European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/5767

26.9.2024

Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-għodda unika għall-estrazzjoni tad-data u għall-valutazzjoni tar-riskju prevista fl-Artikolu 36 tar-Regolament Finanzjarju fl-okkażjoni tal-adozzjoni tar-Regolament 2024/2509

(C/2024/5767)

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (“it-tliet Istituzzjonijiet”) jagħrfu l-importanza li tissaħħaħ il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif rikonoxxut fil-Ftehim Interistituzzjonali (“FII”) tas-16 ta’ Diċembru 2020 u kif stabbilit fl-Artikolu 325 TFUE.

It-tliet Istituzzjonijiet jaqblu li hemm bżonn li l-għodda tiġi żviluppata aktar f’konformità mar-regoli dwar is-sigurtà tal-IT u l-protezzjoni tad-data. Bil-ħsieb li jitnaqqas il-piż amministrattiv u jiġu evitati spejjeż sproporzjonati tal-IT għall-Istati Membri u l-utenti l-oħra, se jittieħed kont tas-sistemi approvati stabbiliti fl-Istati Membri.

It-tliet Istituzzjonijiet jimpenjaw ruħhom li jikkooperaw biex ikomplu jiżviluppaw l-għodda. Il-Kummissjoni tikkonferma li se tkompli tiżviluppa l-għodda billi tikkonsulta mal-utenti tagħha u toffri appoġġ lill-Istati Membri biex jindirizzaw kwalunkwe mistoqsija teknika. L-Istati Membri se jikkooperaw mal-Kummissjoni sabiex jinħolqu s-sinerġiji meħtieġa għall-interoperabbiltà mas-sistemi u l-bażijiet tad-data rilevanti tal-IT.

Wara valutazzjoni mill-Kummissjoni li tistabbilixxi l-istat ta’ tħejjija tal-għodda abbażi tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 36(6) tar-Regolament Finanzjarju, it-tliet Istituzzjonijiet, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivi tagħhom, jimpenjaw ruħhom li jeżaminaw u jiddiskutu mill-ġdid l-użu obbligatorju tal-għodda matul il-qafas finanzjarju pluriennali ta’ wara l-2027.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5767/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)