<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑292/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0292</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:817">EU:C:2016:817</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20161027">27.10.2016</DATE> – KAWŻA C‑292/15</P><P>HÖRMANN REISEN</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20161027">27 ta’ Ottubru 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratti pubbliċi</KEYWORD><KEYWORD>Servizzi pubbliċi ta’ trasport tal-passiġġieri b’xarabank</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1370/2007</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 4(7)</KEYWORD><KEYWORD>Subappalt</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu għall-operatur li jwettaq huwa stess parti kbira mis-servizzi pubbliċi ta’ trasport tal-passiġġieri</KEYWORD><KEYWORD>Portata</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 5(1)</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura tal-għoti ta’ kuntratt</KEYWORD><KEYWORD>Għoti ta’ kuntratt skont id-Direttiva 2004/18/KE</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑292/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Vergabekammer Südbayern (bord għall-kuntratti pubbliċi ta’ Südbayern, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20150605">5 ta’ Ġunju 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20150610">10 ta’ Ġunju 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Hörmann Reisen GmbH</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Stadt Augsburg,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Landkreis Augsburg,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn T. von Danwitz, President tal-Awla, E. Juhász (Relatur), C. Vajda, K. Jürimäe u C. Lycourgos Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Hörmann Reisen GmbH, minn S. Roling u T. Martin, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għal Stadt Augsburg u għal Landkreis Augsburg, minn R. Wiemann, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. Braun u A. Tokár kif ukoll minn J. Hottiaux, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20160628">28 ta’ Ġunju 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 4(7) u tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20071023">23 ta’ Ottubru 2007</DATE>, dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1191/69 u Nru 1107/70 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="315" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 315, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn Hörmann Reisen GmbH u Stadt Augsburg (il-belt ta’ Augsburg, il-Ġermanja) u Landkreis Augsburg (distrett ta’ Augsbourg) (iktar ’il quddiem, flimkien, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>awtoritajiet kontraenti<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), dwar ir-regolarità ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti għal servizzi pubbliċi ta’ trasport tal-passiġġieri b’xarabank.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessa 4 tar-Regolament Nru 1370/2007 tgħid:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>L-objettivi ewlenin tal-White Paper tal-Kummissjoni [Ewropea] tat-<DATE ISO="20010912">12 ta’ Settembru 2001</DATE>, ‘Il-politika Ewropea tat-trasport għal 2010: iż-żmien għad-deċiżjonijiet’, huma li jiġu garantiti servizzi tat-trasport tal-passiġġieri sikuri, effiċjenti u ta’ kwalità għolja permezz ta’ kompetizzjoni rregolata [...]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont il-premessa 7 ta’ dan ir-regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Studji li saru u l-esperjenza ta’ l-Istati Membri fejn ilha teżisti kompetizzjoni fis-settur tat-trasport pubbliku għal numru ta’ snin juru li, b’salvagwardji xierqa, l-introduzzjoni ta’ kompetizzjoni rregolata bejn operaturi twassal għal servizzi aktar attraenti u innovattivi bi prezz orħos u li x’aktarx ma tostakolax il-prestazzjoni tax-xogħlijiet speċifiċi li jkunu ngħataw lill-operaturi ta’ servizz pubbliku.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont il-premessa 9 tal-imsemmi regolament :</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Biex ikunu jistgħu jorganizzaw is-servizzi tat-trasport pubbliku ta’ passiġġieri tagħhom bl-iktar mod adatt għall-ħtiġijiet tal-pubbliku, l-awtoritajiet kompetenti kollha għandhom ikunu jistgħu jagħżlu liberament l-operaturi ta’ servizz pubbliku tagħhom, b’kont meħud ta’ l-interessi ta’ impriżi żgħar u ta’ daqs medju, taħt il-kondizzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni tal-prinċipji tat-trasparenza, tat-trattament ugwali ta’ l-operaturi [ugwaljanza fit-trattament] li qed jikkompetu u tal-proporzjonalità, meta jingħataw kumpens jew drittijiet esklussivi, huwa meħtieġ li kuntratt għal servizz pubbliku [kuntratt pubbliku għal servizzi] bejn l-awtorità kompetenti u l-operatur magħżul ta’ servizz pubbliku jiddefinixxi n-natura ta’ l-obbligi tas-servizz pubbliku u r-rimborż miftiehem. [...]