|
11.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 167/138 |
P9_TA(2022)0402
Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2022: Miżuri addizzjonali biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-gwerra Russa fl-Ukrajna – Tisħiħ tal-Mekkaniżmu tal-Protezzjoni Ċivili tal-Unjoni – Tnaqqis fl-approprjazzjonijiet ta' pagament u aġġornament tad-dħulijiet – Aġġustamenti oħra u aġġornamenti tekniċi
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Novembru 2022 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2022 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022 – Miżuri addizzjonali biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-gwerra Russa fl-Ukrajna, Tisħiħ tal-Mekkaniżmu tal-Protezzjoni Ċivili tal-Unjoni, Tnaqqis fl-approprjazzjonijiet ta' pagament u aġġornament tad-dħulijiet, Aġġustamenti oħra u aġġornamenti tekniċi (14832/2022 – C9-0388/2022 – 2022/0318(BUD))
(2023/C 167/29)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022, adottat b'mod definittiv fl-24 ta' Novembru 2021 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta' Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021-2027 (3) (“ir-Regolament dwar il-QFP”), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda (4), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta' Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom (5), |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2022, adottat mill-Kummissjoni fil-5 ta' Ottubru 2022 (COM(2022)0351), |
|
— |
wara li kkunsidra t-test konġunt maqbul mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fl-14 ta' Novembru 2022 dwar il-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2023, li jinkludi wkoll l-adozzjoni tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2022, |
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2022 adottata mill-Kunsill fil-21 ta' Novembru 2022 u mibgħuta lill-Parlament Ewropew dakinhar stess (14832/2022 – C9-0388/2022), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 94 u 96 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0280/2022), |
|
A. |
billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2022 ikopri l-aġġornamenti kemm fuq in-naħa tan-nefqa kif ukoll dawk fuq in-naħa tad-dħul, u jinkludi bidliet għat-Taqsima III (Il-Kummissjoni) u għal taqsimiet oħra; |
|
B. |
billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2022 jinkludi, fost affarijiet oħra, aġġustamenti biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-gwerra Russa fl-Ukrajna; |
|
C. |
billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2022 huwa marbut mal-finanzjament tal-istrument il-ġdid għat-Tisħiħ tal-Industrija tad-Difiża Ewropea permezz ta' Akkwist Komuni (EDIRPA), mat-tisħiħ tal-miżuri ta' emerġenza taħt il-fergħa tal-Katina Alimentari tal-Programm tas-Suq Uniku, mal-antiċipazzjoni u mat-tisħiħ tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (UCPM), mat-tisħiħ tal-kontribuzzjoni tal-UE liċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga, mat-tisħiħ tan-nefqa amministrattiva u l-pensjonijiet fl-intestatura minħabba inflazzjoni għolja, mar-ritorn tal-ammont mir-riżerva ta' “ReFuelEU Aviation” il-ġdida għal-linja tat-trasport tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa fid-dawl tad-dewmien fl-approvazzjoni tiegħu; billi l-marġnijiet sħaħ li fadal fis-Subintestatura 2b u fl-Intestatura 5 huma eżawriti għalkollox; |
|
D. |
billi l-Artikoli 64 u 65 tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom l-għan li jżommu l-evoluzzjoni parallela tal-kapaċità tal-akkwist tal-uffiċjali tal-UE meta mqabbla ma' dik tal-uffiċjali tas-settur pubbliku nazzjonali; billi fil-baġit 2022 ir-rata mbassra ta' aġġornament tas-salarji, li għandha tiġi applikata b'effett retroattiv mill-1 ta' Lulju 2022, kienet 2,5 % (impatt ta' sitt xhur), filwaqt li r-rata li tinsab fl-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2022 kienet 6,9 %; billi r-rata finali hija ffissata għal 7,0 % fir-rapport tal-Eurostat dwar l-aġġornament salarjali għall-2022 tal-24 ta' Ottubru 2022 (6); |
