħid tad-deċiżjonijiet fuq il-funzjonament tekniku tal-istabbiliment jew l-istallazzjoni;
“sustanza perikoluża” tfisser sustanza jew taħlita koperta fil-Parti 1 jew elenkata fil-Parti 2 tal-Anness 1 inkluż fil-forma ta’ materja prima, prodott, prodott sekondarju, residwu jew prodott intermedju;
“taħlita” tfisser taħlita jew soluzzjoni komposta minn żewġ sustanzi jew aktar;
“preżenza ta’ sustanzi perikolużi” tfisser il-preżenza effettiva jew antiċipata ta’ sustanzi perikolużi fl-istabbiliment, jew ta’ sustanzi perikolużi li jkun raġonevoli li jiġi previst li jistgħu jiġu ġġenerati matul telf ta’ kontroll fil-proċessi, inklużi l-attivitajiet ta’ ħżin, fi kwalunkwe stallazzjoni fi ħdan stabbiliment, fi kwantitajiet li jkunu ugwali għal jew ogħla mill-kwantitajiet kwalifikattivi stabbiliti fil-Parti 1 jew il-Parti 2 tal-Anness I.
“inċident kbir” tfisser każ bħalma huwa emissjoni kbira, ħruq, jew splużjoni li jiġu kkaġunati minn żviluppi mhux ikkontrollati matul l-operazzjoni ta’ kwalunkwe stabbiliment kopert b'din id-Direttiva, u li jwassal għal periklu serju għas-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent, immedjat jew ittardjat, ġewwa jew barra l-istabbiliment, u li jinvolvi sustanza perikoluża waħda jew aktar;
“periklu” tfisser il-proprjetà intrinsika ta’ sustanza perikoluża jew sitwazzjoni fiżika, b'potenzjal li toħloq ħsara għas-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent;
“riskju” tfisser il-probabbiltà ta’ effett speċifiku li jseħħ f'perjodu speċifikat jew f'ċirkustanzi speċifikati;
“ħażna” tfisser il-preżenza ta’ kwantità ta’ sustanzi perikolużi għall-finijiet ta’ magazzinaġġ, iż-żamma taħt kustodja sikura jew iż-żamma fl-istokk;
“il-pubbliku” tfisser persuna jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi u, skont il-liġi jew il-prattika nazzjonali, l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi tagħhom;
“il-pubbliku kkonċernat” tfisser il-pubbliku affettwat jew li x'aktarx ikun affettwat, jew li jkollu interess li jieħu deċiżjoni rigward kwalunkwe materja koperta bl-Artikolu 15(1); għall-finijiet ta’ din id-definizzjoni organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-ħarsien ambjentali u li jissodisfaw kwalunkwe rekwiżit applikabbli fil-liġi nazzjonali jitqiesu li għandhom interess;
“spezzjoni” tfisser l-azzjonijiet kollha, inklużi żjajjar fuq il-post, verifiki ta’ miżuri interni, sistemi, rapporti u dokumenti ta’ segwitu, u kwalunkwe azzjoni ta’ segwitu meħtieġa, li jsiru mill-awtorità kompetenti jew f'isimha biex tivverifika u tippromwovi l-konformità tal-istabbilimenti mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 4
Valutazzjoni ta’ perikli ta’ inċident kbir għal sustanza perikoluża partikolari
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta, meta jkun xieraq jew fi kwalunkwe każ abbażi ta’ notifika min-naħa ta’ Stat Membru skont il-paragrafu 2, jekk huwiex possibbli fil-prattika li sustanza perikoluża partikolari koperta mill-Parti 1 jew elenkata fil-Parti 2 tal-Anness I, tikkawża rilaxx ta’ materja jew enerġija li x'aktarx tikkaġuna inċident kbir f'kundizzjonijiet kemm normali jew ukoll anomali li jistgħu raġonevolment jiġu mbassra. Tali valutazzjoni għandha tqis l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, u għandha tkun ibbażata fuq karatteristika waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:
il-forma fiżika tas-sustanza perikoluża taħt kundizzjonijiet normali ta’ pproċessar jew trattament jew f'telf mhux previst ta’ trażżin;
il-proprjetajiet inerenti tas-sustanza perikoluża, partikolarment dawk relatati mal-imġiba dispersiva f'xenarju ta’ inċident kbir, bħall-massa molekulari u l-pressjoni saturata tal-fwar;
il-konċentrazzjoni massima tas-sustanzi fil-każ ta’ taħlitiet.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, it-trażżin u l-ippakkjar ġeneriku tas-sustanza perikoluża għandhom, fejn xieraq, jitqiesu wkoll, inkluż partikolarment fejn kopert skont il-leġiżlazzjoni speċifika tal-Unjoni.
Għall-finijiet tal-paragrafu 1 u 2, l-informazzjoni neċessarja għall-valutazzjoni tal-proprjetajiet tas-sustanza jew taħlita perikoluża kkonċernata f'termini ta’ perikli għas-saħħa, tal-perikoli fiżiċi u tal-perikli għall-ambjenti għandha tinkludi:
lista komprensiva tal-proprjetajiet neċessarji għall-valutazzjoni tar-riskji potenzjali li tippreżenta sustanza perikoluża biex tikkaġuna ħsarat fiżiċi jew ħsarat għas-saħħa jew l-ambjent;
proprjetajiet fiżiċi u kimiċi (pereżempju massa molekulari, pressjoni saturata tal-fwar, tossiċità inerenti, punt tat-tgħollija, reattività, viskożità, solubbiltà u proprjetajiet rilevanti oħrajn);
proprjetajiet relatati mal-perikli għas-saħħa u mal-perikli fiżiċi: (pereżempju reattività, fjammabbilità, tossiċità flimkien ma’ fatturi addizzjonali oħra bħall-mod ta’ aggressjoni fuq il-ġisem, ir-rati ta’ korriment u mortalità, l-effetti fit-tul u proprjetajiet oħra skont il-każijiet);
proprjetajiet relatati mal-perikli għall-ambjent (pereżempju, ekotossiċità, persistenza, bijoakkumulazzjoni, potenzjal ta’ propagazzjoni ambjentali fuq medda wiesa' u proprjetajiet rilevanti oħrajn);
jekk disponibbli, il-klassifikazzjoni tal-Unjoni tas-sustanza jew taħlita;
informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet operattivi speċifiċi għas-sustanza (pereżempju, temperatura, pressjoni u kundizzjonijiet oħrajn skont il-każijiet) li fihom is-sustanza perikoluża tinħażen, tintuża u/jew tista' tkun preżenti fil-każ ta’ operazzjonijiet anormali prevedibbli jew inċidenti bħal ħruq.
Artikolu 5
Obbligi ġenerali tal-operatur
Artikolu 6
Awtorità kompetenti
Artikolu 7
Notifika
L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-operatur jibgħat notifika lill-awtorità kompetenti li jkollha l-informazzjoni li ġejja:
l-isem u/jew l-isem kummerċjali tal-opertaur u l-indirizz sħiħ tal-istabbiliment konċernat;
il-post tan-negozju rreġistrat tal-operatur, bl-indirizz sħiħ;
l-isem u l-pożizzjoni tal-persuna responsabbli għall-istabbiliment, jekk differenti mill-punt (a);
informazzjoni suffiċjenti biex jiġu identifikati s-sustanzi perikolużi u l-kategorija tas-sustanzi involuti jew x'aktarx li jkunu preżenti;
il-kwantità u l-forma fiżika tas-sustanzi perikolużi jew tas-sustanzi konċernati;
l-attività jew l-attività proposta tal-istallazzjoni jew il-faċilità tal-ħażna;
l-ambjent fil-qrib immedjat tal-istabbiliment, u l-fatturi li jistgħu jikkawżaw inċident kbir jew jaggravaw il-konsegwenzi ta’ dan, inkluż, jekk disponibbli, dettalji dwar l-istabbilimenti fil-qrib ta’ siti li jaqgħu barra mill-ambitu ta’ din id-Direttiva, żoni u żviluppi li jistgħu jkunu s-sors ta’ jew iżidu r-riskju jew il-konsegwenzi ta’ inċident kbir u ta’ effetti domino.
In-notifika jew l-aġġornament tagħha għandha tinbagħat lill-awtorità jew awtoritajiet kompetenti f'dawn il-perjodi ta’ żmien li ġejjin:
għal stabbilimenti ġodda, perjodu ta’ żmien raġonevoli qabel il-bidu tal-kostruzzjoni jew l-operat, jew qabel il-modifiki li jwasslu għal bidla tal-inventarju tas-sustanzi perikolużi;
għall-każijiet kollha l-oħra, sena mid-data li fiha din id-Direttiva tkun tapplika għall-istabbiliment konċernat.
L-operatur għandu jinforma lill-awtorità kompetenti minn qabel dwar il-każijiet li ġejjin:
kwalunkwe żieda jew tnaqqis sinifikanti fil-kwantità jew bidla sinifikanti fin-natura jew fil-forma fiżika tas-sustanza perikoluża preżenti, kif indikat fin-notifika pprovduta mill-operatur skont il-paragrafu 1, jew kwanlunkwe bidla sinifikanti fil-proċessi li jużaw dik is-sustanza;
modifika ta’ stabbiliment jew stallazzjoni li jista' jkollha konsegwenzi sinifikanti f’termini ta’ perikli ta’ inċidenti kbar;
l-għeluq permanenti tal-istabbiliment jew id-diżattivazzjoni tiegħu; jew
bidliet fl-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 1.
Artikolu 8
Politika ta’ prevenzjoni ta’ inċidenti kbar
L-MAPP għandha titfassal u, meta meħtieġ mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, tintbagħat lill-awtorità kompetenti fil-perjodi ta’ żmien li ġejjin:
għal stabbilimenti ġodda, perjodu ta’ żmien raġonevoli qabel il-bidu tal-kostruzzjoni jew l-operat, jew qabel il-modifiki li jwasslu għal bidla tal-inventarju tas-sustanzi perikolużi;
għall-każijiet kollha l-oħra, sena mid-data li fiha din id-Direttiva tkun tapplika għall-istabbiliment konċernat.
Artikolu 9
Effetti domino
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tal-istabbilimenti identifikati skont il-paragrafu 1:
jiskambjaw informazzjoni xierqa li jippermettilhom jikkunsidraw in-natura u l-limitu tal-periklu ġenerali ta’ inċident kbir fl-MAPP, fis-sistemi tal-ġestjoni tas-sikurezza, fir-rapporti dwar is-sikurezza u fil-pjanijiet interni ta’ emerġenza tagħhom, skont il-każijiet;
jikkooperaw billi jinfurmaw lill-pubbliku u lis-siti fil-qrib li jaqgħu barra l-ambitu ta’ din id-Direttiva, u billi jipprovdu informazzjoni lill-awtorità responsabbli għall-preparazzjoni ta’ pjanijiet esterni ta’ emerġenza.
Artikolu 10
Rapport dwar is-sikurezza
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-operatur ta’ stabbiliment tal-livelli ogħla biex jipproduċi rapport dwar is-sikurezza sabiex:
juri li l-MAPP u s-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza biex timplimentaha ġew implimentati skont l-informazzjoni stabbilita fl-Anness III;
juri li l-perikli ta’ inċidenti kbar u xenarji possibbli ta’ inċidenti kbar ġew identifikati u ttieħdu l-miżuri xierqa biex jiġu evitati inċidenti bħal dawn kif ukoll sabiex jiġu limitati l-konsegwenzi tagħhom għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent;
juri li sikurezza u kredibbiltà adegwati ġew ikkunsidrati fit-tfassil, fil-bini, fl-operat u fiż-żamma ta’ kwalunkwe stallazzjoni, faċilità ta’ ħażna, tagħmir u infrastruttura konnessi mal-operat tiegħu u li huma marbutin ma’ perikli ta’ inċidenti kbar ġewwa l-istabbiliment;
juri li l-pjanijiet interni ta’ emerġenza ġew stabbiliti u jipprovdi informazzjoni biex ikun jista' jitfassal il-pjan estern ta’ emerġenza;
jipprovdi informazzjoni suffiċjenti lill-awtorita kompetenti sabiex jippermetti li jittieħdu deċiżjonijiet rigward il-post ta’ attivitajiet jew żviluppi ġodda madwar stabbilimenti eżistenti.
