<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑310/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CJ0310</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2385">EU:C:2014:2385</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>6</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>6</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20141120">20.11.2014</DATE> — KAWŻA C‑310/13</P><P>NOVO NORDISK PHARMA</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20141120">20 ta’ Novembru 2014</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 85/374/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tal-konsumaturi</KEYWORD><KEYWORD>Responsabbiltà għal prodotti difettużi</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tad-Direttiva</KEYWORD><KEYWORD>Sistemi ta’ responsabbiltà speċjali eżistenti fid-data tan-notifika tad-Direttiva</KEYWORD><KEYWORD>Ammissibbiltà ta’ sistema nazzjonali ta’ responsabbiltà li tippermetti l-ksib ta’ informazzjoni dwar l-effetti mhux mixtieqa ta’ prodotti mediċinali</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑310/13,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20130506">6 ta’ Mejju 2013</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20130606">6 ta’ Ġunju 2013</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Novo Nordisk Pharma GmbH</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">S.,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen, President tal-Awla, J. Malenovský, M. Safjan (Relatur), A. Prechal u K. Jürimäe, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: M. Aleksejev, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20140326">26 ta’ Marzu 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal S., minn J. Heynemann, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u J. Kemper, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek u J. Vláčil, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Šimerdová u G. Wilms, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20140611">11 ta’ Ġunju 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE, tal-<DATE ISO="19850725">25 ta’ Lulju 1985</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet tal-Istati Membri dwar responsabbiltà għall-prodotti difettużi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 257), kif emendata bid-Direttiva 1999/34/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="19990510">10 ta’ Mejju 1999</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 147, iktar ’il quddiem, id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Direttiva 85/374<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Novo Nordisk Pharma GmbH (iktar ’il quddiem, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Novo Nordisk Pharma<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u S. rigward it-talba, imressqa minn din tal-aħħar, sabiex tikseb informazzjoni dwar l-effetti mhux mixtieqa u oħrajn ta’ prodott mediċinali ffabbrikat minn din l-impriża.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>It-tlettax u t-tmintax-il premessa tad-Direttiva 85/374 jipprevedu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Billi skond is-sistemi legali ta’ l-Istati Membri parti mweġġgħa jista’ jkollha pretensjoni għad-danni bbażata fuq raġunijiet ta’ responsabbiltà kontrattwali jew ibbażati fuq raġunijiet ta’ responsabbiltà mhux kontrattwali għajr dik li hemm ipprovdut dwarha f’din id-Direttiva; sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet iservu wkoll biex jilħqu l-għan ta’ protezzjoni effettiva tal-konsumaturi, għandhom jibqgħu bla mittiefsa minn din id-Direttiva; billi, sa fejn protezzjoni effettiva tal-konsumaturi fis-settur tal-prodotti farmaċewtiċi diġà nkisbet ukoll fi Stat Membru skond sistema ta’ responsabbilta speċjali, pretensjonijiet ibbażati fuq din is-sistema għandhom bl-istess mod jibqgħu possibbli;</P></CONSID><P>[...]</P><CONSID><P>Billi l-armonizzazzjoni li tirriżulta minn din ma tistax tkun totali fl-istadju preżenti, iżda tagħti bidu għat-triq lejn armonizzazzjoni akbar; billi huwa għalhekk meħtieġ li l-Kunsill jirċievi f’intervalli regolari, rapporti mill-Kummissjoni fuq l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, flimkien, skond kif jista’ jkun il-każ, ma’ proposti xierqa.