European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2370

16.12.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2370

tal-21 ta’ Frar 2025

dwar il-miżura ta’ għajnuna mill-Istat SA.106107 (2024/N) li l-Belġju qed jippjana li jimplimenta għall-estensjoni tat-tul tal-ħajja ta’ żewġ reatturi nukleari (Doel 4 u Tihange 3)

(notifikata bid-dokument C(2025)1070)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 108(2), l-ewwel subparagrafu, tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 62(1), il-punt (a), tiegħu,

Wara li stiednet lill-partijiet interessati jissottomettu l-kummenti tagħhom skont dawk id-dispożizzjonijiet (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Permezz ta’ ittra datata l-21 ta’ Ġunju 2024, il-Belġju nnotifika lill-Kummissjoni bil-miżura maħsuba biex tappoġġa l-estensjoni tat-tul tal-ħajja ta’ żewġ reatturi nukleari fil-Belġju (Doel 4 (“D4”) u Tihange 3 (“T3”)), flimkien mal-Unitajiet ta’ tħaddim fit-tul (“LTO”, long-term operation). Huwa pprovda lill-Kummissjoni b’aktar informazzjoni permezz ta’ ittri datati d-9 u l-10 ta’ Lulju 2024, wara t-talba tal-Kummissjoni għal informazzjoni tal-4 ta’ Lulju 2024.

(2)

Permezz ta’ ittra datata t-22 ta’ Lulju 2024, il-Kummissjoni infurmat lill-Belġju li kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) fir-rigward tal-miżura (id-“Deċiżjoni tal-Ftuħ”).

(3)

Il-Belġju bagħat il-kummenti tiegħu dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ fit-22 ta’ Awwissu 2024.

(4)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jissottomettu l-kummenti tagħhom.

(5)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand il-partijiet interessati. Hija bagħtithom lill-Belġju, li ngħata l-opportunità li jirreaġixxi; il-kummenti tiegħu waslu permezz ta’ ittra datata t-30 ta’ Ottubru 2024.

(6)

Aktar informazzjoni mill-Belġju ġiet ipprovduta fit-2 ta’ Settembru 2024, fit-23, fis-27 u fit-30 ta’ Ottubru 2024, fit-8, fl-14, fit-18, fit-22, fil-25, fis-27 u fit-30 ta’ Novembru 2024, fit-2, fl-4, fil-5, fit-12, fit-13, fis-17 u fl-20 ta’ Diċembru 2024, fis-7, fid-9, fis-17, fit-18, fl-20, fis-27, fid-29, fit-30 u fil-31 ta’ Jannar 2025, u fl-1 ta’ Frar 2025 (3).

(7)

Permezz ta’ ittra tal-24 ta’ Ottubru 2024, il-Belġju qabel li jirrinunzja b’mod eċċezzjonali għad-drittijiet tiegħu li jirriżultaw mill-Artikolu 342 tat-TFUE, flimkien mal-Artikolu 3 tar-Regolament 1/1958 (4), u li din id-Deċiżjoni tiġi adottata u nnotifikata bl-Ingliż.

2.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-KUNTEST

2.1.   Il-flotta nukleari fil-Belġju

(8)

Sal-2022, il-flotta nukleari tal-Belġju kienet tikkonsisti f’seba’ reatturi nukleari, erbgħa li jinsabu fi Flanders (Doel) u tlieta li jinsabu f’Wallonia (Tihange). Ir-reatturi kollha bdew joperaw bejn l-1975 u l-1985 (5) u nbnew minn utilitajiet pubbliċi (Ebes, Intercom u Unerg) li eventwalment ġew amalgamati biex isiru Electrabel SA (il-maġġoranza tal-ishma tagħhom kienu ta’ Tractebel) fl-1990 (minn hawn ’il quddiem imsejħa Electrabel). Fl-1996, is-Société Générale de Belgique (“SGB”) saret l-azzjonista maġġoritarja ta’ Tractebel u, fl-1999, Suez akkwistat kważi 100 % ta’ SGB. Wara l-fużjoni bejn Suez u Gaz de France (“GDF”) fl-2008, is-sid aħħari ta’ Electrabel kien Engie S.A. (minn hawn ’il quddiem imsejħa Engie).

(9)

Electrabel, sussidjarja proprjetà sħiħa ta’ Engie, kienet l-operatur nukleari u s-sid maġġoritarju tas-seba’ reatturi nukleari Belġjani mill-bidu tal-operazzjonijiet tagħhom. Illum, is-sjieda tar-reatturi nukleari Belġjani hija kif ġej:

—

Electrabel għandha 100 % ta’ Doel 1 u Doel 2, 89,807 % ta’ Doel 3, Doel 4, Tihange 2 u Tihange 3, u 50 % ta’ Tihange 1;

—

Luminus, sussidjarja ta’ EDF Belgium, għandha 10,193 % ta’ Tihange 2, Tihange 3, Doel 3 u Doel 4;

—

EDF Belgium (6) għandha l-50 % li jifdal ta’ Tihange 1.

(10)

Fir-rigward tal-kapaċitajiet tal-Unitajiet LTO (ara Tabella 2),

—

Doel 4 bħalissa għandu kapaċità nominali ta’ 1 038 MW fl-2022 (1 026 MW fl-2023) u ġġenera 8,940 TWh ta’ elettriku fl-2022 (7), li jirrappreżenta sehem ta’ madwar 11 % tad-domanda totali għall-elettriku fil-Belġju fl-2022 (82,9 TWh (8)).

—

Tihange 3 bħalissa għandu kapaċità nominali ta’ 1 038 MW fl-2022 (1 030 MW fl-2023) u ġġenera 7,366 TWh ta’ elettriku fl-2022 (9), li jirrappreżenta sehem ta’ madwar 9 % tad-domanda totali għall-elettriku fil-Belġju fl-2022 (82,9 TWh (10)).

(11)

Il-Belġju jispjega li r-reatturi nukleari Belġjani kollha, inklużi l-Unitajiet LTO, ġew iddisinjati u mħaddma bħala unitajiet ta’ karga bażika bbażati fuq it-teknoloġija ta’ reatturi tal-ilma taħt pressjoni (“PWR”, pressurised water reactors). Id-disinn imur lura għas-snin sebgħin (1970s) u huwa tipiku għall-unitajiet ta’ karga bażika, bħal reatturi nukleari aktar antiki madwar id-dinja. Dawn l-unitajiet ġeneralment jitħaddmu b’kapaċità nominali massima kull meta jkunu online, għall-kuntrarju ta’ teknoloġiji aktar ġodda (Ġenerazzjoni III) li huma kapaċi joperaw b’mod flessibbli, inkluż billi jbiddlu l-output tal-potenza maż-żmien (“kalar” jew “segwitu tat-tagħbija”) u jipprovdu regolazzjoni tal-frekwenza u riżervi operazzjonali (11). Fit-tħaddim b’karga bażika, l-enerġija ġeneralment titnaqqas jew tintefa biss meta tkun meħtieġa għal riforniment ippjanat u/jew manutenzjoni perjodika, manutenzjoni urġenti mhux ippjanata biex jiġu kkoreġuti problemi fit-tagħmir tal-impjant, jew restrizzjonijiet mhux mistennija tad-disinn u/jew tas-sikurezza. B’hekk, it-tnaqqis fl-output tal-potenza huwa pjuttost xprunat mill-ħtiġijiet tal-operatur nukleari jew tal-operatur ta’ sistema tat-trażmissjoni (“TSO”, transmission system operator), milli mis-sinjali tas-suq.

(12)

Il-Belġju jiċċara li r-reatturi nukleari Belġjani huma teknikament ristretti mid-disinn tagħhom, u dan jirrestrinġi b’mod qawwi l-possibbiltajiet ta’ modulazzjoni tal-output, li għal żmien twil kienet limitata għar-regolazzjoni tal-grilja. Dan huwa dovut għall-fatt li r-reatturi nukleari Belġjani huma mgħammra esklussivament b’vireg ta’ kontroll tar-reatturi suwed, li jirrestrinġu b’mod qawwi l-kapaċità li jiġu mmodulati, għall-kuntrarju ta’ dawk griżi (12). B’kuntrast ma’ dan, pereżempju, uħud mill-aħħar reatturi nukleari Franċiżi huma mgħammra b’vireg ta’ kontroll kemm suwed kif ukoll griżi, sabiex ikunu ddisinjati u mibnija biex iwettqu modulazzjonijiet u segwitu tat-tagħbija. B’riżultat tad-disinn ibbażat fuq vireg ta’ kontroll suwed fir-reatturi nukleari Belġjani, sa ftit ilu, il-modulazzjoni għal raġunijiet ekonomiċi kienet ipprojbita mill-Aġenzija Belġjana għas-Sikurezza Nukleari (“AFCN/FANC”) (13). Il-modulazzjoni kienet aċċettabbli biss għal raġunijiet tekniċi jew fuq talba mit-TSO Belġjan (Elia), sabiex jiġi evitat blackout (14).

(13)

Madankollu, il-Belġju jsostni li b’reazzjoni għall-evoluzzjoni ġenerali tas-swieq tal-elettriku u l-ħtieġa li tiġi introdotta flessibbiltà fl-operat tagħhom, saru studji dwar il-possibbiltà ta’ xi każijiet ta’ modulazzjoni għal raġunijiet ekonomiċi (“modulazzjoni ekonomika”). Fl-2015, Engie, Electrabel u r-regolaturi Belġjani nedew studji tas-sikurezza (15) biex janalizzaw liema kundizzjonijiet ikollhom jiġu ssodisfati biex jippermettu xi modulazzjonijiet għal raġunijiet ekonomiċi, billi fost l-oħrajn ħarsu lejn l-impatt ta’ tali modulazzjoni fuq il-fjuwil nukleari. L-istudju kkonkluda li massimu ta’ 30 modulazzjoni ekonomika għal kull ċiklu ta’ fjuwil jistgħu jkunu aċċettabbli għal Tihange 3 u Doel 4, sakemm jiġu rrispettati għadd ta’ kundizzjonijiet tekniċi - prinċipalment marbuta mat-tisħin u t-tkessiħ tal-element tal-fjuwil:

—

veloċità tal-kalar ’l isfel u tal-kalar ’il fuq limitata għal 1 %/min;

—

potenza minima ta’ 50 % tal-potenza nominali (16);

—

minimu ta’ sagħtejn (3 sigħat jekk il-modulazzjoni tiġi skattata fl-istess ġurnata) u massimu ta’ 72 siegħa għal modulazzjoni waħda; kif ukoll

—

minimu ta’ 72 siegħa bejn żewġ modulazzjonijiet fuq l-istess reattur għall-istabbilizzazzjoni.

(14)

Barra minn hekk, il-modulazzjonijiet ma jkunux possibbli matul ċerti perjodi (17), bħal:

(a)

fi tmiem ċiklu tal-fjuwil, matul l-aħħar xahrejn, meta l-konċentrazzjoni tal-boron fiċ-ċirkwit primarju tkun baxxa (inqas minn 200 ppm ta’ konċentrazzjoni ta’ aċidu boriku); kif ukoll

(b)

meta l-operatur tar-reattur jitlob li ma ssirx modulazzjoni biex jevita tranżjent f’sitwazzjoni speċifika (eż. testijiet tal-fluss tan-newtroni ta’ kull xahar, tnixxija potenzjali ta’ valv, spezzjoni fil-binja tar-reattur, eċċ.) jew minħabba problemi tekniċi.

(15)

Wara dawn l-istudji, l-AFNC/FANC awtorizzat lill-operatur biex iwettaq sa 30 modulazzjoni għal kull ċiklu (18), li jikkorrespondu għall-għadd massimu ta’ modalitajiet li jistgħu jsiru fil-limiti tal-liċenzja operazzjonali kurrenti. Minħabba dawn ir-restrizzjonijiet, Engie rrimarkat li kull deċiżjoni biex issir modulazzjoni tiġi vvalutata b’attenzjoni mill-operatur minħabba li ġġorr magħha riskji multipli (eż. il-produzzjoni ta’ effluwenti likwidi minħabba l-modulazzjoni, it-tiqdim aktar mgħaġġel tal-installazzjonijiet, ir-riskju li jiġi skattat tifi awtomatiku, ħsara potenzjali li tagħmilha impossibbli li r-reattur jerġa’ jibda jaħdem, eċċ.) li huma ddokumentati b’mod wiesa’ mil-letteratura akkademika (19) .

(16)

Skont il-Belġju (abbażi tal-input minn Electrabel), fl-istat kurrenti tal-għarfien, ma hemm l-ebda soluzzjoni teknoloġika disponibbli biex tiżdied il-flessibbiltà b’kost raġonevoli u f’perjodu ta’ żmien raġonevoli. L-aġġornament tekniku biex reattur b’karga bażika jinbidel f’impjant li jsegwi t-tagħbija u biex jippermetti aktar flessibbiltà jkun jeħtieġ bidla sħiħa fid-disinn u, b’mod partikolari, is-sostituzzjoni tal-għatu tar-reċipjent taħt pressjoni tar-reattur, li hija operazzjoni twila ħafna u kumplessa. Barra minn hekk, ikun jeħtieġ studji ġodda tar-Rapport ta’ Analiżi tas-Sikurezza (“SAR”, Safety Analysis Report) u modifika sinifikanti tal-liċenzja operattiva tagħhom li jkollha tinħareġ mill-awtoritajiet Belġjani tas-sikurezza nukleari.

(17)

Barra minn hekk, il-Belġju (abbażi tal-input minn Electrabel) jispjega li l-flessibbiltà tar-reatturi hija ristretta wkoll mill-ispeċifiċità tal-fjuwil tagħhom u mill-ġestjoni tal-indisponibilitajiet:

(a)

Il-fjuwil huwa mfassal apposta għal durata speċifika taċ-ċiklu u għal ċertu għadd ta’ modulazzjonijiet possibbli. Iż-żieda fil-flessibbiltà tar-reatturi tirrikjedi li jinbidel l-arrikkiment tal-fjuwil, li ma huwiex possibbli minħabba li l-fjuwil diġà kien ordnat għat-tul kollu tal-proġett. Jekk l-unitajiet LTO jiġu “aġġornati” biex jiżdied l-għadd ta’ modulazzjonijiet disponibbli, il-fjuwil ikollu jerġa’ jiġi ordnat, li jkun għali b’mod mhux raġonevoli.

(b)

Teknikament u legalment ristrett mill-AFNC/FANC (20), l-operatur nukleari għandu biss spazju limitat ħafna għall-immanuvrar biex jippjana l-indisponibilità għall-manutenzjoni, għax-xogħlijiet u għar-riforniment. L-indisponibilitajiet ippjanati huma kumplessi ħafna biex jiġu implimentati u jeħtieġ li jitħejjew xhur jew saħansitra snin minn qabel. Taħt REMIT (21), il-parteċipant fis-suq irid jippubblika fil-ħin id-dati tal-indisponibilitajiet - pereżempju, permezz tal-Pjattaforma tal-messaġġi urġenti tas-suq (UMM, urgent market message) NordPool (22) - ġeneralment fil-prattika 3 snin minn qabel. Barra minn hekk, id-dati tal-indisponibilità diffiċli ħafna biex jiġu mmodifikati ladarba jitħabbru (meta jitqiesu r-restrizzjonijiet operazzjonali bħad-disponibbiltà ta’ partijiet u kuntratturi), u dawn il-bidliet jistgħu jiġu kkontestati mit-TSO li, jekk dan tal-aħħar iqis li d-devjazzjoni tirriżulta f’disturb tan-network, jista’ jitlob kumpens mill-operatur nukleari. Fi kwalunkwe każ, id-dati tal-indisponibilità ma jistgħux jiġu mmodifikati wara nofs Lulju tas-sena ta’ qabel mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tat-TSO.

(c)

Mil-lat operazzjonali, l-Unitajiet LTO se jitħaddmu taħt ċikli tal-fjuwil ta’ 12-il xahar (minflok iċ-ċikli tal-fjuwil ta’ 18-il xahar li hemm fis-seħħ bħalissa). Din id-deċiżjoni tittieħed bħala riżultat ta’ bilanċ ekonomiku:

—

L-ewwel nett, biex jiġi mmassimizzat il-perjodu ta’ produzzjoni tal-Unitajiet LTO matul ix-xtiewi li jmiss, meta d-domanda għall-elettriku tkun fl-ogħla livell tagħha - u l-prezzijiet ukoll - filwaqt li l-produzzjoni tal-elettriku rinnovabbli tkun aktar baxxa. Għalhekk, intlaħaq qbil li l-Unitajiet LTO jitħaddmu fuq ċiklu tal-fjuwil ta’ 12-il xahar, sabiex l-indisponibilitajiet perjodiċi minħabba r-riforniment ikunu jistgħu jiġu sinkronizzati u jseħħu kull sena matul is-sajf.

—

It-tieni, sabiex jitqiesu s-sinjali tas-suq fuq perjodu ta’ żmien medju u twil, hija prattika standard fl-industrija nukleari li jiġu skedati l-indisponibilitajiet matul xhur bi prezzijiet aktar baxxi. Għalhekk, mill-bidu nett, l-ippjanar ġenerali għall-indisponibilitajiet f’Doel 4 u Tihange 3 kien ottimizzat biex jillimita kemm jista’ jkun l-impatt fuq il-prezz tas-suq, bis-saħħa tal-bidla minn ċiklu tal-fjuwil ta’ 18-il xahar għal wieħed ta’ 12-il xahar (kif spjegat fil-punt – hawn fuq).

2.2.   Eliminazzjoni gradwali tal-enerġija nukleari fil-Belġju

(18)

Kif deskritt fit-taqsima 2.1 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, fl-2003, il-Parlament federali Belġjan adotta liġi li pprojbixxiet il-kostruzzjoni ta’ unitajiet nukleari ġodda mmirati lejn il-produzzjoni industrijali tal-elettriku mill-fissjoni nukleari fil-Belġju u llimitat it-tħaddim tar-reatturi diġà eżistenti għal 40 sena, u b’hekk stabbiliet eliminazzjoni gradwali tal-enerġija nukleari bejn l-2015 u l-2025 (“Liġi tal-2003” jew “liġi dwar l-Eliminazzjoni Gradwali tal-Enerġija Nukleari”) (23). Kif kien previst inizjalment mil-liġi dwar l-Eliminazzjoni Gradwali tal-Enerġija Nukleari, Doel 3 u Tihange 2 ġew skonnettjati b’mod permanenti mill-grilja fit-23 ta’ Settembru 2022 u fil-31 ta’ Jannar 2023, rispettivament. Bil-liġijiet tat-18 ta’ Diċembru 2013 u tat-28 ta’ Ġunju 2015 (24), il-liġi dwar l-Eliminazzjoni Gradwali tal-Enerġija Nukleari ġiet emendata u t-tul tal-ħajja tal-eqdem tliet reatturi, Tihange 1, Doel 1 u Doel 2, ġie estiż b’10 snin, sat-30 ta’ Settembru 2025, sal-14 ta’ Frar 2025 u sat-30 ta’ Novembru 2025, rispettivament (estensjoni tat-tul tal-ħajja b’10 snin) (25).

(19)

Skont il-liġi dwar l-Eliminazzjoni Gradwali tal-Enerġija Nukleari, Doel 4 u Tihange 3 kellhom jagħlqu sal-2025. B’konsegwenza ta’ dan, mill-2020, l-objettivi strateġiċi ta’ Engie dwar l-attivitajiet nukleari kienu li (i) tirtira mill-attivitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija nukleari fil-Belġju biex tneħħi r-riskju tal-esponiment tagħha bħala operatur nukleari għall-volatilità tal-prezzijiet tas-suq, u (ii) ma tibqax tippożizzjona l-ġenerazzjoni tal-enerġija nukleari bħala parti min-negozju ewlieni ta’ Engie. Mill-2020, dan l-irtirar irriżulta f’waqfien tal-istudji kollha relatati mal-estensjoni tal-impjanti tal-enerġija nukleari tagħha (li kollha jinsabu fil-Belġju). Il-komunikazzjoni finanzjarja ta’ Engie mill-2020 hija konformi ma’ dan l-objettiv strateġiku ta’ rtirar u ġiet ikkunsidrata fis-suppożizzjonijiet kontabilistiċi użati għat-tħejjija tar-rapporti finanzjarji konsolidati, b’mod partikolari fit-testijiet tal-indeboliment (26).

(20)

Tabella 1 tipprovdi ħarsa ġenerali lejn is-seba’ reatturi nukleari Belġjani, inklużi l-istatus tas-sjieda, il-kapaċità netta u d-dati inizjali tad-diżattivazzjoni tagħhom skont il-liġi dwar l-Eliminazzjoni Gradwali tal-Enerġija Nukleari u r-reviżjonijiet sussegwenti.

Tabella 1

Ħarsa ġenerali lejn l-impjanti tal-enerġija nukleari fil-Belġju

Reattur nukleari

Sjieda

Kapaċità netta tal-2023 (MWe)

Data tad-diżattivazzjoni (Liġi dwar l-Eliminazzjoni Gradwali tal-Enerġija Nukleari)

Data tad-diżattivazzjoni (riveduta)

Doel 1

Electrabel (100 %)

445

il-15 ta’ Frar 2015

l-14 ta’ Frar 2025

Doel 2

Electrabel (100 %)

433

l-1 ta’ Diċembru 2015

it-30 ta’ Novembru 2025

Doel 3

Electrabel (89,807 %)

Luminus (10,193 %)

1 006

l-1 ta’ Ottubru 2022

Diżattivazzjoni fit-23 ta’ Settembru 2022

Doel 4

Electrabel (89,807 %)

Luminus (10,193 %)

1 026

l-1 ta’ Lulju 2025

il-31 ta’ Ottubru 2035 (*1)

Tihange 1

Electrabel (50 %)

EDF Belgium (50 %)

962

l-1 ta’ Ottubru 2015

it-30 ta’ Settembru 2025

Tihange 2

Electrabel (89,807 %)

Luminus (10,193 %)

1 008

l-1 ta’ Frar 2023

Diżattivazzjoni fil-31 ta’ Jannar 2023

Tihange 3

Electrabel (89,807 %)

Luminus (10,193 %)

1 030

l-1 ta’ Settembru 2025

il-31 ta’ Ottubru 2035 (*1)

Sors:

L-awtoritajiet Belġjani - Issir referenza għas-sit web tas-Servizz Pubbliku Federali (“FPS”, Federal Public Service) għall-Ekonomija dwar il-produzzjoni tal-enerġija nukleari fil-Belġju, ikkonsultat l-aħħar fit-18 ta’ Ġunju 2024: Parc de production de centrales nucléaires en Belgique | SPF Economie . Kif indikat, Doel 3 u Tihange 2 ġew diżattivati. Ir-rapport li ġej jinkludi l-kapaċità netta preċedenti tagħhom: L-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika, Esperjenza Operazzjonali b’Impjanti tal-Enerġija Nukleari fl-Istati Membri, Esperjenza Operazzjonali b’Impjanti tal-Enerġija Nukleari fl-Istati Membri, IAEA, Vjenna (2022) (aċċessibbli permezz tas-sit web tal-FPS għall-Ekonomija).