Ir-rapport dwar is-sikurezza għandu jintbagħat lill-awtorità kompetenti fil-limiti ta’ żmien li ġejjin:
għal stabbilimenti ġodda, perjodu ta’ żmien raġonevoli qabel il-bidu tal-kostruzzjoni jew l-operat, jew qabel il-modifiki li jwasslu għal bidla tal-inventarju tas-sustanzi perikolużi;
għal stabbilimenti eżistenti tal-livelli ogħla, l-1 ta' Ġunju 2016;
għall-istabbilimenti l-oħrajn, sentejn mid-data li fiha din id-Direttiva japplika għall-istabbiliment konċernat.
L-operatur għandu jirrevedi wkoll u, fejn ikun meħtieġ, jaġġorna r-rapport dwar is-sikurezza wara inċident kbir fl-istabbiliment tiegħu, u fi kwalunkwe żmien ieħor, fuq l-inizjattiva tal-operatur stess jew inkella fuq talba tal-awtorità kompetenti, fejn dan ikun iġġustifikat b'fatti ġodda jew b'għarfien teknoloġiku ġdid dwar kwistjonijiet ta’ sikurezza, inkluż għarfien li jkun ġej mill-analiżi ta’ inċidenti jew, safejn ikun possibbli, minn inċidenti li 'kważi ġraw', kif ukoll minn żviluppi fl-għarfien fir-rigward tal-valutazzjoni tal-perikli.
Ir-rapport aġġornat dwar is-sikurezza u l-partijiet aġġornati tiegħu għandu jintbagħat lill-awtorità jew awtoritajiet kompetenti mingħajr dewmien.
Artikolu 11
Modifika ta’ stallazzjoni, stabbiliment jew faċilità tal-ħażna
F'każ ta’ modifika ta’ stallazzjoni, stabbiliment, faċilità tal-ħażna, jew proċess jew fin-natura jew forma fiżika jew il-kwantità ta’ sustanzi perikolużi li jista' jkollhom konsegwenzi sinifikanti fuq perikli ta’ inċidenti kbar, jew x'aktarx jirriżultaw fi riklassifikazzjoni ta’ stabbiliment tal-livelli aktar baxxi fi stabbiliment tal-livelli ogħla jew viċi versa, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur janalizza u fejn ikun meħtieġ jaġġorna n-notifika, l-MAPP, is-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza u r-rapport ta’ sikurezza u jinforma lill-awtorità kompetenti dwar id-dettalji ta’ dawk l-aġġornamenti qabel ma sseħħ dik il-modifika.
Artikolu 12
Pjanijiet ta’ emerġenza
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għall-istabbilimenti tal-livelli ogħla:
l-operatur ifassal pjan intern ta’ emerġenza għall-miżuri li jridu jittieħdu fl-istabbiliment;
l-operatur jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa lill-awtorita kompetenti, sabiex dawn ikunu jistgħu jfasslu pjanijiet esterni ta’ emerġenza;
l-awtoritajiet maħtura għal dak il-għan mill-Istat Membru jfasslu pjan estern ta’ emerġenza għall-miżuri li jridu jittieħdu barra l-istabbiliment fi żmien sentejn minn mindu dawn ikunu rċevew l-informazzjoni neċessarja mill-operatur skont il-punt (b).
L-operaturi għandhom ikunu konformi mal-obbligi stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 fil-perjodi ta’ żmien li ġejjin:
għal stabbilimenti ġodda, perijodu raġjonevoli ta’ żmien qabel ma jibda l-operat, jew qabel il-modifiki li jwasslu għal bidla tal-inventarju tas-sustanzi perikolużi;
għal stabbilimenti eżistenti tal-livelli ogħla, sal-1 ta' Ġunju 2016 sakemm ◄ il-pjan intern ta’ emerġenza ma jkunx tfassal skont ir-rekwiżiti tal-liġi nazzjonali qabel dik id-data, u l-informazzjoni inkluża fih, u l-informazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, tkun konformi ma’ dan l-Artikolu u tibqa' mhux mibdula;
għall-istabbilimenti l-oħrajn, sentejn mid-data li fiha din °id-Direttiva tapplika għall-istabbiliment konċernat.
Il-pjanijiet ta’ emerġenza għandhom jiġu stabbiliti bl-għanijiet li ġejjin:
li jrażżnu u jikkontrollaw l-inċidenti ħalli jnaqqsu kemm jista' jkun l-effetti, u biex jillimitaw il-ħsara għas-saħħa tal-bniedem, l-ambjent u l-proprjetà;
li jimplimentaw il-miżuri meħtieġa biex ikun mħarsa s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent mill-effetti ta’ inċidenti kbar;
li jikkomunikaw l-informazzjoni meħtieġa lill-pubbliku kif ukoll lis-servizzi jew lill-awtoritajiet konċernati f'dik iż-żona;
li jipprovdu għar-restawr u t-tindif tal-ambjent wara li jkun seħħ inċident kbir.
Il-pjanijiet ta’ emerġenza għandu jkollhom l-informazzjoni stabbilita fl-Anness IV.
Rigward il-pjanijiet esterni ta’ emerġenza, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-ħtieġa li tiġi ffaċilitata kooperazzjoni msaħħa fl-għajnuna tal-protezzjoni ċivili waqt inċidenti kbar.
Artikolu 13
Ippjanar tal-użu tal-art
L-Istati Membri għandhom jiguraw li l-għanijiet biex jiġu evitati inċidenti kbar u biex jiġu limitati l-konsegwenzi ta’ inċidenti bħal dawn għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent jiġu kkunsidrati fil-politiki tagħhom dwar l-użu tal-art jew politiki rilevanti oħra. Dawn għandhom isegwu dawk l-għanijiet permezz ta’ verifiki fuq:
il-post fejn jinbnew stabbilimenti ġodda;
modifika fl-istabbilimenti koperti bl-Artikolu 11;
żviluppi ġodda inklużi rotot tat-trasport, postijiet ta’ użu pubbliku u żoni residenzjali qrib l-istabbilimenti, fejn il-post jew l-iżviluppi jistgħu jkunu sors ta’ jew iżidu r-riskju jew il-konsegwenzi ta’ inċident kbir.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-politiki tagħhom dwar l-użu tal-art jew politiki rilevanti oħra kif ukoll il-proċeduri sabiex jiġu implimentati dawk il-politiki jikkunsidraw il-ħtieġa, fuq medda ta’ żmien twil:
li jinżammu distanzi ta’ sikurezza xierqa bejn l-istabbilimenti koperti b'din id-Direttiva u żoni residenzjali, bini u żoni pubbliċi, żoni ta’ mistrieħ, u safejn ikun possibbli rotot ewlenin tat-trasport, u;
li jipproteġu żoni ta’ sensittività jew interess naturali partikolari qrib l-istabbilimenti, skont il-każijiet permezz ta’ distanzi ta’ sikurezza xierqa jew miżuri rilevanti oħra;
fil-każ ta’ stabbilimenti eżistenti, li jieħdu miżuri tekniċi addizzjonali skont l-Artikolu 5 sabiex ma jiżdidux ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tal-istabbilimenti tal-livelli aktar baxxi jipprovdu, fuq talba tal-awtorità kompetenti, informazzjoni suffiċjenti dwar ir-riskji li jkunu ġejjin mill-istabbiliment li tkun meħtieġa għall-ippjanar tal-użu tal-art.
Artikolu 14
Informazzjoni lill-pubbliku
Għall-istabbilimenti tal-livelli ogħla, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li:
il-persuni kollha li jistgħu jiġu affettwati minn inċident kbir jirċievu regolarment u bl-iktar mod xieraq, mingħajr ma jkollhom għalfejn jitolbuha, informazzjoni ċara u li tinftiehem dwar il-miżuri tas-sikurezza u dwar l-imġiba meħtieġa f'każ ta’ inċident kbir;
ir-rapport dwar is-sikurezza jkun disponibbli għall-pubbliku fuq talba soġġett għall-Artikolu 22(3); fejn l-Artikolu 22(3) japplika, rapport emendat, pereżempju fil-forma ta’ sommarju mhux tekniku, li għandu jinkludi tal-anqas informazzjoni ġenerali dwar il-perikli ta’ inċidenti kbar u dwar l-effetti potenzjali fuq saħħet il-bniedem u l-ambjent f'każ ta’ inċident kbir, għandu jkun disponibbli;
l-inventarju ta’ sustanzi perikolużi jkun disponibbli għall-pubbliku fuq talba, soġġett għall-Artikolu 22(3).
L-informazzjoni li trid tiġi pprovduta taħt il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha tinkludi minn tal-anqas l-informazzjoni msemmija fl-Anness V. Dik l-informazzjoni trid tiġi pprovduta wkoll lill-bini u liż-żoni kollha ta’ uzu pubbliku, inklużi skejjel u sptarijiet, u lill-istabbilimenti kollha fil-qrib fil-każ tal-istabbilimenti koperti bl-Artikolu 8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tiġi pprovduta tal-anqas kull ħames snin u tiġi riveduta regolarment u jekk neċessarju, aġġornata, anki fil-każ ta’ modifiki koperti mill-Artikolu 11.
Artikolu 15
Konsultazzjoni u parteċipazzjoni pubblika fit-teħid tad-deċiżjonijiet
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku konċernat jingħata opportunità bikrija biex jkun jista' jagħti l-opinjoni tiegħu dwar proġetti individwali speċifiċi relatati ma':
l-ippjanar għal stabbilimenti ġodda skont l-Artikolu 13;
modifiki sinifikanti għal stabbilimenti skont l-Artikolu 11, fejn modifiki bħal dawn ikunu soġġetti għall-obbligi previsti fl-Artikolu 13;
żviluppi ġodda madwar stabbilimenti fejn il-post jew l-iżviluppi jistgħu jżidu r-riskju jew il-konsegwenzi ta’ inċident kbir skont l-Artikolu 13.
Fir-rigward tal-proġetti individwali speċifiċi msemmija fil-paragrafu 1, il-pubbliku għandu jiġi infurmat permezz ta’ avviżi pubbliċi jew mezzi oħra xierqa, inkluża l-midja elettronika fejn din tkun disponibbli, dwar il-punti li ġejjin kemm jista' jkun kmieni fil-proċedura tat-teħid ta’ deċiżjonijiet jew, l-iktar tard possibbli, hekk kif l-informazzjoni tkun tista’ tiġi pprovduta b'mod raġonevoli:
is-suġġett tal-proġett speċifiku;
fejn applikabbli, il-fatt li proġett ikun soġġett għal valutazzjoni tal-impatt ambjentali nazzjonali jew transkonfinali jew għall-konsultazzjonijiet bejn l-Istati Membri skont l-Artikolu 14(3);
dettalji dwar l-awtorità kompetenti li tkun responsabbli mid-deċiżjonijiet, dik li minnha tista' tinkiseb l-informazzjoni rilevanti u li lilha jistgħu jiġu ppreżentati kummenti jew mistoqsijiet, u dettalji dwar l-iskeda taż-żmien biex jintbagħtu l-kummenti jew il-mistoqsijiet;
in-natura tad-deċiżjonijiet possibbli jew, meta jkun hemm wieħed, l-abbozz tad-deċiżjoni;
indikazzjoni dwar iż-żminijiet u l-postijiet fejn, jew il-mezzi li permezz tagħhom, l-informazzjoni rilevanti issir disponibbli;
dettalji dwar l-arranġamenti għall-parteċipazzjoni u l-konsultazzjoni pubblika li jsiru skont il-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu.
Fir-rigward tal-proġetti individwali speċifiċi msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f'perjodi ta’ żmien xierqa, dan li ġej ikun disponibbli għall-pubbliku konċernat:
skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, ir-rapporti ewlenin u l-parir maħruġ lill-awtorità kompetenti fiż-żmien meta l-pubbliku konċernat ikun ġie infurmat skont il-paragrafu 2;
skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali ( 3 ) informazzjoni għajr dik imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu li tkun rilevanti għad-deċiżjoni konċernata u li ssir disponibbli biss wara li l-pubbliku konċernat ikun ġie infurmat skont il-paragrafu 2.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jittieħdu d-deċiżjonijiet rilevanti, l-awtorità kompetenti għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku:
il-kontenut tad-deċiżjoni u r-raġunijiet li fuqhom din tkun ġiet ibbażata, inklużi kwalunkwe aġġornamenti sussegwenti;
ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet li jkunu saru qabel ma tkun ittieħdet id-deċiżjoni u spjegazzjoni dwar kif dawn ġew ikkunsidrati f'dik id-deċiżjoni.