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Il-produttur jinżamm responsabbli għal ħsara kkawżata minn difett fil-prodott tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tal-imsemmija direttiva huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Produttur<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> tfisser manifattur ta’ prodott lest, il-produttur ta’ kull materja prima jew il-manifattur ta’ parti komponenti u kull persuna li, billi tqiegħed isimha, l-marka tan-negozju tagħha jew fattur distintiv ieħor fuq il-prodott tippreżenta lilha stess bħala l-produttur tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Il-persuna li saritilha l-ħsara hija meħtieġa tagħti prova tal-ħsara, id-difett u r-relazzjoni kawżali bejn id-difett u d-dannu.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tad-Direttiva 85/374 jipprevedi li l-produttur ma huwiex responsabbli għal prodott difettuż jekk jipprova li waħda miċ-ċirkustanzi msemmija f’din id-dispożizzjoni hija ssodisfatta.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Din id-Direttiva mgħandha taffettwa l-ebda drittijiet li persuna korruta jista’ jkollha skont ir-regoli tal-liġi tar-responsabbiltà kontrattwali jew mhux kontrattwali jew sistema ta’ responsabbiltà speċjali eżistenti meta din id-Direttiva tkun ippubblikata.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 15 tal-Liġi dwar ir-responsabbiltà għal prodotti difettużi (Gesetz über die Haftung für fehlerhafte Produkte), tal-<DATE ISO="19891215">15 ta’ Diċembru 1989</DATE>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="015.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk, wara t-teħid ta’ prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem, li jkun ingħata lill-konsumatur fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Liġi dwar il-Prodotti mediċinali [Arzneimittelgesetz, tal-<DATE ISO="19760824">24 ta’ Awwissu 1976</DATE>, iktar ’il quddiem, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>AMG<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>], u li huwa suġġett għall-obbligu ta’ approvazzjoni jew li ġie eżentat mill-approvazzjoni permezz ta’ strumenti regolatorji, persuna tmut, issofri dannu fiżiku jew għas-saħħa, id-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi ma għandhomx japplikaw.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="015.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-dispożizzjoni ma taffettwax ir-regoli l-oħra dwar ir-responsabbiltà.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 84 tal-AMG jipprevedi fil-paragrafi 1 u 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="084.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Jekk, wara t-teħid ta’ prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem, li jkun ingħata lill-konsumatur fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-liġi, u li huwa suġġett għall-obbligu ta’ approvazzjoni jew li ġie eżentat mill-approvazzjoni permezz ta’ strumenti regolatorji, persuna tmut, issofri dannu fiżiku jew għas-saħħa, l-imprenditur farmaċewtiku, li kkummerċjalizza l-prodott mediċinali skont din il-liġi, għandu jikkumpensa d-danni subiti mill-persuna leża. L-obbligu li jingħata kumpens japplika biss jekk</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>il-prodott mediċinali, meta ntużat kif intiż, jikkawża effetti dannużi li jmorru lil hinn mil-livell meqjus aċċettabbli fid-dawl tal-għarfien tax-xjenza medika jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>id-dannu jsir minħabba ttikkettjar, informazzjoni teknika jew istruzzjonijiet għall-użu li ma jikkorrispondux mal-għarfien tax-xjenza medika.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="084.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk il-prodott mediċinali, fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ individwali, x’aktarx li jikkawża d-dannu, għandu jiġi preżunt li d-dannu kien ikkawżat mill-prodott mediċinali. Fil-każ speċifiku, l-abbiltà tal-prodott li jikkawża d-dannu hija ddeterminata abbażi tal-kompożizzjoni u d-dożaġġ tal-prodott mediċinali amministrat, in-natura u t-tul tal-użu tiegħu kif intiż, il-konnessjoni temporali bejn l-użu tal-prodott u d-dannu, in-natura tad-dannu u l-istat tas-saħħa tal-persuna leża fil-mument tal-amministrazzjoni tal-prodott kif ukoll iċ-ċirkustanzi l-oħrajn kollha li, fil-każ speċifiku, jimmilitaw favur jew kontra s-seħħ tad-dannu [...]