2.3.   Deċiżjoni tal-Belġju li jkompli bl-enerġija nukleari

(21)

Fit-18 ta’ Marzu 2022, il-Gvern Federali Belġjan (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ukoll “il-Gvern Belġjan”) iddeċieda li jivvaluta mill-ġdid l-eliminazzjoni gradwali tal-enerġija nukleari, billi jippermetti l-estensjoni tat-tul tal-ħajja operazzjonali (Tħaddim fit-Tul (“LTO”, Long-Term Operation) tal-aktar żewġ reatturi nukleari ġodda, Doel 4 u Tihange 3, għal perjodu ta’ 10 snin (“Proġett LTO”). Id-deċiżjoni tal-Belġju ttieħdet fil-kuntest tar-rispons Ewropew għall-gwerra Russa kontra l-Ukrajna (inkluża l-ħtieġa li l-Istati Membri tal-UE jnaqqsu l-konsum tal-gass u d-dipendenza fuq il-gass tagħhom) u l-kriżi tal-gass li rriżultat, kif ukoll it-tħassib diġà eżistenti dwar is-sigurtà tal-provvista fil-Belġju (ara wkoll it-taqsima 2.4 hawn taħt) minħabba ż-żieda fil-ħtiġijiet ta’ elettrifikazzjoni (sabiex tkun tista’ ssir it-tranżizzjoni enerġetika) u d-disponibbiltà baxxa tal-flotta nukleari Franċiża fl-2021-2022 (minħabba kwistjonijiet ta’ korrużjoni mhux previsti u manutenzjoni estensiva biex tittawwal il-ħajja operazzjonali tagħha) (27).

(22)

Sussegwentement, fl-2022, il-Gvern Belġjan beda negozjati mal-operatur nukleari Belġjan, Electrabel, rigward l-implimentazzjoni tal-estensjoni tat-tul tal-ħajja. Ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ organizzazzjoni ta’ offerta, li ġew ipprovduti mill-Belġju, u li dwarhom il-Kummissjoni ma qajmet l-ebda dubju fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, huma msemmija fil-premessa (38) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, u jinkludu:

(a)

Il-pussess tal-għarfien prattiku u l-permessi meħtieġa: l-aċċess għall-kapaċità tal-ġenerazzjoni nukleari jeħtieġ għarfien prattiku speċjali, inkluż speċifiku għall-pajjiż, li ma huwiex disponibbli għall-atturi kollha tas-suq, li l-Kummissjoni rrikonoxxiet qabel rigward Electrabel b’mod partikolari (ara n-nota 30 f’qiegħ il-paġna fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ) u għall-operaturi nukleari b’mod ġenerali (ara n-nota 31 f’qiegħ il-paġna fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ); l-għarfien prattiku, il-proprjetà intellettwali, u l-permessi rilevanti rigward l-installazzjonijiet nukleari fil-Belġju huma uniċi u bħalissa Electrabel biss tippossjedihom.

(b)

Twaqqit: iż-żmien bejn id-deċiżjoni tal-Gvern Belġjan dwar il-Proġett LTO u d-data ppjanata tal-bidu mill-ġdid tal-Unitajiet LTO huwa qasir ħafna, u bidu mill-ġdid sa Settembru (għal Tihange 3) u Novembru (għal Doel 4) 2025 jeħtieġ l-eżekuzzjoni ta’ ċerti xogħlijiet preparatorji u studji tal-fattibbiltà (“Attivitajiet ta’ Żvilupp” (ara n-nota 32 f’qiegħ il-paġna tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ)) qabel il-bidu reali tax-xogħlijiet. Electrabel, fir-rwol tagħha bħala operatur nukleari uniku fil-Belġju, kienet l-unika impriża li kellha l-għarfien, ir-riżorsi u l-għodod uniċi biex twettaq dawn l-attivitajiet malajr u b’mod effettiv. Għalhekk, l-ebda operatur għajr Electrabel ma seta’ jintgħażel permezz ta’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti, u t-tnedija ta’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti biex jintgħażel l-operatur tal-Unitajiet LTO ma kinitx twassal għal eżitu sinifikanti minħabba l-ispeċifiċitajiet u r-restrizzjonijiet tal-Proġett LTO.

(23)

Engie, il-kumpanija omm ta’ Electrabel, inizjalment kienet eżitanti li tidħol f’negozjati mal-Belġju rigward il-Proġett LTO, fejn affermat li t-teknoloġija nukleari kienet saret għalja wisq u riskjuża wisq, u rreferiet għall-intenzjoni ta’ Engie li twaqqaf l-operazzjonijiet nukleari fil-Belġju wara l-2025 (ara l-premessa (19)). Għalhekk, l-Istat Belġjan qabel ma’ Engie li tistabbilixxi mekkaniżmu għall-kondiviżjoni, b’mod bilanċjat u trasparenti, tar-riskji u l-benefiċċji b’rabta mal-estensjoni tat-tul tal-ħajja taż-żewġ reatturi. Skont il-Belġju, Engie għamlitha ċara mill-bidu li mingħajr mekkaniżmu għall-kondiviżjoni tar-riskji u ftehim dwar l-iskart nukleari li jirriżulta mit-tħaddim tas-seba’ impjanti tal-enerġija nukleari fil-Belġju, ma kinitx tikkunsidra l-estensjoni tat-tul tal-ħajja taż-żewġ reatturi nukleari, u dan iġiegħel lil Engie timmodifika b’mod sostanzjali l-istrateġija tal-kumpanija u l-iskopertura għar-riskju tagħha (28).

(24)

Il-proċess ta’ negozjati ġie deskritt fid-dettall fit-taqsima 3.1 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ u wassal għall-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Implimentazzjoni fit-13 ta’ Diċembru 2023, bil-ħsieb li jerġgħu jibdew jaħdmu l-Unitajiet LTO qabel ix-xitwa tal-2025-2026. Kif imsemmi fil-premessa (36) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Ftehim ta’ Implimentazzjoni jikkonsisti fi tliet komponenti ewlenin, li kollha għandhom l-istess skop li jappoġġaw l-eżekuzzjoni tal-Proġett LTO:

(a)

“Komponent 1”: is-sett ta’ sub-miżuri relatati mar-remunerazzjoni u l-arranġamenti finanzjarji li jippermettu dħul stabbli għaż-żewġ reatturi nukleari, kif ukoll il-bidliet fl-istruttura tal-azzjonisti permezz tal-ħolqien ta’ BE-NUC (ara t-taqsima 3.3.1);

(b)

“Komponent 2”: is-sett ta’ sub-miżuri relatati mad-dekummissjonar tal-impjanti tal-enerġija nukleari u l-ħżin fit-tul u r-rimi finali tal-iskart nukleari ttrasferit u tal-fjuwil użat (inkluża l-emenda tal-pakkett tas-sigurtà biex tiġi mmonitorjata s-sitwazzjoni finanzjarja tal-operatur nukleari kontra l-profil tar-riskju mmodifikat minħabba l-limitu massimu maqbul) (ara t-taqsima 3.3.2);

(c)

“Komponent 3”: il-ftehimiet dwar il-kondiviżjoni tar-riskju u l-indennifikazzjoni fil-każ ta’ ċerti bidliet leġiżlattivi (ara t-taqsima 3.3.3).

(25)

Il-Ftehim ta’ Implimentazzjoni ġie emendat darbtejn matul l-2024 (29). Il-kontenut tiegħu huwa deskritt f’aktar dettall fit-taqsima 3.

(26)

Xi stadji importanti tal-Proġett LTO huma dawn li ġejjin:

(a)

Wara l-għeluq tal-ftehim, se jsiru aktar tħejjijiet biex il-produzzjoni terġa’ tibda mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru (għal Tihange 3) u l-1 ta’ Novembru (għal Doel 4) 2025.

(b)

Il-perjodu bejn id-data oriġinali ta’ diżattivazzjoni tar-reatturi (kif stabbilit fil-Liġi dwar l-Eliminazzjoni Gradwali tal-Enerġija Nukleari tal-2003, jiġifieri l-1 ta’ Lulju 2025 għal Doel 4 u l-1 ta’ Settembru 2025 għal Tihange 3 – ara Tabella 1) u d-data tal-bidu mill-ġdid tal-produzzjoni se jintuża biex l-Unitajiet LTO jiġu ppreparati għall-bidu mill-ġdid u jissejjaħ il-“Perjodu tal-Għeluq”.

(c)

Il-perjodu ta’ 3 snin minn Settembru 2025 sal-31 ta’ Diċembru 2028 (“Data ta’ Rikonċiljazzjoni” (30)) huwa l-“Fażi tal-Bidu mill-Ġdid” u se jintuża biex l-Unitajiet LTO jsiru konformi mar-rekwiżiti tal-Awtorità Belġjana tas-Sikurezza Nukleari.

(d)

Mill-1 ta’ Jannar 2029, l-Unitajiet LTO huma mistennija li jaħdmu b’kapaċità sħiħa sal-1 ta’ Novembru 2035 matul il-“Fażi tat-Tħaddim”.

(27)

B’riżultat ta’ dan, il-produzzjoni tal-elettriku matul il-perjodu 2026-2028 se tkun relattivament baxxa minħabba aktar indisponibilitajiet skedati mis-soltu taż-żewġ reatturi matul il-Fażi tal-Bidu mill-Ġdid (“indisponibilitajiet skedati tal-LTO (31)”). In-nuqqas ta’ disponibbiltà tal-Unitajiet LTO matul l-indisponibilitajiet skedati tal-LTO huwa mistenni li jkun ta’ 24 ġimgħa fis-sena u dan matul l-ewwel 3 snin wara d-data tal-bidu mill-ġdid tal-LTO.

(28)

Minbarra l-indisponibilitajiet skedati tal-LTO, hija mistennija indisponibilità normali annwali għall-impjanti tal-enerġija nukleari (“indisponibilitajiet skedati mhux marbuta mal-LTO (32)”) għall-perjodu kollu tal-estensjoni tat-tul tal-ħajja (jiġifieri matul il-Fażi tal-Bidu mill-Ġdid u l-Fażi tat-Tħaddim), sa sena waħda qabel tmiem l-operazzjonijiet għal Doel 4, u sal-aħħar sena tal-operazzjonijiet għal Tihange 3. Kull indisponibilità skedata mhux marbuta mal-LTO hija mistennija li ddum 6 ġimgħat. B’riżultat ta’ dan, matul l-ewwel 3 snin wara l-bidu mill-ġdid tal-LTO, iż-żewġ reatturi nukleari huma mistennija li jingħalqu għal 30 ġimgħa fis-sena.

(29)

Minbarra l-indisponibilitajiet skedati (tal-LTO u mhux marbuta mal-LTO), jista’ jkun hemm problemi mhux ippjanati u mhux previsti li jeħtieġu għeluq addizzjonali tal-Unitajiet LTO. Ġiet preżunta rata ta’ indisponibilità forzata (“FOR”, forced outage rate) ta’ 10 % fil-Mudell Finanzjarju tal-Iffirmar li fuqu huwa bbażat il-Ftehim ta’ Remunerazzjoni (“RA”, Remuneration Agreement) (33). Dan jimplika li kemm Doel 4 kif ukoll Tihange 3 għandhom rata ta’ disponibbiltà fil-mira ta’ 90 % fuq 10 snin, meta ma jiġux ikkunsidrati l-indisponibilitajiet skedati tal-LTO u mhux marbuta mal-LTO.

(30)

Meta jiġu inklużi l-indisponibilitajiet skedati u mhux skedati kollha, Doel 4 u Tihange 3 għandhom rata ta’ disponibbiltà fil-mira ta’ madwar 68,4 % u 67,4 %, rispettivament.

(31)

Il-kapaċità nominali tal-produzzjoni tal-elettriku, il-produzzjoni annwali tal-elettriku u s-sehem fid-domanda nazzjonali għall-elettriku fil-Belġju għal Doel 4 u Tihange 3, qabel u wara l-estensjoni tat-tul tal-ħajja, ġew miġbura fil-qosor fi Tabella 2. Kif jidher ċar minn Tabella 2, il-produzzjoni annwali stmata tal-elettriku tal-Unitajiet LTO hija mistennija li tirdoppja wara l-Fażi tal-Bidu mill-Ġdid.

Tabella 2

Karatteristiċi ewlenin ta’ Doel 4 u Tihange 3 (qabel u wara-LTO)

 

Doel 4

Tihange 3

Qabel l-estensjoni tat-tul tal-ħajja

Kapaċità nominali (ċifri tal-2022)

1 038 MWe

1 038 MWe

Produzzjoni annwali tal-elettriku

(ċifri tal-2022)

8 940 GWh

7 366 GWh

Sehem tad-domanda għall-elettriku fil-Belġju

(ċifri tal-2022)

11 %

9 %

Wara l-estensjoni tat-tul tal-ħajja

Kapaċità nominali (ċifri tal-2023)

1 026 MWe

1 030 MWe

Produzzjoni annwali tal-elettriku

(estimi)

2026-2028: 3 435 GWh

wara l-2029: 7 158 GWh

2026-2028: 3 435 GWh

wara l-2029: 7 186 GWh

Sehem tad-domanda għall-elettriku fil-Belġju

(estimi)

2026-2028: 3 %-4 %

wara l-2029: 6 %-8 %

2026-2028: 3 %-4 %

wara l-2029: 6 %-8 %

Sors:

PRIS tal-IAEA, l-Assoċjazzjoni Nukleari Dinjija; Studju dwar l-adegwatezza u l-flessibbiltà ta’ Elia għall-Belġju (2024-2034)

2.4.   Tħassib dwar l-adegwatezza tar-riżorsi fil-Belġju

(32)

Kif imsemmi fil-premessa (17) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, mill-2019, it-TSO Belġjan, Elia, wettaq tliet studji nazzjonali dwar l-adegwatezza tar-riżorsi (“NRAA tal-2019”, “NRAA tal-2021” u “NRAA tal-2023”), li kollha identifikaw ħtieġa għal kapaċità ġdida sax-xitwa tal-2025-2026, bħala konsegwenza tal-eliminazzjoni gradwali (parzjali) tal-enerġija nukleari fil-Belġju, li bdiet bid-dekummissjonar ta’ Doel 3 u Tihange 2 fl-2022 u l-2023 (ara Tabella 1), imsaħħa bid-dekummissjonar tal-kapaċitajiet ta’ ġenerazzjoni termali fil-pajjiżi ġirien u problemi bl-assi nukleari Franċiżi.

(33)

Sabiex jindirizza dan it-tħassib dwar l-adegwatezza tar-riżorsi, il-Belġju stabbilixxa mekkaniżmu ta’ kapaċità (“CM”, capacity mechanism), approvat mill-Kummissjoni fl-2021, u emendat darbtejn minn dak iż-żmien (34). Is-CM huwa miżura fis-suq kollu li tikkumpensa għall-prontezza tal-impjanti li jfornu l-elettriku f’perjodi predefiniti, irrispettivament minn jekk jipproduċux jew le. Il-CM għandu l-għan li jindirizza t-tħassib dwar l-adegwatezza tar-riżorsi fl-elettriku, filwaqt li jappoġġa t-tranżizzjoni enerġetika, u se jibda mix-xitwa tal-2025, fiż-żmien meta ż-żewġ Unitajiet LTO huma mistennija wkoll li jerġgħu jibdew jaħdmu (ara l-premessa (26)).

2.5.   Is-suq tal-elettriku fil-Belġju

(34)

It-taħlita enerġetika tal-Belġju bħalissa hija ddominata mill-ġenerazzjoni tal-elettriku bbażata fuq il-gass u l-enerġija nukleari, għalkemm is-sehem ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli żdied b’mod kostanti matul l-aħħar snin. Fl-2023, is-sehem tal-enerġija nukleari, tal-gass u ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli fit-taħlita tal-ġenerazzjoni kien ta’ 39,9 %, 21,4 % u 32,7 %, rispettivament (35).

(35)

Skont il-Belġju, l-atturi ewlenin fis-suq tal-ġenerazzjoni tal-elettriku, f’termini ta’ kapaċità installata konnessa fil-livell tal-grilja ta’ trażmissjoni, huma Electrabel (9,3 GW fl-2023 – 65 %), Luminus (2,2 GW fl-2023 – 15 %), RWE (0,7 GW fl-2023 – 5 %), Eneco (0,7 GW fl-2023 – 5 %) u TotalEnergies (0,6 GW fl-2023 – 4 %). Il-Belġju jsostni li l-indikatur HHI (36) għall-konċentrazzjoni tas-suq naqas minn 5 510 fl-2016 għal 4 431 fl-2023, parzjalment spjegat miż-żieda fl-iżvilupp ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli (mix-xemx u mir-riħ) minn atturi tas-suq mhux preeżistenti (37).

(36)

Skont il-Belġju, l-atturi ewlenin f’termini ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku minn installazzjonijiet konnessi mal-grilja ta’ trażmissjoni fil-Belġju huma Electrabel (39,1 TWh fl-2023 – 70 %), Luminus (6,8 TWh fl-2023 – 12 %), Eneco (2,5 TWh fl-2023 – 4 %), TotalEnergies (2,4 TWh fl-2023 – 4 %) u RWE (2 TWh fl-2023 – 4 %). Il-Belġju jsostni li l-indikatur HHI għall-konċentrazzjoni tas-suq naqas minn 6 372 fl-2016 għal 5 143 fl-2023, bis-saħħa taż-żieda fil-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli (38).

(37)

Skont il-Belġju, fil-livell tal-bejgħ bl-imnut, b’kollox kien hemm 16-il fornitur tal-elettriku preżenti fil-Belġju fl-2023. Il-fornituri ewlenin f’termini ta’ elettriku fornut huma Electrabel (47 % fl-2023), Luminus (18,2 % fl-2023), TotalEnergies (5,5 % fl-2023) u Eneco (5,3 % fl-2023), filwaqt li ħafna atturi huma żgħar ħafna (39).

3.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURA

3.1.   Objettivi tal-miżura u fallimenti tas-suq

(38)

L-estensjoni tat-tul tal-ħajja taż-żewġ Unitajiet LTO se tiffaċilita l-iżvilupp ta’ attività ekonomika u tikkontribwixxi biex jiġi indirizzat it-tħassib dwar l-adegwatezza tar-riżorsi fil-Belġju (ara t-taqsima 2.4). Barra minn hekk, il-Belġju jsostni li l-estensjoni tat-tul tal-ħajja tar-reatturi nukleari għandha wkoll l-għan li tnaqqas id-dipendenza fuq l-importazzjonijiet b’mod ġenerali u tal-fjuwils fossili importati (f’konformità mal-objettivi tar-REPowerEU) b’mod partikolari, u b’hekk tikkontribwixxi wkoll għad-dekarbonizzazzjoni tas-sistema tal-elettriku Belġjana, kif ukoll tipprovdi kapaċità ta’ karga bażika fil-kuntest tal-ħtiġijiet akbar ta’ elettrifikazzjoni fil-futur qrib fil-Belġju.

(39)

Il-Belġju jsostni li l-objettiv tal-miżura ta’ għajnuna huwa li jingħelbu għadd ta’ fallimenti tas-suq li jipprevjenu lil Electrabel milli tkompli topera r-reatturi nukleari fil-Belġju mingħajr input addizzjonali mill-Gvern Belġjan (40).

(a)

L-ewwel nett, il-Belġju jsostni li hemm għadd ta’ fallimenti tas-suq tal-elettriku dokumentati sew li ġeneralment jipprevjenu lis-swieq milli jipprovdu biżżejjed inċentivi ta’ investiment fil-kapaċità tal-ġenerazzjoni meħtieġa biex jissodisfaw l-istandards tal-adegwatezza tar-riżorsi, kif deskritt f’aktar dettall fid-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jittrattaw is-CM Belġjan (ara n-nota 34 f’qiegħ il-paġna).

(b)

It-tieni, il-Belġju jsostni li s-swieq tal-elettriku u tal-karbonju juru fallimenti tas-suq addizzjonali li jaffettwaw b’mod partikolari l-inċentivi għall-investiment f’teknoloġiji b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, bħan-nuqqas ta’ opportunitajiet ta’ ħħeġġar fit-tul (dan jaffettwa teknoloġiji partikolarment nodfa li huma intensivi fil-kapital minħabba l-esponiment tagħhom għal flussi volatili ta’ dħul), il-kopertura insuffiċjenti ta’ esternalitajiet negattivi minn gassijiet serra (pereżempju, permezz ta’ prezz tal-karbonju fl-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (“ETS”, Emissions Trading Scheme) Ewropea taħt il-kost soċjali tal-karbonju, u n-nuqqas ta’ sinjal tal-prezz tal-karbonju prevedibbli fit-tul minħabba l-volatilità strutturali tal-EU ETS), u n-nuqqas ta’ inċentivi għall-investiment f’taħlita diversa ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija minħabba n-natura tal-iffissar tal-prezzijiet tal-impjanti tal-enerġija fossili (tal-gass) fis-swieq tal-elettriku li jipprovdu ħeġġ naturali.

(c)

It-tielet, il-Belġju jsostni li l-investimenti nukleari jiffaċċjaw għadd ta’ riskji speċifiċi li huma partikolarment diffiċli biex jiġu ħħeġġati jew ġestiti għall-investituri merkantili, bħal: (i) riskji tekniċi u ta’ ġestjoni tal-proġetti, (ii) riskji relatati mal-ġestjoni u d-dekummissjonar tal-iskart, u (iii) riskji regolatorji u politiċi.

(40)

Il-Belġju jsostni li, fid-dawl ta’ dawn il-fallimenti ġenerali tas-suq relatati ma’ investimenti b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fis-swieq tal-elettriku, kif ukoll ir-riskji addizzjonali li għalihom huwa espost operatur nukleari, huwa meħtieġ impenn mill-Gvern Belġjan biex jappoġġa l-estensjoni tat-tul tal-ħajja tal-Unitajiet LTO. Għalhekk, il-Belġju jsostni li l-objettiv tal-miżura nnotifikata huwa li jingħelbu dawn il-fallimenti tas-suq.

3.2.   Modifiki tal-miżura mill-Belġju wara d-Deċiżjoni tal-Ftuħ

(41)

B’reazzjoni għad-dubji li qajmet il-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tagħha (ara t-taqsima 3.8), il-Belġju mmodifika ċerti partijiet tal-miżura.

(42)

B’mod partikolari, dawk il-modifiki jikkonċernaw:

(a)

It-trasferiment tal-awtorità tat-teħid tad-deċiżjonijiet rigward il-modulazzjonijiet ekonomiċi mill-impriża konġunta bejn l-Istat Belġjan u Electrabel, imsejħa BE-NUC (l-entità li se jkollha 89,807 % tal-Unitajiet LTO, li inizjalment kienet kuntrattwalment marbuta li twettaq modulazzjoni kull darba li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehimiet ġew issodisfati) lis-sieħeb tal-Ftehim dwar is-Servizzi tal-Ġestjoni tal-Enerġija (“EMSA”, Energy Management Services Agreement) (li jbigħ l-elettriku nukleari fis-suq), u l-introduzzjoni ta’ inċentivi finanzjarji fir-remunerazzjoni tas-sieħeb tal-EMSA, sabiex jiġi garantit aktar użu effiċjenti tal-istokk ta’ modulazzjonijiet (ara t-taqsima 3.3.1.5). B’konsegwenza ta’ dan, tneħħa l-limitu fiss ta’ modulazzjoni stabbilit minn qabel ta’ nieqes EUR 20/MWh, billi s-sieħeb tal-EMSA se jkollu inċentivi xierqa biex jiddeċiedi meta l-modulazzjoni tar-reattur nukleari tkun l-aktar effiċjenti. L-istruttura modifikata tar-remunerazzjoni tqieset ukoll fl-Istrateġija riveduta tal-Offerti u l-Iżbilanċ (“BIS”, Bidding and Imbalance Strategy).