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-premessa 19 ta’ dan l-istess regolament tipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>L-għoti ta’ sub-kuntratti [subappalti] jista’ jikkontribwixxi għal trasport pubbliku ta’ passiġġieri li hu aktar effiċjenti u jippermetti l-parteċipazzjoni ta’ impriżi oħrajn minbarra l-operatur ta’ servizz pubbliku li kien mogħti l-kuntratt għal servizz pubbliku [kuntratt pubbliku għal servizzi]. Madankollu, bil-ħsieb għall-aħjar użu tal-fondi pubbliċi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu kapaċi jiddeterminaw il-modalitajiet għas-sub-kuntrattar [subappalt] tas-servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri tagħhom, b’mod partikolari fil-każ ta’ servizzi mogħtija minn operatur intern. Barra minn hekk, subkuntrattur m’għandux jitwaqqaf milli jieħu sehem f’offerti kompetittivi fit-territorju ta’ kwalunkwe awtorità kompetenti. L-għażla ta’ subkuntrattur minn awtorità kompetenti jew l-operatur intern tagħha trid issir b’konformità mal-liġi [tal-Unjoni].<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 1370/2007, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Skop u kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-iskop ta’ dan ir-Regolament huwa li jiddefinixxi il-mod kif, skond ir-regoli tal-liġi [tal-Unjoni], l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jaġixxu fil-qasam tat-trasport pubbliku ta’ passiġġieri biex jiggarantixxu l-forniment [provvista] ta’ servizzi ta’ interess ġenerali li huma fost l-affarijiet l-oħra iktar numerużi, iktar sikuri, ta’ kwalità għola jew ta’ prezz orħos minn dawk li l-forza tas-suq waħedha tista’ tippermetti.</ALINEA><ALINEA>Għal dan il-għan, dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom l-awtoritajiet kompetenti, meta jimponu obbligi ta’ servizz pubbliku jew jikkonkludu kuntratti għal servizz pubbliku [kuntratti pubbliċi għal servizzi], [għandhom] jikkumpensaw lill-operaturi ta’ servizz pubbliku għall-ispejjeż li jkunu għamlu u/jew jagħtu drittijiet esklussivi bi tpattija għall-operat ta’ obbligi tat-trasport pubbliku.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Dan ir-Regolament għandu japplika għall-operat nazzjonali u internazzjonali tas-servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u b'mezzi ferrovjarji oħrajn u bit-triq, ħlief għas-servizzi li huma mħaddma prinċipalment għall-interess storiku tagħhom jew għall-valur turistiku tagħhom. [...]</ALINEA></PARAG><P>[...].<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament huwa fformulat kif ġej :</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>trasport pubbliku għall-passiġġieri<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> tfisser servizzi tat-trasport tal-passiġġieri ta’ interess ekonomiku ġenerali pprovduti lill-pubbliku fuq bażi non-diskriminatorja u kontinwa;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>awtorità kompetenti<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> tfisser kwalunkwe awtorità pubblika jew grupp ta’ awtoritajiet pubbliċi ta’ Stat Membru jew Stati Membri li għandhom is-setgħa jintervjenu fit-trasport pubbliku għall-passiġġieri f’żona ġeografika partikolari, jew kwalunkwe korp li ngħata tali awtorità;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>kuntratt għal servizz pubbliku [kuntratt pubbliku għal servizzi]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> tfisser att wieħed jew iktar li jorbtu legalment li jikkonfermaw il-ftehim bejn awtorità kompetenti u operatur ta’ servizz pubbliku biex jafdaw lil dak l-operatur ta’ servizz pubbliku bil-ġestjoni u l-operat ta’ servizzi tat-trasport pubbliku għall-passiġieri soġġetti għall-obbligi ta’ servizz pubbliku [...]</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1370/2007 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Meta awtorità kompetenti tiddeċiedi li tagħti lill-operatur magħżul minnha dritt esklussiv u/jew kumpens, ta’ kwalunkwe tip, bi tpattija għat-twettiq ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku, għandha tagħmel dan fi ħdan il-qafas ta' kuntratt għal servizz pubbliku [kuntratt pubbliku għal servizzi].