<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-396/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CC0396</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:541">EU:C:2019:541</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>18</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>18</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Szpunar – Kawża C-396/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Cafaro</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Szpunar</HT></P><P>ippreżentati fis-<DATE ISO="20190626">26 ta’ Ġunju 2019</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C-396/18</HT></P><P>Gennaro Cafaro</P><P>vs</P><P>DQ</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (Qorti Suprema ta’ Kassazzjoni, l-Italja))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Detenturi ta’ liċenzja ta’ pilota li laħqu l-età ta’ 60 sena</KEYWORD><KEYWORD>Kumpannija li teżerċita attivitajiet relatati mal‑protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Projbizzjoni ta’ diskriminazzjonijiet ibbażati fuq l-età</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni tar‑Regolament (UE) Nru 1178/2011</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2000/78/KE</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ projbizzjoni ta’ diskriminazzjonijiet ibbażati fuq l-età kien is-suġġett ta’ ġurisprudenza abbundanti, li permezz tagħha l‑Qorti tal-Ġustizzja kellha tistudja, b’mod partikolari, fid-dawl ta’ dan il-prinċipju, il-possibbiltà li Stat Membru jipprojbixxi l-eżerċizzju tal‑professjoni ta’ piloti lil persuni li jkunu laħqu ċertu età<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110913">13 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Prigge <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C-447/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:573">EU:C:2011:573</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170705">5 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Fries</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-190/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:513">EU:C:2017:513</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Din il-problematika llum hija mġedda b’dawn id-domandi preliminari, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża prinċipali inkwistjoni. B’mod iktar partikolari, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tistabbilixxi jekk in-natura ta’ attivitajiet eżerċitati minn kumpannija li timpjega piloti, jiġifieri attivitajiet relatati mal-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali, jistax ikollha effett fuq l-evalwazzjoni li għandha tingħata dwar il-projbizzjoni tal-eżerċizzju ta’ din il-professjoni għal piloti li jkunu laħqu l-età ta’ 60 sena.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest legali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">A.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-dritt tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20080220">20 ta’ Frar 2008</DATE> dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas‑Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir‑Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="079" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 79, p. 1</REF.DOC.OJ>), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1108/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20091021">21 ta’ Ottubru 2009</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="309" PAGE.FIRST="51" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 309, p. 51</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Regolament Nru 216/2008<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</P></NOTE> jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Dan ir-Regolament għandu japplika għal:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>persunal u organizzazzjonijiet involuti fl-operazzjoni ta’ inġenji tal-ajru;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-regolament, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>[l]‑objettiv prinċipali ta’ dan ir-Regolament huwa li jiġi stabbilit u miżmum livell uniformi għoli ta’ sikurezza ta’ l-avjazzjoni ċivili fl‑Ewropa<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(2) tal-imsemmi regolament jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Ħlief meta jkun f’taħriġ, persuna tista’ taġixxi bħala bdot biss jekk ikollha liċenzja u ċertifikat mediku xierqa għall-operazzjoni li jkollha titwettaq.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (UE) Nru 1178/2011</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Regolament tal-Kummissjoni tat-<DATE ISO="20111103">3 ta’ Novembru 2011</DATE> li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal‑avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="311" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 311, p. 1</REF.DOC.OJ>), kif emendat bir-Regolament tal‑Kummissjoni (UE) Nru 290/2012, tat-<DATE ISO="20120330">30 ta’ Marzu 2012</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="100" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 100, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Regolament Nru 1178/2011<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>).</P></NOTE> jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli ddettaljati għal:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>il-klassifikazzjonijiet differenti tal-liċenzji tal-bdoti, il‑kundizzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka ta’ liċenzji, il-privileġġi u r‑responsabbiltajiet tad-detenturi ta’ liċenzji, il-kundizzjonijiet għall-konverżjoni tal-liċenzji nazzjonali tal-bdoti u tal-liċenzji nazzjonali tal-inġiniera tat-titjira eżistenti f’liċenzji ta’ bdoti, kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni ta’ liċenzji minn pajjiżi terzi;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1178/2011 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id‑definizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>liċenzja skont il-Parti-FCL<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> tfisser liċenzja tal-ekwipaġġ tal-ajru li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Anness I;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 1178/2011, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Dħul fis-seħħ u applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="012.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.</ALINEA><ALINEA>Għandu jibda japplika mit-<DATE ISO="20120408">8 ta’ April 2012</DATE>.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="012.001B"><NO.PARAG>1b.</NO.PARAG><ALINEA>B’deroga mill-paragrafu 1, sat-<DATE ISO="20130408">8 ta’ April 2013</DATE>, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet tal-Annessi I sa IV.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Il-punt FCL.065 tal-Anness I tar-Regolament Nru 1178/2011, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Tnaqqis tal-privileġġi tad-detenturi tal-liċenzja li jkollhom 60 sena jew aktar fit-trasport kummerċjali bl-ajru<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jipprevedi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>a)</NO.P><TXT>Età bejn is-60 u l-64 sena. Ajruplani u ħelikopters. Id-detentur ta’ liċenzja ta’ bdot li għalaq 60 sena m’għandux jaġixxi bħala bdot ta’ inġenju tal-ajru involut fit-trasport kummerċjali bl-ajru sakemm:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>ma jkunx membru ta’ ekwipaġġ b’aktar minn bdot wieħed;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>sakemm tali detentur ikun l-uniku bdot fl-ekwipaġġ tat-titjira li għalaq 60 sena.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Età ta’ 65 sena. Id-detentur ta’ liċenzja ta’ bdot li għalaq 65 sena m’għandux jaġixxi bħala bdot ta’ inġenju tal-ajru involut fit‑trasport kummerċjali bl-ajru.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2000/78/KE</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tagħha, id-Direttiva 2000/78/KE<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Direttiva tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20001127">27 ta’ Novembru 2000</DATE> li tistabbilixxi qafas ġenerali għall‑ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil‑Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79).</P></NOTE> għandha l‑għan li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>tniżżel parametru ġenerali biex tikkumbatti diskriminazzjoni fuq bażi ta’ reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-impjieg u x-xogħol, bi skop li timplimenta fl-Istati Membri il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/78, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Il-kunċett ta’ diskriminazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-iskop ta’ din id-Direttiva, ‘il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit‑trattament’ għandu jfisser li m’għandux ikun hemm diskriminazzjoni diretta jew indiretta għall-ebda raġuni msemmija fl-Artikolu 1.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>għandu jitqies li jkun hemm diskriminazzjoni diretta meta persuna tiġi trattata b’mod inqas favorevoli milli kienet tiġi trattata oħra f’sitwazzjoni simili, għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 1;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="002.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva m’għandhiex tippreġudika dawk il-miżuri stabbiliti bil-liġi nazzjonali li, f’soċjetà demokratika, huma neċessarji għas-sigurtà pubblika, għall-ordni pubbliku u għall-prevenzjoni ta’ offiżi kriminali, għall-protezzjoni tas-saħħa u għall-protezzjoni tad‑drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/78, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Il-kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, fil-paragrafu 4 tiegħu jiddikjara:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li din id-Direttiva, sa fejn tirrelata ma’ diskriminazzjoni fuq il-bażi ta’ diżablità u età, m’għandhiex tapplika għall-forzi armati.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/78, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Il-ħtiġiet tax‑xogħol<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, fil-paragrafu 1 tiegħu jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Minkejja l-Artikolu 2(1) u (2), l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li differenza ta’ trattament li hija bbażata fuq karatteristika relatata ma’ kwalunkwe bażi msemmija fl-Artikolu 1 m’għandhiex tikkostitwixxi diskriminazzjoni meta, minħabba n-natura ta’ attivitajiet partikulari tax‑xogħol ikkonċernati jew il-kuntest li fihom jitwettqu, din il‑karatteristika tikkostitwixxi ħtieġa ġenwina [essenzjali] u determinanti tax‑xogħol, sakemm l-għan ikun leġittimu u proporzjonat.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2000/78, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Il-ġustifikazzjoni għal trattament differenti fuq bażi ta’ età<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, fil-paragrafu 1 tiegħu jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Minkejja l-Artikolu 2(2), l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li trattament differenti fuq bażi ta’ età m’għandux jikkostitwixxi diskriminazzjoni, jekk, fil-kuntest tal-liġi nazzjonali, hu objettivament u raġonevolment iġġustifikat b’għan leġittimu, inkluża politika leġittima ta’ l-impjieg, tas-suq tax-xogħol u ta’ objettivi ta’ taħriġ professjonali, u jekk il-mezzi biex jintlaħqu dawk l-għanjiet ikunu approprjati u neċessarji.