L-Istati Membri għandhom jidentifikaw il-pubbliku bid-dritt li jipparteċipa għall-għanijiet ta’ dan il-paragrafu, inklużi l-organizzazzjonijiet mhux governattivi rilevanti li jissodisfaw rekwiżiti relevanti imposti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, bħalma huma dawk li jippromwovu l-protezzjoni tal-ambjent.
Dan il-paragrafu ma għandux japplika għall-pjanijiet u l-programmi li għalihom issir il-proċedura ta’ parteċipazzjoni pubblika skont id-Direttiva 2001/42/KE.
Għandhom jiġu pprovduti termini ta’ żmien raġonevoli għall-fażijiet differenti, billi jiġi permess żmien biżżejjed sabiex il-pubbliku jiġi mgħarraf u sabiex il-pubbliku kkonċernat iħejji ruħu u jipparteċipa b'mod effikaċi fit-tfassil tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 16
Informazzjoni li trid tiġi pprovduta mill-operatur u azzjonijiet li jridu jittieħdu wara li jseħħ inċident kbir
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, kemm jista' jkun possibbli wara li jseħħ inċident kbir, l-operatur għandu jkun meħtieġ, bl-użu tal-iktar mezzi xierqa, li:
jinforma lill-awtorità kompetenti;
jipprovdi lill-awtorita' kompetenti bl-informazzjoni li ġejja hekk kif din tkun disponibbli:
iċ-ċirkostanzi tal-inċident;
is-sustanzi perikolużi involuti;
id-data disponibbli biex jiġu vvalutati l-effetti tal-inċident fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent kif ukoll il-proprjetà;
il-miżuri ta’ emerġenza meħuda;
jinforma lill-awtorita' kompetenti dwar il-passi previsti biex:
inaqqas l-effetti tal-inċident fuq medda ta’ żmien medju u twil;
jevita kwalunkwe possibbiltà li inċident bħal dan jerġa' jseħħ;
jaġġorna l-informazzjoni pprovduta jekk investigazzjonijiet oħra jiżvelaw fatti addizzjonali li jbiddlu dik l-informazzjoni jew il-konklużjonijiet stabbiliti.
Artikolu 17
Azzjoni li l-awtorità jew awtoritajiet kompetenti iridu jieħdu wara inċident kbir
Wara inċident kbir, l-Istati Membri għandhom jesiġu li l-awtorità jew awtoritajiet kompetenti:
jiżguraw li kwalunkwe miżura urġenti, fuq medda ta’ żmien medju u twil, tkun ittieħdet;
jiġbru, permezz ta’ spezzjoni, investigazzjoni jew mezzi oħra xierqa, l-informazzjoni meħtieġa għall-analiżi sħiħa tal-aspetti tekniċi, organizzattivi u maniġerjali ta’ inċident kbir;
jieħdu azzjoni xierqa ħalli tiżgura li l-operatur jieħu kwalunkwe miżura ta’ rimedju li tkun meħtieġa;
jagħmlu rakkomandazzjonijiet dwar miżuri preventivi fil-futur; u
jinformaw lill-persuni potenzjalment affettwati mill-inċident kbir li seħħ u, jekk ikun il-każ, bil-miżuri meħuda biex itaffu l-konsegwenzi.
Artikolu 18
Informazzjoni li trid tiġi pprovduta mill-Istati Membri wara inċident kbir
Għall-finijiet ta’ prevenzjoni u mitigazzjoni ta’ inċidenti kbar, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar inċidenti kbar li jilħqu l-kriterji tal-Anness VI li jkunu seħħew fit-territorju tagħhom. Huma għandhom jipprovdulha d-dettalji li ġejjin:
l-Istat Membru, l-isem u l-indirizz tal-awtorità responsabbli għar-rapport;
id-data, il-ħin u l-post tal-inċident kbir, inkluż l-isem sħiħ tal-operatur u l-indirizz tal-istabbiliment involut;
deskrizzjoni fil-qosor taċ-ċirkostanzi tal-inċident, inklużi s-sustanzi perikolużi involuti, u l-effetti immedjati fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent;
deskrizzjoni fil-qosor tal-miżuri ta’ emerġenza li jkunu ttieħdu u tal-prekawzjonijiet immedjati li jkunu meħtieġa biex tiġi evitata r-rikorrenza;
l-eżitu tal-analiżijiet u tar-rakkomandazzjonijiet tagħhom.
Ir-rappurtar tal-informazzjoni msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1, mill-Istati Membri jista' jiddewwem sabiex ikunu jistgħu jitkomplew il-proċeduri ġudizzjarji fejn rappurtar bħal dan jista' jaffettwa dawk il-proċedimenti.
Artikolu 19
Projbizzjoni tal-użu
L-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu l-użu jew il-bidu tal-użu ta’ kwalunkwe stabbiliment, stallazzjoni jew faċilità ta’ ħażna, jew kwalunkwe parti minn dawn jekk l-operatur ma jkunx ippreżenta n-notifika, ir-rapporti jew informazzjoni oħra meħtieġa b'din id-Direttiva fil-perjodu speċifikat.
Artikolu 20
Spezzjonijiet
L-ispezzjonijiet għandhom ikunu xierqa għat-tip ta’ stabbiliment konċernat. Dawn ma għandhomx jiddependu mir-rapport dwar is-sikurezza li jkunu rċevew jew minn kwalunkwe rapport ieħor li jiġi ppreżentat. Dawn għandhom ikunu suffiċjenti biex is-sistemi li jkunu qed jiġu mħaddma fl-istabbiliment jiġu eżaminati b'mod ippjanat u sistematiku, kemm jekk ikunu ta’ natura teknika, organizzattiva jew maniġerjali, sabiex jiġi żgurat b'mod partikolari li:
l-operatur jista' juri li huwa ħa l-miżuri meħtieġa, fir-rigward tal-attivitajiet differenti tal-istabbiliment, sabiex jevita inċidenti kbar;
l-operatur jista' jipprova li huwa pprovda l-mezzi biex jiġu limitati l-konsegwenzi ta’ inċidenti kbar, fil-post u barra minnu;
id-data u l-informazzjoni li jkun hemm fir-rapport dwar is-sikurezza, jew fi kwalunkwe rapport ieħor li jiġi ppreżentat, ikunu jirriflettu b'mod adegwat il-kundizzjonijiet fl-istabbiliment;
l-informazzjoni tkun ġiet ipprovduta lill-pubbliku skont l-Artikolu 14.
Kull pjan ta’ spezzjoni għandu jinkludi dawn li ġejjin:
valutazzjoni ġenerali dwar il-kwistjonijiet ta’ sikurezza rilevanti;
iż-żona ġeografika koperta mill-pjan ta’ spezzjoni;
lista tal-istabbilimenti koperti bil-pjan;
lista ta’ gruppi ta’ stabbiliment b'effetti domino possibbli skont l-Artikolu 9;
lista ta’ stabbilimenti fejn sorsi partikolari ta’ riskji jew perikli esterni jistgħu jżidu ir-riskju jew il-konsegwenzi ta’ inċident kbir;
proċeduri għall-ispezzjonijiet ta’ rutina inklużi l-programmi għal spezzjonijiet bħal dawn skont il-paragrafu 4;
proċeduri għal spezzjonijiet mhux ta’ rutina skont il-paragrafu 6;
dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni bejn awtoritajiet ta’ spezzjoni differenti.
Il-perjodu bejn żewġ żjajjar konsekuttivi fuq il-post ma għandux jaqbeż sena għall-istabbilimenti tal-livelli ogħla u tliet snin għall-istabbilimenti tal-livelli aktar baxxi, sakemm l-awtorità kompetenti ma tkunx fasslet programm ta’ spezzjoni bbażat fuq valutazzjoni sistematika tal-perikli ta’ inċidenti kbar relatati mal-istabbilimenti konċernati.
Il-valutazzjoni sistematika tal-perikli tal-istabbilimenti konċernati għandha tiġi bbażata fuq tal-anqas il-kriterji li ġejjin:
l-impatti potenzjali tal-istabbilimenti konċernati fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent;
ir-rekord tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.
Fejn ikun xieraq, għandhom jiġu kkunsidrati s-sejbiet rilevanti tal-ispezzjonijiet imwettqa skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.
Artikolu 21
Sistema u skambji ta’ informazzjoni
Għall-istabbilimenti koperti b'din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'tal-anqas din l-informazzjoni segwenti:
l-isem jew l-isem kummerċjali tal-opertaur u l-indirizz sħiħ tal-istabbiliment konċernat;
l-attività jew attivitajiet tal-istabbiliment.
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm aġġornata bażi tad-data li fiha l-informazzjoni provduta mill-Istati Membri. L-aċċess għall-bażi tad-data għandu jkun riservat għal persuni awtorizzati mill-Kummissjoni jew mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri bażi tad-data li tinkludi, b'mod partikolari, id-dettalji ta’ inċidenti kbar li jkunu seħħu fit-territorju tal-Istati Membri, għar-raġunijiet li ġejjin:
it-tixrid veloċi fost l-awtoritajiet kompetenti kollha tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 18(1) u (2);
id-distribuzzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta’ analiżi dwar il-kawżi tal-inċidenti kbar u t-tagħlimiet li jkunu ttieħdu minnhom;
l-għoti ta’ informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti dwar miżuri preventivi;
l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-organizzazzjonijiet li jkunu jistgħu joffru parir jew informazzjoni rilevanti dwar il-frekwenza, il-prevenzjoni u l-mitigazzjoni ta’ inċidenti kbar.
Il-bażi tad-data msemmija fil-paragrafu 4 għandu jkollha, tal-anqas:
l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 18(1) u (2);
analiżi tal-kawżi tal-inċidenti;
it-tagħlimiet li nkisbu minn dawn l-inċidenti;
il-miżuri preventivi meħtieġa biex jiġu evitati każijiet simili.
Artikolu 22
Aċċess għall-informazzjoni u kunfidenzjalità
L-awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi wkoll, għall-istess raġunijiet, li ċerti partijiet tar-rapport jew l-inventarju ma għandhomx jiġu żvelati. F'każijiet bħal dawn, u bl-approvazzjoni ta’ dik l-awtorità, l-operatur għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti rapport jew inventarju emendat li jeskludi dawk il-partijiet.
Artikolu 23
Aċċess għall-ġustizzja
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
kwalunkwe applikant li jippreżenta talbiet għal informazzjoni skont il-punti (b) jew (c) tal-Artikolu 14(2) jew l-Artikolu 22(1) ta’ din id-Direttiva jkunu jista' jitlob, konformement mal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/4/KE, rieżami tal-atti jew tal-omissjonijiet ta’ awtorità kompetenti fir-rigward ta’ talbiet għal informazzjoni;
fl-ordinamenti ġuridiċi nazzjonali tagħhom, il-pubbliku konċernat ikollu aċċess għall-proċeduri ta’ rieżami stabbiliti mill-Artikolu 11 tad-Direttiva 2011/92/KE għall-każijiet previsti fl-Artikolu 15(1) ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 24
Gwida
Il-Kummissjoni tista' tiżviluppa gwida dwar id-distanza ta’ sikurezza u l-effetti domino.
Artikolu 25
Emenda tal-Annessi
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 26 għall-fini tal-adattament tal-Annessi II sa VI għall-progress tekniku. Tali adattamenti ma għandhomx jirriżultaw f'modifiki sostanzjali tal-obbligi tal-Istati Membri u tal-operaturi kif stabbilit f'din id-Direttiva.
Artikolu 26
Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 27
Proċedura ta’ kumitat
Artikolu 28
Sanzjonijiet
L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw is-sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva. Is-sanzjonijiet previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Ġunju 2015 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwa lil dawn.
Artikolu 29
Rappurtar u reviżjoni
Artikolu 30
Emenda tad-Direttiva 96/82/KE
Fid-Direttiva 96/82/KE, it-termini “(d) żejt kombustibbli tqil” jiżdiedu mal-intestatura ’Prodotti tal-pitrolju’ fil-Parti 1 tal-Anness I.
Artikolu 31
Traspożizzjoni
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu f'konformità mal-Artikolu 30 ta’ din id-Direttiva sal-14 ta’ Frar 2014. Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-15 ta’ Frar 2014.
Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.
Artikolu 32
Revoka
Artikolu 33
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 34
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
LISTA TA’ ANNESSI
|
Anness I |
— |
Sustanzi perikolużi |
|
Anness II |
— |
Minimu ta' data u informazzjoni li jridu jiġu kkunsidrati fir-rapport dwar is-sikurezza imsemmi fl-Artikolu 10 |
|
Anness III |
— |
Informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(5) u fl-Artikolu 10 dwar is-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza u l-organizzazzjoni tal-istabbiliment bil-ħsieb li jiġu evitati inċidenti kbar |
|
Anness IV |
— |
Data u informazzjoni li jridu jiġu inklużi fil-pjanijiet ta' emerġenza imsemmija fl-Artikolu 12 |
|
Anness V |
— |
Punti ta' informazzjoni li jridu jiġu kkomunikati lill-pubbliku kif previst fl-Artikolu 14(1) u fil-punt (a) tal-Artikolu 14(2) |
|
Anness VI |
— |
Kriterji għan-notifika ta’ inċident kbir lill-Kummissjoni kif previst fl-Artikolu 18 (1) |
|
Anness VII |
— |
Tabella ta’ korrelazzjoni |
ANNESS I
SUSTANZI PERIKOLUŻI
Sustanzi perikolużi koperti mill-kategoriji ta’ periklu elenkati fil-Kolonna 1 tal-Parti 1 ta’ dan l-Anness huma soġġetti għall-kwantitajiet kwalifikattivi ffissati fil-Kolonni 2 u 3 tal-Parti 1.
Meta sustanza perkoluża tkun koperta mill-Parti 1 ta’ dan l-Anness u tkun ukoll elenkata fil-Parti 2, il-kwantitajiet kwalifikattivi ffissati fil-Kolonni 2 u 3 tal-Parti 2 japplikaw.
PARTI 1
Kategoriji ta’ sustanzi u taħlitiet perikolużi
Il-Parti 1 tkopri s-sustanzi perikolużi kollha li jaqgħu taħt il-kategorija ta’ perikli elenkati fil-Kolonna 1:
|
Kolonna 1 |
Kolonna 2 |
Kolonna 3 |
|
Kategoriji ta’ perikli skont ir-egolament (ke) nru 1272/2008 |
Kwantita li tikkwalifika (tunnellati) ta’ sustanzi perikoluzi kif hemm imsemmi fl-artikolu 3(10) ghall-applikazzjoni |
|
|
Rekwiżiti Tal-livelli aktar baxxi |
Rekwiziti Tal-livelli oghla |
|
|
TAQSIMA “H” – PERIKLI GĦAS-SAĦĦA |
||
|
H1 TOSSIKA AKUTA kategorija 1, ir-rotot ta’ esponiment kollha |
5 |
20 |
|
H2 TOSSIKA AKUTA — Kategorija 2, ir-rotot ta’ esponiment kollha — kategorija 3, rotta ta’ esponiment minn inalazzjoni (ara n-nota 7) |
50 |
200 |
|
H3 STOT TOSSIĊITÀ SPEĊIFIKA GĦALL-ORGANI FIL-MIRA – ESPONIMENT UNIKU STOT KATEGORIJA 1 |
50 |
200 |
|
Taqsima “P” – PERIKLI FIŻIĊI |
||
|
P1a SPLUSSIVI (ARA N-NOTA 8) — Splussivi mhux stabbli jew — splussivi, diviżjoni 1.1, 1.2, 1.3, 1.5 jew 1.6, jew — sustanzi jew taħlitiet li jkollhom proprjetajiet esplożivi skont il-metodu a.14 tar-regolament (ke) nru 440/2008 (ara n-nota 9) u li ma jappartjenux għall-klassijiet ta’ periklu perossidi organiċi jew sustanzi u taħlitiet awtoreattivi |
10 |
50 |
|
P1b SPLUSSIVI (ARA N-NOTA 8) Splussivi, diviżjoni 1.4 (ara n-nota 10) |
50 |
200 |
|
P2 GASSIJIET FJAMMABBLI Gassijiet fjammabbli, kategorija 1 jew 2 |
10 |
50 |
|
P3a AEROSOLS FJAMMABBLI (ARA N-NOTA 11.1) Aerosols “fjammabbli” tal-kategorija 1 jew 2, li jkollhom gassijiet fjammabbli tal-kategorija 1 jew 2 jew likwidi fjammabbli tal-kategorija 1 |
150 (NET) |
500 (NET) |
|
P3b AEROSOLS FJAMMABBLI (ARA N-NOTA 11.1) Aerosols “fjammabbli” tal-kategorija 1 jew 2, li ma jkollhomx gassijiet fjammabbli tal-kategorija 1 jew 2 u lanqas likwidi fjammabbli tal-kategorija 1 (ara nota 11.2) |
5 000 (NET) |
50 000 (NET) |
|
P4 GASSIJIET OSSIDANTI Gassijiet ossidanti, kategorija 1 |
50 |
200 |
|
P5a LIKWIDI FJAMMABBLI — Likwidi fjammabbli, kategorija 1, jew — likwidi li jiehdu n-nar tal-kategorija 2 jew 3 li jinzammu f'temperatura oghla mill-punt tat-tghollija taghhom, jew — liwkidi ohra b'punt ta’ fjammabbilta ta’ ≤ 60 °c, li jinzammu f'temperatura oghla mill-punt tat-tghollija taghhom (ara n-nota 12) |
10 |
50 |
|
P5b LIKWIDI FJAMMABBLI — Likwidi fjammabbli tal-kategorija 2 jew 3 fejn kundizzjonijiet ta’ processar partikolari, bhal pressjoni gholja jew temperatura gholja, jistghu jikkawzaw perikli ta’ incidenti kbar, jew — likwidi ohra b'punt ta’ fjammabbilta ta’ ≤ 60 °c fejn kundizzjonijiet ta’ processar partikolari, bhal pressjoni gholja jew temperatura gholja, jistghu joholqu perikli ta’ incidenti kbar (ara n-nota 12) |
50 |
200 |
|
P5c LIKWIDI FJAMMABBLI Likwidi fjammabbli, kategoriji 2 jew 3 li mhumiex koperti b'p5a u p5b |
5 000 |
50 000 |
|
P6a SUSTANZI U TAĦLITIET AWTOREATTIVI U PEROSSIDI ORGANIĊI Sustanzi u taħlitiet awtoreattivi, tip a jew b jew perosddidi organiżi, tip a jew b |
10 |
50 |
|
P6b SUSTANZI U TAĦLITIET AWTOREATTIVI U PEROSSIDI ORGANIĊI Sustanzi u tahlitiet awtoreattivi, tip c, d, e jew f jew perossidi organici, tip c, d, e, jew f |
50 |
200 |
|
P7 LIKWIDI U SOLIDI PIROFORIĊI Likwidi piroforici, kategorija 1 Solidi piroforici, kategorija 1 |
50 |
200 |
|
P8 LIKWIDI U SOLIDI OSSIDANTI Likwidi ossidanti, kategorija 1, 2 jew 3, jew Solidi ossidanti, kategorija 1, 2 jew 3 |
50 |
200 |
|
Taqsima “E” – PERIKLI AMBJENTALI |
||
|
E1 perikoluza ghall-ambjent akkwatiku fil-kategorija Akuta 1 jew kronika 1 |
100 |
200 |
|
E2 perikoluza ghall-ambjent akkwatiku fil-kategorija Kronika 2 |
200 |
500 |
|
Taqsima “O” – PERIKLI OĦRA |
||
|
O1 sustanzi jew taħlitiet b'dikjarazzjoni ta’ periklu euh014 |
100 |
500 |
|
O2 sustanzi jew tahlitiet li meta jigu f'kuntatt mal-ilma jarmu gassijiet fjammabbli, kategorija 1 |
100 |
500 |
|
O3 sustanzi jew taħlitiet b'dikjarazzjoni ta’ periklu euh029 |
50 |
200 |
PARTI 2
Sustanzi perikolużi msemmija
|
Kolonna 1 |
Numru tal-CAS (1) |
Kolonna 2 |
Kolonna 3 |
|
|
Kwantità li tikkwalifika (tunnellati) għall-applikazzjoni ta' |
||
|
Sustanzi perikolużi |
|||
|
|
|
Rekwiżiti tal-livelli aktar baxxi |
Rekwiżiti tal-livelli ogħla |
|
1. Nitrat tal-ammonju (ara nota 13) |
— |
5 000 |
10 000 |
|
2. Nitrat tal-ammonju (ara nota 14) |
— |
1 250 |
5 000 |
|
3. Nitrat tal-ammonju (ara nota 15) |
— |
350 |
2 500 |
|
4. Nitrat tal-ammonju (ara nota 16) |
— |
10 |
50 |
|
5. Nitrat tal-potassju (ara nota 17) |
— |
5 000 |
10 000 |
|
6. Nitrat tal-potassju (ara nota 18) |
— |
1 250 |
5 000 |
|
7. Pentossidu tal-arseniku, aċidu tal-arseniku (V) u/jew imlieħ |
1303-28-2 |
1 |
2 |
|
8. Triossidu tal-arseniku, aċidu arsenjuż (III) u/jew imlieħ |
1327-53-3 |
|
0,1 |
|
9. Bromu |
7726-95-6 |
20 |
100 |
|
10. Kloru |
7782-50-5 |
10 |
25 |
|
11. Komposti tan-nikil f'forma ta’ trab inalabbli: monossidu tan-nikil, diossidu tan-nikil, sulfur tan-nikil, disulfur tat-trinikil, triossidu tad-dinikil |
— |
|
1 |
|
12. Etilenimmina |
151-56-4 |
10 |
20 |
|
13. Fluworu |
7782-41-4 |
10 |
20 |
|
14. Formaldeid (konċentrazzjoni ≥ 90 %) |
50-00-0 |
5 |
50 |
|
15. Idroġenu |
1333-74-0 |
5 |
50 |
|
16. Klorur tal-idroġenu (gass likwifikat) |
7647-01-0 |
25 |
250 |
|
17. Alkili taċ-ċomb |
— |
5 |
50 |
|
18. Gassijiet fjammabbli likwifikati Kategorija 1 jew 2 (inkluż LPG) u gass naturali (ara nota 19) |
— |
50 |
200 |
|
19. Aċitilen |
74-86-2 |
5 |
50 |
|
20. Ossidu tal-etilen |
75-21-8 |
5 |
50 |
|
21. Ossidu tal-propilen |
75-56-9 |
5 |
50 |
|
22. Metanol |
67-56-1 |
500 |
5 000 |
|
23. 4, 4′-Metilenbis bis (2-kloranilina) u/jew imlieħ, f'forma ta’ trab |
101-14-4 |
|
0,01 |
|
24. Metilisoċjanat |
624-83-9 |
|
0,15 |
|
25. Ossiġenu |
7782-44-7 |
200 |
2 000 |
|
26. 2,4 -Toluwen diisoċjanat |
584-84-9 |
10 |
100 |
|
2.6 -Toluwen diisoċjanat |
91-08-7 |
||
|
27. Diklorur tal-karbonil (fosġen) |
75-44-5 |
0,3 |
0,75 |
|
28. Arsina (triidrur tal-arseniku) |
7784-42-1 |
0,2 |
1 |
|
29. Fosfina (triidrid tal-fosforu) |
7803-51-2 |
0,2 |
1 |
|
30. Diklorur tal-kubrit |
10545-99-0 |
|
1 |
|
31. Triossidu tal-kubrit |
7446-11-9 |
15 |
75 |
|
32. Poliklorodibenżofurani u poliklorodibenżodiossini (inkluż TCDD), ikkalkulati f'TCDD ekwivalenti (ara nota 20) |
— |
|
0,001 |
|
33. Il-KARĊINOĠENI li ġejjin jew it-taħlitiet li jkollhom il-karċinoġeni f'konċentrazzjonijiet ogħla minn 5 % skont il-piż: 4-Amminobifenil u/jew l-imlieħ tiegħu, Benżotriklorur, Benżidina u/jew imlieħ, Etere tal-bis (klorometil), Etere tal-metil tal-klorometil, 1,2-Dibromoetan, Sulfat tad-dietil, Sulfat tad-dimetil, Klorur tad-dimetilkarbamojl, 1,2-Dibromo-3-kloropropan, 1,2-Dimetilidrażina, Dimetilnitrosammina, Triammid tal-eżametilfosforiku, Idrażina, 2- Naftilammina u/jew imlieħ, 4-Nitrodifenil, u 1,3 Propansulton |
— |
0,5 |
2 |
|
34. Prodotti taż-żejt u fjuwils alternattivi (a) gasolina u nafta, (b) kerożina (inklużi fjuwils tal-ġettijiet), (c) Żjut tal-gass (inkluż fjuwils tad-diżil, żjut għat-tisħin tad-djar u distillati użati biex jipproduċu żejt tal-gass) (d) żejt tal-fjuwil tqil (e) fjuwils alternattivi li jservu l-istess skopijiet u bi proprjetajiet simili fir-rigward tal-fjammabbiltà u l-perikli ambjentali għall-prodotti msemmija fil-punti (a) sa (d) |
— |
2 500 |
25 000 |
|
35. Ammonijaku Anidride |
7664-41-7 |
50 |
200 |
|
36. Trifluworur tal-boron |
7637-07-2 |
5 |
20 |
|
37. ►C1 Sulfur tal-idroġenu ◄ |
7783-06-4 |
5 |
20 |
|
38. Piperidin |
110-89-4 |
50 |
200 |
|
39. Bis(2-dimetilamminoetil)(metil)ammina |
3030-47-5 |
50 |
200 |
|
40. 3-(2-Etileżilossi)propilammina |
5397-31-9 |
50 |
200 |
|
41. ►C1 Taħlitiet (2) tal-ipoklorit tas-sodju kklassifikati bħala perikolużi għall-ambjent akkwatiku tal-Kategorija Akuta I [H400] li fihom anqas minn 5 % ta' kloru attiv u mhux ikklassifikati f'xi waħda mill-kategoriji ta' periklu l-oħra fil-Parti I tal-Anness I. ◄ |
|
200 |
500 |
|
42. Propilammina (ara nota 21) |
107-10-8 |
500 |
2 000 |
|
43. Tert-butil akrilat (ara nota 21) |
1663-39-4 |
200 |
500 |
|
44. 2-Metilbut-3-butenenitril (ara nota 21) |
16529-56-9 |
500 |
2 000 |
|
45. Tetrahydro-3,5-dimetil-1,3,5, tijadjażina-2-tion (Dazomet) (ara Nota 21) |
533-74-4 |
100 |
200 |
|
46. Metilakrilat (ara nota 21) |
96-33-3 |
500 |
2 000 |
|
47. 3-Metilpiridina (ara nota 21) |
108-99-6 |
500 |
2 000 |
|
48. 1-Bromo-3-kloropropan (ara nota 21) |
109-70-6 |
500 |
2 000 |
|
(1)
In-numru tal-CAS qed jintwera biss bħala indikazzjoni.