<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Kontenut mandatorju tal-kuntratti għal servizz pubbliku [kuntratti pubbliċi għal servizzi] u tar-regoli ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> jipprevedi :</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-kuntratti għal servizz pubbliku [kuntratti pubbliċi għal servizzi] [...] għandhom:</P><P>[...]</P><?PAGE NO="4"?><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jistabbilixxu minn qabel, b’mod oġġettiv u trasparenti:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>il-parametri li abbażi tagħhom il-pagament ta’ kumpens, jekk ikun hemm, għandu jiġi kkalkolat, u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ii)</NO.P><TXT>in-natura u l-firxa ta’ kwalunkwe drittijiet esklussivi mogħtija,</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>b’mod li jevita l-kumpens żejjed. [...]</P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="004.007"><NO.PARAG>7.</NO.PARAG><ALINEA>Dokumenti ta’ sejħiet għal offerti u kuntratti għal servizz pubbliku għandhom jindikaw, b’mod trasparenti, jekk jistax jiġi kkunsidrat li jingħata sub-kuntratt [subappalt] jew le, u jekk iva sa fejn. Jekk jingħataw sub-kuntratti [subappalti], l-operatur li jingħata l-inkarigu li jamministra u jħaddem is-servizzi ta’ trasport tal-passiġġieri skond dan ir-Regolament għandu jkun mitlub iwettaq parti kbira mis-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri huwa nnifsu. Kuntratt għal servizz pubbliku li jkopri fl-istess ħin id-disinn, il-kostruzzjoni u l-operazzjoni ta’ servizzi pubbliċi għat-trasport tal-passiġġieri jista’ jippermetti sub-kuntrattazzjoni [subappalt] sħiħa għall-operazzjoni ta’ dawk is-servizzi. Il-kuntratt għal servizz pubbliku għandu, skond il-liġi nazzjonali u [tal-Unjoni], jiddetermina l-kondizzjonijiet applikabbli għall-għoti ta’ subkuntratt [subappalt].<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tar-regolament imsemmi, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>L-għoti ta’ kuntratti għal servizz pubbliku [kuntratti pubbliċi għal servizzi]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kuntratti għal servizz pubbliku [kuntratti pubbliċi għal servizzi] għandhom jingħataw skond ir-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament. Madankollu, kuntratti ta’ servizzi jew kuntratti għal servizz pubbliku, kif definiti fid-Direttivi 2004/17/KE [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE>, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 19)] jew 2004/18/KE [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE>, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132)], għal servizzi ta’ trasport ta’ passiġġieri bix-xarabank jew bit-tram għandhom jingħataw skond il-proċeduri previsti f’dawk id-Direttivi fejn tali kuntratti ma jieħdux il-forma ta’ kuntratti ta’ konċessjonijiet ta’ servizz kif definit f’dawk id-Direttivi. Fejn kuntratti jridu jiġu mogħtija skond id-Direttivi [2004/17] jew [2004/18], id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 2 sa 4 ta’ dan l-Artikolu m’għandhomx japplikaw.</ALINEA></PARAG><P>[...].<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(2) sa (6) tar-Regolament Nru 1370/2007 jinkludi regoli għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi li jidderogaw mid-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi. B’mod partikolari, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 5(4) ta’ dan ir-regolament jipprevedi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>sakemm mhux projbit bil-liġi nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li jagħtu kuntratti għal servizz pubbliku [kuntratti pubbliċi għal servizzi] direttament jew fejn il-valur annwali medu jkun stmat inqas minn EUR <FT TYPE="NUMBER">1000000</FT> jew fejn huma jikkonċernaw il-forniment [provvista] annwali ta’ anqas minn <FT TYPE="NUMBER">300000</FT> kilometru ta’ servizzi pubbliċi ta’ trasport tal-passiġġieri<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(3)(b) tad-Direttiva 2004/17 jiddefinixxi, għall-finijiet tagħha, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>konċessjoni ta’ servizz<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>kuntratt ta’ l-istess tip tal-kuntratt ta’ servizz minbarra għall-fatt li l-konsiderazzjoni għall-provvediment ta’ servizzi tikkonsisti jew fid-dritt biex jiġi esplojtat is-servizz biss jew f’dak id-dritt flimkien ma’ ħlas.