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">B.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-dritt Taljan</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tindika li DQ, kumpannija tat-trasport bl-ajru li teżerċita attività ta’ provvista ta’ servizzi sigrieti<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Mill-osservazzjonijiet bil-miktub tal-partijiet u minn dawk magħmula waqt is‑seduta jirriżulta li madankollu DQ ma teżerċitax attività ta’ provvista ta’ servizzi sigrieti b’mod esklużiv.</P></NOTE>, hija kumpannija stabbilita skont l-Artikolu 25 tal-Liġi Nru 124/2007 – Sistema di informazione per la sicurezza della Repubblica e nuova disciplina del segreto (il-Liġi Nru 124/2007 dwar is-Sistema ta’ Informazzjoni għas‑Sigurtà tar-Repubblika u l-Leġiżlazzjoni l-Ġdida dwar il‑klassifikazzjoni ta’ Data Sigrieta), tat-<DATE ISO="20070803">3 ta’ Awwissu 2007</DATE> (GURI Nru°187, tat-<DATE ISO="20070813">13 ta’ Awwissu 2007</DATE>, p. 4) li teżerċita attività kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>kunfidenzjali<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, jiġifieri attività mingħajr skop ta’ lukru ta’ provvista ta’ servizzi sigrieti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 744 tal-Codice della Navigazione (il-Kodiċi dwar in-Navigazzjoni) jassimila l-inġenji tal-ajru tal-Istati mal‑inġenji tal-ajru użati minn entitajiet pubbliċi jew privati li jeżerċitaw attivitajiet ta’ protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 748 tiegħu, il-Kodiċi dwar in‑Navigazzjoni jipprevedi li d-dispożizzjonijiet tiegħu ma japplikawx għall-inġenji tal-ajru użati għal attivitajiet ta’ protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>It-tielet paragrafu tal-Artikolu 748 tal-Kodiċi dwar in‑Navigazzjoni jipprovdi li l-operazzjonijiet ta’ titjiriet magħmula minn inġenji tal-ajru simili għall-inġenji tal-ajru tal-Istat għandhom jiżguraw livell adegwat ta’ sigurtà, stabbilit skont il-leġiżlazzjonijiet speċjali adottati mill‑amministrazzjonijiet tal-Istat kompetenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Le decreto del Presidente del Consiglio dei Ministri (id-Digriet tal‑President tal-Kunsill tal-Ministri li Jirregola l-Limitazzjonijiet ta’ Impjieg tal-Ekwipaġġ ta’ DQ), tad-<DATE ISO="20080909">9 ta’ Settembru 2008</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>DPKM<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>), ġie adottat abbażi tat-tielet paragrafu tal‑Artikolu 748 tal‑Kodiċi dwar in-Navigazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Id-dispożizzjoni PCM-OPS 1.1136 tad-DPKM, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>limitazzjoni ta’ età massima<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, tipprovdi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Fid-dawl tal-għanijiet koperti mill-artikoli preċedenti, huwa previst li l‑piloti ta’ [DQ] jistgħu jeżerċitaw l-attività professjonali tagħhom sa sittin sena u mhux iktar<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>.</P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża prinċipali, id-domandi preliminari u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20120119">19 ta’ Jannar 2012</DATE>, DQ innotifikat lil Gennaro Cafaro, impjegat bħala pilota ta’ inġenju tal-ajru minn din il-kumpannija, li l‑kuntratt tax-xogħol tiegħu kien ser jintemm fid-<DATE ISO="20120919">19 ta’ Settembru 2012</DATE> inkwantu se jkun laħaq l-età ta’ 60 sena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>G. Cafaro kkontesta l-legalità tat-terminazzjoni tal-impjieg tiegħu quddiem it-Tribunale di Roma (il-Qorti ta’ Roma, l-Italja), li ċaħdet it-talba tiegħu. Din id-deċiżjoni, sussegwentement, ġiet ikkonfermata mill‑Corte d’appello di Roma (il-Qorti tal-Appell ta’ Roma, l-Italja), permezz ta’ sentenza tad-<DATE ISO="20160219">19 ta’ Frar 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>G. Cafaro kompla bil-proċeduri fil-kassazzjoni quddiem il-qorti tar-rinviju, il-Corte suprema di cassazione (il-Qorti Suprema ta’ Kassazzjoni).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tispjega li l-inġenji tal-ajru ta’ DQ huma assimilati, bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali, ma’ inġenji tal-ajru tal-Istat. Bis-saħħa ta’ hekk, huma joperaw titjiriet relatati mal-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali, u għandhom jiżguraw livell adegwat ta’ sigurtà, u dan huwa stabbilit skont leġiżlazzjonijiet speċjali, fosthom, b’mod partikolari, id-DPKM. F’dan ir-rigward, il‑qorti tispjega li d-dispożizzjonijiet tad-DPKM jipprevedu li l-piloti ta’ DQ ma humiex awtorizzati jeżerċitaw l-attività tagħhom lil hinn mill‑età ta’ 60 sena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Issa, il-qorti tar-rinviju tosserva li l-punt FCL.065 tal-Anness I tar-Regolament Nru 1178/2011 jippermetti lill-piloti ta’ inġenji tal-ajru użati għat-trasport kummerċjali bl-ajru jkomplu jeżerċitaw l-attività tagħhom wara 60 sena, taħt ċerti kundizzjonijiet. B’mod iktar preċiż, il‑qorti tar-rinviju tenfasizza li din id-dispożizzjoni ma tipprojbixxix lil dawn il-piloti milli jeżerċitaw l-attività tagħhom ħlief meta jilħqu l-età ta’ 65 sena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk il-punt FCL.065 tal-Anness I tar‑Regolament Nru 1178/2011 applikabbli espressament għat-trasport kummerċjali bl-ajru, jistax madankollu jkun ikkunsidrat bħala regola ġenerali li tirrigwarda l-età tal-piloti. Jekk ikun il-każ, il-qorti tar-rinviju għandha dubji dwar jekk din id-dispożizzjoni tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, għall-piloti tal-inġenji tal-ajru użati għal attivitajiet relatati mal-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali, it-tmiem awtomatiku tar-relazzjoni ta’ xogħol tal-pilota malli jilħaq l-età ta’ 60 sena.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>B’mod sussidjarju, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar jekk il‑leġiżlazzjoni speċjali li tipprevedi t-tmiem awtomatiku tar-relazzjoni ta’ xogħol ta’ piloti fl-età ta’ 60 sena hijiex kompatibbli mad‑Direttiva 2000/78 u l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni abbażi tal‑età stipulata fiha, u mal-Artikolu 21(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Corte suprema di cassazione (il-Qorti Suprema ta’ Kassazzjoni) permezz ta’ sentenza li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20180615">15 ta’ Ġunju 2018</DATE>, iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>1)</NO.P><TXT>Il-leġiżlazzjoni nazzjonali prevista mid-[DPKM] li, b’applikazzjoni tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 748 tal-Kodiċi Taljan dwar in-Navigazzjoni, jirregola l-limiti tal-impjieg tal‑ekwipaġġ tal-ajru ta’ DQ u li jipprevedi b’mod partikolari t‑tmiem awtomatiku tar-relazzjoni ta’ xogħol meta l-ħaddiem jagħlaq is-60 sena, tmur kontra r-Regolament Nru 1178/2011, sa fejn huwa jiffissa l-limitu għal 65 sena għall-impjieg tal-piloti fit‑trasport kummerċjali bl-ajru, u l-imsemmi regolament japplika f’dan il-każ, ladarba l-leġiżlazzjoni nazzjonali speċjali ma tiġix applikata?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Sussidjarjament, jekk ir-regolament jitqies li ma huwiex applikabbli <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> għaċ-ċirkustanzi tal-każ, din il‑leġiżlazzjoni nazzjonali tmur kontra l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bbażata fuq l-età, previst mid‑Direttiva 2000/78 u mill-[Karta] (Artikolu 21(1)) li d‑Direttiva 2000/78 tagħtiha espressjoni konkreta?<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Ġew ippreżentati osservazzjonijiet bil-miktub mir-rikorrent fil‑kawża prinċipali u minn DQ, il-Gvern Taljan u dak Pollakk u mill‑Kummissjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Waqt is-seduta li saret fil-<DATE ISO="20190411">11 ta’ April 2019</DATE>, l-osservazzjonijiet orali ġew ippreżentati għan-nom tar-rikorrent fil-kawża prinċipali, DQ, il-Gvern Taljan u l-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">A.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ewwel domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda preliminari tagħha, il-qorti tar‑rinviju tixtieq tkun taf, essenzjalment, jekk il-punt FCL.065 tal‑Anness I tar‑Regolament Nru 1178/2011 għandux jiġi interpretat fis‑sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil‑kawża prinċipali li tipprevedi t-tmiem awtomatiku tar-relazzjoni ta’ xogħol ta’ piloti impjegati minn kumpannija li tiġġestixxi inġenji tal‑ajru użati għal attivitajiet relatati mal-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali tal-Istat Membru meta jkunu laħqu l-età ta’ 60 sena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Qabel xejn, nippreċiża li din id-dispożizzjoni ma hijiex, fl‑opinjoni tiegħi, applikabbli għall-kawża prinċipali, kif ser nuri.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-inapplikabbiltà ratione temporis tal-punt FCL.065 tal‑Anness I tar-Regolament Nru 1178/2011</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Nirrileva li DQ, il-Gvern Taljan u l-Kummissjoni jikkunsidraw, prinċiparjament, li l-punt FCL.065 tal-Anness I tar-Regolament Nru 1178/2011 ma japplikax <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> għas-sitwazzjoni fil‑kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, il-Corte suprema di cassazione (Qorti Suprema ta’ Kassazzjoni) hija tal-opinjoni li l-applikabbiltà <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> għall-kawża prinċipali tal‑punt FCL.065 tal-Anness I tar-Regolament Nru 1178/2011 ma għandhiex tkun eskluża, sa fejn din id-dispożizzjoni ma hijiex inkluża mad-dispożizzjonijiet li l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li japplikaw.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Infakkar li, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kooperazzjoni bejn il‑qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja stabbilita bl‑Artikolu 267 TFUE, hija din tal-aħħar li għandha tagħti lill-qorti nazzjonali risposta utli li tippermettilha tiddeċiedi l-kawża li minnha hija adita. F’din il-perspettiva, id-domandi preliminari għandhom jiġu riżolti fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat u tad-dritt sekondarju kollha li jistgħu jkunu rilevanti għall-problema esposta<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Ara, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151029">29 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Nagy</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-583/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:737">EU:C:2015:737</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l‑ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Bl-istess mod, sabiex tagħti risposta utli lill-qorti li ressqitilha domanda preliminari, jista’ jkun meħtieġ li l-Qorti tal-Ġustizzja tieħu inkunsiderazzjoni regoli tad‑dritt tal-Unjoni li għalihom il-qorti nazzjonali ma tkunx għamlet riferiment fid-deċiżjoni tar-rinviju<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara, għall-iktar reċenti, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190321">21 ta’ Marzu 2019</DATE> <NAME.CASE>Mobit u Autolinee Toscane</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-350/17 u C-351/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:237">EU:C:2019:237</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190411">11 ta’ April 2019</DATE>, <NAME.CASE>Repsol Butano u DISA Gas</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑473/17 u C-546/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:308">EU:C:2019:308</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Huwa veru li l-qorti tar-rinviju ma identifikatx, fir-Regolament Nru 1178/2011, dispożizzjoni li tippermetti l-applikazzjoni tal‑punt FCL.065 tal-Anness I tagħha. Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li l-Artikolu 12(1b) ta’ dan tal-aħħar jipprevedi espressament din il-possibbiltà, peress li skont dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu ma japplikawx id-dispożizzjonijiet tal-Anness I, li fih jaqa’ l-punt FCL.065, sat-<DATE ISO="20130408">8 ta’ April 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kemm mill-osservazzjonijiet bil-miktub tal‑Kummissjoni u tal-Gvern Taljan, kif ukoll minn dawk magħmula waqt is‑seduta minn dan tal-aħħar jirriżulta li r-Repubblika Taljana użat il‑possibbiltà offruta mill-Artikolu 12(1b) tar-Regolament Nru 1178/2011, b’tali mod li d-dispożizzjonijiet tal-Anness I tar‑Regolament Nru 1178/2011 ma kinux applikabbli fl-Italja qabel it‑<DATE ISO="20130408">8 ta’ April 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Issa, ir-relazzjoni ta’ xogħol ta’ G. Cafaro intemmet fid‑<DATE ISO="20120919">19 ta’ Settembru 2012</DATE>, kif ġie innotifikat lilu fid-<DATE ISO="20120219">19 ta’ Frar 2012</DATE>, b’tali mod li l-punt FCL.065 tal-Anness I tar-Regolament Nru 1178/2011 ma huwiex applikabbli <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> għall-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Sabiex inkun eżawrjenti, iktar ’il quddiem ser nuri li, fi kwalunkwe każ, ir-Regolament Nru 1178/2011 lanqas ma huwa applikabbli <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> għall-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-inapplikabbiltà ratione materiae tar-Regolament Nru 1178/2011</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 1178/2011 huwa att ta’ eżekuzzjoni tar‑Regolament Nru 216/2008, adottat, b’mod partikolari, abbażi tal‑Artikolu 7(6) tiegħu. Minn dan jirriżulta li l-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tar-Regolament Nru 1178/2011 ma għandux ikun iktar wiesa’ mill-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tal-att bażiku li fuqu huwa bbażat<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19891114">14 ta’ Novembru 1989</DATE>, <NAME.CASE>Spanja u Franza vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>6/88 u 7/88</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1989:420">EU:C:1989:420</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja annullat il-miżuri ta’ eżekuzzjoni adottati mill-Kummissjoni sa fejn ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament bażiku.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Għalhekk ser nirreferi għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 216/2008 li jiddefinixxu l-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tiegħu sabiex nidentifika dak tar-Regolament Nru 1178/2011.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Minn naħa waħda, u b’mod pożittiv, ir-Regolament Nru 216/2008 huwa intiż sabiex jistabbilixxi regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u sabiex fih ikun hemm livell uniformi ta’ sikurezza<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 216/2008.</P></NOTE>. Dan ir-regolament huwa għalhekk applikabbli għall‑attivitajiet li jaqgħu taħt l-avjazzjoni ċivili. L-istess konklużjoni għandha tintlaħaq fir‑rigward tar-Regolament Nru 1178/2011, li jistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi u l-proċeduri amministrattivi applikabbli għall-ekwipaġġ tal-avjazzjoni ċivili.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, u b’mod negattiv, l-Artikolu 1(2) tar‑Regolament Nru 216/2008 jipprevedi eċċezzjoni ċara għall‑applikazzjoni ta’ dan ir-regolament fir-rigward tal-persunal u korpi involuti f’servizzi militari, tad-dwana jew tal-pulizija, jew servizzi simili. Din l-eċċezzjoni għalhekk tapplika wkoll fir-rigward tar‑Regolament Nru 1178/2011.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Dwar dan il-punt, għandi nispjega l-mod kif jiena nifhem din l‑eċċezzjoni. Fil-fatt, G. Cafaro jsostni li, sa fejn DQ hija kumpannija privata, ikkostitwita skont ir-regoli tal-Kodiċi Ċivili, u li topera bħala fornitur awtorizzat tat-trasport kummerċjali bl-ajru, hija ma għandhiex tkun ikkunsidrata bħala li taqa’ fl-esklużjoni prevista fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 216/2008. G. Cafaro jesponi għalhekk li huwa r‑Regolament Nru 1178/2011 li għandu jiġi applikat għal DQ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Huwa veru li, bħala eċċezzjoni, l-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 216/2008 għandu jingħata interpretazzjoni ristretta. Madankollu, ma nemminx li dan ifisser li għandha tkun il-forma ġuridika tal-entità kkonċernata li tistabbilixxi jekk taqax taħt din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, l-interpretazzjoni litterali tal-Artikolu 1(2) tar‑Regolament Nru 216/2008 tirrileva, fl-opinjoni tiegħi, li l-forma ta’ entità ma hijiex rilevanti sabiex jiġi stabbilit jekk hijiex koperta mill‑eċċezzjoni, sa fejn huwa ma jagħmel l-ebda riferiment għaliha. Din id-dispożizzjoni fil-fatt tkopri l-persunal u l-organizzazzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">impenjati</HT> <HT TYPE="ITALIC">f’servizzi militari</HT>, doganali, tal-pulizija jew <HT TYPE="ITALIC">servizzi</HT> simili. Huwa jirreferi biss għall-attività eżerċitata mill-persunal u l‑organizzazzjonijiet imsemmija. Din id-dispożizzjoni b’hekk tistabbilixxi kriterju funzjonali u informali sabiex jiġi stabbilit jekk il‑persunal jew l-organizzazzjonijiet li jwettqu din l-attività jaqgħux jew le fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 216/2008 u, konsegwentement, tar-Regolament Nru 1178/2011.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 216/2008 proposta minn G. Cafaro fl-osservazzjonijiet tiegħu jidhirli li hija kuntrarja għall-effett utli tar-Regolamenti Nri 216/2008 u 1178/2011, għaliex timplika li l-portata tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn ir-regolamenti tiddependi fuq klassifikazzjonijiet ġuridiċi nazzjonali. Jekk tintuża tali interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, kumpannija privata stabbilita skont id-dritt nazzjonali taqa’ dejjem fil‑kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija regolamenti. Jekk l‑applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti Nri 216/2008 u 1178/2011 tkun tiddependi biss fuq il-liġijiet nazzjonali u l-varjetà tagħhom, dan iwassal għal differenza kbira fis-sistemi applikabbli skont l-Istati Membri u tipprekludi b’hekk li jintlaħaq l-għan ta’ dawn ir‑regolamenti, jiġifieri li jiġu stabbiliti regoli komuni fis-settur tal‑avjazzjoni ċivili.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li DQ kienet toffri servizz <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>ta’ natura partikolari<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, jiġifieri <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>attività […] ta’ provvista ta’ servizzi sigrieti<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, eżerċitati għall-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Anki jekk ċerti attivitajiet eżerċitati minn DQ, skont l-osservazzjonijiet tal‑partijiet, ma jaqgħux taħt dan il-għan.</P></NOTE>. L‑attivitajiet eżerċitati minn DQ għalhekk ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tar-Regolament Nru 216/2008, u dan, għal żewġ raġunijiet. Minn naħa waħda, attività ta’ provvista ta’ servizzi sigrieti, eżerċitata b’rabta mal-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali, ma taqax, fl-opinjoni tiegħi, taħt l-avjazzjoni ċivili. Min-naħa l-oħra, u iktar minn hekk, tali attività partikolari hija koperta mill‑eċċezzjoni tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 216/2008, bħala servizz simili għal servizz militari, tad-dwana, jew tal-pulizija. F’dan ir‑rigward, ma huwiex daqstant rilevanti li DQ teżerċita din l-attività taħt forma privata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Għalhekk, jiena tal-opinjoni li la r-Regolament Nru 1178/2011, b’mod ġenerali, u lanqas il-punt FCL.065 tal-Anness I tiegħu, b’mod partikolari, ma huma applikabbli <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> għas-sitwazzjoni inkwistjoni, u lanqas huma applikabbli <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">B.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq it-tieni domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/78 u l-Artikolu 21(1) tal-Karta għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi t-tmiem awtomatiku tar-relazzjoni ta’ xogħol ta’ piloti impjegati minn kumpannija li tiġġestixxi inġenji tal-ajru użati għal attivitajiet relatati mal-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali tal-Istat Membru meta jkunu laħqu l-età ta’ 60 sena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Preliminarjament, sabiex jiġu identifikati b’mod ċar l-elementi tad-dritt tal-Unjoni li l-interpretazzjoni tagħhom hija mitluba, għandi nispjega li fl-opinjoni tiegħi, ma huwiex neċessarju li jsir riferiment għad-dispożizzjonijiet tal-Karta sabiex tingħata risposta għad-domanda preliminari. Fil-fatt, il-Karta tistabbilixxi prinċipju ġenerali ta’ nondiskriminazzjoni abbażi tal-età, li jikkonkretizza d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/78 fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110913">13 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Prigge <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C-447/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:573">EU:C:2011:573</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Bl-eċċezzjoni tal-każijiet fejn il-Qorti tal-Ġustizzja għandha teżamina b’mod speċifiku l-kompatibbiltà ta’ dispożizzjoni tad-dritt derivat mal-Karta, jew tinterpreta din skont il-Karta.