(b)

L-intensifikazzjoni tal-mekkaniżmu għall-kondiviżjoni tat-telf/tal-qligħ (l-“Aġġustament tar-Riskju tal-Prezz tas-Suq” jew “MPRA”, Market Price Risk Adjustment) sabiex l-appoġġ finanzjarju jsegwi aktar mill-qrib il-bidliet fil-prezzijiet tas-suq (permezz tal-aġġustament tar-rata de facto ta’ redditu tal-proġett) (ara 3.3.1.3.2).

(c)

Limitu massimu fuq l-ammont tal-OPEX Minimu u l-ħlas kapitali (“MOCP”) sabiex jiġi evitat li l-kost tal-MOCP għall-Istat Belġjan isir eċċessiv (ara 3.3.1.3.3).

(43)

Il-modifiki msemmija hawn fuq huma stabbiliti fid-dettall fit-taqsima 3.3 ta’ din id-Deċiżjoni.

3.3.   Deskrizzjoni dettaljata tal-komponenti tal-miżura

(44)

Din is-subtaqsima tiddeskrivi l-komponenti differenti tal-pakkett ta’ appoġġ għall-Proġett LTO, inklużi l-emendi li saru mill-Belġju wara d-dubji tal-Kummissjoni mqajma fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ (ara t-taqsimiet 3.3.1, 3.3.2 u 3.3.3), kif ukoll l-għażliet alternattivi ta’ finanzjament ikkunsidrati mill-Belġju (ara t-taqsima 3.3.4).

3.3.1.   Komponent 1: Arranġamenti finanzjarji u strutturali

(45)

Ġie previst sett ta’ mekkaniżmi ta’ appoġġ finanzjarju biex jippermetti l-finanzjament ta’ estensjoni f’waqtha u sikura tat-tul tal-ħajja taż-żewġ reatturi nukleari. Is-sub-miżuri kollha tal-Komponent 1 huma deskritti fid-dettall fil-bqija ta’ din it-taqsima.

(46)

Matul l-investigazzjoni formali, il-Belġju ppreżenta r-raġunament wara l-partijiet kollha tal-appoġġ finanzjarju:

(a)

Il-Belġju jfakkar li l-investimenti nukleari huma investimenti kbar fl-infrastruttura b’impronti ta’ seklu li huma kkaratterizzati minn kostijiet kapitali sinifikanti bil-quddiem u perjodi ta’ kostruzzjoni b’riskji u inċertezzi sinifikanti, kif ukoll perjodi twal ta’ rkupru tal-kostijiet (41). Billi l-investimenti merkantili fl-assi nukleari huma esposti għal riskji inkontrollabbli u potenzjalment b’impatt kbir relatati mal-politika, ir-regolamentazzjoni u t-teknoloġija, bi struttura ta’ kostijiet fil-biċċa l-kbira fissa, il-prestazzjoni finanzjarja tagħhom hija partikolarment sensittiva għad-disponibbiltà realizzata u għall-kostijiet potenzjalment akbar milli ppjanati. Għalhekk, storikament, ir-reatturi nukleari ġew iffinanzjati fil-kuntest tas-sjieda pubblika u/jew ta’ qafas regolatorju ta’ appoġġ li jnaqqas l-iskopertura għar-riskji u jiżgura impenn governattiv fit-tul.

(b)

Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet reċenti ta’ investiment f’assi nukleari, il-finanzjament kien appoġġat permezz ta’ sett ta’ miżuri regolatorji biex jittaffa l-effett potenzjali tar-riskji tas-suq u mekkaniżmi ddedikati li jillimitaw l-esponiment għal teknoloġija, politika u riskji regolatorji speċifiċi għall-enerġija nukleari. Pereżempju, xi proġetti ġew żviluppati taħt mudell ta’ bażi tal-assi regolatorji (“RAB”, regulated asset base) (42), li l-Belġju jqis bħala protettiv ħafna. Il-Belġju għażel disinn ta’ Kuntratt bidirezzjonali għad-Differenzi (“CfD”, Contract for Differences). Sabiex tiġi żgurata l-vijabbiltà ekonomika tal-proġett, il-pakkett ta’ miżuri tal-Proġett LTO tfassal għall-ħtiġijiet tal-investiment nukleari inkwistjoni.

(c)

Permezz tal-miżuri previsti fl-RA, il-Belġju jispjega li għandu l-intenzjoni li jipprovdi protezzjonijiet addizzjonali meta mqabbla ma’ skema awtonoma tas-CfD biex jipprovdi sigurtà kontra insolvenza jew falliment potenzjali. Madankollu, il-Belġju jispeċifika li,

—

l-RA ma jiggarantix il-prestazzjoni finanzjarja tal-JV, b’mod partikolari fil-każ ta’ kwistjonijiet ta’ disponibbiltà estiża jew kostijiet sinifikanti akbar milli ppjanati, pereżempju, minħabba ċerti riskji regolatorji; kif ukoll

—

l-azzjonisti jibqgħu esposti għal riskji sinifikanti u inċentivi finanzjarji li jrawmu l-prestazzjoni u l-imġiba konformi mas-suq, li huma differenti minn mudelli tipiċi ta’ RAB li ġeneralment jipprovdu garanziji b’saħħithom rigward l-irkupru tal-kostijiet u r-redditu fuq l-investiment, flimkien ma’ finanzjament u likwidità suffiċjenti.

(d)

Barra minn hekk, il-Belġju jinnota li l-investimenti nukleari huma skrutinizzati ħafna mill-istituzzjonijiet finanzjarji, b’rekwiżiti estensivi ta’ diliġenza dovuta biex jiġi vvalutat l-impatt potenzjali ta’ tipi differenti ta’ riskji u inċertezzi, kif ukoll enfasi kritika fuq l-istrutturar ġenerali tal-proġetti. L-esperjenza fl-Ewropa tissuġġerixxi b’mod partikolari li l-kisba ta’ finanzjament għall-investimenti nukleari hija partikolarment ta’ sfida, fin-nuqqas ta’ mekkaniżmi ta’ protezzjoni adegwati (43).

3.3.1.1.   Ftehim ta’ Żvilupp Konġunt (“JDA”, Joint Development Agreement)

(47)

Kif imsemmi fil-premessa (22), minħabba t-twaqqit strett għall-bidu mill-ġdid tal-LTO, l-operatur nukleari, Electrabel, identifika u qabel mal-Belġju li jwettaq ċerti attivitajiet ta’ żvilupp, li huma meħtieġa biex jippermettu l-bidu mill-ġdid tal-LTO fil-ħin u meħtieġa biex jissodisfaw ir-rekwiżiti u l-aspettattivi tal-Awtorità tas-Sikurezza, qabel ma jidħol fit-tranżazzjoni finali. Dawn l-attivitajiet ta’ żvilupp ġew stabbiliti fil-JDA, li ġie emendat l-aħħar fit-18 ta’ Lulju 2024 (JDA++) (44).

(48)

Il-JDA++ jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom il-Belġju jipprefinanzja l-kostijiet u l-ispejjeż ta’ Electrabel għall-attivitajiet ta’ żvilupp (45) sakemm ikunu ġew adottati u daħlu fis-seħħ il-bidliet leġiżlattivi kollha meħtieġa (il-“Kundizzjoni Leġiżlattiva”). Ftit wara li ssodisfat il-Kundizzjoni Leġiżlattiva (fil-15 ta’ Lulju 2024), Electrabel bdiet tiffinanzja l-kostijiet u l-ispejjeż tagħha stess għall-attivitajiet ta’ żvilupp u se tkompli tagħmel dan sakemm l-ammont ta’ finanzjament ta’ Electrabel ikun daqs l-ammont iffinanzjat minn qabel mill-Istat Belġjan (mistenni sal-bidu tal-2025), u wara dan Electrabel u l-Istat Belġjan se jiffinanzjaw il-kostijiet u l-ispejjeż għall-attivitajiet ta’ żvilupp fuq bażi ta’ 50/50.

(49)

Il-Belġju jsostni li l-prefinanzjament mill-Istat Belġjan tal-kostijiet u l-ispejjeż għall-attivitajiet ta’ żvilupp huwa limitat għal kwalunkwe kost u spiża li effettivament (iridu) jiġġarrbu minn Electrabel, li jikkorrispondu għal 89,807 % tal-kostijiet totali għall-attivitajiet ta’ żvilupp. Jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ kontroll, kif ukoll “Rikonċiljazzjoni” fi tmiem il-perjodu tal-kuntratt. Il-Belġju jsostni wkoll li l-arranġamenti ta’ finanzjament taħt il-JDA++ huma fuq bażi ta’ distakkament u valur għall-flus.

3.3.1.2.   Impriża konġunta (“JV”, Joint venture) u finanzjament mill-azzjonisti

(50)

L-Istat Belġjan se jinvesti, flimkien mal-operatur nukleari Electrabel, f’impriża konġunta (“JV”), imsejħa BE-NUC, li se jkollha 89,807 % tal-Unitajiet LTO (bħalma għandha Electrabel bħalissa). L-10,193 % li jifdal tal-Unitajiet LTO se jibqgħu f’idejn Luminus. Electrabel u l-Istat Belġjan se jippossjedu 50 % kull wieħed ta’ BE-NUC u jaġixxu bħala azzjonisti ugwali f’termini ta’ parteċipazzjoni finanzjarja (forniment ta’ ekwità u Self mill-Azzjonisti) u sehem mill-qligħ mill-bejgħ tal-enerġija. BE-NUC, bħala ko-proprjetarja, se ġġorr 89,807 % tal-investimenti meħtieġa biex jiġi estiż l-operat u, għalhekk, l-Istat Belġjan se jġorr indirettament 44,9035 % tal-kostijiet tal-investiment relatati mal-Proġett LTO. L-10,193 % li jifdal se jinġarru minn Luminus.

(51)

Electrabel hija u se tibqa’ l-uniku operatur taż-żewġ reatturi nukleari permezz ta’ Ftehim dwar l-Operazzjonijiet u l-Manutenzjoni (“O&M”, Operations and Maintenance) (ara t-taqsima 3.3.1.4). BE-NUC mhux se ssir operatur nukleari, iżda se jkollha drittijiet ta’ kontroll fuq il-kostijiet operatorji permezz tal-Ftehim O&M.

(52)

Il-Belġju sostna li ma jistenna l-ebda possibbiltà li jżid id-dejn estern biex jiffinanzja l-Proġett LTO. Il-Proġett LTO se jkun iffinanzjat kompletament mill-azzjonisti tiegħu permezz ta’ ekwità u Self mill-Azzjonisti (ara t-taqsima 3.3.1.2.2 hawn taħt).

3.3.1.2.1.   Impriża konġunta

(53)

Mhux se jkun hemm xiri mill-Istat Belġjan ta’ ishma ta’ sjieda konġunta fl-Unitajiet LTO, iżda pjuttost trasferiment (separazzjoni tal-fużjoni parzjali tal-assi rilevanti) minn Electrabel lill-JV, skont il-passi deskritti fil-premessa (49) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ.

(54)

Electrabel se tittrasferixxi d-drittijiet ta’ sjieda tagħha ta’ 89,807 % fir-rigward tal-Unitajiet LTO (kif ukoll il-permessi relatati u kwalunkwe assi oħra meħtieġa) lil BE-NUC, bi skambju għad-distribuzzjoni tal-ishma ta’ BE-NUC lil Engie (li dak iż-żmien kienet l-unika azzjonista ta’ Electrabel). Il-kontribuzzjoni ta’ Electrabel lil BE-NUC se tiġi vvalutata wara li jiġu kkunsidrati l-valur tar-ruttam tal-bini, il-valur tal-art u l-valur tal-installazzjonijiet immobbli, kif deskritt fil-premessa (51) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ.

(55)

Din il-valwazzjoni tal-kontribuzzjoni ta’ Electrabel hija riflessa fil-prezz tax-xiri ta’ EUR 24,7 miljun (soġġett għal aġġustamenti) li jrid jitħallas mill-Istat Belġjan biex jakkwista ishma ġodda u jżomm sehem ta’ 50 % f’BE-NUC. Il-Bord tad-Diretturi ta’ BE-NUC se jitlob lil awditur (statutorju) jew lil kontabilist iċċertifikat biex iħejji rapport rigward il-kontribuzzjoni in natura, li jivvaluta b’mod partikolari l-valwazzjoni applikata u l-metodi ta’ valwazzjoni użati għal dak l-iskop.

(56)

Il-Belġju jsostni li l-valwazzjoni tal-assi ma għandha l-ebda impatt fuq l-analiżi tax-xenarju kontrofattwali u pprovda evidenza li t-trasferiment tal-assi (bini u art) taħt il-Proġett LTO huwa newtrali. Skont il-Belġju, l-użu ta’ metodi konservattivi ta’ valwazzjoni tal-assi (ibbażati fuq ir-ruttam jew il-valur ġust) jiżgura li Engie ma tikseb l-ebda vantaġġ mit-trasferiment tal-assi.

(57)

Barra minn hekk, l-installazzjonijiet immobbli jikkorrispondu għat-tagħmir LTO, li jinxtara fil-kuntest tas-Servizzi LTO, tas-Servizzi O&M u tas-Servizzi tal-JDA, u li ġew installati u inkorporati fl-Unitajiet LTO qabel is-separazzjoni tal-fużjoni parzjali. Għal raġunijiet marbuta mal-liġi Belġjana dwar il-proprjetà u biex jiġi evitat l-għadd doppju, dawn il-biċċiet speċifiċi tat-tagħmir LTO ma jitħallsux direttament, iżda jiġu kkunsidrati fis-separazzjoni tal-fużjoni parzjali, flimkien mal-art u l-bini. Barra minn hekk, il-Belġju jikkonferma li l-flussi tal-flus relatati għal dawn il-biċċiet ta’ tagħmir LTO huma diġà riflessi fil-Mudell Finanzjarju tal-Iffirmar.

(58)

Ġie konkluż ftehim tal-Azzjonisti bejn Electrabel, il-Gvern Belġjan u BE-NUC biex tiġi stabbilita l-governanza korporattiva ta’ BE-NUC u d-drittijiet ta’ kull wieħed mill-azzjonisti tagħha. Skont dan il-ftehim, il-bord tad-diretturi ta’ BE-NUC huwa magħmul minn erba’ diretturi, tnejn maħtura fuq nomina tal-Gvern Belġjan u tnejn maħtura fuq nomina ta’ Electrabel. Il-president u l-uffiċjal finanzjarju ewlieni tal-BE-NUC dejjem se jkunu diretturi maħtura mill-Gvern Belġjan. Il-kworum fil-bord tad-diretturi huwa maġġoranza sempliċi, u r-riżoluzzjonijiet tiegħu jiġu vvotati b’maġġoranza sempliċi. Ġew stabbiliti dispożizzjonijiet dwar il-kunflitt ta’ interess.

(59)

Kif imsemmi fil-premessa (55) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, l-assi mhux Ewropej li bħalissa huma miżmuma minn Electrabel se jiġu ttrasferiti lil Engie. Engie, bħala l-kumpanija omm ta’ Electrabel, tiggarantixxi li l-assi b’valur ta’ mill-inqas EUR 4 biljun jibqgħu f’Electrabel fil-ħin tal-għeluq tat-tranżazzjoni (abbażi ta’ valur ta’ ekwità kkalkolat mit-30 ta’ Ġunju 2023). Barra minn hekk, wara l-għeluq, japplikaw salvagwardji oħrajn bħall-monitoraġġ kontinwu u msaħħaħ tal-pożizzjoni finanzjarja tal-operatur nukleari mis-CPN/CNV, u l-garanzija mhux limitata u mhux kanċellabbli tal-kumpanija omm mogħtija minn Engie għal ċerti obbligi tal-operatur nukleari.

(60)

Il-Belġju jsostni li l-JV tikkostitwixxi investiment pari passu, billi ż-żewġ azzjonisti jidħlu fil-JV taħt termini u kundizzjonijiet ugwali u, bħala azzjonisti, bl-istess livell ta’ riskju u benefiċċji.

3.3.1.2.2.   Finanzjament mill-azzjonisti: Injezzjoni ta’ Ekwità u Self mill-Azzjonisti

(61)

Ir-rwol tal-Istat Belġjan bħala azzjonist jippresupponi, inter alia, il-finanzjament tal-kostijiet kapitali ta’ BE-NUC (CAPEX) u l-kostijiet operatorji (OPEX), il-ġestjoni tal-ishma u l-eżerċitar tad-drittijiet tal-azzjonisti (pereżempju, id-drittijiet tal-vot), u l-appoġġ taż-żewġ diretturi ta’ BE-NUC, maħtura fuq nomina tal-Istat Belġjan (ara l-premessa (58)).

(62)

Il-kontribuzzjoni tal-kapital azzjonarju tikkonsisti minn:

(a)

Injezzjoni ta’ ekwità: il-Gvern Belġjan u Electrabel, bħala azzjonisti ta’ BE-NUC, se jipprovdu ekwità lil BE-NUC permezz ta’ żieda fil-kapital azzjonarju sabiex tiġi ffinanzjata kwalunkwe spiża kkontemplata mill-Ftehim tal-Azzjonisti; kif ukoll

(b)

Self mill-azzjonisti: Kemm Electrabel kif ukoll il-Gvern Belġjan se joħorġu Self mill-Azzjonisti lil BE-NUC (is-“Self mill-Azzjonisti ta’ Electrabel” u s-“Self mill-Azzjonisti tal-Gvern Belġjan”, rispettivament) biex jiffinanzjaw kwalunkwe spiża kkontemplata mill-Ftehim tal-Azzjonisti.

(63)

Il-Belġju jispjega li t-termini u l-kundizzjonijiet tas-Self mill-Azzjonisti ta’ Electrabel u tas-Self mill-Azzjonisti tal-Gvern Belġjan huma identiċi. Iż-żewġ Selfiet mill-Azzjonisti se jingħataw skont it-termini tas-suq, b’rati tal-imgħax li għadhom ma ġewx stabbiliti, iżda li, skont il-Ftehimiet dwar is-Self mill-Azzjonisti, jiġu stabbiliti mill-bord ta’ BE-NUC f’konformità mal-Ftehim tal-Azzjonisti b’referenza għar-rati prevalenti tas-suq u kwalunkwe finanzjament ta’ dejn komparabbli minn partijiet terzi li jista’ jkun disponibbli fiż-żmien rilevanti. Skont il-proċedura maqbula bejn il-Gvern Belġjan u Engie, Engie ħejjiet dokument dwar il-kundizzjonijiet li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet taż-żewġ Selfiet mill-Azzjonisti. Id-dokument dwar il-kundizzjonijiet jiddeskrivi l-metodoloġija biex tiġi stabbilita r-rata tal-imgħax. Il-Belġju jsostni li din il-metodoloġija hija konsistenti mal-politiki ta’ self għall-ipprezzar tat-trasferimenti ta’ Engie u hija konformi mal-prinċipju ta’ BEPS tal-OECD (46) li jiżgura li r-rata tal-imgħax tkun stabbilita f’livell ta’ distakkament. Skont l-iskeda tat-termini, ir-rata tal-imgħax hija mistennija li tkun rata tal-imgħax varjabbli, stabbilita bir-rata EURIBOR ta’ 6 xhur (limitata għal 0 %) flimkien ma’ marġni mistenni ta’ madwar [0-3] %.

(64)

Il-Belġju jsostni li l-introduzzjoni ta’ Self mill-Azzjonisti flimkien mal-injezzjoni ta’ ekwità tirriżulta minn kunsiderazzjonijiet finanzjarji u tranżazzjonali. Minn naħa waħda, l-għoti tas-Self mill-Azzjonisti jagħti aktar flessibbiltà fit-tfassil tal-iskedi ta’ prelevament u ħlas lura. B’mod partikolari, jista’ jintlaħaq qbil fuq dispożizzjonijiet dwar il-ħlas lura tas-self b’inqas restrizzjonijiet regolatorji mill-ħlasijiet tad-dividendi jew mill-ħlasijiet lura tal-ekwità. Min-naħa l-oħra, is-self jista’ jottimizza l-istruttura finanzjarja fir-rigward tal-introjtu taxxabbli (sa 30 % tal-EBITDA jista’ jinfeda biex jitnaqqas l-imgħax).

(65)

Abbażi tal-komputazzjonijiet preliminari fil-Mudell Finanzjarju tal-Iffirmar, il-kontribuzzjoni totali tal-kapital azzjonarju (injezzjoni ta’ ekwità u Self mill-Azzjonisti) tammonta għal EUR [2 000-2 500] miljun (47), li trid tiġi pprovduta bi 89,807 % kemm mill-Gvern Belġjan kif ukoll minn Electrabel fuq termini pari passu fi […] pagamenti parzjali minn […] sa […] biex tiffinanzja, fost l-oħrajn, il-CAPEX tal-Proġett LTO (l-10,193 % li jifdal jiġu ffinanzjati minn Luminus). Il-kontribuzzjoni tal-kapital azzjonarju trid titħallas lura lill-azzjonisti ta’ BE-NUC permezz ta’ serje ta’ tnaqqis tal-kapital azzjonarju u ħlas lura tas-self mill-Azzjonisti u trid tiġi remunerata permezz tad-distribuzzjoni tad-dividendi u l-imgħax fuq is-Self mill-Azzjonisti. It-tqassim tal-kontribuzzjoni tal-kapital azzjonarju (EUR [2 000-2 500] miljun) f’injezzjoni ta’ ekwità u self mill-azzjonisti għadu ma ġiex deċiż.

(66)

Il-Belġju jsostni li l-obbligi ta’ finanzjament tal-azzjonisti u s-Self mill-Azzjonisti jistgħu jitqiesu bħala finanzjament pari passu, u li s-Self mill-Azzjonisti se jingħata skont it-termini tas-suq, sabiex il-finanzjament tal-azzjonisti ma jagħtix vantaġġ selettiv lill-benefiċjarji.

3.3.1.3.   Ftehim dwar ir-Remunerazzjoni

(67)

Ġie konkluż Ftehim ta’ Remunerazzjoni (RA) bejn BE-NUC, Luminus u l-Kontroparti tal-RA, li se jkun servizz awtonomu b’indipendenza kontabilistika fl-Istat Belġjan (“BE-WATT”). L-RA għandu l-għan li jindirizza l-inċertezza tal-prezzijiet tas-suq u li jnaqqas ir-riskji tad-dħul mill-Proġett LTO għas-sidien tal-Unitajiet LTO, BE-NUC u Luminus. B’hekk, BE-NUC u Luminus jenħtieġ li jirċievu dħul suffiċjenti mill-operat tal-Unitajiet LTO biex jiżguraw l-operat sikur u affidabbli u l-vijabbiltà ekonomika tagħhom, filwaqt li jippermettu lill-azzjonisti jikkontemplaw ir-redditu finanzjarju konformi mas-suq meħtieġ.

(68)

B’mod partikolari, il-Belġju jiċċara li l-prinċipji ta’ finanzjament tat-tranżazzjoni huma kif ġej:

(a)

Ir-rekwiżiti ta’ CAPEX tal-Proġett LTO huma ffinanzjati primarjament mill-azzjonisti ta’ BE-NUC fuq bażi pari passu (u minn Luminus fi proporzjon mas-sjieda konġunta tagħha), jew permezz ta’ ekwità jew permezz ta’ Self mill-Azzjonisti (ara t-taqsima 3.3.1.2).