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2004/18, kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1336/2013 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="335" PAGE.FIRST="17" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 335, p. 17</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Direttiva 2004/18 emendata<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-għan ta’ din id-Direttiva, id-definizzjonijiet mdaħħla fil-paragrafi 2 sa 15 għandhom jgħoddu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Kuntratti pubbliċi<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="2019" ID="QE0022"/> huma kuntratti għall-interess tal-flus konklużi bil-miktub bejn wieħed jew aktar operaturi ekonomiċi u li għandhom bħala objettiv tagħhom l-esekuzzjoni tax-xogħlijiet, il-provvista tal-prodotti jew il-disposizzjoni tas-servizzi fi ħdan it-tifsira ta’ din id-Direttiva.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Kuntratti għal servizzi pubbliċi<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="2019" ID="QE0023"/> [kuntratti pubbliċi għal servizzi] huma kuntratti pubbliċi barra kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet] jew kuntratti għall-provvisti li għandhom bħala għan il-disposizzjoni tas-servizzi riferuti għalihom fl-Anness II.</TXT><P>Kuntratt għal xogħlijiet pubbliċi [kuntratt pubbliku għal xogħlijiet] li għandu bħala għan sew il-prodotti u s-servizzi mħaddna fit-tifsira ta’ l-Anness II se jiġu kkunsidrati li huma <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>kuntratt għas-servizz pubbliku [kuntratt pubbliku għal servizzi]<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="2019" ID="QE0024"/> jekk il-valur tas-servizzi in kwistjoni li jaqbeż dak tal-prodotti koperti bil-kuntratt.</P><P>Kuntratt pubbliku li għandu bħala għan is-servizzi fi ħdan it-tifsira ta’ l-Anness II u jinkludi attivitajiet fi ħdan it-tifsira ta’ l-Anness I li huma biss inċidentali għall-għan prinċipali tal-kuntratt se jkun kkunsidrat li huwa kuntratt għal servizzi pubbliċi.</P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="001.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Konċessjoni tas-servizz<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> huwa kuntratt ta’ l-istess tip bħal kuntratt għas-servizz pubbliku minbarra l-fatt illi l-konsiderazzjoni għall-disposizzjoni tas-servizzi jikkonsisti jew waħdu fid-dritt li jesplojta s-servizz jew f’dan id-dritt kif ukoll bi ħlas.</ALINEA></PARAG><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2004/18 emendata, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Limiti massimi għal kuntratti publiċi<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, jistabbilixxi estimu tal-limiti ta’ valuri eskluża t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) li l-għoti ta’ kuntratt għandu jkun suġġett għalih skont ir-regoli ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Dawn il-limiti huma mibdula regolarment permezz tar-regolamenti tal-Kummissjoni u huma adattati għaċ-ċirkustanzi ekonomiċi. Fid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż tal-kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-limitu massimu li kien jikkonċerna l-kuntratti għal servizzi mogħtija minn awtoritajiet kontraenti li ma humiex awtoritajiet governattivi ċentrali kien ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">207000</FT> mingħajr VAT, skont l-Artikolu 7(b) tad-Direttiva 2004/18 emendata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 20 ta’ din id-direttiva jgħid:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Kuntratti li għandhom bħala l-oġġettiv tagħhom servizzi elenkati fl-Anness II A għandhom jiġu mogħtija skond l-Artikoli 23 sa 55<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 25 tad-direttiva imsemmija, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Sotto-kuntratti<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> [Subappalti], jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>Fid-dokumenti tal-kuntratt, l-awtorità kontrattwanti [l-awtorità kontraenti] tista’ tistaqsi jew tista’ tkun mitluba minn xi Stat Membru biex tistaqsi lil min ikun xeħet l-offerta biex jindika fl-offerta tiegħu kull sehem mill-kuntratt li hu jista’ jkollu l-ħsieb li joffri b’sotto-kuntratt [subappalt] lil partijiet terzi jew kull sotto-kuntratturi [subappaltaturi] proposti.</ALINEA><?PAGE NO="6"?><ALINEA>Din l-indikazzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għal kwistjoni ta’ l-obbligu ta’ l-operatur ekonomiku ewlieni.