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 84a tal-AMG jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="084A.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk jeżistu elementi li jissuġġerixxu li prodott mediċinali kkawża d-dannu, il-persuna leża tista’ titlob informazzjoni mingħand l-imprenditur farmaċewtiku, sakemm tali informazzjoni ma tkunx fil-fatt mhux meħtieġa biex jiġi stabbilit jekk jeżistix id-dritt għall-kumpens għad-danni skont l-Artikolu 84. Id-dritt jirrigwarda l-effetti, l-effetti mhux mixtieqa u l-interazzjonijiet li l-imprenditur farmaċewtiku jkun konxju tagħhom kif ukoll il-każijiet fejn jeżistu suspetti ta’ effetti mhux mixtieqa u ta’ interazzjonijiet li nġabu għall-attenzjoni tal-imprenditur u kwalunkwe tagħrif ieħor li jista’ jkun ta’ importanza sabiex jiġi evalwat jekk l-effetti dannużi humiex aċċettabbli. [...] Il-parti leża ma tistax<?PAGE NO="4"?> tinvoka d-dritt tagħha għal informazzjoni meta l-informazzjoni għandha tinżamm kunfidenzjali skont id-dispożizzjonijiet legali jew meta l-kunfidenzjalità tagħha sservi interess predominanti tal-imprenditur farmaċewtiku jew ta’ parti terza.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="084A.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Taħt il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 1 hawn fuq, il-parti leża tista’ wkoll titlob informazzjoni mingħand l-awtoritajiet responsabbli għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali. L-awtoritajiet ma humiex obbligati jagħtu l-informazzjoni meta l-informazzjoni għandha tinżamm kunfidenzjali skont id-dispożizzjonijiet legali jew meta l-kunfidenzjalità tagħha sservi interess predominanti tal-imprenditur farmaċewtiku jew ta’ parti terza.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Fil-Ġermanja, l-unika sistema ta’ responsabbiltà speċjali li kienet teżisti fid-data tan-notifika tad-Direttiva 85/374, jiġifieri fit-<DATE ISO="19850730">30 ta’ Lulju 1985</DATE>, kienet dik prevista mill-AMG.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-preżunzjoni ta’ rabta kawżali msemmija fl-Artikolu 84(2) tal-AMG u d-dritt għal informazzjoni previst fl-Artikolu 84a tal-istess liġi ġew introdotti fiha permezz tal-Liġi li temenda l-leġiżlazzjoni dwar il-kumpens għad-danni (zweites Schadensersatzrechtsänderungsgesetz), tad-<DATE ISO="20020719">19 ta’ Lulju 2002</DATE> (BGBl. 2002 I, p. 2674), li daħlet fis-seħħ fl-<DATE ISO="20020801">1 ta’ Awwissu 2002</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Matul il-perijodu bejn is-sena 2004 u x-xahar ta’ Ġunju tal-2006, ġie preskritt u mogħti lil S., li tbati bid-dijabete, Levemir, prodott mediċinali ffabbrikat minn Novo Nordisk Pharma, li kkawża fil-pazjent lipoatrofija, jiġifieri t-tnaqqis tat-tessut tax-xaħam taħt il-ġilda fiż-żona fejn jingħataw l-injezzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>S. ressqet il-kawża quddiem il-Landgericht Berlin (qorti reġjonali ta’ Berlin) sabiex tikseb minn Novo Nordisk Pharma, skont l-Artikolu 84a tal-AMG, informazzjoni dwar l-effetti mhux mixtieqa u effetti oħrajn tal-imsemmi prodott mediċinali sa fejn dawn l-effetti jirrigwardaw il-lipoatrofija.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-Landgericht Berlin tat is-sentenza tagħha billi laqgħet it-talba ta’ S. Peress li l-appell ippreżentat minn Novo Nordisk Pharma kontra din is-sentenza ġie miċħud mill-Kammergericht Berlin (qorti reġjonali tal-appell ta’ Berlin), din il-kumpannija ppreżentat rikors għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>reviżjoni<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tesponi li l-eżitu tar-rikors għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>reviżjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> ippreżentat quddiemha li jirrigwarda d-dritt għall-ksib ta’ informazzjoni msemmi fl-Artikolu 84a tal-AMG jiddependi fuq il-punt dwar jekk tali dispożizzjoni tiksirx jew le d-Direttiva 85/374.