|
E. |
billi l-livell tal-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u għall-programm l-UE għas-Saħħa (EU4Health) jitnaqqas b'EUR 775 miljun u b'EUR 129,2 miljun rispettivament; |
|
F. |
billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2022 jinkludi wkoll żewġ aġġustamenti fuq in-naħa tad-dħul, jiġifieri aġġornament tal-istimi għar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali (RPT) u tal-impatt stmat tad-differenzi fir-rati tal-kambju; billi s-surplus tad-dħul huwa stmat għal EUR 3,0 biljun; |
|
G. |
billi l-impatt nett tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2022 fuq in-nefqa jammonta għal żieda ta' EUR 447,5 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u fi tnaqqis ta' EUR 741,1 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament; billi l-impatt globali fuq in-naħa tad-dħul (li jinkludi s-surplus tad-dħul u t-tnaqqis fil-pagamenti) huwa tnaqqis nett fil-kontribuzzjonijiet tal-ING ta' EUR 3 779 miljun; |
|
H. |
billi l-Parlament ikkunsidra f'diversi okkażjonijiet li abbozz ta' baġit emendatorju għandu jkollu skop wieħed biss; |
|
1. |
Jieħu nota tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2022, kif imressaq mill-Kummissjoni; |
|
2. |
Ifakkar li, minħabba l-adozzjoni tardiva tal-bażi ġuridika għall-EDIRPA, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni dwar il-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2023 qabel li ma jqiegħed l-ebda ammont f'approprjazzjonijiet ta' impenn fir-riżerva għal tali skop u ma joħloqx linja baġitarja korrispondenti għas-sena finanzjarja 2022; |
|
3. |
Jenfasizza li l-UCPM talab rinforzi sinifikanti minn mindu bdiet l-implimentazzjoni tiegħu, speċjalment għax il-konsegwenzi tal-kundizzjonijiet meteoroloġiċi gravi li jikkawżaw għargħar, nirien u nixfiet qegħdin jiżdiedu fl-Ewropa, kif ukoll bil-għan li tiġi stabbilita flotta permanenti tat-tifi tan-nar biex tiġġieled in-nirien fil-foresti fl-Ewropa kollha; jindika, għaldaqstant, li l-proposta għall-antiċipazzjoni/posponiment tal-UCPM se jkollha tkun suġġetta għal rivalutazzjoni abbażi tal-bżonnijiet, partikolarment fil-kuntest tar-reviżjoni tal-QFP li jmiss; |
|
4. |
Javża bir-riskju li jiġi akkumulat arretrat dejjem ogħla ta' pagamenti minħabba d-dewmien preokkupanti fl-implimentazzjoni tal-programm u jisħaq fuq il-bżonn li jiġi indirizzat dan ir-riskju fil-kuntest tar-reviżjoni tal-QFP; |
|
5. |
Jisħaq fuq il-fatt li hemm tnaqqis kumplessiv ta' EUR 3,8 biljun fil-kontibuzzjonijiet ta' ING tal-Istati Membri u li ċerti Stati Membri jibbenefikaw minn pagamenti supplimentari kbar peress li l-mekkaniżmu ta' korrezzjoni b'somma f'daqqa li jirċievu jiġi aġġustat kull sena skont id-deflatur tal-PDG reali u mhux abbażi tad-deflatur awtomatiku ta' 2 % stabbilit fil-QFP; |
|
6. |
Itenni li, biex tiġi rispettata aħjar il-prerogattiva tal-awtorità baġitarja, il-Kummissjoni għandha tippreżenta abbozz ta' baġit emendatorju li jkollu skop wieħed biss u tastjeni milli tikkombina diversi skopijiet f'abbozz ta' baġit emendatorju wieħed; |
|
7. |
Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2022; |
|
8. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 5/2022 ġie adottat b'mod definittiv u biex tiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
9. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(3) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11.
(4) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.
(5) ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1.
(6) Id-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni “Eurostat Report on the 2022 annual update of remuneration and pensions of EU officials” (Rapport tal-Eurostat dwar l-aġġornament annwali tal-2022 tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali tal-UE), ippubblikat fl-24 ta' Ottubru 2022.