</P></NOTE>. Minn dan jirriżulta li, meta hija adita minn domanda preliminari li għandha bħala suġġett l-interpretazzjoni tal-prinċipju ġenerali ta’ nondiskriminazzjoni abbażi tal-età, kif stabbilit fl-Artikolu 21 tal-Karta, u d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/78, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha teżamina d‑domanda fir-rigward ta’ din id-direttiva biss<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141113">13 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Vital Pérez</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-416/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2371">EU:C:2014:2371</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>L-analiżi tiegħi se tkun ikkonċentrata wkoll fuq l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/78 biss. F’dan ir-rigward, infakkar, li jekk id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2000/78 ma humiex formalment identifikati mill-qorti tar-rinviju fid-domandi preliminari tagħha, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li l-Qorti tal‑Ġustizzja tista’ tislet mill-kliem tad-domandi fformulati mill-qorti tar-rinviju, fid-dawl tad-data mogħtija minnha, l-elementi ta’ dritt tal-Unjoni neċessarji sabiex din il-qorti tkun tista’ ssolvi l‑problema legali mressqa quddiemha, skont id-dritt tal-Unjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara s-sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19690709">9 ta’ Lulju 1969</DATE>, <NAME.CASE>Völk</NAME.CASE> (<NO.CASE>5/69</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1969:35">EU:C:1969:35</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0002">2</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080717">17 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>ASM Brescia</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-347/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:416">EU:C:2008:416</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121108">8 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Gülbahce</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑268/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:695">EU:C:2012:695</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Il-qari tad-Direttiva 2000/78 fid-dawl tal-motivi tad-deċiżjoni tar-rinviju jippermetti li jiġu identifikati diversi dispożizzjonijiet rilevanti għas-soluzzjoni tal-kawża prinċipali, jiġifieri l-Artikolu 2(5), l‑Artikolu 3(4), l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Għalhekk, sabiex nirrispondi għat-tieni domanda preliminari, ser nanalizza b’mod suċċessiv dawn l-Artikoli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Qabel xejn, għandi nivverifika li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil‑kawża prinċipali taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad‑Direttiva 2000/78. Sussegwentement, ser nanalizza jekk din il‑leġiżlazzjoni tistabbilixxix inugwaljanza fit-trattament ibbażata fuq l‑età u, finalment, jekk ikun il-każ, jekk din l-inugwaljanza tistax tkun iġġustifikata, b’tali mod li ma tikkostitwixxix diskriminazzjoni fis-sens tad-Direttiva 2000/78<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110913">13 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Prigge <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C-447/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:573">EU:C:2011:573</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141113">13 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Vital Pérez</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-416/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2371">EU:C:2014:2371</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161115">15 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Salaberria Sorondo</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑258/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:873">EU:C:2016:873</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Barra minn hekk, dan l-approċċ fi tliet stadji huwa deskritt bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>tradizzjonali<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> fid-duttrina, ara, b’mod partikolari, Tobler, C., <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>EU Age discrimination law and older and younger workers: Court of Justice of the EU Case Law Development<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, <HT TYPE="ITALIC">f</HT>’Numhauser-Henning, A., Rönmar, M. (ed), <HT TYPE="ITALIC">Age discrimination and Labour Law, Comparative and Conceptual Perspectives in the EU and beyond</HT>, Wolters Kluwer, Alphen aan den Rijn, 2015.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-applikabbiltà tad-Direttiva 2000/78</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tirrileva li s-sitwazzjoni ta’ DQ tista’ tkun koperta bl-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2000/78, li l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li din id-direttiva ma tapplikax għall‑forzi armati fir-rigward tad-diskriminazzjonijiet ibbażati fuq l-età.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Madankollu, jiena tal-opinjoni li l-eċċezzjoni prevista b’din id‑dispożizzjoni ma hijiex rilevanti f’dan il-każ, għar-raġunijiet segwenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Qabel xejn, u prinċiparjament, il-Gvern Taljan waqt is-seduta kkonferma li anki jekk ir-Repubblika Taljana fid-dritt nazzjonali stabbilixxiet eċċezzjoni għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2000/78 fir‑rigward tal-forzi armati f’dak li jikkonċerna d-diskriminazzjonijiet ibbażati fuq l-età, skont l‑Artikolu 3(4) ta’ din id-direttiva, fi kwalunkwe każ din l-eċċezzjoni ma tkoprix lil DQ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Sussegwentement, bħala eċċezzjoni, l-Artikolu 3(4) tad‑Direttiva 2000/78 għandu jiġi interpretat b’mod ristrett. Fi kliem ieħor, l-eċċezzjoni ma għandhiex tkopri lill-kumpanniji kollha li, filwaqt li jeżerċitaw attivitajiet relatati mal-protezzjoni nazzjonali, xorta ma jiffurmawx parti mill-forzi armati tal-Istat Membru. Konsegwentement, din id-dispożizzjoni ma għandhiex tiġi interpretata bħala li tkopri korpi li ma jaqgħux taħt il-forzi armati, anki meta jeżerċitaw operazzjonijiet simili għal dawk immexxija minn dawn tal‑aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-analiżi li qed nipproponi, fil-kuntest tar‑risposta għall-ewwel domanda preliminari, tal-attivitajiet ta’ DQ bħala operazzjonijiet simili għal operazzjonijiet militari fis-sens tar‑Regolament Nru 216/2008, ma tistax tinsilet kwalunkwe konklużjoni fir-rigward tal-applikabbiltà jew le tal-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2000/78.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Minn naħa waħda, mill-kliem stess tal-eċċezzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni jirriżulta li din għandha kamp ta’ applikazzjoni ħafna iktar ristrett minn dak tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 216/2008. Filwaqt li tal-ewwel tkopri biss il-forzi armati, l-applikazzjoni tar‑Regolament Nru 216/2008 hija eskluża fir-rigward ta’ operazzjonijiet militari, tad-dwana u tal-pulizija, jew ta’ operazzjonijiet simili. Dan huwa konformi mal-qari tal-premessa 18 tad‑Direttiva 2000/78, li minnha jirriżulta li din għandha tapplika għas-servizzi tal-pulizija, tal-ħabsijiet jew tal-emerġenza. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja diversi drabi aċċettat l-applikazzjoni tad‑Direttiva 2000/78 għall-forzi tal-pulizija<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141113">13 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Vital Pérez</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-416/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2371">EU:C:2014:2371</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161115">15 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Salaberria Sorondo</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-258/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:873">EU:C:2016:873</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Dan l-element juri, sa fejn huwa meħtieġ, l-interpretazzjoni restrittiva li għandha tingħata għall-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2000/78.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għandi nenfasizza li d-Direttiva 2000/78 għandha kamp ta’ applikazzjoni wiesa’ ferm, tant li tinkludi l-ikbar numru ta’ diskriminazzjonijiet, taħt l-iktar forom diversi: hija tapplika kemm għas-settur privat kif ukoll għas-settur pubbliku, kemm fl-istadju ta’ reklutaġġ kif ukoll f’dak tat-tmiem tal-kuntratt, filwaqt li tapplika wkoll għall-kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ remunerazzjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/78. Dwar il-portata tal-kamp ta’ applikazzjoni tad‑Direttiva 2000/78, ara Bailly, P., Lhernould, J.-P., <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>Discrimination en raison de l’âge: sources européennes et mise en œuvre en droit interne<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, <HT TYPE="ITALIC">Revue de droit social</HT>, 2012, p. 223, u Tobler, C., <HT TYPE="ITALIC">op. cit</HT>.</P></NOTE>. Għalhekk ikun kuntrarju għall-ispirtu u għall-għan tad‑Direttiva 2000/78 li tkun permessa eċċezzjoni wiesgħa għall‑applikazzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Issa, kemm mid-deċiżjoni tar-rinviju kif ukoll mill‑osservazzjonijiet ippreżentati mill-Gvern Taljan u minn DQ matul il-proċedura u waqt is-seduta jirriżulta li DQ, filwaqt li kienet teżerċita attivitajiet relatati mal-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali, ma tiffurmax parti mill-forzi armati tar-Repubblika Taljana. Barra minn hekk, id-deċiżjoni ta’ din il-kawża hija bbażata fuq jekk l-istatus partikolari ta’ DQ u n-natura partikolari tal-attivitajiet tagħha jistgħux jiġġustifikaw differenza ta’ trattament ibbażata fuq l-età.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Għalhekk, DQ ma taqax taħt l-eċċezzjoni tal-Artikolu 3(4) tad‑Direttiva 2000/78, b’tali mod li din tal-aħħar hija applikabbli għall‑kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L‑identifikazzjoni ta’ diskriminazzjoni skont id‑Direttiva 2000/78</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Infakkar li, skont l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2000/78, din għandha l-għan li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ġlieda kontra d‑diskriminazzjoni bbażata b’mod partikolari fuq l-età, fir-rigward tal‑impjieg u tax-xogħol, sabiex timplimenta, fl-Istati Membri, il‑prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament. L-Artikolu 2 tad‑Direttiva 2000/78 jiddefinixxi l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit‑trattament bħala li ma għandux ikun hemm diskriminazzjoni diretta jew indiretta, ibbażata b’mod partikolari fuq l-età. B’mod iktar preċiż, l‑Artikolu 2(2)(a) ta’ din id‑direttiva jipprovdi li għandu jitqies li jkun hemm diskriminazzjoni diretta meta persuna tiġi trattata b’mod inqas favorevoli milli kienet tiġi trattata oħra f’sitwazzjoni simili, abbażi, b’mod partikolari tal-età tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Sabiex jiġi stabbilit jekk il-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tikkostitwixxix diskriminazzjoni fis-sens tad‑Direttiva 2000/78, huwa għalhekk meħtieġ, fl-ewwel lok, li jiġi stabbilit jekk tirriżultax fi trattament mhux ugwali. Fit-tieni lok, ser nivverifika, jekk id-differenza ta’ trattament tistax tiġi ġġustifikata fir‑rigward tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/78, kif isostnu DQ u l-Gvern Taljan u dak Pollakk, u f’dan il-każ ma tkunx tikkostitwixxi diskriminazzjoni fis-sens ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-eżistenza ta’ inugwaljanza fit-trattament</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tiegħi ma hemm l-ebda dubju dwar l-eżistenza ta’ inugwaljanza fit-trattament direttament ibbażata fuq l-età li tirriżulta mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, u barra minn hekk ma hijiex ikkontestata mill-partijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Fil-fatt, id-DPKM għandu l-effett li, f’sitwazzjoni komparabbli, il-piloti ta’ DQ ta’ età ta’ iktar minn 60 sena jiġu ttratatti b’mod inqas favorevoli mill-piloti iżgħar f’din l-istess kumpannija, inkwantu r‑relazzjoni tagħhom ma’ DQ tintemm awtomatikament malli jilħqu l‑età ta’ 60 sena, u dan għal din ir-raġuni biss. Tali leġiżlazzjoni tistabbilixxi mingħajr dubju inugwaljanza fit-trattament ibbażata direttament fuq l-età, skont id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal‑Artikolu 1 u tal-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva 2000/78<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110913">13 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Prigge <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C-447/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:573">EU:C:2011:573</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="12"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-derogi potenzjali</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2000/78 tipprevedi tliet derogi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Għal tipoloġija ta’ derogi potenzjali, ara Bribosia, E., Bombois, T., <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>Interdiction de la discrimination en fonction de l’âge: du principe, de ses exceptions, et de quelques hésitations...