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Bundesgerichtshof iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domanda preliminari li ġejja lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>L-Artikolu 13 tad-Direttiva 85/374/KEE għandu jiġi interpretat fis-sens li, b’mod ġenerali, id-direttiva msemmija ma taffettwax is-sistema Ġermaniża tar-responsabbiltà fattwali tal-prodotti farmaċewtiċi bħala <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>sistema ta’ responsabbiltà speċjali<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/>, [b’tali mod] li din is-sistema nazzjonali ta’ responsabbiltà tista’ tkompli tiġi żviluppata,</P><P>jew</P><P>l-Artikolu 13 [tal-imsemmija direttiva] għandu jinftiehem fis-sens li l-elementi li jikkostitwixxu r-responsabbiltà fattwali tal-prodotti farmaċewtiċi, bħal dawk fis-seħħ fil-mument tan-notifika tad-Direttiva (<DATE ISO="19850730">30 ta’ Lulju 1985</DATE>), ma jistgħux iktar jitwessgħu?<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Bid-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-Direttiva 85/374, b’mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha, għandhiex tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tistabbilixxi sistema ta’ responsabbiltà speċjali fis-sens tal-imsemmi Artikolu 13, li tipprevedi, wara modifika f’din il-leġiżlazzjoni li saret wara d-data ta’ notifika ta’ din id-direttiva lill-Istat Membru kkonċernat, li l-konsumatur għandu d-dritt jitlob mill-fabbrikant ta’ prodott mediċinali informazzjoni dwar l-effetti mhux mixtieqa ta’ dan il-prodott.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>B’mod preliminari, għandu jiġi osservat li, kif jirriżulta mill-Artikolu 13 tad-Direttiva 85/374, din ma tippreġudikax id-drittijiet li l-vittma ta’ dannu tista’ tinvoka b’mod partikolari taħt sistema ta’ responsabbiltà speċjali li kienet teżisti fid-data tan-notifika ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 34 tal-konklużjonijiet tiegħu, is-sistema Ġermaniża ta’ responsabbiltà għall-prodotti mediċinali prevista mill-AMG tikkostitwixxi tali sistema ta’ responsabbiltà speċjali fis-sens tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 85/374 sa fejn, minn naħa, hija limitata għal settur speċifiku ta’ produzzjoni u, min-naħa l-oħra, kienet teżisti fil-mument tan-notifika ta’ din id-direttiva lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, jiġifieri fit-<DATE ISO="19850730">30 ta’ Lulju 1985</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi evalwat jekk id-Direttiva 85/374 tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li, fil-kuntest ta’ tali sistema speċjali, kif emendata wara d-data ta’ notifika tal-imsemmija direttiva lill-Istat Membru kkonċernat, tipprevedi d-dritt tal-konsumatur li jikseb informazzjoni dwar l-effetti mhux mixtieqa ta’ prodott. Madankollu, qabelxejn għandu jiġi vverifikat jekk tali dritt huwiex irregolat minn din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu, fil-fatt, jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-Direttiva 85/374 għandha bħala għan, fuq il-punti li hija tirregola, armonizzazzjoni totali tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri (sentenza Dutrueux u caisse primaire d’assurance maladie du Jura, C‑495/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:869">EU:C:2011:869</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 20 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, kif jirriżulta mit-tmintax-il premessa tagħha, l-imsemmija direttiva ma għandhiex l-għan li tarmonizza b’mod eżawrjenti l-qasam tar-responsabbiltà għal prodotti difettużi lil hinn mill-punti li hija tirregola (sentenza Dutrueux u caisse primaire d’assurance maladie du Jura, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:869">EU:C:2011:869</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 21 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-dritt tal-konsumatur li jikseb informazzjoni dwar l-effetti mhux mixtieqa ta’ prodott, għandu jiġi osservat li la dan id-dritt u lanqas il-portata tal-informazzjoni li l-konsumatur ikun jista’ jitlob mill-fabbrikant ta’ dan il-prodott ma huma, inkwantu tali, is-suġġett tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 85/374.