|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/3715 |
17.9.2025 |
P9_TA(2024)0287
Ebda oġġezzjoni għal att delegat: Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-UE u New Zealand
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-regolament delegat tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Marzu 2024 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/760 fir-rigward ta’ xi dispożizzjonijiet b’segwitu għall-ftehim ta’ kummerċ ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand u t-tħassir ta’ dispożizzjonijiet li ma għadhomx validi fir-rigward tal-kwota tariffarja tal-esportazzjoni għat-trab tal-ħalib (C(2024)01499 – 2024/2677(DEA))
(C/2025/3715)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2024)01499), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Marzu 2024, li permezz tagħha talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament delegat, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data 19 ta’ Marzu 2024, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 186 u l-Artikolu 227(5) tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, |
|
— |
wara li kkunsidra l-fatt li ma tqajmet l-ebda oġġezzjoni fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, li skada fil-11 ta’ April 2024, |
|
A. |
billi l-passi proċedurali tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand (“il-Ftehim”) tlestew bil-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/244 (2) f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fit-28 ta’ Frar 2024; |
|
B. |
billi, skont l-aħħar informazzjoni li waslet, min-naħa ta’ New Zealand il-leġiżlazzjoni meħtieġa biex jiġi implimentat il-Ftehim x’aktarx kellha tiġi adottata sal-aħħar ta’ Marzu 2024, u b’hekk il-Ftehim ikun jista’ jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2024; |
|
C. |
billi l-Ftehim jintroduċi diversi kwoti tariffarji ġodda u jemenda xi kwoti tariffarji eżistenti tad-WTO speċifiċi għall-pajjiż għall-prodotti li joriġinaw minn New Zealand, fost oħrajn; |
|
D. |
billi dawk il-bidliet se jiġu riflessi fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/760 (3), li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tar-regoli għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli soġġetti għal liċenzji; |
|
E. |
billi r-Regolament Delegat (UE) 2020/760 għandu għalhekk jiġi emendat sad-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim; |
|
1. |
Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/244 tas-27 ta’ Novembru 2023 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand (ĠU L 244, 28.2.2024, p. 1).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/760 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni u l-esportazzjoni soġġetti għal liċenzji u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-depożitu ta’ garanziji fl-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji (ĠU L 185, 12.6.2020, p. 1).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3715/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)