<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, <HT TYPE="ITALIC">RTD Eur</HT>., 2011, p. 41, jew inkella Tobler, C., <HT TYPE="ITALIC">op. cit</HT>.</P></NOTE>, li jipprevedu li madankollu differenza ta’ trattament ibbażata fuq l-età ma għandhiex tkun ikkunsidrata bħala diskriminazzjoni skont din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Tnejn minn dawn id-derogi, previsti fl-Artikolu 2(5) u fl‑Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2000/78, huma komuni għall-motivi kollha ta’ diskriminazzjoni u ma humiex speċifiċi għal trattamenti differenti bbażati fuq l-età. L-Artikolu 2(5) ta’ din id-direttiva jipprevedi b’hekk li miżura prevista mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u neċessarja għas-sigurtà pubblika, għall-ordni pubbliku u għall‑prevenzjoni ta’ offiżi kriminali, għall-protezzjoni tas-saħħa u għall-protezzjoni tad-drittijiet u libertajiet ta’ oħrajn ma hijiex diskriminazzjoni fis-sens tal-imsemmija direttiva. L-Artikolu 4(1) tad‑Direttiva 2000/78 jipprovdi wkoll li differenza ta’ trattament ibbażata fuq karatteristika relatata b’mod partikolari mal-età ma hijiex diskriminazzjoni fis-sens ta’ din id-direttiva meta, minħabba n-natura ta’ attività tax-xogħol jew tal-kuntest li fih titwettaq, il-karatteristika inkwistjoni tikkostitwixxi ħtieġa ġenwina u determinanti tax-xogħol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fl-Artikolu 6(1) tagħha, id-Direttiva 2000/78 tipprevedi deroga speċifika mid-diskriminazzjonijiet ibbażati fuq l‑età<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Għar-raġunijiet tal-eżistenza ta’ deroga speċifika għad-diskriminazzjonijiet skont l‑età, ara O’Cinneide, C., <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>Constitutional and Fundamental Rights Aspects of Age Discrimination<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, <HT TYPE="ITALIC">f’Numhauser-Henning, A., Rönmar, M</HT>, <HT TYPE="ITALIC">op. cit</HT>.</P></NOTE>, li tkopri l-miżuri oġġettivament u raġonevolment iġġustifikati, fil-kuntest tad-dritt nazzjonali, b’għan leġittimu, b’mod partikolari b’għanijiet leġittimi ta’ politika tal-impjieg, tas-suq tax-xogħol u tat-taħriġ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Qabel ma nanalizza l-possibbiltà li inugwaljanza fit-trattament bħal dik li taffettwa l-piloti ta’ DQ tkun iġġustifikata, ser nerġa’ lura għall‑ispjegazzjoni ta’ dawn it-tliet derogi, sabiex niddefinixxi liema fosthom jistgħu jippermertu li tkun iġġustifikata l-miżura inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-ispjegazzjoni tad-derogi differenti skont l-għan li għandu jintlaħaq mill-miżura</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li għandu jiġi identifikat l-għan li għandu jintlaħaq mill-miżura inkwistjoni fil-kawża prinċipali sabiex jiġu stabbiliti d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva li fir‑rigward tagħhom għandu jsir l-eżami ta’ din il-miżura<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100112">12 ta’ Jannar 2010</DATE>, <NAME.CASE>Petersen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-341/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:4">EU:C:2010:4</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Fi kliem ieħor, l-applikazzjoni tad-derogi tiddependi mill-għan li għandu jintlaħaq mill‑miżura li tistabbilixxi l-inugwaljanza fit-trattament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Skont l-indikazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju, id-dispożizzjonijiet tad-DPKM li jipprevedu l-limitazzjoni ta’ età tal-piloti ta’ DQ ġew emendati sabiex jiżguraw livell ta’ sikurezza adegwata tat-titjiriet ta’ DQ, fl-interess tas-sigurtà nazzjonali. Il-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil‑kawża prinċipali tkopri għalhekk għan doppju: il-garanzija tas-sikurezza tat-titjiriet u l-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Issa, l-għan tas-sikurezza tat-titjiriet hija relatata mal‑protezzjoni tas-sigurtà pubblika fis-sens tal-Artikolu 2(5) tad‑Direttiva 2000/78 u tista’ wkoll tikkostitwixxi għan leġittimu fis‑sens tal-Artikolu 4(1) ta’ din id-direttiva, adattat sabiex jiġġustifika li jkun hemm deroga mill‑prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110913">13 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Prigge <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C-447/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:573">EU:C:2011:573</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. L‑istess konklużjoni tintlaħaq fir-rigward tal-protezzjoni tas-sigurtà<?PAGE NO="13"?> nazzjonali, peress li l‑miżuri għall-amministrazzjoni tajba u s-suċċess ta’ missjonijiet ta’ servizzi sigrieti tal-Istat bla dubju huma ta’ natura li jiżguraw is-sigurtà pubblika. L-Artikolu 2(5) u l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2000/78 jistgħu, għalhekk, bħala regola, jiġu invokati sabiex jiġġustifikaw id‑differenza fit-trattament li tolqot lill-piloti ta’ DQ li laħqu l-età ta’ 60 sena<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-kampijiet ta’ applikazzjoni taż-żewġ dispożizzjonijiet jistgħu jikkoinċidu, b’tali mod li jkunu applikati fl-istess ħin. Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110913">13 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Prigge <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C-447/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:573">EU:C:2011:573</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). L-applikazzjoni tagħhom madankollu hija suġġetta għal kundizzjonijiet differenti.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Madankollu, fir-rigward tad-deroga prevista fl-Artikolu 6(1) tad‑Direttiva 2000/78, ma naħsibx li hija rilevanti f’dan il-każ, fid-dawl tal-għanijiet li għandhom jintlaħqu mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil‑kawża prinċipali. Din id-dispożizzjoni tistabbilixxi lista ta’ għanijiet li għandhom jintlaħqu minn miżura sabiex din tkun tista’ tibbenefika mid‑deroga. Minkejja li din il-lista la hija eżawrjenti u hija biss indikattiva<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090305">5 ta’ Marzu 2009</DATE>, <NAME.CASE>Age Concern England</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-388/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:128">EU:C:2009:128</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, kif jindika l-użu mil-leġiżlatur tal-Unjoni tal-avverb <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>inkluża<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, dan ma jfissirx li kull tip ta’ għan jista’ jiġi invokat skont l‑imsemmija dispożizzjonijiet. Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l‑għanijiet li għandhom jiġu kkunsidrati leġittimi skont l‑Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78 huma għanijiet li jaqgħu taħt il‑politika soċjali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090305">5 ta’ Marzu 2009</DATE>, <NAME.CASE>Age Concern England</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-388/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:128">EU:C:2009:128</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Hija eskludiet b’mod partikolari li l-għan ta’ sikurezza tat-titjiriet jikkostitwixxi għan leġittimu fis-sens ta’ din id‑dispożizzjoni fis-sentenza Prigge <HT TYPE="ITALIC">et</HT><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110913">13 ta’ Settembru 2011</DATE> (<NO.CASE>C-447/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:573">EU:C:2011:573</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0082">82</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Issa, jien ma nara l-ebda raġuni għalfejn għandi nibdel l‑interpretazzjoni tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78 mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja. Għall-kuntrarju, jiena nikkunsidra li jekk għanijiet li ma humiex ta’ politika soċjali jiġu aċċettati bħala għanijiet leġittimi fis‑sens ta’ din id-dispożizzjoni jkun hemm estensjoni mhux iġġustifikata ta’ eċċezzjoni għall-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, lil hinn mil-limiti stabbiliti mil-leġiżlatur tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Għalhekk, il-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, inkwantu hija tilħaq għan sabiex tiżgura s-sikurezza tat-titjiriet, kif jirriżulta b’mod espliċitu mis-sentenza Prigge <HT TYPE="ITALIC">et</HT><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110913">13 ta’ Settembru 2011</DATE> (<NO.CASE>C-447/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:573">EU:C:2011:573</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, ma tistax tkun iġġustifikata abbażi tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78. Bl-istess mod, peress li l-għan ta’ protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali ma jaqax fil‑politika soċjali, ma jistax jikkostitwixxi għan leġittimu fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Għalhekk, jiena tal-opinjoni li d-differenza fit-trattament li tirriżulta mil-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tistax tkun iġġustifikata ħlief abbażi tal-Artikolu 2(5) u tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2000/78, bir‑riżerva madankollu li l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tagħhom ikunu ssodisfatti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tad-derogi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok ser nuri r-raġunijiet li għalihom nikkunsidra li