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-fatt li, skont l-Artikolu 4 tal-imsemmija direttiva, hija l-vittma li għandha tipprova d-dannu, id-difett u r-rabta kawżali bejn id-difett u d-dannu, għandu jiġi vverifikat jekk l-eżistenza, fil-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, ta’ dritt għal ksib ta’ informazzjoni ma hijiex tali li tippreġudika t-tqassim tal-oneru tal-prova kif previst f’dan l-artikolu mil-leġiżlatur tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li, huwa minnu, leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi d-dritt tal-vittma li tikseb informazzjoni dwar l-effetti mhux mixtieqa tal-prodott ikkonċernat għandha mnejn tgħin lil din tal-aħħar tipproduċi l-provi meħtieġa sabiex tippermettilha tistabbilixxi r-responsabbiltà tal-produttur.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Madankollu, tali leġiżlazzjoni nazzjonali ma hijiex tali li twassal għall-inverżjoni tal-oneru tal-prova li huwa fuq il-vittma u ma tibdilx il-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni tal-produttur previsti fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 85/374.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li d-dritt tal-konsumatur li jitlob mill-fabbrikant ta’ prodott informazzjoni dwar l-effetti mhux mixtieqa ta’ dan il-prodott ma jaqax taħt il-punti rregolati mid-Direttiva 85/374 u li, għaldaqstant, ma jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Barra minn hekk, leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi tali dritt ma għandhiex tkun tali li tippreġudika l-effettività tas-sistema ta’ responsabbiltà prevista mid-Direttiva 85/374 u lanqas l-għanijiet segwiti mil-leġiżlatur tal-Unjoni permezz ta’ din is-sistema (ara, f’dan is-sens, sentenza Dutrueux u caisse primaire d’assurance maladie du Jura, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:869">EU:C:2011:869</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 29).</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tneħħix l-effettività tas-sistema prevista permezz tad-Direttiva 85/374 u lanqas l-għanijiet segwiti minnha.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif osserva essenzjalment l-Avukat Ġenerali fil-punt 46 tal-konklużjonijiet tiegħu, tali leġiżlazzjoni nazzjonali hija biss intiża sabiex tindirizza l-iżbilanċ sinjifikattiv li jeżisti bejn il-fabbrikant tal-prodott ikkonċernat u l-konsumatur bi ħsara għal dan tal-aħħar f’dak li jirrigwarda l-aċċess għall-informazzjoni dwar dan il-prodott u ma tibdilx in-natura u lanqas l-elementi essenzjali tas-sistema ta’ responsabbiltà tal-produttur stabbilita permezz tad-Direttiva 85/374.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li d-Direttiva 85/374 għandha tiġi intepretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħala dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tistabbilixxi sistema ta’ responsabbiltà speċjali fis-sens tal-Artikolu 13 ta’ din id-direttiva, li tipprevedi, wara l-emenda ta’ din il-leġiżlazzjoni magħmula wara d-data tan-notifika tal-imsemmija direttiva lill-Istat Membru kkonċernat, li l-konsumatur għandu d-dritt jitlob mill-fabbrikant tal-prodott mediċinali informazzjoni dwar l-effetti mhux mixtieqa ta’ dan il-prodott.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE, tal-<DATE ISO="19850725">25 ta’ Lulju 1985</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet tal-Istati Membri dwar responsabbiltà għall-prodotti difettużi, kif emendata bid-Direttiva 1999/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="19990510">10 ta’ Mejju 1999</DATE>, għandha tiġi intepretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħala dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tistabbilixxi sistema ta’ responsabbiltà speċjali fis-sens tal-Artikolu 13 ta’ din id-direttiva, li tipprevedi, wara l-emenda ta’ din il-leġiżlazzjoni magħmula wara d-data tan-notifika tal-imsemmija direttiva lill-Istat Membru kkonċernat, li l-konsumatur għandu d-dritt jitlob mill-fabbrikant tal-prodott mediċinali informazzjoni dwar l-effetti mhux mixtieqa ta’ dan il-prodott.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>