<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fost il-kategoriji ta’ servizzi enumerati fl-Anness II A ta’ din l-istess direttiva, hemm il-kategorija 2, li tirreferi għas-servizzi li ġejjin:</TXT><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>Servizzi ta’ trasport ta’ l-art [...], inkluż servizzi ta’ vetturi korazzati, u servizzi tal-courier, ħlief it-trasport tal-posta<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>.</P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 90(1) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20140226">26 ta’ Frar 2014</DATE>, dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="094" PAGE.FIRST="65" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 94, p. 65</REF.DOC.OJ>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sat-<DATE ISO="20160418">18 ta’ April 2016</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 91 tad-Direttiva 2014/24 :</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>Id-Direttiva [2004/18 emendata] hija mħassra b’effett mit-<DATE ISO="20160418">18 ta’ April 2016</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti fil-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20150307">7 ta’ Marzu 2015</DATE>, l-awtoritajiet kontraenti ppubblikaw fis-suppliment ta’ <HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> taħt in-numru 2015/S 047‑081632, avviż ta’ kuntratt li jirrigwarda l-provvista ta’ servizzi pubbliċi ta’ trasport tal-passiġġieri b’xarabank fuq ċerti rotot reġjonali. Skont dan l-avviż ta’ kuntratt, l-offerenti kienu awtorizzati jirrikorru għal impriżi subappaltanti fi proporzjon massimu ta’ 30 % tal-provvista tas-servizz, ikkalkolat fuq il-bażi tal-kilometri skedati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Hörmann Reisen ressqet kawża quddiem il-Vergabekammer Südbayern (bord għall-kuntratti pubbliċi ta’ Südbayern, il-Ġermanja) sabiex tikkontesta l-legalità ta’ tali limitazzjoni għas-subappalt. Hija ssostni li din il-limitazzjoni hija inkompatibbli mad-Direttiva 2004/18 emendata u żżid li, filwaqt li huwa minnu li l-Artikolu 4(7) tar-Regolament 1370/2007, effettivament jipprevedi l-limitazzjoni tal-użu tas-subappalt, dan ir-regolament ma huwiex applikabbli għall-proċedura inkwistjoni, skont l-Artikolu 5(1) tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>L-awtoritajiet kontraenti jfakkru li t-tielet sentenza tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 1370/2007 tipprevedi li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>[f]ejn kuntratti jridu jiġu mogħtija skond id-Direttivi [2004/17] jew [2004/18], id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 2 sa 6 ta’ [dan l-Artikolu] m’għandhomx japplikaw.<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> Minn dan, l-awtoritajiet jiddeduċu li d-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan ir-regolament, b’mod partikolari, l-Artikolu 4(7) tiegħu, jibqgħu japplikaw għal tali kuntratti. Fl-aħħar nett, skont l-imsemmija awtoritajiet, il-limitazzjoni tal-użu ta’ subappalt għal proporzjon ta’ 30 % tal-provvista tas-servizz, impost fl-avviż ta’ kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tikkorrispondi għall-obbligu msemmi f’din id-dispożizzjoni tal-aħħar, li l-operatur <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>għandu jkun mitlub iwettaq parti kbira mis-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri huwa nnifsu.<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tindika li l-kawża prinċipali tirrigwarda essenzjalment il-kwistjoni dwar jekk l-awtoritajiet kontraenti kellhomx id-dritt li jillimitaw l-użu tas-subappalt għal 30 % tal-provvista tas-servizz inkwistjoni, ikkalkolat fuq il-bażi tal-kilometri skedati, skont l-Artikolu 4(7) tar-Regolament Nru 1370/2007, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ għoti mwettqa skont l-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-regolament, flimkien mad-Direttiva 2004/18 emendata jew mad-Direttiva 2014/24.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kuntratt pubbliku għal servizzi inkwistjoni fil-kawża prinċipali, din il-qorti tippreċiża li l-valur ta’ dan il-kuntratt jeċċedi l-limitu previst fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 7(b) tad-Direttiva 2004/18 emendata, jiġifieri ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">207000</FT>, mingħajr VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Vergabekammer Südbayern (bord għall-kuntratti pubbliċi ta’ Südbayern, il‑Ġermanja) iddeċieda li jissospendi l-proċeduri u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>1)</NO.P><TXT>Fi proċedura għall-għoti mibdija taħt l-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 1370/2007, flimkien mad-Direttiva 2004/18/KE [emendata] jew mad-Direttiva 2014/24/UE, ir-regoli previsti minn dawn id-direttivi biss huma applikabbli bħala prinċipju, b’tali mod li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1370/2007 li jidderogaw minn dawn id-direttivi għandhom jiġu esklużi?