(2)
Sakemm it-taħlita fl-assenza tal-ipoklorit tas-sodju ma tkunx ikklassifikata bħala perikoluża għall-ambjent akkwatiku tal-kategorija Akuta I [H400]. |
|||
NOTI GĦALL-ANNESS I
1. Is-sustanzi u t-taħlitiet huma kklassifikati skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.
2. It-taħlitiet għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod bħal sustanzi puri sakemm dawn jibqgħu fil-limiti ta’ konċentrazzjoni stabbiliti skont il-proprjetajiet tagħhom taħt ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 fin-Nota 1, jew l-iktar adattament riċenti tiegħu għall-progress tekniku, sakemm perċentwal tal-kompożizzjoni jew deskrizzjoni oħra tingħata b'mod speċifiku.
3. Il-kwantitajiet li jikkwalifikaw stabbiliti hawn fuq huma relatati għal kull stabbiliment.
Il-kwantitajiet li jridu jiġu kkunsidrati għall-applikazzjoni tal-Artikoli rilevanti huma l-kwantitajiet massimi li jkunu preżenti jew li jistgħu jkunu preżenti fi kwalunkwe ħin partikolari. Sustanzi perikolużi li jkunu preżenti fi stabbiliment biss fi kwantitajiet ugwali għal jew inqas minn 2 % tal-kwantità li tikkwalifika rilevanti għandhom jiġu injorati għall-kalkolu tal-kwantità totali preżenti, jekk il-pożizzjoni tagħhom fl-istabbiliment tkun tali li ma tkunx tista' taġixxi bħala inizjatur ta’ inċident kbir x'imkien ieħor f'dak l-istabbiliment.
4. Ir-regoli li ġejjin li jirregolaw iż-żieda ta’ sustanzi u taħlitiet perikolużi, jew kategoriji ta’ sustanzi u taħlitiet perikolużi, għandhom japplikaw fejn xieraq:
Fil-każ ta’ stabbiliment fejn ma jkun hemm preżenti l-ebda sustanza individwali fi kwantità li tkun ogħla minn jew ugwali għall-kwantitajiet li jikkwalifikaw rilevanti, ir-regola li ġejja għandha tiġi applikata biex tiddetermina jekk l-istabbiliment ikunx kopert bir-rekwiżiti rilevanti ta’ din id-Direttiva.
Din id-Direttiva għandha tapplika għal stabbilimenti tal-livelli ogħla jekk is-somma:
q1/QU1 + q2/QU2 + q3/QU3 + q4/QU4 + q5/QU5 + … tkun ikbar minn jew ugwali għal 1,
fejn qx = il-kwantità ta’ sustanza perikoluża x (jew kategorija ta’ sustanzi perikolużi) li taqa' fil-Parti 1 jew il-Parti 2 ta’ dan l-Anness,
u QUX = il-kwantità li tikkwalifika rilevanti għas-sustanza jew taħlita perikoluża jew kategorija x mill-Kolonna 3 tal-Parti 1 jew mill-Kolonna 3 tal-Parti 2 ta’ dan l-Anness.
Din id-Direttiva għandha tapplika għal stabbilimenti tal-livelli aktar baxxi jekk is-somma:
q1/QL1 + q2/QL2 + q3/QL3 + q4/QL4 + q5/QL5 + … tkun ikbar minn jew ugwali għal 1,
fejn qx = il-kwantità ta’ sustanza perikoluża x (jew kategorija ta’ sustanzi perikolużi) li jaqgħu fil-Parti 1 jew Parti 2 ta’ dan l-Anness,
u QLX = il-kwantità li tikkwalifika rilevanti għas-sustanza perikoluża jew kategorija x mill-Kolonna 2 tal-Parti 1 jew mill-Kolonna 2 tal-Parti 2 ta’ dan l-Anness.
Din ir-regola għandha tintuża biex jiġu vvalutati l-perikli għas-saħħa, perikli fiżiċi u perikli ambjentali. Għalhekk, din trid tiġi applikata tliet darbiet:
għaż-żieda tas-sustanzi u perikolużi elenkati fil-Parti 2 li jaqgħu taħt il-kategorija tossika akuta 1, 2 jew 3 (rotta ta’ inalazzjoni) jew STOT Kategorija 1, flimkien mas-sustanzi perikolużi li jaqgħu taħt it-taqsima H, entrati H1 sa H3 tal-Parti 1;
għaż-żieda tas-sustanzi perikolużi elenkati fil-Parti 2 li huma splussivi, gassijiet fjammabbli, aerosols fjammabbli, gassijiet ossidanti, likwidi fjammabbli, sustanzi u taħlitiet awtoreattivi, perossidi organiċi, likwidi u solidi piroforiċi, likwidi u solidi ossidanti, flimkien mas-sustanzi perikolużi li jaqgħu taħt it-taqsima P: entrati P1 sa P8 tal-Parti 1;
għaż-żieda tas-sustanzi u perikolużi elenkati fil-Parti 2 li jaqgħu taħt perikolużi għall-ambjent akkwatiku kategorija akuta 1, kategorija kronika 1 jew kategorija kronika 2, flimkien mas-sustanzi perikolużi li jaqgħu taħt tt-taqsima E, entrati E1 u E2 tal-Parti 1.
Id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Direttiva japplikaw meta kwalunkwe mis-somom miksuba permezz ta’ (a), (b) jew (c) tkun ikbar minn jew ugwali għal 1.
5. Fil-każ ta’ sustanzi perikolużi li mhumiex koperti mir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, inkluż skart, iżda li xorta waħda jkunu preżenti, jew x'aktarx ikunu preżenti, fi stabbiliment u li jkollhom jew x'aktarx ikollhom, taħt il-kundizzjonijiet f'dak l-istabbiliment, proprjetajiet ekwivalenti f'termini ta’ potenzjal ta’ inċident kbir, dawn għandhom jiġu assenjati b'mod provviżorju lill-iktar kategorija analoga jew sustanza perikoluża msemmija li taqa' fl-ambitu ta’ din id-Direttiva.
6. Fil-każ ta’ sustanzi perikolużi bi proprjetajiet li jwasslu għal iktar minn klassifikazzjoni waħda, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw il-kwantitajiet li jikkwalifikaw l-iktar baxxi. Madankollu, għall-applikazzjoni tar-regola fin-Nota 4, l-anqas kwantità li tikkwalifika għal kull grupp ta’ kategoriji fin-Noti 4(a), 4(b) u 4(c) li tikkorrispondi għall-klassifikazzjoni konċernata għandhom jintużaw.
7. Sustanzi perikolużi li jaqgħu taħt Tossiċi Akuti Kategorija 3 mir-rotta orali (H 301) għandhom jaqgħu taħt l-entrata H2 AKUTA TOSSIKA fil-każijiet fejn la l-klassifikazzjoni ta’ tossiċità akuta tal-inalazzjoni u lanqas il-klassifikazzjoni ta’ tossiċità akuta dermali ma jkunu jistgħu jiġu derivati, pereżempju minħaba nuqqas ta’ data konklużiva dwar it-tossiċità dermali u tal-inalazzjoni.
8. Il-klassi ta’ periklu Splussivi tinkludi oġġetti li jisplodu (ara t-Taqsima 2.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008). Jekk il-kwantità tas-sustanza jew taħlita splussiva li jkun hemm fl-oġġett tkun magħrufa, dik il-kwantità għandha tiġi kkunsidrata għall-finijiet ta’ din id-Direttiva. Jekk il-kwantità tas-sustanza jew taħlita splussiva li jkun hemm fl-oġġett ma tkunx magħrufa, mela, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, l-oġġett sħiħ għandu jiġi ttrattat bħala splussiv.
9. L-ittestjar għall-proprjetajiet esplożivi tas-sustanzi u t-taħlitiet ikun meħtieġ biss jekk il-proċedura ta’ skrinjar skont l-Appendiċi 6, il-Parti 3 tar-Rakkomandazzjonijiet tan-NU dwar it-Trasport ta’ Merkanzija Perikoluża, il-Manwal tat-Testijiet u l-Kriterji (il-Manwal tat-Testijiet u l-Kriterji tan-NU) ( 5 ) jidentifika s-sustanza jew it-taħlita bħala waħda li potenzjalment għandha proprjetajiet esplożivi.
10. Jekk l-Isplussivi tad-Diviżjoni 1.4 ma jkunux ippakkjati jew jiġu ppakkjati mill-ġdid, dawn għandhom jiġu assenjati għall-entrata P1a, sakemm ma jintweriex li l-periklu għadu jikkorrispondi għad-Diviżjoni 1.4, skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.
11.1. Aerosols fjammabbli huma kklassifikati skont id-Direttiva tal-Kunsill 75/324/KEE ta’ l-20 ta’ Mejju 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati ma’ l-aerosol dispensers ( 6 ) (Direttiva dwar l-Aerosol Dispensers). L-aerosols ’Fjammabbli ħafna’ u ’Fjammabbli’ tad-Direttiva 75/324/KEE jikkorrispondu għall-Aerosols Fjammabbli tal-Kategorija 1 jew 2 rispettivament tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008.
11.2. Sabiex tintuża din l-entrata, irid jiġi ddokumentat li l-aerosol dispenser ma għandux Gass Fjammabbli tal-Kategorija 1 jew 2 u lanqas Likwidu Fjammabbli tal-Kategorija 1.
12. Skont il-paragrafu 2.6.4.5 fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, likwidi b'punt ta’ fjammabbiltà ta’ iżjed minn 35 °C m'hemmx għalfejn jiġu kklassifikati fil-Kategorija 3 jekk ikunu nkisbu riżultati negattivi fit-test ta’ kombustjoni sostenut L.2, Parti III, Taqsima 32 tal-Manwal tat-Testijiet u l-Kriterji tan-NU. Madankollu, dan ma jkunx validu f'kundizzjonijiet elevati bħalma huma temperatura jew pressjoni għolja, u għalhekk likwidi bħal dawn jiġu inklużi f'din l-entrata.
