European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/4380

10.8.2026

Avviż għall-attenzjoni tas-sid tal-bastiment AVAX, li żdied mal-lista ta’ bastimenti ddeżinjati msemmija fl-Artikolu 1, il-punt (h), u fl-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44, li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra bastimenti ddeżinjati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1970 (2011) f’konformità mal-paragrafu 11 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà (UNSCR) 2146 (2014), bis-saħħa tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/1941

(C/2026/4380)

1.   

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 (1) tappella lill-Istati Membri biex jidderieġu bastimenti, kif imsemmi fil-lista mfassla fl-Anness V tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, biex ma jgħabbux, ma jittrasportawx, jew ma jarmux żejt mhux maħdum, inkluż żejt mhux maħdum u prodotti petrolifiċi raffinati, esportati b’mod illeċitu mil-Libja, biex jiċħdu d-dħul fil-portijiet tal-Istati Membri tal-bastimenti magħżula u tipprojbixxi l-forniment ta’ ċerti servizzi u ċerti tranżazzjonijiet finanzjarji marbuta ma’ tali esportazzjonijiet taż-żejt.

2.   

Fit-22 ta’ Lulju 2026, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1970 (2011) iddeċieda li jiddeżinja l-bastiment AVAX, skont il-paragrafi 10(a), 10(b), 10(c) u 10(d) tar-Riżoluzzjoni 2146 (2014), kif emendata mill-paragrafu 2 tar-Riżoluzzjonijiet 2441 (2018) u 2509 (2020) u estiża fir-Riżoluzzjoni 2819 (2026).

Dawk ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba fi kwalunkwe ħin lill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1970 (2011), flimkien ma’ kwalunkwe dokumentazzjoni ġustifikattiva, biex id-deċiżjoni li l-bastiment jiġi inkluż fil-lista msemmija hawn fuq, terġa’ tiġi kkunsidrata. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

In-Nazzjonijiet Uniti – Punt fokali għat-tneħħija mill-elenkar

Service du secrétariat des organes subsidiaires du Conseil de sécurité

Kamra S-3055 E

New York, NY 10017

L-ISTATI UNITI TAL-AMERKA

Għal aktar informazzjoni ara: https://www.un.org/sc/suborg/en/sanctions/delisting

3.   

Wara d-deċiżjoni tan-NU msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/1941 (2), li jemenda l-Anness V tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2016/44 tat-18 ta’ Jannar 2016 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 (3). L-emenda, li saret skont l-Artikolu 20(b) tar-Regolament (UE) 2016/44, iżżid l-isem ttal-bastiment AVAX mal-lista fl-Anness V ta’ dak ir-Regolament (“Anness V”).

4.   

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tas-sid tal-bastiment AVAX għall-possibbiltà li jikkontesta r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/1941 quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fir-raba’ u fis-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)   ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/1333/oj.

(2)   ĠU L, 2026/1941, 7.8.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1941/oj.

(3)   ĠU L 12 19.1.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/44/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/4380/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)