(b)

Il-kostijiet operatorji u tal-manutenzjoni tal-Proġett LTO huma ffinanzjati primarjament permezz tad-dħul operatorju tal-LTO, fejn fluss ta’ dħul operazzjonali jiġi garantit permezz tas-CfD (sa fejn ikunu disponibbli l-Unitajiet LTO) (ara t-taqsima 3.3.1.3.2). Il-Prezz tal-Eżerċitar tas-CfD huwa stmat fil-livell li jippermetti r-Rata ta’ Redditu Interna (“IRR”, Internal Rate of Return) mistennija tal-flussi ta’ flus tal-Proġett LTO biex tintlaħaq l-IRR fil-mira ta’ 7 % (nominali u wara t-taxxa), fil-limitu tal-intervall ta’ 6 %-8 % (ara t-taqsima 3.3.1.3.1).

(c)

L-MOCP u s-Self tal-“Kost tal-perjodu ta’ Għeluq” (jew “Self tal-SDC”) jikkomplementaw id-dħul operatorju tal-LTO u jikkonsistu f’miżuri protettivi biex jiġi żgurat li BE-NUC ikollha, f’kull ħin, likwidità suffiċjenti biex tħallas il-kostijiet operatorji, tal-manutenzjoni u tal-fjuwil tagħha biex tippermetti tħaddim sikur u affidabbli tal-Unitajiet LTO.

—

Is-Self tal-SDC huwa maħsub biex jiffinanzja l-kostijiet qabel il-bidu mill-ġdid tal-Unitajiet LTO u biex jiżgura biżżejjed flus kontanti matul il-perjodu tal-bidu ta’ 3 snin (sal-31 ta’ Diċembru 2028), meta jkunu għadhom iridu jsiru xogħlijiet sinifikanti u l-Unitajiet LTO ma jkunux jistgħu jaħdmu bil-kapaċità sħiħa tagħhom.

—

L-MOCP jiġi skattat biss fil-każ ta’ disponibbiltà mnaqqsa (b’mod sinifikanti) tal-Unitajiet LTO, biex b’hekk tiġi żgurata stabbiltà finanzjarja fit-tul matul il-perjodu kollu tal-estensjoni tat-tul tal-ħajja. Faċilità ta’ kapital operatorju (“WCF”, Working Capital Facility) isservi bħala pont fi ħdan is-sena għall-MOCP annwali.

(69)

Il-mekkaniżmi ta’ appoġġ finanzjarju (CfD, MOCP u Self tal-SDC) huma spjegati f’aktar dettall fit-taqsimiet 3.3.1.3.2, 3.3.1.3.3 u 3.3.1.3.4 hawn taħt.

3.3.1.3.1.   Rata ta’ redditu tal-Proġett LTO

(70)

F’termini ġenerali, l-IRR (fil-mira) hija l-livell minimu ta’ redditu li l-investituri jaċċettaw li jiġu kkumpensati għal ċertu livell ta’ riskju fi proġett ta’ investiment. L-IRR fil-mira spiss tissejjaħ ir-“rata ta’ ostakolu”, li hija l-limitu li l-IRR ta’ proġett jeħtieġ li tkun ugwali għalih jew taqbżu qabel ma jitwettaq il-proġett. Fit-teorija, ir-rata ta’ ostakolu hija ugwali għas-somma tal-kost tal-kapital (pereżempju, il-kost medju ponderat tal-kapital (“WACC”, weighted average cost of capital) u primjum ta’ ostakolu. Fi kliem ieħor, din hija taħlita tar-rati ta’ redditu minn proġetti/assi komparabbli u aġġustamenti biex jallinjaw ma’ profil ta’ riskju partikolari, inklużi primjums speċifiċi għall-proġett biex ikopru riskji mhux diversifikabbli addizzjonali.

(71)

F’dan il-każ, il-Kost Livellat tal-Elettriku (“LCOE”, Levelised Cost of Electricity), jikkorrispondi għal-livell minimu tal-prezz medju tal-elettriku (jew il-prezz tal-eżerċitar fid-disinn tas-CfD) li jrid jinkiseb sabiex il-Proġett LTO jilħaq l-IRR fil-mira tiegħu. Kif imsemmi fil-premessa (72) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-prezz tal-eżerċitar preliminari fil-Mudell Finanzjarju tal-Iffirmar, ibbażat fuq is-suppożizzjoni ta’ kost għall-modernizzazzjoni tal-Unitajiet LTO ta’ madwar EUR [2-2,5] biljun, ġie stabbilit għal EUR [80-90] għal kull MWh (fil-valuri tal-2022). Il-Belġju jsostni li, meta tiġi kkunsidrata l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu (intensifikat) għall-kondiviżjoni tat-telf/tal-qligħ (MPRA), il-prezz tal-eżerċitar, ibbażat fuq il-Mudell Finanzjarju tal-Iffirmar, jista’ jvarja minn EUR [80-90] għal kull MWh sa EUR [80-90] għal kull MWh (fil-valuri tal-2022).

(72)

Il-Belġju jsostni li l-IRR fil-mira hija rata ta’ redditu konservattiva minħabba l-iskopertura għar-riskju tal-Proġett LTO, abbażi ta’: (i) eżerċizzju ta’ parametraġġ referenzjarju tar-rati ta’ redditu ta’ investimenti nukleari oħrajn globalment u assi oħrajn tas-settur tal-enerġija fil-Belġju (ara t-taqsima 3.3.1.3.1.1), (ii) valutazzjoni tal-kost tal-kapital ta’ BE-NUC (kemm id-WACC kif ukoll il-kost tal-ekwità (“CoE”, cost of equity)) abbażi tal-mudell tal-ipprezzar tas-CAPM (ara t-taqsima 3.3.1.3.1.2), u (iii) simulazzjoni tal-IRR mistennija aġġustata għall-MPRA fid-dawl taċ-ċirkostanzi aġġornati tas-suq li turi li l-IRR mistennija tal-Proġett LTO naqset meta mqabbla maż-żmien tan-negozjar tal-Ftehim ta’ Implimentazzjoni (ara t-taqsima 3.3.1.3.1.3).

3.3.1.3.1.1.   Eżerċizzju ta’ parametraġġ referenzjarju

(73)

Il-Belġju pprovda parametru referenzjarju internazzjonali tar-rati fil-mira ta’ redditu u kost tal-kapital għall-kumpaniji li joperaw impjanti nukleari f’diversi ġeografiji, kif ukoll għall-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-gass remunerati taħt il-CM Belġjan u għall-kumpaniji li joperaw tipi oħrajn ta’ infrastruttura ta’ trażmissjoni u ħżin tal-enerġija fil-Belġju. L-eżerċizzju ta’ parametraġġ referenzjarju ġie rfinut wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, b’mod partikolari fir-rigward ta’ deskrizzjoni ulterjuri tan-natura tal-oqfsa regolatorji u skemi addizzjonali possibbli li jaffettwaw l-allokazzjoni tar-riskju għall-kumpaniji u l-proġetti kkunsidrati. Tabella 3 tipprovdi ħarsa ġenerali lejn ir-rata fil-mira pubblika ta’ redditu jew l-istimi tad-WACC tal-proġetti u l-kumpaniji soġġetti għal parametraġġ referenzjarju.

Tabella 3

Stimi pubbliċi tad-WACC għal proġetti/kumpaniji soġġetti għal parametraġġ referenzjarju

Kumpanija/proġett u sjieda kkunsidrati

Qafas regolatorju u perjodu rilevanti

Rata fil-mira ta’ redditu wara t-taxxa / WACC u sena tad-deċiżjoni (48)

Primjum fuq ir-rata mingħajr riskju (49)

Utilitajiet Amerikani integrati vertikalment (Georgia Power u Duke Energy), li fil-biċċa l-kbira tagħhom huma proprjetà privata

Mudell ta’ RAB

(perjodu ta’ 3 snin mill-2023 sal-2025 għal Georgia Power, mill-2023 għal Duke Energy f’South Carolina, mill-2024 għal Duke Energy f’North Carolina (tmiem is-sena soġġett għal rieżami))

6,36 % -7,06 % (2022 u 2023)

2,8 % -4,2 %

Utilità Kanadiża tal-Istat OPG (portafoll ta’ ġenerazzjoni, inklużi, fost l-oħrajn, impjanti tal-enerġija nukleari u idroelettrika)

Mudell ta’ RAB (perjodu ta’ 5 snin mill-2022 sal-2026)

5,6 %

(2021)

3,5 % -4,3 %

Impjant tal-enerġija nukleari Kanadiż rinnovat Bruce A, proprjetà privata

CfD bidirezzjonali bi prezz tal-eżerċitar ibbażat fuq l-IRR fil-mira (kuntratt ta’ 25 sena, mill-bidu mill-ġdid tal-operat)

10,6 % -13,8 % (2007)

6,0 % -9,7 %

Impjant tal-enerġija nukleari ġdid Hinkley Point C (ir-Renju Unit), l-ebda sjieda mill-Istat tar-Renju Unit

CfD bidirezzjonali bi prezz tal-eżerċitar ibbażat fuq l-IRR fil-mira (kuntratt ta’ 35 sena, mill-ikkummissjonar)

9,25 % -9,75 % (2014)

5,8 % -7,5 %

Impjant tal-enerġija nukleari Ungeriż ġdid Paks II, bil-kostruzzjoni ffinanzjata 100 % mill-Istat

Remunerazzjoni bbażata fuq is-suq, appoġġ mill-Istat għal finanzjament 100 % ta’ CAPEX

7,38 % -8,4 % (2017)

3,9 % -5,2 %

Assi nukleari eżistenti tal-EDF Franċiża, EDF 100 % proprjetà tal-Istat

Regolamentazzjoni parzjali tal-prezzijiet (ARENH - taħt tiġdid); esposta l-aktar għas-suq sal-2026, mhux magħrufa minn hemm ’il quddiem

7,6 %

(2022)

4,9 % -6,2 %

Estensjoni tar-reattur nukleari Belġjan Tihange 1, l-ebda sjieda mill-Istat BE

Remunerazzjoni bbażata fuq is-suq b’taxxa fuq profitti straordinarji mhux mistennija (sal-2025)

9,3 %

(2013)

5,9 % -6,9 %

CM Belġjan (impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-gass)

Kuntratt ta’ kapaċità (sa 15-il sena għal kapaċitajiet mibnija ġodda)

7,6 % -8,6 %

(2023) (50)

5,5 % -6,5 %

Sors:

Memo Compass Lexecon, id-29 ta’ Novembru 2024, “SA.106107 BE - Estensjoni ta’ żewġ reatturi nukleari - Valutazzjoni tal-Proporzjonalità tal-Għajnuna: Analiżi tal-allokazzjoni tar-riskju u r-redditu fuq l-investiment”

(74)

Tabella 4 tipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-elementi li jindirizzaw ir-riskji fil-proġetti jew il-kumpaniji b’parametru referenzjarju.

Tabella 4

Elementi li jindirizzaw ir-riskji għal proġetti/kumpaniji b’parametru referenzjarju

 

Bruce A

Tihange 1

Hinkley Point-C

CM Belġjan

Assi nukleari eżistenti tal-EDF Franċiża

Paks II

Unitajiet LTO

 (*2) OPG

 (*2) Georgia Power, Duke Energy South u North Carolina

Portafoll/riskji

4 unitajiet nukleari rinnovati

unità nukleari waħda rinnovata

impjant nukleari ġdid wieħed (2 unitajiet)

/

Flotta nukleari (57 unità)

impjant nukleari ġdid wieħed (2 unitajiet)

2 unitajiet nukleari rinnovati

Unitajiet nukleari u idro rinnovati

Integrati vertikalment, inklużi networks, teknoloġija nukleari u teknoloġija oħra

Kostruzzjoni.

Aġġustament tal-prezz tal-eżerċitar

-

-

-

-

100 % iffinanzjata mill-Istat + EPC f’somma f’daqqa

Aġġustament tal-prezz tal-eżerċitar

RAB

RAB

Suq

CfD bidirezzjonali

-

CfD bidirezzjonali

Kuntratt ta’ kapaċità

ARENH (regolamentazzjoni parzjali tal-prezzijiet)

-

CfD bidirezzjonali

RAB

RAB

Operat

Indiċjar/aġġustament tal-prezz tal-eżerċitar; Trasferiment tal-kostijiet tal-fjuwil

-

Indiċjar/aġġustament tal-prezz tal-eżerċitar

-

-

-

Aġġustament tal-indiċjar tal-prezz tal-eżerċitar + MOCP

RAB

RAB

Finanzjament

-

-

Garanzija tal-kreditu

Kuntratt ta’ kapaċità

Sjieda tal-Istat

100 % iffinanzjat mill-Istat

MOCP/ Self tal-SDC

RAB

RAB

Politika

-

Protezzjonijiet legali.

Protezzjonijiet legali.

-

Sjieda tal-Istat

100 % iffinanzjat mill-Istat

Protezzjonijiet legali.

RAB

RAB

Sors:

Memo Compass Lexecon, id-29 ta’ Novembru 2024, “SA.106107 BE - Estensjoni ta’ żewġ reatturi nukleari - Valutazzjoni tal-Proporzjonalità tal-Għajnuna: Analiżi tal-allokazzjoni tar-riskju u r-redditu fuq l-investiment”

(75)

Skont il-Belġju, dan l-eżerċizzju ta’ parametraġġ referenzjarju jenfasizza tliet elementi:

(a)

Il-kumpaniji u l-proġetti regolati inklużi f’dan il-parametru referenzjarju ma humiex direttament komparabbli ma’ BE-NUC, minħabba li huma differenti jew f’termini tal-qafas regolatorju/skema ta’ finanzjament u tal-allokazzjoni tar-riskju li tirriżulta, u/jew minħabba li jinkludu tipi oħrajn ta’ assi (li jiddiversifikaw u jnaqqsu r-riskji relatati mal-enerġija nukleari). Ma hemm l-ebda kumpanija direttament komparabbli, iżda l-parametru referenzjarju jikkonsisti f’għażla ta’ kumpaniji u proġetti b’karatteristiċi individwali rilevanti bħall-ġeografija, it-teknoloġija tal-assi, l-assi eżistenti/ġodda, is-suq u l-qafas regolatorju/ta’ appoġġ. Madankollu, dawn il-kumpaniji u l-proġetti komparabbli ma jixbħux lil BE-NUC f’kull aspett. Minkejja dawn il-limitazzjonijiet, il-parametru referenzjarju xorta jipprovdi informazzjoni rilevanti biex jiġu vvalutati l-parametri tar-remunerazzjoni (rata ta’ redditu fil-mira/WACC), filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta’ kull kumpanija jew proġett u l-profili tar-riskju assoċjati. B’hekk, il-parametru referenzjarju ppreżentat jenħtieġ li jinftiehem bħala rilevanti biex jiġu vvalutati u kuntestwalizzati firxiet raġonevoli bbażati fuq is-suq tal-parametri tar-remunerazzjoni.

(b)

Il-parametru referenzjarju jenfasizza li l-primjums fuq it-tnaqqis tar-rata mingħajr riskju bid-diversifikazzjoni tal-portafoll, skopertura aktar baxxa għar-riskju (għar-riskji tal-kostruzzjoni, tas-suq, tal-operat, tal-finanzjament u tal-politika), u possibbilment in-natura tas-sid/tal-operatur, b’utilitajiet preeżistenti, tal-Istat jew iffinanzjati mill-Istat li potenzjalment jibbenefikaw minn kostijiet ta’ finanzjament aktar baxxi (ara Tabella 3 u Tabella 4).

—

Fit-tarf ta’ isfel, l-utilitajiet tal-Amerika ta’ Fuq (OPG, Georgia Power u Duke Energy) li għandhom portafolli ta’ assi diversifikati, u huma soġġetti għal mudell ta’ RAB li jipprovdi ħħeġġar tar-riskju komprensiv, juru primjums relattivament baxxi fuq ir-rata ta’ mingħajr riskju (madwar 2,8 %-4,3 %).

—

Il-proġett nukleari Paks II u l-flotta nukleari eżistenti tal-EDF juru primjums ogħla (madwar 3,9 %-6,2 %). Ir-remunerazzjoni tagħhom hija mill-inqas parzjalment merkantili u l-assi kkunsidrati huma impjanti nukleari biss. Madankollu, is-sjieda tal-Istat/il-finanzjament mill-Istat jistgħu sa ċertu punt inaqqsu l-kostijiet tal-finanzjament.

—

L-impjanti tal-enerġija ġodda li jaħdmu bil-gass taħt il-CM Belġjan juru primjum ta’ riskju relattivament għoli (5,5 %-6,5 %). Dawn l-impjanti termali mibnija ġodda huma esposti għal riskji ta’ kostruzzjoni, operazzjonali u ta’ politika, filwaqt li r-riskji tas-suq għandhom it-tendenza li jitnaqqsu minħabba kuntratti u pagamenti ta’ kapaċità pluriennali.

—

Fit-tarf ta’ fuq, l-unità nukleari waħdanija Tihange 1 turi primjum għoli (5,9 %-6,9 %) billi s-sidien iġorru riskji operazzjonali u ta’ investiment, filwaqt li d-dħul mis-suq huwa inċert u l-vantaġġi tas-suq huma limitati. Hinkley Point C tippreżenta wkoll primjum relattivament għoli (5,8 %-7,5 %) li jista’ jiġi spjegat min-natura tal-assi (impjant nukleari wieħed ġdid) u r-riskji tal-kostruzzjoni/operazzjonali sinifikanti mġarrba mill-azzjonisti, minkejja s-CfD u protezzjonijiet oħrajn. Bl-istess mod, il-primjum tar-riskju għall-attur purament nukleari Bruce Power, li hija kumpanija privata li tibbenefika minn CfD (inklużi skemi oħrajn ta’ kondiviżjoni tar-riskju), huwa relattivament għoli (6,0 %-9,7 %). Madankollu, ir-remunerazzjoni għal dan l-impjant ġiet stabbilita fl-2007, f’kuntest ta’ finanzjament u suq differenti.

(c)

B’mod ġenerali, il-Belġju jirrimarka li l-iskopertura għar-riskju ta’ BE-NUC fid-dimensjonijiet differenti taqa’ bejn l-iskopertura għar-riskju tal-assi u tal-utilitajiet li jibbenefikaw minn mudell ta’ RAB, u dawk li jibbenefikaw minn CfD u/jew tipi oħrajn ta’ remunerazzjoni bbażata fuq is-suq. L-IRR nominali fil-mira ta’ wara t-taxxa ta’ BE-NUC (“IRR tal-Proġett”) ta’ 7 % (u l-medda ta’ limitu tagħha ta’ 6 % sa 8 %) juru primjum ta’ 3 %-5 %, meta titqies rata medja mingħajr riskju ta’ madwar 3 %. Abbażi tal-evidenza empirika, il-primjum implikat tal-IRR tal-Proġett fl-RA jinsab fit-tarf ta’ isfel tar-rekwiżiti tal-investitur għall-proġetti/kumpaniji b’parametru referenzjarju, u qrib il-primjums stmati għall-assi tal-utilitajiet diversifikati taħt l-iskemi ta’ RAB, li għandhom inqas skopertura għal riskji speċifiċi għall-enerġija nukleari u riskji li mistennija jkunu aktar baxxi li jitilfu l-investiment u r-redditu tagħhom.

(76)

Għalhekk, il-Belġju jqis li l-IRR fil-mira ta’ 6 %-8 % tal-Proġett hija fi ħdan il-medda probabbli ta’ redditi bbażati fuq is-suq li mhux se jirriżultaw f’kumpens żejjed.

3.3.1.3.1.2.   Tqabbil tal-IRR fil-mira mal-kost tal-kapital ta’ BE-NUC

(77)

Minbarra l-eżerċizzju ta’ parametraġġ referenzjarju, sabiex jiġi kkonfermat jekk l-IRR fil-mira ta’ 7 % tinsabx fil-medda probabbli ta’ redditi konformi mas-suq, il-Belġju pprovda valutazzjoni tal-kost tal-kapital bl-użu ta’ żewġ metriċi, id-WACC u s-CoE Mhux Ingranat, minħabba li BE-NUC ma hijiex iffinanzjata bid-dejn.

(78)

Il-Belġju kiseb stimi għad-WACC u għas-CoE mhux ingranat li jinsabu fil-medda ta’ 6,2 % sa 7,4 % (li jammontaw għal primjum tar-riskju għall-proġett ta’ 3,1 % sa 4,3 % ’il fuq mir-rata mingħajr riskju). Skont il-Belġju, dan juri u jikkonferma aktar li l-IRR fil-mira ta’ 7 % hija proporzjonata u ma tirriżultax f’kumpens żejjed. It-taqsimiet ta’ hawn taħt jispjegaw f’aktar dettall kif ġiet stmata l-medda tad-WACC u tas-CoE.

3.3.1.3.1.2.1.   Stima tad-WACC tal-Proġett LTO

(79)

L-ewwel metrika biex jiġi stmat il-kost tal-kapital hija d-WACC, li tirrappreżenta r-rata minima ta’ redditu li l-proġett irid joffri biex jattira l-kapital. Dan ir-redditu minimu jirrappreżenta r-redditu li l-investituri potenzjali jistgħu jaqilgħu kieku jiddeċiedu li jinvestu fi proġett ieħor b’karatteristiċi ekwivalenti f’termini ta’ fluss ta’ flus, twaqqit u riskju. Id-WACC wara t-taxxa jiġi kkalkolat bl-użu tal-formula ta’ hawn taħt:

WACC =wE * (Rata mingħajr riskju + βE * Primjum tar-Riskju tal-Ekwità) + (1– wE ) * Kost tad-Dejn Wara t-Taxxa

wE

:

sehem mill-finanzjament tal-ekwità

Β E

:

beta tal-ekwità ingranata, jiġifieri l-iskopertura tal-kumpanija għal riskji sistematiċi

(80)

B’hekk, id-WACC huwa s-somma ta’ (i) is-CoE ponderat fi proporzjon mal-valur tas-suq tal-ekwità fil-kapital totali (wE), u (ii) il-kost tad-dejn (wara t-taxxa) ponderat bis-sehem tal-valur tas-suq tad-dejn fil-kapital totali (1-wE). Is-CoE jiġi kkalkolat fuq il-bażi tal-Mudell tal-Ipprezzar tal-Assi Kapitali (“CAPM”, Capital Asset Pricing Model), mudell standard għall-kejl tar-redditu meħtieġ minn investitur biex ikopri l-kost tal-opportunità tal-valur tal-flus fuq perjodu ta’ investiment stabbilit (ir-rata mingħajr riskju) u għall-iskopertura għar-riskju tas-suq (51). L-iskopertura għar-riskju tas-suq hija koperta mill-valur beta tal-ekwità ingranata (β). Minħabba l-volatilità tal-parametri, l-inputs għas-CAPM ġew ikkalkolati f’firxiet.

(81)

Fir-rigward tal-komputazzjoni tal-beta tal-ekwità ingranata, il-Belġju jargumenta li, billi l-JV hija kumpanija ġdida u privata li għandha żewġ Unitajiet LTO nukleari eżistenti b’ġenerazzjoni mistennija ta’ 10 snin, il-beta tagħha ma tistax tiġi kkomputata minn data tas-suq jew storika u, għalhekk, trid tiġi stmata permezz ta’ grupp ta’ kumpaniji elenkati komparabbli. Madankollu, minħabba li ma hemm l-ebda utilità komparabbli li għandha esponiment ta’ 100 % għall-ġenerazzjoni nukleari, il-Belġju kkunsidra kampjun ta’ ħames kumpaniji Ewropej tal-utilitajiet elenkati bl-ogħla esponiment għall-attivitajiet nukleari, jiġifieri proġetti komparabbli b’ġenerazzjoni ta’ 15 %-65 % bl-użu ta’ impjanti tal-enerġija nukleari, fi ħdan portafoll diversifikat (ara Tabella 5).