l‑Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2000/78 ma jistax jiġi interpretat bħala li jista’ jiġġustifika miżura bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Fit‑tieni lok, ser nuri li, fir-rigward din id-darba tal-Artikolu 4(1) ta’ din id-direttiva, deroga għall-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tista’ tkun aċċettata f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">i)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Dwar l-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2000/78</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2000/78, miżura li, filwaqt li tistabbilixxi differenza ta’ trattament direttament ibbażata fuq l-età, hija madankollu neċessarju, f’soċjetà demokratika, għall-protezzjoni tas‑sigurtà pubblika, ma tikkostitwixxix diskriminazzjoni fis-sens ta’ din id‑direttiva, bil-kundizzjoni madankollu li din il-miżura tkun prevista mil-leġiżlazzjoni nazzjonali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ftit sentenzi ngħataw fir-rigward tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>leġiżlazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> fis-sens tal‑Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2000/78. Is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110913">13 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Prigge <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C-447/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:573">EU:C:2011:573</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) għandha tkun indikata f’dan ir-rigward, peress li ma offrietx elementi ta’ interpretazzjoni li jippermettu li jiġi stabbilit jekk il‑miżura inkwistjoni fil-kawża prinċipali hijiex miżura prevista mil‑leġiżlazzjoni nazzjonali. F’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li miżura stabbilita minn imsieħba soċjali tista’ tissodisfa l-kundizzjoni tal‑Artikolu 2(5) tad‑Direttiva 2000/78, jekk madankollu dawn l-imsieħba soċjali ġew awtorizzati mill-Istat Membru, bis-saħħa ta’ regoli ta’ awtorizzazzjoni speċifiċi, sabiex jadottaw miżuri fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Nirrileva li r-rekwiżit li l-miżura tkun prevista mil-leġiżlazzjoni nazzjonali hija speċifika għad-deroga prevista fl-Artikolu 2(5) tad‑Direttiva 2000/78. La l-Artikolu 4(1) u lanqas l-Artikolu 6(1) ta’ din id-direttiva ma jimponu tali kundizzjoni. Permezz ta’ din il-kundizzjoni addizzjonali, il-leġiżlatur tal-Unjoni għalhekk kellu l-intenzjoni li jissuġġetta l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2000/78 għal kundizzjonijiet iktar stretti mill-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ derogi oħra previsti minn din id-direttiva<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Dwar dan il-punt, ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Cruz Villalón fil‑kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Prigge <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C-447/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:321">EU:C:2011:321</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. B’hekk, kuntrarjament għall-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78, l‑Artikolu 2(5) ta’ din id-direttiva jirreferi għal strument legali speċifiku<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110913">13 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Prigge <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C-447/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:573">EU:C:2011:573</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, jiġifieri, il-leġiżlazzjoni nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward ta’ deroga għall-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, id-dispożizzjoni tal-Artikolu 2(5) tad‑Direttiva 2000/78, li tinkludi r-rekwiżit li miżura tkun prevista fil‑leġiżlazzjoni nazzjonali, għandha tingħata interpretazzjoni ristretta. L-għażla li tintroduċi dan it-tip ta’ derogi għall-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-kundizzjonijiet ta’ impjieg u ta’ xogħol, skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2000/78 hija tal‑leġiżlatur nazzjonali, u għandha tirriżulta minn dispożizzjoni leġiżlattiva speċifika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Għal dawn ir-raġunijiet, nikkunsidra li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>leġiżlazzjoni nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> fis-sens tal-Artikolu 2(5) tad‑Direttiva 2000/78 għandu jingħata interpretazzjoni ristretta. Fi kliem ieħor, il-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, bħala rekwiżit espress u speċifiku tal-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2000/78, hija liġi fis-sens formali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Minkejja li l-Qorti aċċettat ċerta deroga għal dan il-prinċipju fis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110913">13 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Prigge <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C-447/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:573">EU:C:2011:573</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), fir‑rigward ta’ ftehimiet kollettivi adottati mill-imsieħba soċjali, din id-deroga hija suġġetta għal kundizzjonijiet speċifiċi. B’hekk, l-Istati Membri ma jistgħux jawtorizzaw lill-imsieħba soċjali jadottaw miżuri fis-sens tal-Artikolu 2(5) tad‑Direttiva 2000/78 permezz ta’ regoli ta’ awtorizzazzjoni ħlief jekk dawn ir‑regoli ta’ awtorizzazzjoni huma suffiċjentement preċiżi sabiex jiżguraw li l‑imsemmija miżuri jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati f’din id-dispożizzjoni. Jiena ma naħsibx li din id-deroga, relatata mas-sitwazzjoni partikolari ferm tal-imsieħba soċjali li jeżerċitaw d-dritt tagħhom li jinnegozjaw u jikkonkludu ftehimiet kollettivi, għandha tinftiehem bħala li, fi kwalunkwe każ, tippermetti li jkunu ħielsa mir‑rekwiżit li miżura għandha tkun prevista fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, ħlief sabiex testendi b’mod eċċessiv il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ deroga mill-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, li l-leġiżlatur tal-Unjoni espressament ippreveda bħala partikolarment restrittiva.</P></NOTE>. B’hekk hija leġiżlazzjoni nazzjonali fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni att leġiżlattiv, adottat minn organu leġiżlattiv<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Ara, b’analoġija, dwar din id-definizzjoni, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Jääskinen fil-kawża Il-<REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Parlament vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-286/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:645">EU:C:2015:645</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0001">1</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Issa, minkejja li ma hemmx qbil bejn il-partijiet dwar in-natura eżatta tad-DPKM, u minkejja li din għandha tiġi stabbilita mill-qorti nazzjonali, mill‑osservazzjonijiet ippreżentati mill-partijiet waqt is‑seduta xorta jirriżulta li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali fi kwalunkwe każ ma hijiex liġi fis-sens formali, inkwantu ma hijiex adottata minn organu leġiżlattiv, u dan għandu, madankollu, jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>Jiena tal-opinjoni wkoll li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tistax tkun ikkunsidrata bħala miżura prevista mil‑leġiżlazzjoni nazzjonali fis-sens tal-Artikolu 2(5) tad‑Direttiva 2000/78.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>Għalhekk, din id-dispożizzjoni ma għandhiex isservi bħala bażi sabiex tiġġustifika l-inugwaljanza fit-trattament li tirriżulta mil‑leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">ii)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2000/78</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2000/78, differenza ta’ trattament ibbażata fuq karatteristika relatata mal-età ma għandhiex tikkostitwixxi diskriminazzjoni meta, minħabba n-natura ta’ attività partikolari tax-xogħol jew il-kuntest li fih titwettaq, din il-karatteristika tikkostitwixxi ħtieġa ġenwina u determinanti tax-xogħol, sakemm l-għan ikun leġittimu u proporzjonat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89.</NO.P><TXT>Il-ġurisprudenza li tinterpreta din id-dispożizzjoni llum hija stabbilita ferm<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100112">12 ta’ Jannar 2010</DATE>, <NAME.CASE>Wolf</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-229/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:3">EU:C:2010:3</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>); tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110913">13 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Prigge <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C-447/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:573">EU:C:2011:573</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>); tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141113">13 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Vital Pérez</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-416/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2371">EU:C:2014:2371</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>); u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161115">15 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Salaberria Sorondo</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑258/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:873">EU:C:2016:873</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170314">14 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Bougnaoui et ADDH</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-188/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:204">EU:C:2017:204</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), b’din tal‑aħħar tirrigwarda differenza fit-trattament ibbażata fuq ir-reliġjon. Ara, ukoll, il‑konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Sharpston fil-Kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Bougnaoui u ADDH</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑188/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:553">EU:C:2016:553</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0090">90</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.).</P></NOTE>: diversi kundizzjonijiet għandhom jiġu ssodisfatti sabiex id-differenza fit-trattament ma tikkostitwixxix diskriminazzjoni fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, id-differenza fit-trattament għandha tkun ibbażata fuq karatteristika relatata, b’mod partikolari, mal-età u din il‑karatteristika għandha tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>ħtieġa ġenwina u determinanti<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>. Il-Qorti tal-Ġustizzja spjegat li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>ma hijiex ir-raġuni li fuqha hija bbażata d-differenza fit-trattament, iżda karatteristika marbuta ma’ din ir-raġuni, li għandha tikkostitwixxi rekwiżit professjonali ġenwin u determinanti<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Għall-iktar reċenti, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170314">14 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Bougnaoui u ADDH</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑188/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:204">EU:C:2017:204</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. It-tieni nett, l-għan li għandu jintlaħaq għandu jkun leġittimu. It-tielet nett, il-kundizzjoni għandha tkun proporzjonata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91.