13. Nitrat tal-ammonju (5 000 /10 000 ): fertilizzanti li kapaċi jiddekomponu waħedhom.
Dan japplika għal fertilizzanti komposti/imħalltin ibbażati fuq nitrat tal-ammonju (fertilizzanti komposti/imħalltin li fihom nitrat tal-ammonju bil-fosfat u/jew potassa) u li kapaċi jiddekomponu waħedhom skont it-Test tal-Ħawt (Trough Test) tan-NU (ara l-Manwal tat-Testijiet u l-Kriterji tan-NU, Parti III, sub-taqsima 38.2) u li fih il-kontenut ta’ nitroġenu bħala riżultat ta’ nitrat tal-ammonju huwa
14. Nitrat ta’ l-ammonja (1 250 /5 000 ): grad ta’ fertilizzant
Dan japplika għal fertilizzanti puri bbażati fuq nitrat tal-ammonju u għal fertilizzanti komposti/imħalltin ibbażati fuq in-nitrat tal-ammonju li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Anness III-2 għar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 u li fihom il-kontenut ta’ nitroġenu bħala riżultat ta’ nitrat tal-ammonju huwa:
15. Nitrat tal-ammonju (350/2 500 ): grad tekniku
Dan japplika għal nitrat tal-ammonju u taħlitiet ta’ nitrat tal-ammonju fejn il-kontenut ta’ nitroġenu bħala riżultat ta’ nitrat tal-ammonju huwa
Dan japplika wkoll għal soluzzjonijiet milwiema ta’ nitrat tal-ammonju fejn il-konċentrazzjoni ta’ nitrat tal-ammonju tkun iktar minn 80 % skont il-piż.
16. Nitrat tal-ammonju (10/50): materjal “off-specs” u fertilizzanti li ma jissodisfawx it-test ta’ detonazzjoni
Dan japplika għal
Dan japplika għal dawk il-fertilizzanti komposti bbażati fuq in-nitrat tal-potassju (f'forma mrammla/granulari) li jkollhom l-istess proprjetajiet perikolużi bħan-nitrat tal-potassju pur.
Nitrat tal-potassju (1 250 /5 000 )Dan japplika għal dawk il-fertilizzanti komposti bbażati fuq in-nitrat tal-potassju (f'forma kristallina) li jkollhom l-istess proprjetajiet perikolużi bħan-nitrat tal-potassju pur.
Bijogass raffinatGħall-fini tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, il-bijogass raffinat jista' jkun ikklassifikat taħt l-Entrata 18 tal-Parti 2 tal-Anness I meta jkun ġie pproċessat skont l-istandards applikabbli għall-bijogass purifikat u raffinat biex tkun żgurata kwalità ekwivalenti għal dik tal-gass naturali, inkluż il-kontenut tal-Metan, u li jkollu massimu ta’ 1 % ta’ Ossiġenu.
Poliklorodibenżofurani u poliklorodibenżodiossiniIl-kwantitajiet ta’ poliklorodibenżofurani u poliklorodibenżodiossini jiġu kkalkulati bl-użu tal-fatturi li ġejjin:
|
WHO 2005 TEF |
|||
|
2,3,7,8-TCDD |
1 |
2,3,7,8-TCDF |
0,1 |
|
1,2,3,7,8-PeCDD |
1 |
2,3,4,7,8-PeCDF |
0,3 |
|
|
|
1,2,3,7,8-PeCDF |
0,03 |
|
|
|
|
|
|
1,2,3,4,7,8-HxCDD |
0,1 |
|
|
|
1,2,3,6,7,8-HxCDD |
0,1 |
1,2,3,4,7,8-HxCDF |
0,1 |
|
1,2,3,7,8,9-HxCDD |
0,1 |
1,2,3,7,8,9-HxCDF |
0,1 |
|
|
|
1,2,3,6,7,8-HxCDF |
0,1 |
|
1,2,3,4,6,7,8-HpCDD |
0,01 |
2,3,4,6,7,8-HxCDF |
0,1 |
|
|
|
|
|
|
OCDD |
0,0003 |
1,2,3,4,6,7,8-HpCDF |
0,01 |
|
|
|
1,2,3,4,7,8,9-HpCDF |
0,01 |
|
|
|
|
|
|
|
|
OCDF |
0,0003 |
|
(T = tetra, P = penta, Hx = eża, Hp = etta, O = otta) |
|||
|
Referenza - Van den Berg et al: The 2005 World Health Organization Re-evaluation of Human and Mammalian Toxic Equivalency Factors for Dioxins and Dioxin-like Compounds |
|||
21. F'każijiet fejn din is-sustanza perikoluza taqa' taħt il-kategorija P5a Likwidi fjammabbli jew P5b Likwidi fjammabbli, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw il-kwantitajiet li jikkwalifikaw l-iktar baxxi.
ANNESS II
Minimu ta' data u informazzjoni li jridu jiġu kkunsidrati fir-rapport dwar is-sikurezza imsemmi fl-Artikolu 10
1. Informazzjoni dwar is-sistema tal-ġestjoni u l-organizzazzjoni tal-istabbiliment bil-ħsieb li jiġi evitat inċident kbir.
Din l-informazzjoni għandha tinkludi l-elementi indikati fl-Anness III.
2. Preżentazzjoni dwar l-ambjent tal-istabbiliment:
deskrizzjoni tal-istabbiliment u l-ambjent tiegħu inklużi l-lokazzjoni ġeografika, il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi, ġeoloġiċi, idrografiċi u, jekk ikun meħtieġ, l-istorja tal-post;
identifikazzjoni tal-istallazzjonijiet u attivitajiet oħra tal-istabbiliment li jistgħu jippreżentaw periklu ta’ inċident kbir;
abbażi ta’ informazzjoni disponibbli, identifikazzjoni ta’ stabbilimenti fil-qrib, kif ukoll siti li jaqgħu 'il barra mill-ambitu ta’ din id-Direttiva, żoni u żviluppi oħrajn li jistgħu jkunu s-sors ta’, jew iżidu r-riskju jew il-konsegwenzi ta’ inċident kbir u ta’ effetti domino;
deskrizzjoni taż-żoni fejn inċident kbir jista' jseħħ.
3. Deskrizzjoni tal-istallazzjoni
deskrizzjoni tal-attivitajiet ewlenin u l-prodotti tal-partijiet tal-istabbiliment li huma importanti mill-perspettiva ta’ sikurezza, is-sorsi ta’ riskji ta’ inċidenti kbar u l-kundizzjonijiet li taħthom jista' jseħħ inċident kbir bħal dan, flimkien ma’ deskrizzjoni tal-miżuri preventivi proposti;
deskrizzjoni tal-proċessi, partikolarment il-metodi tal-operat; meta jkun applikabbli, filwaqt li titqies informazzjoni disponibbli dwar l-aħjar prassi;
deskrizzjoni tas-sustanzi perikolużi:
inventarju tas-sustanzi perikolużi inklużi:
il-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi, tossikoloġiċi u indikazzjoni tal-perikli, kemm immedjati u ttardjati, għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent;
l-imġiba fiżika u kimika taħt kundizzjonijiet normali ta’ użu jew taħt kundizzjonijiet aċċidentali prevedibbli.
4. Identifikazzjoni u analiżi tar-riskji aċċidentali u metodi ta’ prevenzjoni
deskrizzjoni dettaljata tax-xenarji possibbli ta’ inċidenti kbar u l-probabbiltà tagħhom jew il-kundizzjonijiet li taħthom dawn iseħħu, inkluż sommarju tal-każijiet li jista' jkollhom sehem fit-tfaqqigħ ta’ kull wieħed minn dawn ix-xenarji, il-kawżi li jkunu interni u esterni għall-istallazzjoni; inkluż b'mod partikolari:
kawżi operattivi;
kawżi esterni, bħal dawk relatati ma’ effetti domino, siti li jaqgħu 'il barra mill-ambitu ta’ din id-Direttiva, żoni u żviluppi li jistgħu jkunu s-sors ta’, jew li jistgħu jżidu r-riskju jew il-konsegwenzi ta’ inċident kbir;
kawżi naturali, pereżempju terremoti jew għargħar;
valutazzjoni tal-limitu u s-severità tal-konsegwenzi ta’ inċidenti kbar identifikati inklużi mapep, illustrazzjonijiet jew, kif xieraq, deskrizzjonijiet ekwivalenti, li juru żoni li aktarx jiġu affettwati b’inċidenti bħal dawn li jiġu kkawżati mill-istabbiliment;
analiżi ta’ inċidenti fil-passat u ta’ inċidenti fejn kienu jintużaw l-istess sustanzi u proċessi, kunsiderazzjoni tat-tagħlimiet li nkisbu minn dawn, u referenza espliċita għal miżuri speċifiċi meħuda biex jiġu evitati inċidenti bħal dawn;
deskrizzjoni tal-parametri tekniċi u tat-tagħmir użat għas-sikurezza tal-istallazzjonijiet.
5. Miżuri ta’ protezzjoni u intervent biex jillimitaw il-konsegwenzi ta’ inċident kbir
deskrizzjoni tat-tagħmir stallat fl-impjant biex jillimita l-konsegwenzi ta’ inċidenti kbar għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent inklużi, pereżempju, sistemi ta’ individwazzjoni/protezzjoni, it-tagħmir tekniku biex jillimita d-daqs tar-rilaxxi inċidentali, inkluż bexx tal-ilma; skrins tal-fwar, catch pots tal-emerġenza jew reċipjenti ta’ ġbir, valvijiet li jingħalqu; sistemi ta’ inertjar; sistemi li jżommu l-ilma għal kontra n-nirien;
organizzazzjoni ta’ allarmi u interventi;
deskrizzjoni ta’ riżorsi li jiċċaqalqu, interni jew esterni;
deskrizzjoni ta’ kull miżura teknika u mhux teknika rilevanti għat-tnaqqis tal-impatt ta’ inċident kbir.