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Il-legalità tal-użu ta’ subappalt fi proċedura għall-għoti mibdija taħt l-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 1370/2007, flimkien mad-Direttiva 2004/18/KE [emendata] jew mad-Direttiva 2014/24/UE, hija rregolata esklużivament mir-regoli li stabbilixxiet il-Qorti tal-Ġustizzja f’dak li jirrigwarda d-Direttiva 2004/18/KE [emendata] u minn dawk elenkati fl-Artikolu 63(2) tad-Direttiva 2014/24/KE, jew għandu jiġi kkunsidrat li b’deroga minn dawk ir-regoli, awtorità kontraenti tista’ wkoll, f’tali proċedura, tiffissa għall-offerenti, skont l-Artikolu 4(7) tar-Regolament 1370/2007, rata perċentwali ta’ awto-forniment (ikkalkolata fuq il-bażi tat-tabella tal-kilometri [fuq il-bażi tal-kilometri skedati])?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Jekk l-Artikolu 4(7) tar-Regolament Nru 1370/2007 japplika għall-proċeduri għall-għoti mibdija bl-applikazzjoni tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 1370/2007, flimkien mad-Direttiva 2004/18/KE [emendata] jew mad-Direttiva 2014/24/UE, l-awtorità kontraenti, fid-dawl tal-premessa 19 tar-Regolament 1370/2007, tista’ tiffissa r-rata ta’ awto-forniment b’tali mod li jista’ jiġi ġġustifikat ir-rekwiżit tiegħu ta’ rata ta’ awto-forniment ta’ 70 %, ikkalkolata fuq il-bażi tat-tabella tal-kilometri [fuq il-bażi tal-kilometri skedati]?<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat, minn naħa, li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà kklassifikat il-Vergabekammer bei der Bezirksregierung Arnsberg (bord tal-kuntratti pubbliċi tad-distrett ta’ Arnsberg, il-Ġermanja) bħala qorti jew tribunal fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140918">18 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Bundesdruckerei</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-549/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2235">EU:C:2014:2235</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Ma jirriżulta minn ebda element tal-fajl ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja li, f’din il-kawża, il-Vergabekammer Südbayern (bord għall-kuntratti pubbliċi ta’ Südbayern, il‑Ġermanja) ma jistax jiġi kklassifikat bl-istess mod.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għandu jiġi nnotat li, minbarra għar-Regolament Nru 1370/2007 u għad-Direttiva 2004/18 [emendata], il-qorti tar-rinviju, fid-domandi preliminari tagħha, tagħmel riferiment għad-Direttiva 2014/24.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-applikabbiltà tad-Direttiva 2014/24, għandu jiġi rrilevat li l-avviż ta’ kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali ġie ppubblikat fis-<DATE ISO="20150307">7 ta’ Marzu 2015</DATE>, jiġifieri qabel id-data ta’ skadenza tat-traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2014/24, stabbilita għat-<DATE ISO="20160418">18 ta’ April 2016</DATE> skont l-Artikolu 90(1) tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-direttiva applikabbli hija, bħala prinċipju, dik li tkun fis-seħħ meta l-awtorità kontraenti tagħżel it-tip ta’ proċedura li ser issegwi u tiddeċiedi b’mod definittiv il-kwistjoni ta’ jekk hemmx obbligu jew le li ssir sejħa għal offerti qabel l-aġġudikazzjoni ta’ kuntratt pubbliku. Min-naħa l-oħra, huma inapplikabbli d-dispożizzjonijiet ta’ direttiva li t-terminu ta’ traspożizzjoni tagħha skada wara dan il-mument (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160407">7 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>Partner Apelski Dariusz</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-324/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:214">EU:C:2016:214</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0083">83</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, id-Direttiva 2014/24 ma hijiex applikabbli <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> għall-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel u t-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel u tat-tieni domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 1370/2007 għandux jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt għal servizz ta’ trasport tal-passiġġieri b’xarabank, l-Artikolu 4(7) ta’ dan ir-regolament jibqa’ japplika għal dan il-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Skont l-indikazzjonijiet tad-deċiżjoni tar-rinviju, il-kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali jikkonċerna servizzi pubbliċi ta’ trasport tal-passiġġieri bit-triq, fis-sens tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 1370/2007, u jirrigwarda servizzi pubbliċi ta’ trasport tal-passiġġieri b’xarabank, kif previst fl-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-regolament, mingħajr madankollu ma huwa f’forma ta’ kuntratt għal konċessjoni ta’ servizzi pubbliċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 1370/2007, kuntratt bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandu jingħata, bħala regola stabbiliti f’dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Madankollu, meta kuntratt ma huwiex f’forma ta’ kuntratt għal konċessjoni ta’ servizzi, kif iddefinit fid-Direttivi 2004/17 jew 2004/18 [emendata], skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 1370/2007, il-kuntratt għal servizz pubbliku ta’ trasport tal-passiġġieri b’xarabank jingħata skont il-proċeduri previsti minn dawn id-direttivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Barra minn hekk, it-tielet sentenza tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 1370/2007 tipprevedi li, għal tali każ ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizz ta’ trasport tal-passiġġieri b’xarabank, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>paragrafi 2 sa 6 ta’ [dan l-Artikolu] m’għandhomx japplikaw<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Għalhekk, hemm lok li jiġi kkonstatat li t-tieni sentenza tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 1370/2007 tinkludi deroga għar-regola ġenerali stabbilita fl‑ewwel sentenza tal-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-regolament, u li l-portata preċiża ta’ din id-deroga hija speċifikata wara fit-tielet sentenza tal-Artikolu 5(1) tal-imsemmi regolament, li jistabbilixxi n-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 5(2) sa (6) tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>L-ebda dispożizzjoni oħra ta’ dan l-Artikolu 5 jew tar-Regolament Nru 1370/2007 ma testendi l-portata tal-imsemmija deroga.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Konsegwentement, għall-finijiet tal-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizz ta’ trasport tal-passiġġieri b’xarabank, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jirriżulta li huma biss id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(2) sa (6) tar-Regolament Nru 1370/2007 li ma japplikawx, filwaqt li d-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan ir-regolament jibqgħu applikabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li l-Artikolu 4(7) tar-Regolament Nru 1370/2007 japplika fil-każ ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizz ta’ trasport tal-passiġġieri b’xarabank li jaqa’ taħt l-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni hija kkorroborata mill-għan tar-Regolament Nru 1370/2007.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(1) tal-imsemmi regolament, l-għan tiegħu huwa li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>jiddefinixxi il-mod kif, skond ir-regoli tal-liġi [tal-Unjoni], l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jaġixxu fil-qasam tat-trasport pubbliku ta’ passiġġieri biex jiggarantixxu l-forniment [provvista] ta’ servizzi ta’ interess ġenerali li huma fost l-affarijiet l-oħra iktar numerużi, iktar sikuri, ta’ kwalità għola jew ta’ prezz orħos minn dawk li l-forza tas-suq waħedha tista’ tippermetti.<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Il-fatt li r-Regolament Nru 1370/2007, min-natura tiegħu stess, huwa intiż li jipprovdi modalitajiet ta’ intervent fis-sistemi ġenerali ta’ kuntratti pubbliċi, jimplika li jinkludi regoli speċjali dwar dawn tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li d-Direttiva 2004/18 [emendata] hija ta’ applikazzjoni ġenerali, filwaqt li r-Regolament Nru 1370/2007 japplika biss għal servizzi pubbliċi ta’ trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Madankollu, sa fejn kemm l-Artikolu 4(7) ta’ dan ir-regolament, kif ukoll l-Artikolu 25 tad-Direttiva 2004/18 [emendata], jinkludu regoli dwar is-subappalt, għandu jitqies li l-ewwel dispożizzjoni hija regola speċjali meta mqabbla ma dawk previsti fit-tieni dispożizzjoni u, bħala <HT TYPE="ITALIC">lex specialis</HT>, tipprevali fuq dawn tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-risposta għall-ewwel u għat-tieni domandi magħmula għandha tkun li l-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 1370/2007 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizz ta’ trasport tal-passiġġieri b’xarabank, l-Artikolu 4(7) ta’ dan ir-regolament jibqa’ japplika għal dan il-kuntratt.