Tabella 5

Valuri beta tal-assi għal kumpaniji ta’ utilità komparabbli b’esponiment nukleari varju

Kumpanija

% ta’ Taħlita Nukleari 2022/23

Valuri beta tal-assi (mhux ingranati)

ČEZ Group

[60 -70 ] %

[0,40 -1,00 ]

Fortum Oyj

[50 -60 ] %

[0,40 -1,00 ]

UPM-Kymmene Oyj

[40 -50 ] %

[0,40 -1,00 ]

Endesa, S.A.

[40 -50 ] %

[0,40 -1,00 ]

Iberdrola, S.A.

[10 -20 ] %

[0,40 -1,00 ]

Medja sempliċi

-

[0,40 -1,00 ]

Medjan

-

[0,40 -1,00 ]

Sors:

Valutazzjoni tal-Proporzjonalità tal-Għajnuna: Analiżi aġġornata tal-allokazzjoni tar-riskju u r-redditu fuq l-investiment, Compass Lexecon, id-29 ta’ Novembru 2024

(82)

Il-Belġju spjega li kull waħda mill-utilitajiet hija kumpanija tal-utilitajiet diversifikata u nnegozjata pubblikament b’xi skopertura notevoli għall-assi tan-network regolati minn RAB u/jew assi tal-enerġija rinnovabbli appoġġati, għall-kuntrarju tal-JV li hija entità privata bi skopertura ta’ 100 % għall-ġenerazzjoni nukleari soġġetta għall-RA. Għalhekk, ir-riskji sistemiċi stmati abbażi ta’ dawn il-kumpaniji komparabbli x’aktarx li jissottovalutaw ir-riskju sistemiku ta’ BE-NUC.

(83)

Il-Belġju uża l-parametri ta’ Tabella 6 li għandu jdaħħal fil-formula tad-WACC u, abbażi ta’ dawn l-inputs u dawk addizzjonali, osservati matul l-2023, kiseb WACC teoretiku li jinsab fil-medda ta’ 6,2 % sa 7,4 %, inkluż primjum ta’ 3,1 % sa 4,3 % fuq ir-rata mingħajr riskju.

Tabella 6

L-istima tad-WACC ta’ BE-NUC u l-parametri sottostanti ewlenin

Parametru

Suppożizzjoni/approċċ

Stima (*3)

Rata mingħajr riskju

Medda ta’ rendimenti fuq bonds tal-gvern Belġjan ta’ 10 snin (OLOs) għall-2023

2,5 %-3,6 %

Primjum tar-riskju tas-suq tal-ekwità

Stimi esperti għal swieq maturi

4,6 %-6,0 %

Koeffiċjent beta (mhux ingranat)

Medjana u medja fost l-elementi komparabbli

[0,40 -1,00 ]-[0,40 -1,00 ]

Ingranaġġ fil-mira

Medjana u medja fost l-elementi komparabbli

53,0 %-54,4 %

Koeffiċjent beta (ingranat)

Formula Hamada b’ingranaġġ fil-mira

[0,40 -1,00 ]-[1,00 -1,60 ]

Kost tal-ekwità (ingranat)

CAPM

7,4 %- 9,3 %

Kost tad-dejn qabel it-taxxa

Rata mingħajr riskju + primjum tar-riskju korporattiv tas-settur tal-enerġija

5,3 %-5,5 %

Sehem tad-dejn tal-kapital totali

Derivat mill-ingranaġġ fil-mira

34,6 %-35,2 %

Rata tat-taxxa

Ir-rata tat-taxxa korporattiva tal-Belġju

25 %

WACC ta’ qabel it-taxxa

Bl-użu tal-kost ingranat tal-ekwità u tal-kost tad-dejn qabel it-taxxa

6,7 %- 7,9 %

WACC ta’ wara t-taxxa

Bl-użu tal-kost ingranat tal-ekwità u tal-kost tad-dejn wara t-taxxa

6,2 %-7,4 %

Sors:

Valutazzjoni tal-Proporzjonalità tal-Għajnuna: Analiżi aġġornata tal-allokazzjoni tar-riskju u r-redditu fuq l-investiment, Compass Lexecon, id-29 ta’ Novembru 2024

3.3.1.3.1.2.2.   Stima tal-kost tal-ekwità tal-Proġett LTO

(84)

It-tieni metodoloġija hija bbażata fuq is-CoE, li jkejjel ir-redditu meħtieġ tal-proġett tal-azzjonisti, jekk wieħed jassumi li ma hemm l-ebda finanzjament tad-dejn, kif inhu l-każ għall-Proġett LTO. Għalkemm l-approċċ tas-CoE juża wkoll is-CAPM, huwa jiddependi fuq is-CoE mhux ingranat (jiġifieri mingħajr ingranaġġ) (52). Is-CoE mhux ingranat jiġi kkomputat kif ġej:

CoE (mhux ingranat) = Rata mingħajr riskju + × Primjum tar-Riskju tal-Ekwità

βA

:

beta mhux ingranata, jew “beta tal-assi”

(85)

L-approċċ li ġej intuża biex jiġi stmat kull parametru tal-ekwazzjoni tas-CoE (ara Tabella 7):

(a)

Ir-rata mingħajr riskju tiġi approssimata bir-rendimenti fuq il-bonds ta’ 10 snin tal-gvern Belġjan (“OLOs” (53)) li matul l-2023 varjaw fil-medda ta’ 2,5 % u 3,6 %. Għall-istima tal-primjum tar-riskju tal-ekwità (tas-suq), ġew ikkunsidrati diversi sorsi esterni, li minnhom inżammet medda ta’ 4,6 % sa 6 %:

—

Estimi ta’ Damodaran: 5,9 % minn Jannar 2023 u 4,6 % minn Jannar 2024.

—

L-istimi ta’ Kroll huma fil-medda ta’ 5,5 % sa 6 % matul l-2023.

(b)

L-istima tal-beta tal-assi (mhux ingranata) kienet ibbażata fuq l-istess suppożizzjonijiet bħall-komputazzjoni tad-WACC ta’ hawn fuq, li wasslet għal valur medjan u medju ta’ [0,40-1,00] u [0,40-1,00] għal ħames kumpaniji ta’ utilità nnegozjati b’xi skopertura għall-ġenerazzjoni tal-enerġija nukleari (ara Tabella 5).

(86)

It-tqegħid tal-istimi ta’ hawn fuq fl-ekwazzjoni tas-CoE jipprovdi stima għas-CoE mhux ingranat fil-medda ta’ 6,2 % sa 7,5 % (ara Tabella 7), inkluż primjum ta’ 3,1 % sa 4,3 % ogħla mir-rata mingħajr riskju, li huwa konformi mar-riżultati miksuba għad-WACC.

Tabella 7

L-istimi tal-kost tal-ekwità mhux ingranat ta’ BE-NUC u l-parametri sottostanti (medda sħiħa)

Parametru

Suppożizzjoni/approċċ

Stima

Rata mingħajr riskju

Medda ta’ rendimenti tal-2023 fuq OLOs ta’ 10 snin

2,5 %-3,6 %

Primjum tar-riskju tas-suq tal-ekwità

Stimi esperti għal swieq maturi

4,6 %-6,0 %

Koeffiċjent beta (mhux ingranat)

Medjana u medja fost l-elementi komparabbli

[0,40 -1,00 ]-[0,40 -1,00 ]

Kost tal-Ekwità (mhux ingranat)

CAPM

6,2 %-7,5 %

Sors:

Valutazzjoni tal-Proporzjonalità tal-Għajnuna: Analiżi aġġornata tal-allokazzjoni tar-riskju u r-redditu fuq l-investiment, Compass Lexecon, id-29 ta’ Novembru 2024

(87)

Filwaqt li jqis il-parametri stmati hawn fuq (għall-meded possibbli matul l-2023), il-Belġju jistma tliet xenarji plawżibbli għas-CoE mhux ingranat fiż-żmien tal-ftehim bejn il-partijiet fl-2023, li jikkorrispondu għal medda ta’ 6,8 % sa 7,3 % (ara Tabella 8).

Tabella 8

Tliet xenarji għall-kost tal-ekwità mhux ingranat ta’ BE-NUC (medda mnaqqsa)

 

Livell inferjuri

Każ ta’ bażi

Livell superjuri

Rata mingħajr riskju (medja tal-2023)

3,11 %

Primjum tar-riskju tal-ekwità (medja tal-2023)

5,27 %

(Medja ta’ Damodaran tal-2023)

5,51 %

(Medja ta’ Damodaran u Kroll)

5,75 %

(Medja ta’ Kroll tal-2023)

Beta Mhux Ingranata (medja komparabbli)

[0,40 -1,00 ]

(medja sempliċi, minbarra Iberdrola)

[0,40 -1,00 ]

(medjan ta’ 5 kumpaniji)

[0,40 -1,00 ]

(medja sempliċi ta’ Fortum u CEZ)

Ingranaġġ

0 %

Kost tal-Ekwità (Mhux Ingranat)

6,8 %

7,1 %

7,3 %

Sors:

SA.106107 Nota supplimentari Spjegazzjonijiet addizzjonali dwar il-medda tal-istimi tal-kost tal-kapital Compass Lexecon il-5 ta’ Diċembru 2024

3.3.1.3.1.2.3.   Limitazzjonijiet tal-estimi bbażati fuq il-CAPM tal-kost tal-kapital ta’ BE-NUC

(88)

Il-Belġju jirrikonoxxi l-limitazzjonijiet tal-approċċ tas-CAPM għall-istima tal-kost tal-kapital ta’ BE-NUC minħabba n-nuqqas ta’ kumpaniji elenkati pubblikament direttament komparabbli u l-ispeċifiċitajiet tal-profil tar-riskju u l-approċċ ta’ finanzjament tal-proġett (54). B’mod partikolari, il-Belġju jippreżenta l-ispeċifiċità tas-settur nukleari u l-komparabbiltà limitata għal gruppi oħrajn ta’ assi.

(89)

Barra minn hekk, il-Belġju jiddiskuti primjums differenti tipikament meħtieġa mill-investituri biex jinvestu fil-prattika fi proġetti komparabbli ta’ investiment fit-tul fuq l-istima tad-WACC derivata bl-applikazzjoni tal-approċċ tas-CAPM. Il-Belġju jressaq ġustifikazzjoni waħda possibbli għall-ħtieġa li jiġi kkunsidrat dan il-primjum fuq l-istima tad-WACC b’rabta mar-riskju ta’ intrappolament tal-kapital għal proġetti ta’ investiment fit-tul li ma jistgħux jiġu diversifikati u li ma jiġux ippremjati taħt is-CAPM (55). Barra minn hekk, argument ieħor imressaq biex jiġġustifika l-ħtieġa li jiġi kkunsidrat primjum huwa relatat man-nuqqas ta’ kapital biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika tal-enerġija fl-Ewropa, minħabba li hemm kompetizzjoni sostanzjali għall-investimenti fost il-proġetti disponibbli li żżid ir-rata ta’ redditu meħtieġa biex tattira l-kapital. Il-Belġju jargumenta li hija prattika komuni fost il-kumpaniji tal-utilitajiet li jżidu primjum fil-medda ta’ 1,5 % sa 4 % u jipprovdi xi eżempji biex jipprova dan (56). Fl-aħħar nett, il-Belġju jsostni wkoll li ġustifikazzjoni oħra biex jiġi kkunsidrat primjum ta’ finanzjament fuq l-istima tad-WACC hija l-primjum ta’ illikwidità (57) minħabba n-natura ta’ dan l-investiment, li huwa appoġġat miż-żewġ studji akkademiċi (li jindikaw medda rilevanti ta’ 0,7 % sa 7,3 %) (58) kif ukoll minn prattikanti tal-industrija (59). Dawn il-primjums jistgħu jiżdiedu mal-istimi tad-WACC jew tas-CoE derivati permezz tal-approċċ ta’ CAPM, kif spjegat fit-taqsimiet preċedenti, u jiġġustifikaw l-argument tal-Belġju li l-IRR fil-mira hija rata ta’ redditu konservattiva minħabba l-iskopertura għar-riskju tal-proġett.

3.3.1.3.1.3.   IRR mistennija aġġustata għall-MPRA abbażi tal-aspettattivi kurrenti tal-prezzijiet tas-suq

(90)

Il-Belġju jispjega li l-MPRA għandu l-effett li l-IRR fil-mira wara l-aġġustament tal-MPRA tvarja b’mod dinamiku bejn medda ta’ 6 % sa 8 %. Il-Belġju jargumenta li anke jekk l-IRR fil-mira tiġi stabbilita għal 7 % qabel l-aġġustament tal-MPRA, fiċ-ċirkostanzi kurrenti tas-suq (bi prezzijiet tas-suq mistennija aktar baxxi milli fiż-żmien tal-Mudell Finanzjarju tal-Iffirmar), tista’ tkun mistennija IRR aktar baxxa minn dik li kienet stmata fiż-żmien tan-negozjar tal-RA.

(91)

Sabiex juri dan, il-Belġju pprovda analiżi tal-evoluzzjoni tal-aspettattivi tas-suq matul il-perjodu 2025-2035 min-negozjar tal-RA abbażi ta’ diversi sorsi, u l-impatt ta’ dawn il-projezzjonijiet riveduti fuq l-IRR mistennija tal-Proġett LTO (permezz tal-applikazzjoni tal-MPRA).

(92)

Illustrazzjoni 1 turi l-kurvi inizjali tal-prezzijiet fl-aħħar tal-2023 (jiġifieri fiż-żmien li ġew iffirmati l-ftehimiet). Fid-diversi projezzjonijiet tal-prezzijiet, il-prezzijiet tas-suq jibdew - fix-xenarju ċentrali muri b’linji sħaħ - b’valur ta’ EUR 120 għal kull MWh fl-2025, u jonqsu lejn valur medju ta’ EUR 87 għal kull MWh fil-perjodu sal-2033.

Illustrazzjoni 1

Kurvi inizjali tal-prezzijiet ta’ karga bażika fil-Mudell Finanzjarju tal-Iffirmar (EUR/MWh) (valuri tal-2022)

Image 1

Sors:

Valutazzjoni tal-Proporzjonalità tal-Għajnuna: Nota Supplimentari – Projezzjonijiet aġġornati tal-prezzijiet tas-suq u l-impatt tal-IRR permezz tal-MPRA, Compass Lexecon, il-11 ta’ Diċembru 2024

Nota:

L-isem ta’ kull fornitur tas-servizz ma jistax jintwera għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità. Il-linji sħaħ jirrappreżentaw il-projezzjonijiet tal-prezzijiet ta’ diversi fornituri fix-xenarju ċentrali u l-linji bit-tikek jikkorrespondu għax-xenarju pożittiv. Iż-żona griża [imneħħija għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità] tirrappreżenta l-kuritur tal-prezzijiet għall-aġġustamenti tal-MPRA tal-prezz tal-eżerċitar, jiġifieri l-medda tal-prezzijiet tas-suq li fiha jiġi aġġustat il-prezz tal-eżerċitar, kif inizjalment previst fl-RA, mingħajr ma jiġi kkunsidrat l-aġġornament imsemmi fit-taqsima 3.3.1.3.2. ’Il fuq (’l isfel) minn din il-medda, il-prezz tal-eżerċitar jiġi aġġustat għal-livell superjuri (inferjuri).

(93)

Illustrazzjoni 2 turi li l-projezzjonijiet kurrenti tal-prezzijiet tal-enerġija fix-xenarju ċentrali (60), murija b’linji sħaħ, naqsu meta mqabbla ma’ dawk użati fiż-żmien tal-Mudell Finanzjarju tal-Iffirmar. […] il-projezzjoni tal-prezzijiet fix-xenarju ċentrali fir-raba’ trimestru tal-2022, użata fost l-oħrajn bħala kurva ta’ referenza fil-Mudell Finanzjarju tal-Iffirmar, hija pereżempju ppreżentata b’linja bit-tikek ħomor f’din il-graff. Filwaqt li, fi tmiem l-2022, il-prezzijiet ġew ipproġettati għal EUR 120 għal kull MWh fl-2025, bħalissa huma pproġettati għal EUR 85 għal kull MWh jew saħansitra aktar baxxi fl-2025. L-iżviluppi tas-suq mill-2022 naqqsu l-prezzijiet tal-elettriku bl-ingrossa pproġettati fid-deċennju li jmiss, b’mod partikolari minħabba t-tnaqqis fil-projezzjonijiet tal-prezzijiet tal-komoditajiet (gass u CO2), fost l-oħrajn. Illustrazzjoni 2 turi wkoll li l-projezzjonijiet kurrenti tax-xenarju ċentrali jipprevedu prezzijiet relattivament fissi bejn l-2025 u l-2035, li jvarjaw minn EUR 69 għal kull MWh għal EUR 86 għal kull MWh.

Illustrazzjoni 2

Kurvi tal-prezzijiet ta’ karga bażika aġġornati fil-ħarifa tal-2024 (EUR/MWh) (valuri tal-2022)

Image 2

Sors:

Valutazzjoni tal-Proporzjonalità tal-Għajnuna: Nota Supplimentari – Projezzjonijiet aġġornati tal-prezzijiet tas-suq u l-impatt tal-IRR permezz tal-MPRA, Compass Lexecon, il-11 ta’ Diċembru 2024

Nota:

Il-linji sħaħ jirrappreżentaw il-projezzjonijiet tal-prezzijiet fix-xenarju ċentrali fil-ħarifa tal-2024. Bħala paragun, il-linja bit-tikek tikkorrispondi għall-projezzjoni tal-prezzijiet ta’ […] fir-raba’ trimestru tal-2022, użata fil-Mudell Finanzjarju tal-Iffirmar. Iż-żona griża [imneħħija għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità] tirrappreżenta l-kuritur tal-prezzijiet għall-aġġustamenti tal-MPRA tal-prezz tal-eżerċitar, jiġifieri l-medda tal-prezzijiet tas-suq li fiha jiġi aġġustat il-prezz tal-eżerċitar, kif inizjalment previst fil-ftehim ta’ remunerazzjoni, mingħajr ma jiġi kkunsidrat l-aġġornament imsemmi fit-taqsima 3.3.1.3.2. ’Il fuq (’l isfel) minn din il-medda, il-prezz tal-eżerċitar jiġi aġġustat għal-livell superjuri (inferjuri).

(94)

Il-Belġju jikkonkludi abbażi taċ-ċifri ta’ hawn fuq li l-aspettattivi tal-prezzijiet tas-suq naqsu.

(95)

Il-Belġju jsostni li ż-żona griża murija fl-illustrazzjonijiet ta’ hawn fuq tirrappreżenta l-kuritur tal-prezzijiet (kif inizjalment previst fl-RA) għall-aġġustamenti tal-MPRA tal-IRR fil-mira, jiġifieri l-medda tal-prezzijiet tas-suq li fiha tiġi aġġustata l-IRR fil-mira (61). L-aspettattivi aktar baxxi tal-prezzijiet tas-suq imbagħad jissuġġerixxu tnaqqis fl-IRR mistennija aġġustata mill-MPRA. Skont il-parametri tal-MPRA inizjalment previsti fil-ftehim, l-IRR mistennija tal-Proġett LTO fit-tielet trimestru tal-2024 tkun antiċipata għal 6,7 % (jekk jiġu ssodisfati s-suppożizzjonijiet kollha mill-Mudell Finanzjarju tal-Iffirmar). Bil-parametri tal-MPRA aġġornati (ara t-taqsima 3.3.1.3.2), li jagħmlu d-dħul u l-IRR ta’ BE-NUC aktar sensittivi għall-kundizzjonijiet tal-prezzijiet tas-suq, l-IRR mistennija titnaqqas għal 6,5 % (jekk jiġu ssodisfati s-suppożizzjonijiet kollha mill-Mudell Finanzjarju tal-Iffirmar) meta jitqiesu l-istess projezzjonijiet tal-prezzijiet (ara Tabella 9).

Tabella 9

IRR mistennija (bl-MPRA oriġinali u aġġornat) imqabbla mal-IRR fil-mira (it-tielet trimestru tal-2024)

IRR fil-mira qabel l-aġġustament tal-MPRA

Prospettiva

Prezz medju tas-suq (EUR/MWh) (valuri tal-2022)

Prezz tal-eżerċitar preliminari (EUR/MWh) (valuri tal-2022)

IRR mistennija bil-parametri oriġinali tal-MPRA (+/- 30 %)

IRR mistennija bil-parametri aġġornati tal-MPRA (+/- 20 %)

7 %

Il-medja tal-fornituri; xenarju ċentrali; It-tielet trimestru tal-2024

[70 -80 ]

[80 -90 ]

6,7 %

6,5 %

Sors:

Valutazzjoni tal-Proporzjonalità tal-Għajnuna: Nota Supplimentari – Projezzjonijiet aġġornati tal-prezzijiet tas-suq u l-impatt tal-IRR permezz tal-MPRA, Compass Lexecon, il-11 ta’ Diċembru 2024

3.3.1.3.2.   Kuntratt Bidirezzjonali għad-Differenzi (“CfD”)

(96)

Is-CfD se japplika bejn l-Istat Belġjan u BE-NUC, kif ukoll bejn l-Istat Belġjan u Luminus, il-ko-proprjetarja l-oħra taż-żewġ reatturi nukleari. Dan ifisser li prezz fil-mira predefinit (il-“prezz tal-eżerċitar”), li se jiġi indiċjat matul il-perjodu tal-RA, se jkun garantit mill-Istat Belġjan għall-output aggregat tal-elettriku mkejjel tal-Unitajiet LTO. Jekk il-prezz ta’ referenza tas-suq (“MRP”, market reference price) ikun ogħla mill-prezz tal-eżerċitar, id-differenza pożittiva mmultiplikata bl-output reali mkejjel titħallas minn BE-NUC u Luminus lill-Istat Belġjan. Jekk l-MRP ikun aktar baxx, id-differenza negattiva mmultiplikata bl-output reali mkejjel titħallas mill-Istat Belġjan lil BE-NUC u Luminus. Il-ħlasijiet tad-differenza jsiru pagabbli fl-ewwel data tal-enerġija (id-data li fiha l-Unità LTO rilevanti tinjetta l-elettriku fil-grilja ta’ vultaġġ għoli għall-ewwel darba wara d-data tat-tmiem legali inizjali tagħha) u se jsiru fi proporzjon mas-sehem ta’ BE-NUC u Luminus mill-enerġija ġġenerata mill-Unitajiet LTO.

(97)

Il-parametri ewlenin tas-CfD huma:

(a)

L-MRP, li jirreferi għall-prezz spot tas-suq ta’ ġurnata bil-quddiem (“DAM”, day-ahead market) fiż-żona tal-offerti Belġjana.

(b)

Il-prezz tal-eżerċitar, definit minn BE-NUC abbażi ta’ mudell finanzjarju li jrid jiġi approvat mill-Kontroparti tal-RA biex jirrifletti l-kostijiet operatorji, kapitali u ta’ finanzjament reali ta’ BE-NUC fir-rigward tal-estensjoni tal-LTO mill-21 ta’ Lulju 2022 (għalhekk stmat bħala l-kost livellat tal-elettriku, “LCOE”, levelised cost of electricity). Il-prezz tal-eżerċitar inizjalment se jkun ta’ daqs biex tinkiseb Rata ta’ Redditu Interna (“IRR”, Internal Rate of Return) fil-mira ta’ 7 % (nominali u wara t-taxxa) (ara t-taqsima 3.3.1.3.1).