ANNESS III
Informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(5) u fl-Artikolu 10 dwar is-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza u l-organizzazzjoni tal-istabbiliment bil-ħsieb li jiġu evitati inċidenti kbar
Għall-finijiet biex tiġi implimentata s-sistema tal-ġestjoni tal-operatur, iridu jiġu kkunsidrati dawn l-elementi li ġejjin:
is-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza għandha tkun proporzjonata għall-perikli, l-attivitajiet industrijali u l-kumplessità tal-organizzazzjoni fl-istabbiliment u tkun ibbażata fuq valutazzjoni tar-riskji; hija għandha tinkludi l-parti tas-sistema tal-ġestjoni ġenerali li tinkludi l-istruttura organizzattiva, ir-responsabbiltajiet, il-prattiki, il-proċeduri, il-proċessi u r-riżorsi biex tiġi ddeterminata u implimentata l-politika ta’ prevenzjoni ta’ inċidenti kbar (MAPP);
il-punti li ġejjin għandhom jiġu indirizzati mis-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza:
l-organizzazzjoni u l-persunal — ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-impjegati involuti fil-ġestjoni ta’ inċidenti kbar fil-livelli kollha tal-organizzazzjoni, flimkien mal-miżuri meħuda biex titqajjem sensibilizzazzjoni dwar il-ħtieġa ta' titjib kontinwu. L-identifikazzjoni ta' ħtiġijiet ta' taħriġ ta' dan il-persunal u l-forniment ta' taħriġ li jkun ġie identifikat. L-involviment tal-impjegati u tal-impjegati subkuntrattati li jaħdmu fl-istabbiliment li huma importanti mil-lat tas-sikurezza;
l-identifikazzjoni u l-valutazzjoni ta’ perikli kbar — l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ proċeduri biex jiġu identifikati b’mod sistematiku perikli kbar li jkunu ġejjin mill-operat normali u mhux normali inklużi attivitajiet subkuntrattati meta jkun applikabbli u l-valutazzjoni tal-probabbiltà u s-severità tagħhom;
il-kontroll operattiv — l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ proċeduri u struzzjonijiet għall-operat sikur, inklużi l-manutenzjoni tal-impjant, proċessi u tagħmir, u għall-ġestjoni ta’ allarmi u waqfiet temporanji; filwaqt li titqiws l-informazzjoni disponibbli dwar l-aħjar prassi għall-monitoraġġ u l-kontroll, bl-għan li jitnaqqas ir-riskju li s-sistema ma taħdimx; il-ġestjoni u l-kontroll tar-riskji assoċjati ma' tagħmir li qed jiqdiem installat fl-istabbiliment u l-korrużjoni; inventarju tat-tagħmir, l-istrateġija u l-metodoloġija tal-istabbiliment għall-monitoraġġ u l-kontroll tal-kundizzjoni tat-tagħmir; azzjonijiet ta' segwitu xierqa u kwalunkwe kontromiżura meħtieġa;
il-ġestjoni tal-bidla — l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta' proċeduri għall-ippjanar ta' modifiki għal, jew id-disinn ta' stallazzjonijiet, proċessi jew faċilitajiet ta' ħażna ġodda;
l-ippjanar għall-emerġenzi — l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta' proċeduri biex jiġu identifikati emerġenzi prevedibbli permezz ta' analiżi sistematika, biex jitħejjew, jiġu ttestjati u analizzati pjanijiet ta' emerġenza li jilqgħu għal dawn l-emerġenzi u biex jingħata taħriġ speċifiku lill-persunal konċernat. Dan it-taħriġ għandu jingħata lill-persunal kollu li jaħdem fl-istabbiliment, inkluż il-persunal subkuntrattat rilevanti;
l-esekuzzjoni tas-sorveljanza — l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-proċeduri għall-istima kontinwa ta' konformità ma' l-għanijiet stabbiliti bil-MAPP u s-sistema amministrattiva tas-sigurtà tal-operatur, u l-mekkaniżmi għal investigazzjoni u t-teħid ta' azzjoni korrettiva f'każ ta' nuqqas ta' konformità. Il-proċeduri għandhom ikopru s-sistema tal-operatur biex jiġu rrappurtati inċidenti kbar jew oħrajn li kważi seħħew, partikolarment dawk li jinvolvu nuqqas ta' miżuri protettivi, u l-investigazzjoni u s-segwitu ta' dawn fuq il-bażi tat-tagħlimiet li jkunu nkisbu. Il-proċeduri jistgħu jinkludu wkoll indikaturi ta’ prestazzjoni bħalma huma l-indikaturi tal-prestazzjoni tas-sikurezza (SPIs) u/jew indikaturi rilevanti oħra;
awditjar u analiżi — l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ proċeduri għall-valutazzjoni sistematika regolari tal-MAPP u tal-effikaċja u l-adattabbiltà tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza; l-analiżi ddokumentata tal-prestazzjoni tal-politika u tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza u l-aġġornar tagħha mill-maniġment superjuri, inklużi l-kunsiderazzjoni u l-inkorporazzjoni tat-tibdiliet meħtieġa bl-awditjar u r-rieżami.
ANNESS IV
Data u informazzjoni li jridu jiġu inklużi fil-pjanijiet ta' emerġenza imsemmija fl-Artikolu 12
1. Pjanijiet interni ta’ emerġenza
L-ismijiet jew il-pożizzjonijiet tal-persuni awtorizzati biex jagħtu bidu għall-proċeduri ta’ emerġenza u l-persuna responsabbli għall-azzjoni ta’ intervent fis-sit u biex tikkoordinaha;
L-isem jew il-pożizzjoni tal-persuna responsabbli għall-kollegament mal-awtorità responsabbli għall-pjan estern ta’ emerġenza;
Għal kundizzjonijiet jew avvenimenti prevedibbli li jistgħu jkunu determinati biex jikkawżaw inċident kbir, deskrizzjoni tal-azzjoni li trid tittieħed biex jiġu kkontrollati l-kundizzjonijiet jew l-avvenimenti u biex jiġu limitati l-konsegwenzi tagħhom, inkluża deskrizzjoni tat-tagħmir tas-sikurezza u r-riżorsi disponibbli;
Miżuri biex jiġu limitati r-riskji għall-persuni fis-sit inkluż kif għandu jingħata l-allarm u x'azzjonijiet huma mistennija li jiġu osservati mill-persuni meta jirċievu l-allarm;
Arranġamenti biex tingħata twissija bikrija dwar l-inċident lill-awtorità responsabbli biex tagħti bidu għall-pjan estern ta’ emerġenza, it-tip ta’ informazzjoni li trid tingħata waqt twissija bikrija u miżuri għall-forniment ta’ informazzjoni aktar dettaljata hekk kif din issir disponibbli;
meta jkun meħtieġ, arranġamenti għal tħarriġ tal-persunal fid-doveri li huma jkunu mistennija li jwettqu u, meta jkun xieraq, il-koordinazzjoni ta’ dan ma’ servizzi ta’ emerġenza lil hinn mis-sit;
Arranġamenti biex tingħata għajnuna b'azzjoni ta’ mitigazzjoni barra mis-sit.
2. Pjanijiet esterni ta’ emerġenza;
L-ismijiet jew il-pożizzjonijiet tal-persuni awtorizzati li jagħtu bidu għall-proċeduri ta’ emerġenza u tal-persuni awtorizzati biex imexxu u jikkoordinaw il-miżuri ta’ intervent barra mis-sit;
Arranġamenti biex jitwasslu allarmi bikrija ta’ inċidenti, u proċeduri ta’ allarm u talbiet għall-għajnuna;
Arranġamenti biex jiġu kkoordinati r-riżorsi meħtieġa biex jiġi implimentat pjan estern ta’ emerġenza;
Arranġamenti biex tingħata għajnuna b'azzjoni ta’ mitigazzjoni fis-sit;
Arranġamenti għal azzjoni ta’ mitigazzjoni barra mis-sit, inklużi reazzjonijiet għal xenarji ta’ inċidenti kbar kif stabbilit fir-rapport dwar is-sikurezza u filwaqt li jitqiesu l-effetti domino possibbli, inklużi dawk li jkollhom impatt fuq l-ambjent;
Arranġamenti biex il-pubbliku u kwalunkwe stabbilimenti jew siti fil-qrib li jaqgħu 'il barra mill-ambitu ta’ dan ir-Regolamenti jiġu pprovduti, skont l-Artikolu 9, b’informazzjoni speċifika dwar l-inċident u l-imġiba li trid tiġi adottata;
Arranġamenti għall-provvediment ta’ informazzjoni għas-servizzi tal-emerġenza ta’ Stati Membri oħra f'każ ta’ inċident kbir b'konsegwenzi transkonfinali possibbli.
ANNESS V
Punti ta' informazzjoni li jridu jiġu kkomunikati lill-pubbliku kif previst fl-Artikolu 14(1) u fil-punt (a) tal-Artikolu 14(2)
PARTI 1
Għall-istabbilimenti kollha koperti b'din id-Direttiva:
L-isem jew l-isem kummerċjali tal-operatur u l-indirizz sħiħ tal-istabbiliment konċernat.
Konferma li l-istabbiliment huwa soġġett għar-regolamenti u/jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi li jimplimentaw din id-Direttiva u li n-notifika msemmija fl-Artikolu 7(1) jew fir-rapport dwar is-sikurezza msemmi fl-Artikolu 10(1) tkun ġiet ippreżentata lill-awtorità kompetenti.
Spjegazzjoni f'termini sempliċi tal-attività jew l-attivitajiet imwettqa fl-istabbiliment.
L-ismijiet komuni jew, fil-każ tas-sustanzi perikolużi koperti bil-Parti 1 tal-Anness I, l-ismijiet ġeneriċi jew il-klassifikazzjoni tal-periklu tas-sustanzi perikolużi rilevanti involuti fl-istabbiliment li jistgħu jikkawżaw inċident kbir, b’indikazzjoni tal-karatteristiċi perikolużi prinċipali tagħhom f'termini sempliċi.
Informazzjoni ġenerali dwar kif il-pubbliku kkonċernat se jiġi mwissi, jekk ikun meħtieġ; informazzjoni adegwata dwar l-imġiba xierqa f'każ ta’ inċident kbir jew indikazzjoni ta’ fejn dik l-informazzjoni tista' tinstab elettronikament.
Id-data tal-aħħar żjara fis-sit skont l-Artikolu 20(4), jew referenza għal fejn dik l-informazzjoni tista' tinstab elettronikament; informazzjoni dwar fejn informazzjoni aktar dettaljata dwar l-ispezzjoni u l-pjan ta’ spezzjoni relatat tista' tinkiseb fuq talba, skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 22.
Dettalji dwar minn fejn tista’ tinkiseb aktar informazzjoni rilevanti, soġġett għar-rekwiżiti tal-Artikolu 22.
PARTI 2
Għall-istabbilimenti tal-livelli ogħla, flimkien mal-informazzjoni msemmija fil-Parti 1 ta’ dan l-Anness:
Informazzjoni ġenerali dwar in-natura tal-perikli ta’ inċidenti kbar, fosthom l-effetti potenzjali tagħhom fuq is-saħħa umana u l-ambjent u dettalji fil-qosor dwar it-tipi ewlenin ta’ xenarji ta’ inċidenti kbar u l-miżuri ta’ kontroll biex jindirizzawhom.
Konferma li l-operatur huwa meħtieġ jagħmel arranġamenti adegwati fis-sit, partikolarment il-kollegament mas-servizzi tal-emerġenza, biex jiġu ttrattati inċidenti kbar u jitnaqqsu l-effetti tagħhom kemm jista' jkun.
Informazzjoni xierqa mill-pjan estern ta’ emerġenza li tinġabar biex jiġi ttrattat kwalunkwe effett minn inċident barra mis-sit. Din għandha tinkludi parir biex ikun hemm kooperazzjoni ma’ kwalunkwe struzzjonijiet jew talbiet mis-servizzi tal-emerġenza waqt inċident.
Fejn applikabbli, indikazzjoni dwar jekk l-istabbiliment huwiex qrib it-territorju ta’ Stat Membru ieħor bil-possibbiltà ta’ inċident kbir b'effetti transkonfinali skont il-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Effetti Transkonfinali tal-Inċidenti Industrijali.