</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni kundizzjoni, fil-punt 75 ta’ dawn il‑konklużjonijiet diġà esponejt li l-għanijiet li għandhom jintlaħqu bil‑leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġifieri l-garanzija tas-sikurezza tat-titjiriet u l-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali, jistgħu jiġu kkunsidrati bħala għanijiet leġittimi fis-sens tal-Artikolu 4(1) tad‑Direttiva 2000/78. Għalhekk għandhom jiġu eżaminati biss l-ewwel u l-aħħar kundizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jiġi vverifikat, l-ewwel nett, jekk id‑differenza fit-trattament bejn il-piloti ta’ DQ ta’ età ta’ inqas u dawk ta’ iktar minn 60 sena hijiex ibbażata fuq karatteristika relatata mal-età u, min-naħa l-oħra, jekk din il-karatteristika tistax tkun ikkunsidrata bħala ħtieġa ġenwina u determinanti tax-xogħol. F’dan ir-rigward, jiena nemmen li s-sentenza Prigge <HT TYPE="ITALIC">et</HT><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110913">13 ta’ Settembru 2011</DATE> (<NO.CASE>C-447/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:573">EU:C:2011:573</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> tagħti indikazzjonijiet utli<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Dan minkejja li din is-sentenza ma tirrigwardax piloti li jeżerċitaw attivitajiet relatati mas-sigurtà nazzjonali iżda piloti li joperaw titjiriet ta’ natura kummerċjali.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93.</NO.P><TXT>F’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li huwa essenzjali li l-piloti tal-linji tal-ajru jkollhom kapaċitajiet fiżiċi partikolari inkwantu n-nuqqasijiet fiżiċi għal din il-professjoni jista’ jkollhom konsegwenzi sinjifikattivi. Barra minn hekk, ma hemmx dubju li dawn il‑kapaċitajiet jonqsu bl-età. Minn dan jirriżulta li l-fatt li persuna jkollha l-kapaċitajiet fiżiċi partikolari jista’ jitqies bħala ħtieġa ġenwina u determinanti tax-xogħol għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ pilota tal-linji tal-ajru u li l-pussess ta’ tali kapaċitajiet huwa marbut mal-età<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110913">13 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Prigge <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C-447/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:573">EU:C:2011:573</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ara, ukoll, f’dan is-sens, Maliszewska-Nienartowicz, J., <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>Orzecznictwo Trybunału Sprawiedliwości dotyczące wyjątku od zakazu dyskryminacji ze względu na istotny i determinujący wymóg zawodowy<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, <HT TYPE="ITALIC">Europejski Przegląd Sądowy</HT>, 2018, n<HT TYPE="SUP">o</HT>8, p. 32.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tiegħi l-istess konklużjoni għandha tapplika għall‑piloti ta’ inġenji tal-ajru li jeżerċitaw missjonijiet relatati mal‑protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali. Il-partikolarità tal-missjonijiet tal-piloti ta’ DQ ma għandhiex effett fuq il-konstatazzjoni ta’ tnaqqis tal-kapaċitajiet fiżiċi mal-età, u lanqas fuq l-importanza tal‑konsegwenzi li nuqqas fiżiku jista’ jkollu għal din il-professjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Għal kuntrarju, jiena tal-opinjoni wkoll li l-partikolarità tal-kundizzjonijiet tal‑eżerċizzju tal-missjonijiet ta’ DQ isaħħu l-ħtieġa li l-piloti jkollhom kundizzjonijiet fiżiċi partikolari.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95.</NO.P><TXT>B’hekk, id-differenza fit-trattament stabbilita permezz tal‑leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandha tkun ikkunsidrata bħala bbażata fuq karatteristika marbuta mal-età li tikkostitwixxi ħtieġa ġenwina u determinanti tax-xogħol fis-sens tal‑Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2000/78.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96.</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tieni lok, tar-rekwiżit ta’ proporzjonalità, il‑premessa 23 tad-Direttiva 2000/78 tesponi, ċertament, li huwa biss f’<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>ċirkostanzi limitati ħafna<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> li differenza fit-trattament tista’ tkun iġġustifikata meta karatteristika relatata, b’mod partikolari, mal-età, tikkostitwixxi ħtieġa ġenwina u determinanti tax-xogħol<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Ara wkoll is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110913">13 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Prigge <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C-447/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:573">EU:C:2011:573</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170314">14 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Bougnaoui u ADDH</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑188/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:204">EU:C:2017:204</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Barra minn hekk, din il-premessa tirrifletti l-prinċipju li, fir-rigward ta’ deroga għall-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, l-Artikolu 4(1) tad‑Direttiva 2000/78 għandu jingħata interpretazzjoni ristretta<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110913">13 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Prigge <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C-447/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:573">EU:C:2011:573</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0072">72</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Barra minn hekk, fil-kawżi Petersen u Prigge <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, relatati mat-tmiem awtomatiku tar-relazzjoni ta’ xogħol minħabba l-età, qabel mal-persuna kkonċernata ma tkun laħqet l-età biex toħroġ bil-pensjoni ġeneralment prevista fid-dritt nazzjonali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>U internazzjonali fil-każ tas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110913">13 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Prigge <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑447/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:573">EU:C:2011:573</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-miżura ma kinitx tissodisfa r-rekwiżit ta’ proporzjonalità<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110913">13 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Prigge <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C-447/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:573">EU:C:2011:573</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Ara wkoll, b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100112">12 ta’ Jannar 2010</DATE>, <NAME.CASE>Petersen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-341/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:4">EU:C:2010:4</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), fejn il-Qorti tal-Ġustizzja madankollu kkonstatat in-natura sproporzjonata ta’ tmiem awtomatiku tar-relazzjoni ta’ xogħol, abbażi tal-Artikolu 2(5) tad-Direttiva. Fuq dan il-punt, ara Schiek, D., <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>Proportionality in Age Discrimination Cases: towards a Model Suitable for Socially Embedded Rights<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, <HT TYPE="ITALIC">f</HT>’Numhauser-Henning, A., Rönmar, M., <HT TYPE="ITALIC">op. cit</HT>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97.</NO.P><TXT>Madankollu, ma jidhirlix li, fiċ-ċirkustanzi inkwistjoni tal-kawża prinċipali, in-nuqqas ta’ proporzjon tal-limitu tal-età fir-rigward tal-piloti ta’ DQ u l-konsegwenzi tiegħu, huwa ovvju. Iktar ’il quddiem ser nesponi, minn naħa waħda, ir-raġunijiet li għalihom nemmen li s‑soluzzjoni użata fis-sentenzi Petersen<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100112">12 ta’ Jannar 2010</DATE> (<NO.CASE>C-341/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:4">EU:C:2010:4</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u Prigge <HT TYPE="ITALIC">et</HT><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110913">13 ta’ Settembru 2011</DATE> (<NO.CASE>C-447/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:573">EU:C:2011:573</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> dwar il‑proporzjonalità tal-miżura ma tistax tkun trasposta għal dan il-każ. Min-naħa l-oħra, ser nispjega kif nikkunsidra li l-leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tistabbilixxi l‑limitu ta’ 60 sena bħala l-età massima għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet ta’ piloti fil-kumpannija DQ, tista’ tkun proporzjonata, punt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98.</NO.P><TXT>Fir-rigward tas-soluzzjoni użata fis-sentenzi Petersen<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100112">12 ta’ Jannar 2010</DATE> (<NO.CASE>C-341/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:4">EU:C:2010:4</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u Prigge <HT TYPE="ITALIC">et</HT><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110913">13 ta’ Settembru 2011</DATE> (<NO.CASE>C-447/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:573">EU:C:2011:573</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, jiġifieri li l-miżura li timponi t-tmiem awtomatiku tar-relazzjoni ta’ xogħol lil hinn minn ċerta età hija sproporzjonata, nikkunsidra li hija spjegabbli qabel xejn minn nuqqas ta’ koerenza tal-miżura. B’hekk, fis‑sentenza Prigge <HT TYPE="ITALIC">et</HT><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110913">13 ta’ Settembru 2011</DATE> (<NO.CASE>C-447/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:573">EU:C:2011:573</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Enfażi miżjud minni.</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-iffissar ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>60 sena bħala l-età limitu li minnha l-piloti tal‑linji tal-ajru […] jitqiesu li ma baqgħalhomx il-kapaċitajiet fiżiċi sabiex jeżerċitaw l-attività professjonali tagħhom, <HT TYPE="ITALIC">filwaqt li l-leġiżlazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali jawtorizzaw l-eżerċizzju ta’ din l-attività</HT>, taħt ċerti kundizzjonijiet, sal-età ta’ 65 sena<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> tikkostitwixxi rekwiżit sproporzjonat. Bl-istess mod, fis-sentenza Petersen<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100112">12 ta’ Jannar 2010</DATE> (<NO.CASE>C-341/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:4">EU:C:2010:4</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-Qorti tal‑Ġustizzja tirrileva li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>il-miżura għandha inkoerenzi minħabba l‑eżistenza ta[’] eċċezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> u li, f’dan il-każ, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>il-limitu fl-età impost […] ma huwiex neċessarju<?PAGE NO="17"?