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 4(7) tar-Regolament Nru 1370/2007 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-iffissar mill-awtorità kontraenti ta’ 70 % tal-proporzjon tal-provvista awtonoma mill-operatur inkarigat bl-amministrazzjoni u bl-implementazzjoni ta’ servizz pubbliku ta’ trasport tal-passiġġieri b’xarabank, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 4(7) tar-Regolament Nru 1370/2007, id-dokumenti tas-sejħa għal offerti u l-kuntratti pubbliċi għal servizz jispeċifikaw b’mod trasparenti jekk, u fl-affermattiv sa liema punt, is-subappalt huwiex prevedibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-leġiżlatur tal-Unjoni, fir-rigward tas-subappalt tal-amministrazzjoni u tal-implementazzjoni ta’ servizz pubbliku ta’ trasport irregolat mill-imsemmi regolament, ta lill-awtoritajiet kompetenti setgħa diskrezzjonali wiesgħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, bl-istess mod kif huwa leġittimu għal awtorità kontraenti li tipprojbixxi s-subappalt ta’ servizz pubbliku ta’ trasport tal-passiġġieri b’xarabank għall-offerenti rebbieħ tal-kuntratt fil-każ ta’ għoti ta’ dan il-kuntratt skont l-Artikolu 4(7) tar-Regolament Nru 1370/2007, is-setgħa diskrezzjonali imsemmija fil-punt preċedenti tinkludi l-possibbiltà li s-subappalt jiġi pprojbit għal parti mill-kuntratt biss.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Barra minn hekk, meta s-subappalt ikun previst fil-kuntest tal-amministrazzjoni u tal-implementazzjoni tas-servizz pubbliku ta’ trasport tal-passiġġieri b’xarabank, it-tieni sentenza tal-Artikolu 4(7) tar-Regolament Nru 1370/2007 ma tawtorizzax, għall-kuntratt ikkonċernat, subappalt sħiħ, peress li dan jipprevedi li l-operatur magħżul għal dan is-servizz ikun meħtieġ li jimplementa huwa stess parti kbira minnu. Huwa biss fil-każ fejn il-kuntratt pubbliku għal servizz ikun ikopri fl-istess ħin id-disinn,<?PAGE NO="10"?> il-kostruzzjoni u l-operat ta’ servizzi pubbliċi għat-trasport ta’ passiġġieri li jista’ jiġi awtorizzat, skont it-tielet sentenza tal-Artikolu 4(7) ta’ dan ir-regolament, is-subappalt sħiħ tal-implementazzjoni ta’ dawn is-servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-Artikolu 4(7) tar-Regolament Nru 1370/2007 ma jipprekludix lill-awtorità kontraenti milli tillimita, b’mod sinjifikattiv, il-possibbiltà tal-użu ta’ subappalt fil-kuntest ta’ kuntratt bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-avviż ta’ kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali jikkostitwixxi dokument ta’ sejħa għal offerti li jippreċiża, b’mod trasparenti, kif jirriżulta b’mod inekwivoku mid-deċiżjoni tar-rinviju, li l-użu ta’ subappalt huwa limitat għal perċentwali ta’ 30 % tal-provvista tas-servizz, ikkalkolat fuq il-bażi tal-kilometri skedati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, għandu jiġi kkonstatat li tali limitazzjoni ma teċċedix is-setgħa diskrezzjonali li l-Artikolu 4(7) tar-Regolament Nru 1370/2007, jagħti lill-awtoritajiet kompetenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta għat-tielet domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 4(7) tar-Regolament Nru 1370/2007 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-iffissar mill-awtorità kompetenti ta’ 70 % tal-proporzjon tal-provvista awtonoma mill-operatur inkarigat bl-amministrazzjoni u bl-implementazzjoni ta’ servizz pubbliku ta’ trasport tal-passiġġieri b’xarabank, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L’article L-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20071023">23 ta’ Ottubru 2007</DATE>, dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1191/69 u Nru 1107/70, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizz ta’ trasport tal-passiġġieri b’xarabank, l-Artikolu 4(7) ta’ dan ir-regolament jibqa’ japplika għal dan il-kuntratt.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 4(7) tar-Regolament Nru 1370/2007 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-iffissar mill-awtorità kompetenti ta’ 70 % tal-proporzjon tal-provvista awtonoma mill-operatur inkarigat bl-amministrazzjoni u bl-implementazzjoni ta’ servizz pubbliku ta’ trasport tal-passiġġieri b’xarabank, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>