Official Journal L 363 , 23/12/1987 P. 0067 - 0067
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 4 P. 0278
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 4 P. 0278
Id-Deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri, li ltaqgħu ġewwa l-Kunsill fit-18 ta' Diċembru 1987 dwar in-nomenklatura u r-rati tad-dazju konvenzjonali għal ċerti prodotti u r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta' l-imsemmija nomenklatura u dazji (87/597/KEFA) IR-RAPPREŻENTATI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-FAĦAM U L-AZZAR, LI JILTAQGĦU ĠEWWA L-KUNSILL, IDDEĊIEDEW KIF ĠEJ: Artikolu 1 Mill-1 ta' Jannar 1988, in-nomenklatura doganali komuni għall-Istati Membri u d-dazji konvenzjonali applikabbli dwar il-prodotti li ġejjin taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar għandhom ikunu kif murija fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u statistikali u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1]. In-nomenklatura u d-dazji msemmija hawn fuq għandhom ikunu interpretati u applikati kif ipprovdut fid-dispożizzjonijiet preliminari tan-nomenklatura magħquda (NM), kif prodotti mill-ġdid fl-Anness I li jinsab ma' dak ir-Regolament. Artikolu 2 Id-Deċiżjoni 79/35/KEFA [2] hija b'dan revokata. Artikolu 3 L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jimplimentaw din id-Deċiżjoni. Magħmula fi Brussel, fit-18 ta' Diċembru 1987. Il-President N. Wilhjelm [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1. [2] ĠU L 10, tas-16.1.1979, p. 13. --------------------------------------------------