> għall-protezzjoni tas‑saħħa<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>. Fi kliem ieħor, f’dawn iż-żewġ sentenzi, il-leġiżlazzjonijiet inkwistjoni ġew ikkunsidrati bħala sproporzjonati għaliex ma kinux verament jissodisfaw l-għan li kellu jintlaħaq b’mod koerenti u sistematiku<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0049"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100112">12 ta’ Jannar 2010</DATE>, <NAME.CASE>Petersen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-341/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:4">EU:C:2010:4</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Dwar it-test ta’ koerenza, ara Bailly, P., Lhernoud, J.-P., op. cit. Ara, ukoll, Domańska, M. <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>Zakaz dyskryminacji ze względu na wiek w orzecznictwie TS<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>, <HT TYPE="ITALIC">Europejski Przegląd Sądowy</HT>, 2011, n<HT TYPE="SUP">o</HT>4, p. 36.</P></NOTE>, inkwantu l-istess professjoni setgħet tibqa’ tiġi eżerċitata f’entitajiet oħra lil hinn mill-età massima stabbilita f’dawn il-leġiżlazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99.</NO.P><TXT>Issa, il-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fl-opinjoni tiegħi, hija koerenti, b’tali mod li ma tissodisfax d-diffikultà li jintlaħqu l-għanijiet ta’ sikurezza tat-titjiriet u ta’ protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali b’mod koerenti u sistematiku. Minn naħa waħda, differenti mis-settur tal-avjazzjoni kummerċjali, fid-dritt nazzjonali ma jeżistux regoli ta’ referenza fid-dritt nazzjonali, punt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, u lanqas fid-dritt internazzjonali, sa fejn naf jien, li jikkontestaw il-koerenza tad-deċiżjoni li l-età massima għall-piloti li ma’ DQ jeżerċitaw attivitajiet relatati mas-sigurtà nazzjonali tiġi stabbilita bħala 60 sena. Mid-deċiżjoni tar-rinviju lanqas jirriżulta li hemm eċċezzjonijiet għar-regola inkwistjoni, ta’ natura tali li tikkontesta l-koerenza tagħha, punt li madankollu għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100.</NO.P><TXT>Għalhekk, nemmen li s-soluzzjoni użata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi Petersen<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0050"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100112">12 ta’ Jannar 2010</DATE> (<NO.CASE>C-341/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:4">EU:C:2010:4</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u Prigge <HT TYPE="ITALIC">et</HT><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0051"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110913">13 ta’ Settembru 2011</DATE> (<NO.CASE>C-447/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:573">EU:C:2011:573</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> ma tistax tiġi trasposta għal‑leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali mingħajr xi forma oħra ta’ analiżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101.</NO.P><TXT>Għalhekk hemm lok li jiġi eżaminat jekk din il-leġiżlazzjoni hijiex proporzjonata. Sabiex isir dan, għandu jiġi eżamint jekk il-limitu ta’ età massima huwiex adattat sabiex jintlaħaq l-għan previst u jekk imurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dan il-għan<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0052"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100112">12 ta’ Jannar 2010</DATE>, <NAME.CASE>Wolf</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-229/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:3">EU:C:2010:3</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Fuq il‑punt ta’ proporzjonalità, ara, ukoll, Schiek, D., <HT TYPE="ITALIC">op. cit</HT>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandi nispjega li finalment hija l-qorti nazzjonali, li hija l-unika kompetenti sabiex tevalwa l-fatti u tinterpreta l-leġiżlazzjoni nazzjonali, li għandha tistabbilixxi jekk u sa fejn il‑leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija konformi ma’ dawn ir-rekwiżiti. Madankollu, sabiex tagħti risposta utli lill-qorti nazzjonali, il-Qorti tal-Ġustizzja hija kompetenti sabiex tagħti indikazzjonijiet, misluta mill-proċess tal-kawża prinċipali kif ukoll mill-osservazzjonijiet bil-miktub u orali li ġew sottomessi lilha, b’tali mod li tippermetti lil din l-istess qorti tiddeċiedi t-tilwima konkreta mressqa quddiemha<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0053"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170314">14 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>G4S Secure Solutions</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-157/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:203">EU:C:2017:203</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għalhekk ser nittratta dan il-punt fl-argumenti li ġejjin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103.</NO.P><TXT>Ir-rikonoxximent tan-natura adattata tal-leġiżlazzjoni jidhirli li ma joħloqx kontroversji. Kif spjegajt, il-kapaċitajiet fiżiċi tal-piloti jonqsu bl-età, u l-iffissar ta’ età massima li lil hinn minnha l-piloti ta’ DQ ma jistgħux jeżerċitaw iktar l-attività tagħhom huwa adattat sabiex jintlaħqu l-għanijiet li jiġu żgurati s-sikurezza tat-titjiriet u l-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104.</NO.P><TXT>Il-kwistjoni hija iktar importanti fir-rigward dwar jekk din il‑miżura tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu dawn iż-żewġ għanijiet. Barra minn hekk, dwar dan il-punt ma hemmx qbil bejn il-partijiet, peress li G. Cafaro jikkunsidra li sempliċi restrizzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ eżerċizzju tal-missjonijiet tiegħu kienet xorta tilħaq l-għanijiet li għandha l-leġiżlazzjoni inkwistjoni, b’tali mod li tmiem awtomatiku tar-relazzjoni tax-xogħol tiegħu huwa sproporzjonat. G. Cafaro jsemmi b’mod partikolari l-possibbiltà li jkun hemm ekwipaġġ magħmul minn diversi piloti, li minnhom wieħed biss ikollu iktar minn 60 sena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105.</NO.P><TXT>Madankollu, nikkunsidra li miżura inqas ristrettiva ma tippermettix li jintlaħqu l-għanijiet li jiżguraw sikurezza tat-titjiriet u ta’ protezzjoni tas-sigurtà pubblika bl-istess mod bħat-tmiem awtomatiku tar-relazzjoni ta’ xogħol.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106.</NO.P><TXT>DQ timpjega numru żgħir wisq ta’ piloti u għandha numru wisq iżgħar ta’ inġenji tal-ajru. DQ u l-Gvern Taljan insistew dwar il‑modalitajiet ta’ eżerċizzju partikolari tal-missjonijiet ta’ DQ, li ma humiex komparabbli mal-operazzjonijiet ta’ titjira tal-linja tal-ajru. F’dawn iċ-ċirkustanzi, fejn madankollu hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika l-eżattezza ta’ dan il-punt, jekk DQ tkun obbligata tkompli timpjega piloti ta’ iktar minn 60 sena li jeżerċitaw missjonijiet akkumpanjati minn pilota ta’ inqas minn 60 sena jfisser mhux biss li DQ ser tkun ristretta fl-eżerċizzju tal-missjonijiet tagħha bil‑formazzjoni imposta fuqha tal-ekwipaġġi, iżda wkoll li l-eżerċizzju tal-missjonijiet tagħha jista’ jsir iktar diffiċli. B’hekk, kemm l-għan tas-sikurezza tat-titjiriet kif ukoll dak tas-sigurtà nazzjonali jiġu affettwati b’mod negattiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-fatt li l-miżura timplika li l-kuntratt tax‑xogħol ta’ pilota ta’ DQ għandu jintemm b’mod awtomatiku minħabba li jkun laħaq l-età ta’ 60 sena ma jfissirx li din il-miżura tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet previsti<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0054"><P>Ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170705">5 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Fries</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-190/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:513">EU:C:2017:513</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li permezz tagħha l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-fatt li limitu tal-età ma jimplikax li b’mod awtomatiku għandu jintemm kuntratt tax-xogħol ta’ impjegat minħabba li dan ikun laħaq l-imsemmi limitu huwa indikazzjoni tal-proporzjonalità tal-miżura.</P></NOTE>. Mill-osservazzjonijiet ippreżentati waqt is-seduta mill-partijiet jirriżulta li l-istruttura ta’ DQ tagħmilha impossibbli li G. Cafaro jiddaħħal f’kariga differenti minn dik ta’ pilota fi ħdan din il‑kumpannija, punt li madankollu għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar‑rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108.</NO.P><TXT>Sa fejn leġiżlazzjonijiet inqas ristrettivi ma jippermettux li jintlaħqu l-għanijiet previsti, jiena tal-opinjoni li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ sikurezza tat-titjiriet u tal‑protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109.</NO.P><TXT>Għalhekk, jidher li leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tistabbilixxi l-limitu ta’ età massima għall‑eżerċizzju tal-funzjonijiet ta’ pilota fi ħdan kumpannija li teżerċita attivitajiet relatati mal-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali bħala 60 sena, tista’ tiġi kkunsidrata, minn naħa waħda, bħala adattata għall-għan sabiex tkun żgurata s-sikurezza tat-titjiriet u l-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali u, min-naħa l-oħra, bħala lil ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċesarju sabiex jintlaħaq dan il-għan, minħabba b’mod partikolari r-riżorsi limitati ta’ din il-kumpannija, punt li madankollu għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li jingħataw ir-risposti segwenti għad-domandi preliminari li tressqu mill‑Corte suprema di cassazione (il-Qorti Suprema ta’ Kassazzjoni, l‑Italja):</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011, tat‑<DATE ISO="20111103">3 ta’ Novembru 2011</DATE>, li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal‑avjazzjoni ċivili skont ir‑Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 290/2012, tat-<DATE ISO="20120330">30 ta’ Marzu 2012</DATE>, ma huwiex applikabbli għas‑sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas‑<DATE ISO="20001127">27 ta’ Novembru 2000</DATE>, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol għandu jiġi interpretat bħala li ma jipprekludix leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi t-tmiem awtomatiku tar-relazzjoni ta’ xogħol ta’ piloti impjegati minn kumpannija li tiġġestixxi inġenji tal-ajru użati għal attivitajiet relatati mal-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali tal-Istat Membru meta jilħqu l-età ta’ 60 sena, meta, minħabba riżorsi limitati ta’ din il-kumpannija, miżuri inqas ristrettivi ma kinux jippermettu li jintlaħqu l-għanijiet previsti minn din il-leġiżlazzjoni, punt li madankollu għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>