(98)

Skont il-Belġju, abbażi ta’ analiżi indipendenti minn Compass Lexecon (62), l-għażla inizjali tad-DAM bħala MRP fis-CfD hija adattata fil-kuntest tal-Proġett LTO, b’mod partikolari fil-perjodu tax-xogħlijiet LTO (il-Fażi tal-Bidu mill-Ġdid sal-31 ta’ Diċembru 2028). Barra minn hekk, il-Belġju jargumenta li l-flessibbiltà inkorporata fl-RA tiftaħ il-bieb għal għażliet alternattivi tal-MRP matul id-durata tal-kuntratt, skont l-evoluzzjoni tal-kuntest u l-ħtiġijiet tas-suq Belġjan, filwaqt li jinżamm il-bilanċ bejn ir-riskju u r-redditu tad-disinn inizjali tas-CfD. Il-Belġju jiġġustifika wkoll l-użu tad-DAM abbażi tal-elementi li ġejjin:

(a)

Id-DAM huwa referenza adattata fil-Belġju minħabba li huwa trasparenti, robust, u billi d-DAM huwa relattivament likwidu meta mqabbel ma’ swieq oħrajn fil-Belġju. Il-Belġju jinnota wkoll li d-DAM ma jagħti l-ebda diskrezzjoni fuq l-għażla tax-xerrejja minħabba li l-volum huwa offrut f’irkant anonimu. Barra minn hekk, l-irkant tad-DAM jikkonċentra l-provvista u d-domanda fuq perjodu wieħed li jimmassimizza l-profondità tas-suq.

(b)

L-MRP magħżul flimkien ma’ xi arranġamenti speċifiċi tas-CfD, bħall-MPRA u l-inċentivi ta’ modulazzjoni, jippreserva l-inċentivi biex wieħed jopera u jipparteċipa b’mod effiċjenti fis-suq tal-elettriku billi jrawwem il-produzzjoni fi żminijiet ta’ prezzijiet għoljin tas-suq u modulazzjoni fi żminijiet ta’ prezzijiet baxxi, sa fejn ikun possibbli.

(c)

L-għażla inizjali tad-DAM bħala MRP, flimkien mal-arranġamenti ta’ kummerċjalizzazzjoni pprovduti fil-BIS (ara t-taqsima 3.3.1.5), tippermetti ġestjoni xierqa tar-riskju tas-suq għal BE-NUC, minħabba li hija granulari u tippermetti t-tqabbil tal-MRP mal-prezzijiet tad-DAM koperti. F’dan ir-rigward, il-prezz tad-DAM huwa partikolarment adattat bħala MRP fil-perjodu inizjali tax-xogħlijiet LTO, b’mod partikolari meta mqabbel ma’ prodotti fit-tul. Skont il-Belġju, il-bejgħ fuq id-DAM inaqqas ir-riskju tas-suq għal BE-NUC meta mqabbel mal-użu tal-futuri, minħabba li jippermetti tqabbil aħjar tax-xejra speċifika ta’ disponibbiltà matul il-perjodu inizjali tax-xogħlijiet LTO. L-użu tal-futuri jista’ jwassal għal riskji addizzjonali tas-suq għal BE-NUC minħabba r-riskju ogħla ta’ indisponibilitajiet mhux ippjanati fil-perjodu inizjali tax-xogħlijiet LTO (jiġifieri jekk l-elettriku mibjugħ bil-quddiem ma jistax jiġi kkonsenjat u jeħtieġ li jinxtara lura, possibbilment bi prezz tas-suq ogħla, pereżempju, fuq id-DAM).

(99)

Ġie akkwistat studju dwar l-istrateġija tal-ġestjoni tar-riskju tas-suq ta’ BE-WATT (il-kontroparti tas-CfD) mis-Servizz Pubbliku Federali (“FPS”, Federal Public Service) għall-Ekonomija. L-istudju li għaddej għandu l-għan li jieħu passi preparatorji fl-operazzjonalizzazzjoni ta’ BE-WATT, speċifikament rigward il-kompitu ta’ din l-entità dwar il-ġestjoni tar-riskju. B’mod partikolari:

(a)

L-istudju se jidentifika u janalizza r-riskji ewlenin tas-suq iffaċċjati minn BE-WATT fil-kuntest tas-CfDs nukleari u tar-riħ lil hinn mill-kosta li ġejjin tagħha, billi jiffoka fuq ir-riskji tal-volum u tal-prezzijiet.

(b)

L-istudju se jidentifika u janalizza firxa ta’ strateġiji potenzjali ta’ ġestjoni tar-riskju għal BE-WATT (portafoll ta’ strumenti/prodotti ta’ ħħeġġar, sehem, durata, twaqqit għall-iħħeġġar, għażliet ta’ disinn), b’mod partikolari meta jitqiesu (i) ir-rwol potenzjali tagħhom għall-ġestjoni tar-riskji tas-suq li jirriżultaw mill-pożizzjoni miftuħa ta’ BE-WATT minħabba s-CfDs, u (ii) il-kontribut potenzjali tagħhom għal-likwidità tas-suq u l-iżvilupp tas-suq. L-istudju primarjament jikkunsidra żewġ tipi ta’ prodotti ta’ ħħeġġar: (i) il-PPAs, u (ii) il-kuntratti forward, b’dawn tal-aħħar ikunu prinċipalment fil-forma ta’ strumenti standardizzati nnegozjati f’postijiet organizzati ġeneralment imsejħa “futuri”. Fiż-żewġ każijiet, jiġu kkunsidrati l-kuntratti finanzjarji.

(c)

L-istrateġiji ta’ ħħeġġar li jiddependu fuq kuntratti tal-futuri se jikkontribwixxu għal-likwidità tas-suq forward Belġjan fuq firxa ta’ maturitajiet tal-kuntratti (ġimgħat, xhur, snin) minħabba l-volumi sinifikanti involuti (diversi GW ta’ kapaċità nukleari u tar-riħ lil hinn mill-kosta taħt CfD). L-impatt eżatt fuq il-likwidità tas-suq forward se jiddependi fuq il-volum ta’ kuntratti mibjugħa minn BE-WATT għad-diversi maturitajiet.

(100)

L-għażla inizjali tal-MRP tista’ tiġi riveduta mill-Gvern Belġjan, bħala Kontroparti tal-RA, sa tliet darbiet matul id-durata tal-kuntratt, soġġett għall-ftehim ta’ BE-NUC u Luminus, mit-tmiem tal-perjodu inizjali tax-xogħlijiet LTO, pereżempju, skont l-evoluzzjoni tal-kuntest u l-ħtiġijiet tas-suq Belġjan, filwaqt li jinżamm il-bilanċ bejn ir-riskju u r-redditu tad-disinn inizjali tas-CfD.

(101)

Il-prezz tal-eżerċitar jiġi indiċjat kull sena b’referenza għal kalkolu tal-indiċjar ponderat u jista’ jiġi rivedut f’ħinijiet partikolari:

(a)

“Prezz tal-eżerċitar preliminari”: Fix-xenarju bażi, il-Belġju jassumi li l-kostijiet għall-immodernizzar tal-Unitajiet LTO jammontaw għal madwar EUR [2-2,5] biljun, li, flimkien ma’ kostijiet oħrajn relatati mal-Proġett LTO (pereżempju, il-kostijiet O&M matul il-perjodu tal-LTO), jirriżultaw fi prezz tal-eżerċitar preliminari ta’ EUR [80-90] għal kull MWh.

(b)

“Prezz tal-eżerċitar inizjali”: Il-valur reali tal-prezz tal-eżerċitar se jiġi stabbilit minn BE-NUC abbażi ta’ mudell finanzjarju approvat mill-Kontroparti tal-RA matul l-2025, qabel id-data tal-bidu mill-ġdid tal-LTO, abbażi tal-kost tal-estensjoni tal-operat skont ir-rekwiżiti tas-sikurezza nukleari (il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din tal-aħħar jiġi definit mill-aġenzija Belġjana għas-sikurezza nukleari), kif ukoll abbażi tal-kostijiet mhux relatati mas-sikurezza, it-tnejn stmati abbażi tal-kwotazzjonijiet sottomessi minn kuntratturi jew ivvalutati mit-timijiet tekniċi tal-operatur nukleari.

(c)

“Prezz tal-eżerċitar rivedut”: Il-prezz tal-eżerċitar inizjali se jiġi kkalkolat mill-ġdid mill-aktar fis possibbli wara l-31 ta’ Diċembru 2028 (“data tar-Rikonċiljazzjoni”) biex ikun jirrifletti t-twaqqit reali għall-bidu mill-ġdid, l-indisponibilitajiet tal-LTO, il-kost operatorju, kapitali u tal-finanzjament sa dik id-data (abbażi tal-fatturi reali) u l-projezzjonijiet riveduti ta’ dawn il-kostijiet għall-bqija tal-perjodu ta’ estensjoni ta’ 10 snin), permezz ta’ ftehim bil-miktub bejn BE-NUC u l-Kontroparti tal-RA.

(d)

“Avvenimenti ta’ ftuħ mill-ġdid”: Wara d-data tar-Rikonċiljazzjoni, il-prezz tal-eżerċitar fil-prinċipju se jkun fiss u mhux se jiġi kkalkolat mill-ġdid, ħlief f’avvenimenti kwalifikanti speċifiċi, jiġifieri l-avvenimenti ta’ ftuħ mill-ġdid.

(102)

Il-prezz tal-eżerċitar se jiġi kkalkolat bl-użu ta’ informazzjoni mill-mudell finanzjarju dettaljat, li se jiġi prodott u aġġornat minn BE-NUC, fi ħdan il-parametri nnotifikati mill-Belġju. Il-mudell finanzjarju (u kwalunkwe aġġornament tiegħu) huwa soġġett għall-approvazzjoni tal-Kontroparti tal-RA. Meta tali approvazzjoni tiġi miċħuda, BE-NUC u l-Kontroparti tal-RA jistgħu jirreferu d-determinazzjoni ta’ tali kwistjoni ta’ mudell finanzjarju lil espert indipendenti f’konformità ma’ proċedura speċifikata ta’ determinazzjoni tal-esperti.

(103)

Il-Belġju jsostni li s-CfD inaqqas l-iskopertura ta’ BE-NUC għar-riskju tas-suq u għall-varjazzjonijiet fil-prezzijiet tas-suq.

(a)

Il-ħlasijiet mill-Kontroparti tal-RA lil BE-NUC isiru meta l-MRP ikun taħt il-prezz tal-eżerċitar, u BE-NUC tkun responsabbli għall-ħlasijiet lill-Kontroparti tal-RA meta l-MRP ikun ogħla mill-prezz tal-eżerċitar.

(b)

Il-mudell tal-RA jipprevedi rata ta’ redditu fil-mira raġonevoli għall-Proġett LTO: il-prezz tal-eżerċitar huwa ta’ daqs maħsub biex jikseb IRR fil-mira fil-medda ta’ 6 %-8 %, li hija konformi mal-parametri referenzjarji tal-industrija (ara Tabella 3), kif ukoll f’konformità mal-istimi għad-WACC tal-Proġett LTO (ara Tabella 6) u s-CoE (Tabella 7).

(104)

Il-Belġju jsostni li, filwaqt li s-CfD inaqqas l-iskopertura ta’ BE-NUC għar-riskju tas-suq u l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet tas-suq, dan jinkludi mekkaniżmi ta’ kondiviżjoni tar-riskju li jenħtieġ li jiżguraw li BE-NUC xorta tkun esposta għal xi inċentivi u riskju tas-suq. B’mod partikolari, l-RA jinkludi mekkaniżmu għall-kondiviżjoni tat-telf/tal-qligħ (l-MPRA) meta l-prezzijiet tas-suq jirriżultaw li jkunu aktar baxxi jew ogħla mill-prezz tal-eżerċitar.

(a)

Meta l-MRP ikun bejn il-prezz tal-eżerċitar u limitu minimu definit, ir-redditu fil-mira (fil-forma ta’ prezz tal-eżerċitar aktar baxx) jonqos minn IRR ta’ 7 % għal IRR minima ta’ 6 %.

(b)

Meta l-MRP ikun bejn il-prezz tal-eżerċitar u limitu massimu definit, ir-redditu fil-mira (fil-forma ta’ prezz tal-eżerċitar ogħla) jiżdied għal IRR massima ta’ 8 %.

(105)

L-għan tal-MPRA huwa li jinċentiva lil BE-NUC biex tottimizza l-istruttura tal-kostijiet tagħha qabel ma tistabbilixxi u tirrevedi l-prezz tal-eżerċitar (2025/2029), timmassimizza l-output tar-reatturi meta jkunu mistennija prezzijiet għoljin u meta s-sistema tal-elettriku tkun qrib l-iskarsezza, u ttaffi l-profitti mhux mistennija.

(106)

L-MPRA jiġi derivat u kkalkolat kif ġej:

(a)

L-ewwel nett, il-prezz tal-eżerċitar jiġi kkalkolat b’rata ta’ redditu interna (IRR) nominali fil-mira u wara t-taxxa ta’ 7 %, prezz tal-eżerċitar ipotetiku aktar baxx b’IRR fil-mira ta’ 6 % (limitu inferjuri) u prezz tal-eżerċitar ipotetiku superjuri b’IRR fil-mira ta’ 8 % (limitu superjuri).

(b)

Imbagħad, il-medda bejn il-prezz tal-eżerċitar u l-limitu superjuri (rispettivament inferjuri) tinqasam f’20 valur pożittiv (rispettivament negattiv) (“valuri tal-MPRA”). Dawn il-valuri jintużaw biex jaġġustaw il-prezz tal-eżerċitar għas-saldu tal-ħlas tad-differenza skont is-CfD.

(c)

L-aġġustament tal-prezz tal-eżerċitar jiddependi fuq il-proporzjon bejn l-MRP u l-prezz tal-eżerċitar (il-proporzjon tal-MRP):

—

Jekk il-proporzjon ikun 1,20 jew ogħla, il-prezz tal-eżerċitar tal-MPRA jiżdied sal-limitu superjuri billi jiżdiedu l-20 valur pożittiv tal-MPRA mal-prezz tal-eżerċitar;

—

Jekk il-proporzjon ikun 0,80 jew inqas, dan jitnaqqas sal-limitu inferjuri;

—

Bejn dawn il-limiti, il-prezz tal-eżerċitar aġġustat għall-MPRA jiġi aġġustat fi ħdan il-medda kkalkolata. Pereżempju, proporzjon ta’ 1,19 iwassal għal aġġustament ’il fuq b’19-il valur tal-MPRA, filwaqt li proporzjon ta’ 1,10 iwassal għal aġġustament b’10 valuri tal-MPRA.

(d)

B’riżultat ta’ dan, meta l-MRP ikun ogħla mill-prezz tal-eżerċitar, il-prezz tal-eżerċitar aġġustat għall-MPRA jwassal għal IRR tal-Proġett ogħla sa 8 % minħabba l-istess suppożizzjonijiet tal-każ bażi.

(e)

Inkella, meta l-MRP ikun inqas mill-prezz tal-eżerċitar, il-prezz tal-eżerċitar aġġustat għall-MPRA jwassal għal IRR tal-Proġett aktar baxxa għal 6 %.

(107)

Fid-disinn inizjali tal-MPRA (“MPRA inizjali”), il-medda bejn il-prezz tal-eżerċitar u l-limitu superjuri (rispettivament inferjuri) kienet maqsuma fi 30 “valur tal-MPRA” pożittiv (rispettivament negattiv). Meta mqabbel mal-“MPRA inizjali”, l-“MPRA aġġornat” jiġi skattat aktar malajr, jiġifieri l-mekkaniżmu għall-kondiviżjoni tat-telf/tal-qligħ jikkorrispondi għal kuritur tal-prezz tas-suq b’intervalli ta’ +/-20 % minflok +/-30 %.

(108)

B’riżultat ta’ dan, il-Belġju jsostni li l-MPRA (aġġornat) jipprovdi lil BE-NUC b’inċentivi (aktar) b’saħħithom biex:

(a)

Tottimizza l-istruttura tal-kostijiet tagħha qabel ma tistabbilixxi u tirrevedi l-prezz tal-eżerċitar. Reviżjoni tal-prezz tal-eżerċitar se ssir rispettivament qabel id-data tal-Bidu mill-Ġdid tal-LTO (2025) u wara d-Data tar-Rikonċiljazzjoni (2028). Il-Belġju jsostni li kost aktar baxx iwassal għal prezz tal-eżerċitar aktar baxx u probabbiltà ogħla li l-prezz tas-suq ikun ogħla mill-prezz tal-eżerċitar, u b’hekk jipprovdi IRR ogħla (u jnaqqas l-ammont li potenzjalment irid jitħallas mill-Istat Belġjan taħt il-ħlasijiet tad-differenza).

(b)

Tiskeda manutenzjoni matul il-perjodi tal-aktar prezzijiet baxxi mistennija.

(c)

Tnaqqas il-profitti mhux mistennija potenzjali. Kif spjegat mill-Belġju, l-MPRA huwa stabbilit f’medda predeterminata (proporzjon tal-MRP bejn 0,80 u 1,20). Kwalunkwe MRP barra minn din il-medda ma jwassalx aktar għal aġġustament tal-prezz tal-eżerċitar u, b’hekk, qed isir parti sħiħa mill-ħlas tad-differenza. B’hekk, il-profitti mhux mistennija ma jistgħux jiġu realizzati minn prezzijiet għoljin tas-suq.

(109)

Barra minn hekk, il-Belġju jsostni li, fid-disinn modifikat tas-CfD, l-awtorità tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar meta jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-modulazzjoni ekonomika tiġi ttrasferita lis-sieħeb tal-EMSA (ara t-taqsima 3.3.1.5). Ir-remunerazzjoni tal-EMSA mhux biss se tkun fissa kif ippjanat inizjalment, iżda flimkien ma’ porzjon fiss se ssir varjabbli, u b’hekk se jiġu pprovduti inċentivi biex isir l-aħjar użu mill-istokk limitat ta’ modulazzjonijiet ta’ 30 għal kull ċiklu tal-fjuwil (ara l-premessa (13)). Meta mqabbel mad-disinn inizjali tas-CfD, li permezz tiegħu d-deċiżjonijiet dwar il-modulazzjoni ttieħdu abbażi ta’ limitu fiss ta’ modulazzjoni, id-disinn modifikat tas-CfD ma għadux jiddependi fuq limitu fiss ta’ modulazzjoni, iżda jinċentiva li l-modulazzjonijiet jiġu eżegwiti fi żminijiet meta jagħtu l-aktar frott (jiġifieri meta l-prezzijiet ikunu mistennija li jkunu negattivi ħafna għal perjodu ta’ żmien twil biżżejjed). Ir-remunerazzjoni tal-EMSA hija spjegata fid-dettall fit-taqsima 3.3.1.5.2.

(110)

Fl-aħħar nett, il-Belġju jsostni li, għar-raġunijiet ipprovduti fil-premessa (80) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, is-CfD huwa strument xieraq u proporzjonat biex jiġu indirizzati l-fallimenti tas-suq identifikati u r-riskji nukleari speċifiċi, biex b’hekk jintlaħqu l-objettivi tal-miżura, filwaqt li jiġu ppreservati sinjali tas-suq effiċjenti. Il-Belġju jiċċara li kwalunkwe rikavat mis-CfD se jidħol fil-baġit ġenerali tal-Istat, iżda se jkun soġġett għal kontabilità separata. Dawn se jintużaw primarjament biex jiffinanzjaw il-pagamenti tal-Kontroparti tal-RA skont is-CfD. Meta r-rikavati tas-CfD jaqbżu l-ammonti meħtieġa biex jiġu ffinanzjati l-kostijiet tas-CfD, dawn imbagħad ikunu jistgħu jintużaw biex jiffinanzjaw il-kostijiet ta’ CfD ieħor. Il-Belġju jimpenja ruħu li kwalunkwe rikavat tas-CfD li jifdal jintuża għall-finijiet tad-distribuzzjoni tiegħu lill-impriżi. Il-Belġju jimpenja ruħu wkoll li se jinforma lill-Kummissjoni f’każ li r-rikavati tas-CfD jitqassmu lill-impriżi u, jekk ikun hemm bżonn, jinnotifika tali miżura. Il-Belġju jikkonferma wkoll li inkluda klawżoli ta’ penali f’każ ta’ terminazzjoni bikrija unilaterali mhux dovuta tal-kuntratt tas-CfD.

3.3.1.3.3.   MOCP u WCF

(111)

Jekk id-dħul ta’ BE-NUC ma jkunx biżżejjed biex ikopri l-kostijiet pagabbli fi kwalunkwe xahar skont il-Ftehim O&M, kif ukoll kwalunkwe kost CAPEX ieħor tat-tħaddim, tal-fjuwil u tal-manutenzjoni meħtieġ għat-tħaddim tal-Unitajiet LTO, il-Kontroparti tal-RA trid tagħmel ħlas għan-nuqqas lil BE-NUC biex tiżgura fluss ta’ flus suffiċjenti biex tissodisfa dawn il-kostijiet, sabiex tiżgura l-vijabbiltà ekonomika fit-tul tal-JV (63).

(112)

L-MOCP jikkonsisti f’żewġ komponenti: OPEX Minimu: (i) ħlas għan-nuqqas ta’ dħul biex jiġu żgurati flussi ta’ flus suffiċjenti biex jiġu ssodisfati l-kostijiet meħtieġa għat-tħaddim tal-Unitajiet LTO u biex tiġi ssalvagwardjata l-vijabbiltà ekonomika fit-tul tal-JV u (ii) protezzjoni tal-kostijiet ta’ 50 % fuq il-kapital investit b’rabta mal-kostijiet kapitali amortizzati tal-estensjoni tal-LTO (kull 3 snin).

(113)

Il-Belġju jargumenta li kwalunkwe avveniment wieħed li jnaqqas id-disponibbiltà tal-Unitajiet LTO għal perjodu sinifikanti matul is-sena u/jew indisponibilitajiet ripetuti fuq diversi snin jista’ jirriżulta f’telf sinifikanti għal BE-NUC.