ANNESS VI
Kriterji għan-notifika ta' inċident kbir lill-Kummissjoni kif previst fl-Artikolu 18(1)
|
I. |
Kwalunkwe inċident kbir kopert bil-paragrafu 1 jew li jkollu minn tal-lanqas waħda mill-konsegwenzi deskritti fil-paragrafi 2, 3, 4 u 5 għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni. 1. Sustanzi perikolużi involuti Kwalunkwe nar jew splużjoni jew skariku aċċidentali ta’ sustanza perikoluża li tinvolvi kwantità ta’ mill-anqas 5 % tal-kwantità li tikkwalifika stabbilita fil-Kolonna 3 tal-Parti 1 jew fil-Kolonna 3 tal-il-Parti 2 tal-Anness I. 2. Korriment ta’ persuni u ħsara għall-proprjetà;
(a)
mewt;
(b)
sitt persuni korruti fl-istabbiliment u jinżammu fl-isptar mill-anqas għal 24 siegħa;
(c)
persuna waħda barra l-istabbiliment tinżamm fl-isptar mill-anqas għal 24 siegħa;
(d)
abitazzjoni(jiet) barra l-istabbiliment li ssirilha(hom) ħsara u ma tkunx/jkunux tista'/jistgħu tintuża/jintużaw iżjed minħabba l-inċident;
(e)
l-evakwazzjoni jew l-għeluq ta’ persuni għal aktar minn sagħtejn (persuni × sigħat): il-valur huwa mill-anqas 500;
(f)
l-interruzzjoni tas-servizzi tal-ilma tajjeb għax-xorb, tal-elettriku, tal-gass jew tat-telefon għal aktar minn sagħtejn (persuni × sigħat): il-valur huwa tal-anqas 1 000 . 3. Ħsara immedjata għall-ambjent
(a)
Ħsara permanenti jew għal żmien twil għall-ħabitats terrestri:
(i)
0,5 ettari jew aktar ta’ ħabitat ta’ importanza ambjentali jew ta’ valur ta’ konservazzjoni li huwa protett bil-liġi;
(ii)
10 ettari jew aktar ta’ ħabitat li huwa aktar mifrux, inkluża art agrikola;
(b)
ħsara sinifikanti jew ta’ perjodu twil għall-ħabitats tal-ilma ġieri u tal-baħar:
(i)
10 km jew aktar ta’ xmara jew kanal;
(ii)
ettaru (1) jew aktar ta’ lag jew għadira;
(iii)
2 ettari jew aktar ta’ delta;
(iv)
2 ettari jew aktar ta’ kosta jew baħar miftuħ;
(c)
ħsara sinifikanti għall-akkwifer jew l-ilma taħt l-art: ettaru (1) jew aktar. 4. Ħsara għall-proprjetà:
(a)
ħsara għall-proprjetà fl-istabbiliment: mill-anqas EUR 2 000 000 ;
(b)
ħsara għall-proprjetà barra l-istabbiliment: mill-anqas EUR 500 000 . 5. Ħsara transkonfinali Kwalunkwe inċident kbir li jinvolvi direttament sustanza perikoluża li tikkawża effetti barra t-territorju tal-Istat Membru konċernat. |
|
II. |
Inċidenti jew inċidenti ’li kważi seħħew’ li l-Istati Membri jqisu bħala li huma ta’ interess tekniku partikolari biex jiġu evitati inċidenti kbar u biex jiġu limitati l-konsegwenzi tagħhom u li ma jissodisfawx il-kriterji kwantitattivi ta’ hawn fuq għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni. |
ANNESS VII
TABELLA TA' KORRELAZZJONI
|
Direttiva 96/82/KE |
Din id-Direttiva |
|
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 2(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 2(1) u l-Artikolu 3(2) u (3) |
|
Artikolu 2(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 3(12) |
|
Artikolu 2(2) |
— |
|
Artikolu 3(1) |
Artikolu 3(1) |
|
Artikolu 3(2) |
Artikolu 3(8) |
|
Artikolu 3(3) |
Artikolu 3(9) |
|
Artikolu 3(4) |
Artikolu 3(10) |
|
Artikolu 3(5) |
Artikolu 3(13) |
|
Artikolu 3(6) |
Artikolu 3(14) |
|
Artikolu 3(7) |
Artikolu 3(15) |
|
Artikolu 3(8) |
Artikolu 3(16) |
|
— |
Artikolu 3(2) sa(7), l-Artikolu 3(11) u (12) u l-Artikolu 3(17) sa (19) |
|
Artikolu 4 |
Artikolu 2(2), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) sa (f) u (h) |
|
— |
Artikolu 2(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (g) u Artikolu 2(2), it-tieni subparagrafu |
|
— |
Artikolu 4 |
|
Artikolu 5 |
Artikolu 5 |
|
Artikolu 6(1) |
Artikolu 7(2) |
|
Artikolu 6(2)(a)-(g) |
Artikolu 7(1), il-punti (a) sa (g) |
|
Artikolu 6(3) |
Artikolu 7(3) |
|
Artikolu 6(4) |
Artikolu 7(4), il-punti (a) sa (c) |
|
— |
Artikolu 7(4), il-punt (d) |
|
Artikolu 7(1) |
Artikolu 8(1) |
|
— |
Artikolu 8(2) il-punti (a) u (b) |
|
Artikolu 7(1a) |
Artikolu 8(2), il-punt (a) |
|
Artikolu 7(2) |
Artikolu 8(5) |
|
Artikolu 7(3) |
— |
|
— |
Artikolu8 (3) |
|
— |
Artikolu 8(4) |
|
— |
Artikolu (8)(5) |
|
Artikolu 8(1) u (2) |
Artikolu 9(1) u 9(2) |
|
— |
Artikolu 9(2) |
|
Artikolu 9(1) |
Artikolu 10(1) |
|
Artikolu 9(2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 10(2) |
|
Artikolu 9(2), it-tieni subparagrafu |
— |
|
Artikolu 9(3) |
Artikolu 10(3) |
|
Artikolu 9(4) |
Artikolu 10(6) |
|
Artikolu 9(5) |
Artikolu 10(5) |
|
Artikolu 9(6) |
— |
|
— |
Artikolu 10(4) |
|
Artikolu 10 |
Artikolu 11 |
|
Artikolu 11(1), il-punti (a) u (b) |
Artikolu 12(1), il-punti (a) u (b) u l-Artikolu 12(2) |
|
Artikolu 11(1), il-punt (c) |
Artikolu 12(1), il-punt (c) |
|
Artikolu 11(2) |
Artikolu 12(3) |
|
Artikolu 11(3) |
Artikolu 12(4) u (5) |
|
Artikolu 11(4) |
Artikolu 12(6), l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 11(4a) |
Artikolu 12(6), it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 11(5) |
Artikolu 12(7) |
|
Artikolu 11(6) |
Artikolu 12(8) |
|
Artikolu 12(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 13(1) |
|
Artikolu 12(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 13(2) |
|
Artikolu 12(1a) |
— |
|
Artikolu 12(2) |
Artikolu 13(3) |
|
— |
Artikolu 13(4) |
|
Artikolu 13(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 14(2) l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) u Artikolu 14(2), t-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza |
|
Artikolu 13(1), it-tieni subparagrafu, l-ewwel u t-tielet sentenzi |
Artikolu 14(2), it-tieni subparagrafu, l-aħħar sentenza |
|
Artikolu 13(1), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza |
Artikolu 14(1) |
|
Artikolu 13(1), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 14(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza |
|
— |
Artikolu 14(1), it-tieni sentenza |
|
Artikolu 13(2) |
Artikolu 14(3) |
|
Artikolu 13(3) |
Artikolu 14(4) |
|
Artikolu 13(4), l-ewwel sentenza |
Artikolu 14(2), il-punt (b) |
|
Artikolu 13(4), it-tieni u t-tielet sentenza |
Artikolu 22(3), l-ewwel u t-tieni subparagrafi |
|
Artikolu 13(5) |
Artikolu 15(1) |
|
Artikolu 13(6) |
Artikolu 14(2), il-punt (c) |
|
— |
Artikolu 15(2) sa (7) |
|
Artikolu 14(1) |
Artikolu 16 |
|
Artikolu 14(2) |
Artikolu 17 |
|
Artikolu 15(1), il-punti (a) sa (d) |
Artikolu 18(1), il-punti (a) sa (d) u l-Artikolu 18(2), l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 15(2) l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 18(1), il-punt (e) u l-Artikolu 18(3) |
|
Artikolu 15(2) it-tieni subparagrafu |
Artikolu 18(2), it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 15(3) |
Artikolu 18(4) |
|
Artikolu 16 |
Artikolu 6(1) |
|
— |
Artikolu 6(2) u (3) |
|
Artikolu 17 |
Artikolu 19 |
|
Artikolu 18(1) |
Artikolu 20(1) u (2) |
|
Artikolu 18(2), il-punt (a) |
Artikolu 20(4) |
|
Artikolu 18(2), il-punti (b) u (c) |
Artikolu 20(7) |
|
Artikolu 18(3) |
Artikolu 20(11) |
|
— |
Artikolu 20(3),(5),(6), (8), (9) u (10) |
|
Artikolu 19(1) |
Artikolu 21(1) |
|
Artikolu 19(1a), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 21(3) l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 19(1a), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 21(3) it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 19(2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 21(4) |
|
Artikolu 19(2), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 21(6) |
|
Artikolu 19(3) |
Artikolu 21(7) |
|
— |
Artikolu 21(5) |
|
Artikolu 19(4) |
Artikolu 21(2) |
|
Artikolu 20(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 22(1) |
|
Artikolu 20(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 22(2) |
|
Artikolu 20(2) |
— |
|
— |
Artikolu 23 |
|
— |
Artikolu 24 |
|
Artikolu 21(1) |
Artikolu 25 |
|
Artikolu 21(2) |
Artikolu 21(5) |
|
Artikolu 22 |
Artikolu 27 |
|
Artikolu 23 |
Artikolu 32 |
|
Artikolu 24 |
Artikolu 31 |
|
Artikolu 25 |
Artikolu 33 |
|
Artikolu 26 |
Artikolu 34 |
|
— |
Artikolu 26 u Artikoli 28 sa 30 |
|
— |
Anness I, paragrafi introduttorji |
|
Anness I, Introduzzjoni, paragrafi 1 sa 5 |
Anness I, noti għal Anness I, noti 1 sa 3 |
|
Anness I, Introduzzjoni, paragrafi 6 sa 7 |
— |
|
Anness I, Parti 1 |
Anness I, Part 2 |
|
Anness I, Parti1, noti għall-Parti 1, Noti 1 sa 6 |
Anness I, noti għal Anness I, noti 13 sa 18 |
|
Anness I, Parti 1, noti għall-Parti 1, Nota 7 |
Anness I, noti għal Anness I, Nota 20 |
|
— |
Anness I, noti għal Anness I, Nota 7 |
|
Anness I, Parti 2 |
Anness I, Part 1 |
|
Anness I, Parti 2, noti għall-Parti 2, nota 1 |
Anness I, noti għal Anness I, noti 1 u 5 u 6 |
|
Anness I, Parti 2, noti għall-Parti 2, nota 2 |
Anness I, noti għal Anness I, noti 8 sa 10 |
|
Anness I, Parti 2, noti għall-Parti 2, nota 3 |
Anness I, noti għal Anness I, noti 11.1, 11.2 u 12 |
|
Anness I, Parti 2, noti għall-Parti 2, nota 4 |
Anness I, noti għal Anness I, Nota 4 |
|
Anness II, partijiet I sa III |
Anness II, punti (1) sa (3) |
|
Anness II, parti IV, punt A |
Anness II, punt 4(a) |
|
— |
Anness II, punt 4(a), entrati (i) sa (iii) |
|
Anness II, parti IV, punt B |
Anness II, punt 4(b) |
|
— |
Anness II, punt 4(c) |
|
Anness II, parti IV, punt C |
Anness II, punt 4(d) |
|
Anness II, parti V, punti A sa C |
Anness II, punt 5 (a) sa (c) |
|
Anness II, parti V, punt D |
— |
|
— |
Anness II, 5(d) |
|
Anness III, paragrafu ta’ introduzzjoni u punti (a) sa (b) |
Anness III, paragrafu ta’ introduzzjoni u punt (a) Artikolu 8(1) u (5) |
|
Anness III, punt (c), entrati (i) sa (iv) |
Anness III punt (b), entrati (i)sa (iv) |
|
Anness III, punt (c), entrati (v) sa (vii) |
Anness III punt (b), entrati (v)sa (vii) |
|
Anness IV |
Anness IV |
|
Anness V, punt 1 |
Anness V, Parti 1, punt 1 |
|
Anness V, punt 2 |
— |
|
Anness V, punti 3 sa 5 |
Anness V, Parti 1, punti 2 sa 4 |
|
Anness V, punt 6 |
Anness V, Parti 2, punt 1 |
|
Anness V, punti 7 sa 8 |
Anness V, Parti 1, punt 5 |
|
— |
Anness V, Parti 1, punt 6 |
|
Anness V, punti 9-10 |
Anness V, Parti 2, punti 2-3 |
|
Anness V, punt 11 |
Anness V, Parti 1, punt 7 |
|
— |
Anness V, Parti 2, punt 4 |
|
Anness VI, I |
Anness VI, Parti I |
|
Anness VI, II |
Anness VI, Parti II |
|
— |
Anness VII |
( 1 ) ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1.
( 2 ) ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30.
( 3 ) ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26.
( 4 ) ĠU L 156, 25.6.2003, p. 17.
( 5 ) Aktar gwida dwar ir-rinunzja tat-test tista' tinsab fid-deskrizzjoni tal-metodu A.14, ara r-Regolament (KE) Nru 440/2008 tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi metodi ta’ ttestjar skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (ĠU L 142, 31.5.2008, p. 1)
( 6 ) ĠU L 147, 9.6.1975, p. 40.
( 7 ) 15.75 % kontenut ta’ nitroġenu skont il-piż bħala riżultat tan-nitrat tal-ammonju li jikkorrispondi għal 45 % ta’ nitrat tal-ammonju.
( 8 ) 24.5 % kontenut ta’ nitroġenu skont il-piż bħala riżultat tan-nitrat tal-ammonju li jikkorrispondi għal 70 % ta’ nitrat tal-ammonju.
( 9 ) ĠU L 304, 21.11.2003, p. 1.
( 10 ) 28 % kontenut ta’ nitroġenu skont il-piż bħala riżultat tan-nitrat tal-ammonju li jikkorrispondi għal 80 % ta’ nitrat tal-ammonju.