(114)

Il-Belġju talab lil Electrabel biex tevalwa r-riskju ta’ avvenimenti maġġuri mhux mistennija matul il-ħajja tal-Unitajiet LTO abbażi ta’ data storika. Electrabel issostni li hemm probabbiltà għolja ta’ avveniment mhux ippjanat sinifikanti (64) għall-perjodu ta’ 10 snin tal-estensjoni tat-tul tal-ħajja tal-Unitajiet LTO. Sabiex tagħti prova ta’ dan, Electrabel identifikat każijiet storiċi ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà għal kull wieħed mis-seba’ reatturi nukleari matul il-perjodu ta’ 11-il sena bejn l-2012 u l-2022 (ara Tabella 10). Electrabel tafferma li dan l-approċċ storiku jipprovdi għarfien utli għar-raġunijiet li ġejjin:

(a)

Ma hemm l-ebda definizzjoni/metodoloġija unifikata għall-istima jew il-kalkolu tal-probabbiltà ta’ avvenimenti ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà mhux ippjanati, u lanqas għall-istima tat-tul tal-perjodu ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà assoċjat ma’ avvenimenti bħal dawn;

(b)

Id-data omoġenja hija disponibbli biss għall-perjodu 2012-2022; madankollu, il-flotta nukleari Belġjana dejjem iffaċċjat avvenimenti/perjodi sinifikanti ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà mill-bidu tal-operazzjonijiet;

(c)

Il-liġi Belġjana tistipula li trid titwettaq valutazzjoni tas-sikurezza kull 10 snin mill-mument li l-impjant nukleari jirċievi awtorizzazzjoni biex jopera b’kapaċità sħiħa. Din il-valutazzjoni hija magħrufa bħala “Rieżami Perjodiku tas-Sikurezza” (“PSR”, Periodic Safety Review) jew “Rieżami ta’ 10 snin” (65). L-aħħar PSRs f’Tihange 3 u Doel 4 twettqu fl-2015, matul il-perjodu kkunsidrat (2012-2022) għall-analiżi tar-riskju. Billi l-perjodu ta’ 11-il sena (2012-2022), li matulu twettaq PSR għal kull reattur, jikkorrispondi bejn wieħed u ieħor għat-tul tal-estensjoni tat-tul tal-ħajja tal-Unitajiet LTO, dan il-perjodu jitqies xieraq bħala punt ta’ tqabbil.

Tabella 10

Avvenimenti mhux mistennija ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà fis-seba’ unitajiet nukleari Belġjani (2012-2022)

 

2012

2013

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

2021

2022

D1

[0 -5 ] %

[0 -5 ] %

[0 -5 ] %

[0 -5 ] %

[10 -15 ] %

[0 -5 ] %

[60 -70 ] %

[0 -5 ] %

[5 -10 ] %

[0 -5 ] %

[0 -5 ] %

D2

[0 -5 ] %

[0 -5 ] %

[0 -5 ] %

[0 -5 ] %

[0 -5 ] %

[0 -5 ] %

[0 -5 ] %

[0 -5 ] %

[10 -15 ] %

[0 -5 ] %

[0 -5 ] %

D3

[40 -50 ] %

[40 -50 ] %

[60 -70 ] %

[90 -100 ] %

[0 -5 ] %

[10 -20 ] %

[50 -60 ] %

[0 -5 ] %

[0 -5 ] %

[0 -5 ] %

[0 -5 ] %

D4

[0 -5 ] %

[5 -10 ] %

[30 -40 ] %

[0 -5 ] %

[0 -5 ] %

[0 -5 ] %

[30 -40 ] %

[0 -5 ] %

[0 -5 ] %

[0 -5 ] %

[0 -5 ] %

T1

[10 -20 ] %

[0 -5 ] %

[0 -5 ] %

[5 -10 ] %

[40 -50 ] %

[50 -60 ] %

[0 -5 ] %

[0 -5 ] %

[40 -50 ] %

[0 -5 ] %

[30 -40 ] %

T2

[20 -30 ] %

[40 -50 ] %

[60 -70 ] %

[90 -100 ] %

[0 -5 ] %

[5 -10 ] %

[10 -20 ] %

[60 -70 ] %

[0 -5 ] %

[10 -20 ] %

[0 -5 ] %

T3

[0 -5 ] %

[0 -5 ] %

[0 -5 ] %

[0 -5 ] %

[0 -5 ] %

[0 -5 ] %

[60 -70 ] %

[0 -5 ] %

[0 -5 ] %

[0 -5 ] %

[0 -5 ] %

Sors:

SA.106107 – Laqgħa teknika mal-Kummissjoni Ewropea dwar in-neċessità, l-adegwatezza u l-proporzjonalità tas-Self tal-SDC u tal-MOCP, it-8 ta’ Ottubru 2024

(115)

Id-data stabbilita fi Tabella 10 turi li kien hemm avvenimenti ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà mhux ippjanat sinifikanti barra mill-kontroll tal-operatur nukleari fis-seba’ unitajiet nukleari kollha matul il-perjodu 2012-2022, li rriżultaw f’nuqqas ta’ disponibbiltà medju ta’ 59 % għal kull unità (flimkien ma’ indisponibilitajiet ippjanati), li jikkorrispondu għal nuqqas ta’ disponibbiltà medju ta’ 7 xhur għal kull avveniment. Għas-seba’ unitajiet nukleari Belġjani flimkien, kien hemm 11-il avveniment ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà mhux ippjanat sinifikanti matul il-perjodu 2012-2022. Ir-raġunijiet għal avvenimenti mhux mistennija ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà kienu jinkludu laqx tal-idroġenu fil-kontenitur tal-pressjoni tar-reattur, degradazzjoni tal-konkrit (li teħtieġ tiswijiet importanti), ħsarat fit-tagħmir, tnixxijiet u sabotaġġ. Għalhekk, il-Belġju jsostni li kien hemm medja ta’ madwar 1,6 (11/7) avvenimenti sinifikanti ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà mhux ippjanati għal kull reattur kull 10 snin.

(116)

Il-Belġju jsostni li, meta jkun hemm diversi unitajiet nukleari (jew flotta nukleari) li jkunu qed joperaw, it-telf tad-dħul matul perjodu ta’ waqfien minħabba ħsara ta’ unità waħda jew aktar jista’ jiġi parzjalment ikkumpensat mid-dħul iġġenerat mill-unitajiet l-oħrajn. Madankollu, fil-każ tal-Proġett LTO, dawn ir-riskji sistemiċi (ta’ avvenimenti ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà li jaffettwaw il-biċċa l-kbira tal-unitajiet fl-istess ħin) huma mistennija li jintensifikaw hekk kif il-flotta nukleari tal-Belġju tonqos mill-2025 ’il quddiem u ssir inqas diversifikata, aktar u aktar minħabba li ż-żewġ unitajiet LTO huma tal-istess teknoloġija. Għalhekk, avveniment maġġuri li jaffettwa ż-żewġ Unitajiet LTO għal parti sostanzjali tas-sena ma huwiex meqjus improbabbli.

(117)

Il-probabbiltà ta’ 59 % ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ unità, li hija ekwivalenti għal madwar 7 xhur, tikkorrispondi għad-durata medja ta’ avveniment wieħed sinifikanti ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà mhux ippjanat. Electrabel tqis li din id-durata hija stima realistika bbażata fuq l-esperjenza tagħha stess bit-tħaddim tal-Unitajiet LTO fil-Belġju, minħabba li avvenimenti sinifikanti jeħtieġu xogħlijiet importanti ta’ inġinerija, l-akkwist ta’ spare parts, analiżi tal-impatt fuq is-sikurezza, u diskussjonijiet estiżi mal-awtorità tas-sikurezza nukleari qabel ma r-reatturi nukleari jkunu jistgħu jerġgħu jibdew jaħdmu.

(118)

Il-Belġju jispjega wkoll li l-PSRs regolari, abbażi tal-Linja Gwida SSG-25 tal-IAEA (66), li twettqu kull 10 snin mill-bidu tat-tħaddim, irriżultaw f’aġġornamenti u investimenti sinifikanti fid-disinn biex ilaħħqu mat-tiqdim u l-obsolexxenza tal-unitajiet nukleari u jgħinu biex jinżammu s-sikurezza u l-affidabbiltà tagħhom. Madankollu, minkejja dawn ir-rieżamijiet perjodiċi, l-operatur nukleari ma jistax jeskludi l-possibbiltà li jinqalgħu problemi ġodda li jiskattaw perjodi sinifikanti ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà għall-unitajiet nukleari.

(119)

Sabiex jiġi stmat l-impatt fuq BE-NUC tal-okkorrenza ta’ avveniment sinifikanti ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà mhux ippjanat matul il-perjodu tal-estensjoni tat-tul tal-ħajja tal-Unitajiet LTO, u l-effett tal-MOCP, il-Belġju kkunsidra xenarji plawżibbli ta’ avvenimenti maġġuri ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà (ara Tabella 11) abbażi ta’ data minn Tabella 10. Bħal fil-każ ta’ valutazzjonijiet oħrajn, għall-komputazzjonijiet illustrattivi, il-Belġju ddependa fuq il-Mudell Finanzjarju tal-Iffirmar datat it-13 ta’ Diċembru 2023.

(a)

Ix-xenarju 1 jassumi l-indisponibilità medja ta’ 59 %, minbarra l-indisponibilitajiet skedati, separatament f’Doel 4 u Tihange 3 fi snin differenti (l-2030 u l-2033). F’dak ix-xenarju, l-MOCP ma jiġix skattat. Il-Proġett LTO xorta jiġġenera eċċess ta’ dħul annwali (fuq il-kostijiet) ta’ EUR [0-200] miljun għal Doel 4 u EUR [0-200] miljun għal Tihange 3, iżda l-IRR tal-proġett ma taqbiżx [0-5] %.

(b)

Ix-xenarju 2 jikkonċerna xenarju fejn iż-żewġ Unitajiet LTO ma jkunux disponibbli simultanjament għal sena sħiħa matul il-perjodu 2029-2035 (jiġifieri x-xogħlijiet ta’ ġenerazzjoni sħiħa wara l-LTO). F’dan il-każ, l-MOCP jiġi skattat u jkun jammonta għal pagamenti lil BE-NUC ta’ EUR [700-1 000] miljun sa EUR [1 000-1 300] miljun fis-sena, skont is-sena tan-nuqqas ta’ disponibbiltà. Il-Belġju pprovda żewġ eżempji konkreti (xenarju ftit jew wisq negattiv) biex jissimula l-impatt fuq il-Proġett LTO:

—

Fl-2029 (xenarju aktar negattiv), il-Proġett LTO għandu jiġġenera Valur Preżenti Nett (“VPN”, Net Present Value) negattiv ta’ EUR [0-200] miljun, li jirriżulta f’IRR ta’ [0-5] %.

—

Fl-2034 (xenarju inqas negattiv), l-impatt ta’ avveniment sinifikanti ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà mhux ippjanat fuq l-azzjonisti tal-JV u fuq BE-NUC ikun relattivament aktar baxx hekk kif il-Proġett LTO jkun laħaq it-tmiem tal-perjodu ta’ 10 snin. Il-Proġett LTO jiġġenera VPN negattiv ta’ EUR [0-200] miljun, li jirriżulta f’IRR ta’ [5-10] %.

(c)

Ix-Xenarju 3 jikkonċerna xenarju fejn iż-żewġ unitajiet LTO ma jkunux disponibbli simultanjament għas-sena kollha matul il-Fażi tal-Bidu mill-Ġdid, li hija l-perjodu 2026-2028, ikkaratterizzata minn ġenerazzjoni limitata matul ix-xogħlijiet relatati mal-LTO. F’dan il-perjodu, l-Unitajiet LTO huma skedati li joperaw f’inqas minn 50 % tal-kapaċità tagħhom u huwa aktar probabbli (milli matul il-fażi ta’ tħaddim) li kwalunkwe nuqqas ta’ disponibbiltà mhux ippjanat ulterjuri jagħmel l-Unitajiet LTO mhux disponibbli għas-sena kollha, fejn kwalunkwe telf l-ewwel se jkun kopert mis-Self tal-SDC. F’dan il-każ, l-MOCP jiġi skattat, iżda la BE-NUC u lanqas Luminus ma huma mistennija li jiġġeneraw xi profitti matul il-Fażi tal-Bidu mill-Ġdid; ma jkun hemm l-ebda impatt addizzjonali minn kwalunkwe avveniment mhux ippjanat fuq il-profittabbiltà tiegħu.

Tabella 11

Impatt illustrattiv ta’ tliet xenarji plawżibbli ta’ avvenimenti sinifikanti ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà mhux ippjanati fuq BE-NUC u l-Kontroparti tal-RA abbażi tal-Mudell Finanzjarju tal-Iffirmar

 

Impatt fuq BE-NUC

Impatt fuq il-ħlas tal-MOCP mill-Kontroparti tal-RA

Prestazzjoni tal-LTO

IRR

Xenarju 1

59 % nuqqas ta’ disponibbiltà għal T3 fl-2030 u D4 fl-2033

2030: Eċċess ta’ dħul fuq il-kostijiet ta’ EUR [0-200] miljun

2033: Eċċess ta’ dħul fuq il-kostijiet ta’ EUR [0-200] miljun (VPN ta’ nieqes EUR [100-300] miljun)

[0 -5 ] %

Mhux skattat

Xenarju 2

Kontaġju li jaffettwa ż-żewġ unitajiet f’daqqa għal sena sħiħa matul il-perjodu tal-Fażi ta’ Tħaddim

2029

Ma sar l-ebda dħul tas-suq fl-2029 (VPN ta’ nieqes EUR [0-200] miljun)

[0 -5 ] %

Skattat: EUR [700-1 000 ] miljun

Fin-nuqqas tal-MOCP: falliment ta’ BE-NUC

2034

Ma sar l-ebda dħul tas-suq fl-2034 (VPN ta’ nieqes EUR [0-200] miljun)

[5 -10 ] %

Skattat: EUR [1 000 -1 300 ] miljun

Fin-nuqqas tal-MOCP: falliment ta’ BE-NUC

Xenarju 3

Kontaġju li jaffettwa ż-żewġ unitajiet f’daqqa għal sena sħiħa (2028) matul il-perjodu tal-bidu

Dħul tas-suq li sar fl-2028 (VPN ta’ EUR 0 miljun)

[5 -10 ] %

Skattat: EUR [600-800] miljun

Fin-nuqqas tal-MOCP: falliment ta’ BE-NUC

Sors:

SA.106107 – Laqgħa teknika mal-Kummissjoni Ewropea dwar in-neċessità, l-adegwatezza u l-proporzjonalità tas-Self tal-SDC u tal-MOCP, it-8 ta’ Ottubru 2024; SA.106107 – Ir-Rispons tal-Belġju għall-RFI tal-1 ta’ Ottubru 2024, l-1 ta’ Novembru 2024 (verżjoni aġġornata)

(120)

Il-Belġju jsostni li l-analiżi ta’ hawn fuq turi li l-MOCP huwa mfassal biex ikopri l-effetti ta’ avvenimenti maġġuri potenzjali li jheddu l-vijabbiltà ekonomika tal-JV, u jħalli lill-JV iġġorr ħafna riskji ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà: fix-Xenarju 1, l-MOCP ma jiġix skattat li kieku kellu jseħħ avveniment maġġuri medju, u ma jiggarantix ir-redditi lill-azzjonisti li jkomplu jġorru r-riskju li ma jirkuprawx l-investimenti tagħhom.

(121)

F’xi xenarji, l-MOCP jista’ potenzjalment iwassal għal kost relattivament sinifikanti għall-Istat Belġjan, minħabba li se jiġi skattat biex jindirizza l-avvenimenti ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà b’impatt kbir, kif muri hawn fuq. Sabiex jindirizza dan it-tħassib, il-Belġju introduċa limitu massimu fuq il-pagamenti tal-MOCP. Għaldaqstant, il-Kontroparti tal-RA (l-Istat Belġjan) se teżerċita d-dritt ta’ terminazzjoni tagħha skont l-RA (67) f’każ li l-MOCP jilħaq ammont imħallas ta’ EUR 2 biljun (“Skattatur tal-MOCP”), sakemm dan jidher li jkun xieraq fid-dawl ta’, fost l-oħrajn,

—

il-kawżi tal-Iskattatur tal-MOCP;

—

l-impatt potenzjali tiegħu fuq perjodu ta’ żmien qasir u twil;

—

il-prospettiva applikabbli b’rabta mal-pagamenti tal-MOCP f’konformità mal-RA (fin-nuqqas ta’ terminazzjoni);

—

l-ammont (antiċipat) tal-pagamenti ta’ terminazzjoni dovuti; kif ukoll

—

l-implikazzjonijiet fuq is-sigurtà tal-provvista.

(122)

Il-Belġju jsostni li hemm ċirkostanzi li fihom terminazzjoni ma tkunx xierqa:

—

meta, skont liema dritt ta’ terminazzjoni jkun applikabbli, il-pagament rilevanti ta’ terminazzjoni (jekk ikun hemm) ikun ogħla mill-pagamenti futuri mistennija tal-MOCP;

—

meta l-piż u l-kostijiet, fost l-oħrajn għall-Istat Belġjan, tal-kapaċità ta’ sostituzzjoni jegħlbu l-pagamenti mistennija tal-MOCP; kif ukoll

—

meta l-kapaċità ta’ sostituzzjoni ma tkunx disponibbli.

(123)

F’każ li l-Kontroparti tal-RA tiddeċiedi li ma teżerċitax id-dritt(ijiet) ta’ terminazzjoni tagħha, il-Belġju jissottometti r-raġunament tiegħu lill-Kummissjoni għal finijiet ta’ evalwazzjoni.

(124)

L-ammont tal-Iskattatur tal-MOCP jikkorrispondi għal-livell superjuri tal-pagamenti tal-MOCP f’xenarju fejn iż-żewġ Unitajiet LTO ma jkunux disponibbli simultanjament għal sentejn konsekuttivi. Il-pagamenti mistennija tal-MOCP minn għeluq ta’ sentejn tabilħaqq se jiddependu mis-sena meta jseħħ l-għeluq imsemmi. Il-Belġju pprovda komputazzjonijiet annwali għall-pagamenti annwali tal-MOCP u t-totali fuq sentejn konsekuttivi (ara Tabella 12) abbażi ta’ tbassir preliminari mill-Mudell Finanzjarju tal-Iffirmar datat it-13 ta’ Diċembru 2023.

Tabella 12

Pagamenti ta’ simulazzjoni tal-MOCP

Perjodu ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ 100 %

Kost tal-MOCP fl-ewwel sena (EUR miljun)

Kost tal-MOCP fit-tieni sena (EUR miljun)

MOCP tal-Kost totali (EUR miljun)

2026-2027

[600 -800 ]

[600 -800 ]

[1 100 -1 300 ]

2027-2028

[600 -800 ]

[600 -800 ]

[1 200 -1 400 ]

2028-2029

[600 -800 ]

[800 -1 000 ]

[1 400 -1 600 ]

2029-2030

[800 -1 000 ]

[800 -1 000 ]

[1 600 -1 800 ]

2030-2031

[800 -1 000 ]

[1 000 -1 100 ]

[1 800 -2 000 ]

2031-2032

[900 -1 100 ]

[800 -1 000 ]

[1 800 -2 000 ]

2032-2033

[800 -1 000 ]

[800 -1 000 ]

[1 800 -2 000 ]

2033-2034

[800 -1 000 ]

[1 000 -1 200 ]

[1 900 -2 100 ]

2034-2035

[1 000 -1 200 ]

[600 -800 ]

[1 700 -1 900 ]

Sors:

L-awtoritajiet Belġjani

(125)

Sabiex jiġi stmat il-perjodu ta’ referenza ta’ sentejn użat biex jiġi kkalkolat il-limitu massimu propost ta’ EUR 2 biljun fuq l-MOCP, il-Belġju jipprovdi xi eżempji ta’ reatturi nukleari li ngħalqu b’mod permanenti għal raġunijiet tekniċi fl-Istati Uniti (billi dan qatt ma seħħ fl-Ewropa sa issa) (68). Skont il-Belġju, dawn l-eżempji juru li l-perjodu ta’ referenza ta’ sentejn huwa konformi mar-realtà industrijali, minħabba li perjodu ta’ sentejn wara l-iskoperta ta’ problema li tirrikjedi l-għeluq taż-żewġ Unitajiet LTO ġeneralment jista’ jitqies bħala punt ta’ limitu raġonevoli sabiex wieħed jiddubita mit-tkomplija tat-tiswijiet jew jikkunsidra l-għeluq finali.

(126)

Sabiex l-MOCP isir operazzjonali, BE-NUC se takkwista, jew mingħand l-azzjonisti tagħha jew mingħand parti esterna, faċilità ta’ kapital operatorju (WCF) mhux aktar tard mill-ewwel data tal-bidu mill-ġdid tal-LTO. Id-WCF isservi biex tiffinanzja l-ħtieġa ta’ kapital operatorju li jirriżulta mill-operat tal-Unitajiet LTO. BE-NUC se titħalla tippreleva d-WCF jekk id-differenza bejn l-influssi ta’ flus u l-ħruġ ta’ flus tagħha tkun iżgħar min-nefqiet operazzjonali stmati tal-perjodu ta’ nfiq li jmiss stabbilit fl-RA. L-ammont tad-WCF għandu jkun mill-inqas in-nefqa operazzjonali aggregata medja stmata għal perjodu ta’ 3 xhur. Fil-fatt, id-WCF isservi bħala pont fi ħdan is-sena għall-MOCP annwali, li jaġixxi bħala faċilità ta’ kreditu rotanti li titħallas lura kull sena, jekk tiġi prelevata, mill-MOCP ipprovdut mill-Belġju.

(127)

It-termini tad-WCF, li għandhom jiġu akkwistati skont it-termini tas-suq sa mhux aktar tard mill-ewwel data tal-bidu mill-ġdid tal-LTO, għadhom ma humiex magħrufa. Madankollu, il-Belġju kompla jiċċara li r-rata tal-imgħax tad-WCF se tiġi ddeterminata bl-użu tal-istess metodoloġija bħal dik maqbula għas-Self mill-Azzjonisti (ara l-premessa (63)).

3.3.1.3.4.   Self tal-SDC

(128)

Minbarra l-MOCP li jipprevedi l-istabbiltà finanzjarja matul il-perjodu kollu ta’ 10 snin tal-estensjoni tat-tul tal-ħajja, matul l-ewwel 3 snin tal-Proġett LTO (il-Fażi tal-Bidu mill-Ġdid), il-Gvern Belġjan se jagħti self lil BE-NUC u Luminus b’termini identiċi. Id-daqs tas-self se jiġi stabbilit b’referenza għas-sehem proporzjonat tiegħu fl-Unitajiet LTO, u konsegwentement għas-sehem rispettiv tiegħu fil-kostijiet tal-għeluq u tat-tħaddim mill-1 ta’ Lulju 2025. Kif imsemmi mill-Belġju, is-Self tal-SDC huwa pprovdut biex jiżgura l-likwidità sal-2028, billi l-kostijiet operatorji ma jistgħux jiġu ffinanzjati permezz ta’ flussi ta’ flus minħabba x-xogħlijiet LTO.

(129)

Is-Self tal-SDC, li jiġi pprovdut b’rata tal-imgħax limitata u li jitħallas lura skont skeda ta’ ripagament speċifikata, huwa magħmul minn żewġ faċilitajiet differenti (jiġifieri waħda għal kull Unità LTO), kull waħda fformata minn żewġ segmenti:

(a)

Segment relatat mal-kostijiet tal-għeluq tal-unità rilevanti mġarrba minn BE-NUC u Luminus mid-data tal-għeluq legali sad-data tal-bidu mill-ġdid tal-unità rilevanti: dan is-segment għandu jiffinanzja u jħallas għal dawk il-kostijiet meħtieġa sabiex l-Unitajiet LTO jinżammu sad-data tal-bidu mill-ġdid. Jekk il-kostijiet tal-perjodu tal-għeluq ikunu akbar minn dawk antiċipati, il-Kontroparti tal-RA jenħtieġ li tiżgura li d-daqs tas-segment jiġi stabbilit mill-ġdid.

(b)

Segment relatat mal-kopertura tal-kostijiet operatorji u porzjon tal-CAPEX imġarrab fir-rigward tal-unità rilevanti sad-data ta’ rikonċiljazzjoni tal-31 ta’ Diċembru 2028: dan is-segment għandu jintuża biex ikopri n-nuqqasijiet tal-flussi ta’ flus operattivi li jseħħu qabel il-31 ta’ Diċembru 2028. Madankollu, kwalunkwe telf ieħor ikkawżat minn indisponibilitajiet mhux skedati jrid ikun kopert mill-MOCP.

(130)

It-termini tas-Self tal-SDC huma pprovduti fil-premessa (96) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ u ma ġewx emendati. Is-Self tal-SDC jitħallas lura b’imgħax sa 6 % u pari passu mar-redditi tal-azzjonisti. Fir-rigward tal-metodoloġija użata biex tiġi ddeterminata r-rata tal-imgħax, il-Belġju jispjega li din kienet ir-riżultat ta’ negozjati bejn il-partijiet għall-RA, u li r-rata massima ta’ 6 % tikkorrispondi għal-livell inferjuri tal-medda tal-IRR fil-mira ta’ 6 % sa 8 % (meta jitqies l-MPRA).

(131)

Kif iddikjarat fil-premessa (97) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, is-Self tal-SDC huwa mistenni li jiġi prelevat għal ammont aggregat ta’ EUR [500-700] miljun fi […] pagamenti parzjali minn […] sa […], imħallsa lura fi tliet pagamenti parzjali minn […] sa […] inklużi l-imgħaxijiet kapitalizzati. Dawn il-komputazzjonijiet u l-ammonti se jiġu aġġornati fil-mudell finanzjarju approvat mill-Kontroparti tal-RA matul l-2025, qabel id-data tal-bidu mill-ġdid tal-LTO, abbażi tal-kost tal-estensjoni tal-operazzjoni skont ir-rekwiżiti tas-sikurezza nukleari stabbiliti mill-aġenzija tas-sikurezza nukleari Belġjana, stmat abbażi tal-kwotazzjonijiet sottomessi mill-kuntratturi.

(132)

Il-Belġju jsostni li s-Self tal-SDC ma jkunx ta’ benefiċċju sproporzjonat għall-azzjonisti: ir-riskji li ma jiġux realizzati r-redditi mistennija huma kondiviżi b’mod proporzjonali mill-azzjonisti tal-JV u mill-Kontroparti tal-RA minħabba li, bi profitti aktar baxxi, kemm l-IRR tal-Proġett LTO kif ukoll is-Self tal-SDC se jonqsu. Fil-fatt, is-Self tal-SDC mhux se jitħallas lura (xejn) biss jekk il-Proġett LTO ma jiġġenerax biżżejjed profitti biex jitħallas kwalunkwe redditu fuq l-investiment tal-azzjonisti (69). Konsegwentement, il-Belġju jsostni li s-Self tal-SDC ma jġib l-ebda riskju addizzjonali għall-Fornitur tal-RA lil hinn mir-riskji tal-prestazzjoni u l-profittabbiltà tal-Proġett LTO, minħabba li l-faċilità ma tintużax biex tiffinanzja l-ispejjeż kapitali (il-kostijiet kapitali amortizzati biss tal-estensjoni tal-LTO matul il-Fażi tal-Bidu mill-Ġdid).

3.3.1.4.   Ftehim dwar l-Operazzjonijiet u l-Manutenzjoni (“O&M”, Operations and Maintenance)

(133)

Skont il-Ftehim O&M, Electrabel għandha twettaq għal BE-NUC:

(a)

“Servizzi LTO”: mid-data tal-għeluq tat-tranżazzjoni, ix-xogħlijiet u s-servizzi meħtieġa sabiex il-ħajja operazzjonali ta’ kull Unità LTO tiġi estiża b’10 snin; kif ukoll

(b)

“Servizzi ta’ O&M”: mit-tmiem tal-ħajja legali inizjali ta’ kull Unità LTO, is-servizzi li joperaw u jżommu l-Unitajiet LTO, is-sistemi komuni u l-assi komuni sa fejn jintużaw b’konnessjoni mal-Unitajiet LTO (inklużi s-servizzi tal-immaniġġar tal-iskart).

(134)

Ċerti servizzi huma espliċitament esklużi mill-Ftehim O&M, inklużi servizzi, xogħlijiet jew attivitajiet fir-rigward tad-dekummissjonar u ż-żarmar tal-Unitajiet LTO, li jibqgħu taħt ir-responsabbiltà ta’ Electrabel (ara t-taqsima 3.3.2.4).

(135)

Skont l-Artikolu 12.1 tal-Ftehim O&M u soġġetta għal ċerti aġġustamenti u eċċezzjonijiet, BE-NUC se tħallas lil Electrabel 89,807 % (li jirrifletti ż-żamma minn Luminus ta’ 10,193 % tal-Unitajiet LTO) tal-kostijiet kollha mġarrba fil-forniment tas-servizzi LTO u tas-servizzi O&M, flimkien mal-marġni rilevanti, li huma:

—

[0-5] % għall-kostijiet u t-taxxi tal-assigurazzjoni;

—

[0-5] % għall-oġġetti u s-servizzi fornuti mill-membri tal-grupp Engie; kif ukoll

—

[10-20] % għall-kostijiet l-oħrajn kollha.

(136)

Il-Belġju jsostni li l-livelli tal-marġnijiet huma allinjati ma’ dawk applikati skont il-Ftehim ta’ Sħubija tal-LTO ma’ Luminus (li huwa stess ikopri firxa wiesgħa ta’ servizzi, inklużi iżda mhux limitati għal O&M). Il-ftehim oriġinali li jkopri servizzi simili lil parti terza, Luminus, konkluż fis-26 ta’ Ġunju 2003 u kkonfermat mill-ġdid fit-13 ta’ Diċembru 2023, huwa referenza rilevanti biex tiġi appoġġata l-pożizzjoni li l-Ftehim O&M jirrifletti l-kostijiet ta’ distakkament għall-operazzjonijiet nukleari. Barra minn hekk, il-Belġju jsostni li r-riskji finanzjarji mġarrba minn Electrabel huma akbar minn dawk skont il-Ftehim ta’ Sħubija ma’ Luminus, minħabba li, skont il-Ftehim O&M, il-marġni ta’ Electrabel se jitnaqqas f’każ ta’ kostijiet akbar milli ppjanati (mhux skużabbli), (jiġifieri l-kostijiet mhux inklużi fil-baġit kif propost minn Electrabel u vvalidati mill-partijiet) u f’każ ta’ indisponibbiltà tal-impjant lil hinn minn mira.

(137)

Barra minn hekk, il-Belġju jsostni li l-Ftehim O&M jinkludi ċerti kontrolli tal-kostijiet, inklużi d-drittijiet għal BE-NUC biex jiġi awditjat il-kalkolu tal-Electrabel tat-tariffi u l-prestazzjoni tas-servizzi u biex tintalab reviżjoni tal-parametri referenzjarji tal-prezzijiet mitluba mill-Electrabel għas-servizzi affiljati tekniċi.

(138)

Fl-aħħar nett, bħala l-operatur (uniku) tal-Unitajiet LTO u fornitur ta’ servizzi lil BE-NUC skont il-Ftehim O&M, Electrabel se tiġi inċentivata biex tikseb prestazzjoni teknika u ekonomika tal-Unitajiet LTO. B’mod partikolari, skont il-Ftehim O&M:

(a)

Electrabel se tkun responsabbli biex tħallas danni likwidati jekk id-disponibbiltà tal-Unitajiet LTO matul sena kuntrattwali tkun inqas minn [90-100] % (esklużi l-indisponibilitajiet tal-LTO, l-indisponibilitajiet normali u l-avvenimenti skużati). Bħala konsegwenza tal-ħlas ta’ dawn id-danni likwidati, il-marġni miksub minn Electrabel għal dik is-sena kuntrattwali jonqos fuq skala progressiva minn [10-20] % għal [0-5] %;

(b)

fil-każ ta’ kostijiet akbar milli ppjanati, Electrabel ma għandhiex tkun intitolata li tirċievi xi Marġni Rilevanti fir-rigward ta’ u sal-punt ta’ kwalunkwe Kost Akbar Milli Ppjanat, għajr kwalunkwe Kost Akbar Milli Ppjanat Skużat; kif ukoll

(c)

fil-każ ta’ kostijiet akbar milli ppjanati matul il-Fażi ta’ Bidu mill-Ġdid biss, se jkunu applikabbli penali għall-marġni ta’ Electrabel (sa [50-60] % tal-marġni fuq is-servizzi ta’ O&M u sa [70-80] % tal-marġni fuq is-servizzi LTO).

(139)

Bħala konsegwenza, il-Belġju jikkonkludi li l-Ftehim O&M huwa limitat li jkopri l-kostijiet imġarrba u li l-kundizzjonijiet finanzjarji tal-Ftehim O&M għandhom jirriflettu t-termini tas-suq.

3.3.1.5.   Ftehim dwar is-Servizzi tal-Ġestjoni tal-Enerġija (“EMSA”, Energy Management Services Agreement)

(140)

Għalkemm BE-NUC se tkun il-proprjetarja teknika ta’ 89,807 % tal-elettriku prodott mill-Unitajiet LTO (l-10,193 % li jifdal huwa proprjetà ta’ Luminus), hija tittrasferixxi s-sjieda ta’ dak l-elettriku lill-maniġer tal-enerġija, li se jbigħu (70). Għal dan l-iskop, BE-NUC se tidħol f’EMSA ma’ sieħeb li jixtri l-elettriku mingħand BE-NUC u jbigħu.

(141)

L-EMSA se jistabbilixxi termini, kundizzjonijiet u allokazzjonijiet tar-riskju ewlenin u, konsegwentement, se jistabbilixxi b’mod dettaljat BIS u r-rwol tal-maniġer tal-bejgħ tal-enerġija (“sieħeb tal-EMSA”) b’rabta miegħu, fi ħdan il-parametri stabbiliti. Is-sieħeb tal-EMSA maħtur taħt l-EMSA se jkun ix-xerrej u s-sid tas-sehem ta’ BE-NUC tal-elettriku prodott mill-Unitajiet LTO u huwa soġġett għal BIS definita minn qabel. Il-BIS tista’ tiġi riveduta u emendata minn żmien għal żmien wara proċedura spjegata fid-dettall fl-RA. Il-Gvern Belġjan (BE-WATT), fil-kapaċità tiegħu bħala Kontroparti tal-RA, jista’ jimponi l-BIS sa fejn jirrispetta l-kundizzjonijiet tal-BIS kif stipulati fl-RA. Is-sieħeb tal-EMSA għandu rwol konsultattiv fil-kwistjoni.

(142)

Sabiex l-elettriku prodott jinġieb fis-suq tal-elettriku bl-ingrossa b’mod kompetittiv u trasparenti, Electrabel u l-Istat Belġjan qablu li jmexxu offerta pubblika għal dawn is-servizzi, filwaqt li jiżguraw it-trasparenza u l-kompetizzjoni (ara t-taqsima 3.3.1.5.1). Il-liġi dwar l-akkwist pubbliku u s-salvagwardji meħtieġa relatati kollha japplikaw għall-proċedura tal-offerti.

3.3.1.5.1.   Proċedura tal-offerti

(143)

Il-Belġju jsostni li l-proċedura tal-offerti qed titwettaq b’mod volontarju f’konformità mal-liġi Belġjana dwar l-akkwist pubbliku tas-17 ta’ Ġunju 2016 u d-Digriet Irjali tat-18 ta’ Ġunju 2017 dwar l-akkwist pubbliku għas-setturi tal-utilitajiet (71).

(144)

Il-kuntratt tal-EMSA se jingħata permezz ta’ proċedura nnegozjata b’sejħa minn qabel għall-kompetizzjoni (72), li hija proċedura standard fis-settur tal-utilitajiet. Is-sejħa għall-offerti ġiet ippubblikata fuq il-pjattaformi rilevanti tal-Belġju (73) u tal-UE (74), li tippermetti lill-kandidati potenzjali kollha jieħdu sehem fil-proċedura tal-offerti.

(145)

Minħabba l-importanza tas-servizz offrut u s-sensittività minn perspettiva ta’ kompetizzjoni, il-Belġju implimenta dispożizzjonijiet u salvagwardji addizzjonali biex jiżgura li l-objettivi tal-EMSA jintlaħqu u li s-servizzi mistennija jingħataw b’mod adegwat:

(a)

Qabel l-abbozzar tad-dokumenti tas-sejħa għall-offerti, fit-3 ta’ Settembru 2024 tnediet Talba għall-Informazzjoni (“RFI”, Request for Information) dwar l-EMSA (sat-2 ta’ Ottubru 2024) biex jinġabru fehmiet mis-suq dwar diversi suġġetti relatati mal-EMSA (75). L-RFI segwiet żewġ objettivi ewlenin: (i) li jingħata avviż bil-quddiem lis-suq dwar il-proċedura tal-offerti li jmiss, biex b’hekk jiġi żgurat biżżejjed żmien għall-kandidati interessati biex iħejju l-parteċipazzjoni tagħhom (76) u jipprovdu trasparenza addizzjonali; (ii) ir-riżultati tal-RFI jitqiesu, fejn xieraq, meta jitfasslu d-dokumenti tas-sejħa għall-offerti, u b’hekk jgħinu lil BE-NUC tipproponi offerta rfinuta u ttestjata fis-suq, kif ukoll itejbu ċ-ċarezza tal-kriterji u jiżguraw li kwalunkwe kundizzjoni jew kriterju imposti ma jkunux diskriminatorji. L-RFI żvelat, pereżempju, li ma jenħtieġ li tiġi organizzata l-ebda offerta separata għal kull Unità LTO, iżda li dawn jistgħu jiġu offruti bħala pakkett.

(b)

Fil-11 ta’ Diċembru 2024 inħarġet Talba għall-Espressjoni tal-Kandidati (“RFC”, Request for Expression of Candidacies), li stiednet lill-partijiet interessati biex jindikaw l-interess tagħhom li jipparteċipaw fl-offerta sat-13 ta’ Jannar 2025. Fuq talba minn diversi partijiet, l-iskadenza għas-sottomissjoni ġiet posposta għat-3 ta’ Frar 2025, sabiex tiġi żgurata kompetizzjoni suffiċjenti fil-proċedura tal-offerti. Minn hemm ’il quddiem, il-partijiet interessati se jiġu mistiedna jissottomettu l-offerti tagħhom, abbażi tad-dokumenti kuntrattwali futuri (inkluża l-istruttura ta’ remunerazzjoni modifikata kif spjegat f’Illustrazzjoni 3). Il-Belġju jsostni li d-deskrizzjoni dettaljata tas-servizzi offruti tippermettilu li jkollu kriterju wieħed għall-aġġudikazzjoni bbażat fuq il-prezz. Billi l-kuntratt se jingħata permezz ta’ proċedura nnegozjata, l-awtorità kontraenti tista’, ladarba l-kandidati jkunu ssottomettew l-offerti tagħhom b’rispons għat-Talba għal Proposti (inkluż l-abbozz tal-kuntratt tal-EMSA u kwalunkwe dokument anċillari), tistieden lill-kandidati jissottomettu offerta aħjar, li tiżgura l-aktar eżitu kompetittiv.

(146)

Barra minn hekk, il-Belġju jsostni li l-offerta tinkludi sett ta’ kriterji tal-għażla biex jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet għall-professjonaliżmu u l-infrastruttura meħtieġa għal eżekuzzjoni ordnata tal-EMSA jiġu ssodisfati minn kwalunkwe kandidat għall-offerta. Madankollu, dawn il-kriterji ta’ kwalifika huma limitati għall-minimu possibbli, u kull wieħed jirreferi għal rekwiżit meħtieġ għas-servizzi maħsuba, sabiex tiġi żgurata kompetizzjoni massima matul l-offerta.

(147)

Meta mqabbla mal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni fiż-żmien tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Belġju pprovda aktar dettalji dwar il-kriterji ta’ kwalifika. L-offerent (jew, għall-ewwel erba’ kriterji deskritti hawn taħt, permezz tad-dipendenza fuq il-kapaċitajiet ta’ entità oħra) irid:

(a)

jippreżenta mill-inqas żewġ referenzi ta’ esperjenza (ta’ mill-inqas sena ta’ operat) fil-ġestjoni tal-enerġija ta’ portafoll ta’ assi ta’ ġenerazzjoni termali jew nukleari ta’ mill-inqas 1 000 MW fl-aggregat (jiġifieri filwaqt li jitqiesu r-referenzi kollha), li jinsab f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, fir-Renju Unit jew fil-pajjiżi tal-EFTA (77);

(b)

jippreżenta mill-inqas żewġ referenzi fil-ġestjoni tal-enerġija (ta’ mill-inqas sena ta’ operat) ta’ assi ta’ produzzjoni termali jew nukleari. Kull referenza tirrigwardja assi wieħed ta’ mill-inqas 350 MW, li jinsab f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, fir-Renju Unit, jew fil-pajjiżi tal-EFTA (78);

(c)

jippreżenta mill-inqas referenza waħda ta’ ġestjoni tal-enerġija (ta’ mill-inqas sena ta’ operat) għal parti terza għal kapaċità ta’ ġenerazzjoni ta’ mill-inqas 350 MW għal assi ta’ produzzjoni wieħed li jinsab f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, fir-Renju Unit jew fil-pajjiżi tal-EFTA (79);

(d)

ikollu klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ “grad ta’ investiment”, jiġifieri l-klassifikazzjoni tal-kreditu li ġejja ma’ waħda mill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni li ġejjin (jew ekwivalenti): (i) Fitch: BBB- minimu, (ii) S&P: BBB- minimu, (iii) Moody’s: Baa3 minimu (80); kif ukoll

(e)

ikollu sħubija attiva ma’ mill-inqas Operatur Nominat tas-Suq tal-Elettriku (“Nemo”, Nominated Electricity Market Operator) wieħed attiv fil-Belġju, għall-kambju tal-elettriku (81).

(148)

Matul it-terminu tal-kuntratt tal-EMSA, il-kundizzjonijiet li ġejjin japplikaw fost l-oħrajn għas-sieħeb tal-EMSA:

(a)

li jkollu kuntratt ta’ Parti Responsabbli għall-Bilanċ (“BRP”, Balance Responsible Party) fil-Belġju ma’ Elia;

(b)

li jkollu klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ “grad ta’ investiment”, jiġifieri l-klassifikazzjoni tal-kreditu li ġejja ma’ waħda mill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni li ġejjin (jew ekwivalenti): (i) Fitch: BBB- minimu, (ii) S&P: BBB- minimu, (iii) Moody’s: Baa3 minimu;

(c)

li jkollu sħubija attiva f’mill-inqas Nemo wieħed attiv fil-Belġju, għall-kambju tal-elettriku.

(149)

Fir-rigward tat-twaqqit tas-sejħa għall-offerti, il-Belġju jsostni li għandu l-għan li jikkonkludi l-offerta fi żmien xieraq, sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Mejju 2025, sabiex is-sieħeb tal-EMSA jkollu biżżejjed żmien biex jagħmel it-tħejjijiet meħtieġa qabel il-bidu mill-ġdid tal-Unitajiet LTO.

(150)

Is-servizzi offruti jinkludu, b’rabta mal-assi tal-enerġija, fost l-oħrajn (i) “Servizzi ta’ rappreżentanza tal-Assi tal-Enerġija forward u realizzati”, (ii) “Servizzi ta’ Ottimizzazzjoni u ta’ Operazzjonijiet ta’ ġurnata bil-quddiem (“DA”, day-ahead) u tal-istess ġurnata (“ID”, intraday), (iii) servizzi relatati mal-obbligi regolatorji tas-suq, (iv) servizzi ta’ kuntrattar tat-TSO Belġjani, u (v) negozjar, aċċess għas-suq u analiżi tas-suq. Minħabba l-interdipendenza bejn id-diversi kompiti elenkati, u l-prattika regolari tas-suq biex dawn is-servizzi jiġu kkombinati f’kuntratt kummerċjali wieħed biex tiġi żgurata l-effiċjenza operazzjonali, dawn is-servizzi se jiġu integrati f’definizzjoni waħda ta’ servizz tal-EMSA.

3.3.1.5.2.   Il-bejgħ tal-elettriku LTO u r-remunerazzjoni tas-sieħeb tal-EMSA

(151)

Il-Belġju ċċara li s-sieħeb tal-EMSA mhux qed jinnegozja bħala aġent jew f’isem BE-NUC, iżda qed ibigħ l-elettriku mixtri billi huwa s-sid tiegħu. Barra minn hekk, fid-disinn modifikat tas-CfD, is-sieħeb tal-EMSA jikseb l-awtorità tat-teħid tad-deċiżjonijiet rigward il-modulazzjonijiet ekonomiċi sabiex jinċentiva użu effiċjenti tal-istokk limitat ta’ modulazzjonijiet, u biex jirrispondi aħjar għas-sinjali tas-suq (ara l-premessa (153) u s-segwenti).

(152)

Il-Belġju jsostni li s-saldu bejn is-sieħeb tal-EMSA u BE-NUC huwa bbażat fuq id-DAM, sabiex jiġi limitat ir-riskju bażi għal BE-NUC, minħabba li dan jimplika li, flimkien mal-ħlas tad-differenza ta’ BE-NUC permezz ta’ CfD fejn l-MRP huwa l-prezz tad-DAM, BE-NUC tirċievi l-prezz tal-eżerċitar (ara t-taqsima 3.3.1.3.2) (82). Il-Belġju jikkonferma li s-sieħeb tal-EMSA se jkun liberu li jinnegozja fis-suq tal-għażla tiegħu u ma huwiex obbligat li jressaq offerti fuq id-DAM.

(153)

Kif spjegat fit-taqsima 2.1 u fil-premessa (109), billi l-Unitajiet LTO huma limitati għal 30 modulazzjoni għal kull ċiklu, u b’hekk ma għandhomx il-possibbiltà teknika u regolatorja li jimmodifikaw l-output tagħhom fi kwalunkwe ħin, ir-remunerazzjoni tas-sieħeb tal-EMSA ġiet immodifikata sabiex tipprovdi inċentivi biex isir l-aħjar użu mill-ammont limitat ta’ modulazzjonijiet awtorizzati. Minflok ma jkollha sempliċiment tariffa fissa (iddeterminata permezz tal-offerta), il-formula ta’ remunerazzjoni modifikata tinkludi wkoll tariffa varjabbli (ibbażata fuq formula predeterminata u skont il-ħlas ta’ saldu ta’ modulazzjoni u korrezzjoni). Tali remunerazzjoni tesponi lis-sieħeb tal-EMSA għal parti miż-żidiet potenzjali fid-dħul mill-modulazzjoni fi żminijiet ta’ prezzijiet negattivi (kif ukoll parti mit-tnaqqis potenzjali fid-dħul minn modulazzjonijiet fi żminijiet ta’ prezzijiet pożittivi, jekk ikun hemm), filwaqt li tesponi lis-sieħeb tal-EMSA direttament għall-kostijiet tal-istess ġurnata u ta’ żbilanċ kif stabbilit hawn taħt. Għalhekk, it-tariffa varjabbli se tikkonsisti f’sehem perċentwali fiss (“alfa”) taż-żidiet fid-dħul li jiskattaw modulazzjoni fid-DA u sehem perċentwali differenzjat (“beta”) tal-kostijiet u d-dħul tal-istess ġurnata u ta’ żbilanċ, jiġifieri l-ħlasijiet ta’ saldu ta’ korrezzjoni (li jistgħu jinkludu żidiet fid-dħul mill-iskattar ta’ modulazzjoni fl-ID), fejn:

(a)

L-alfa hija ddeterminata ex-ante għal 20 %. L-alfa hija stabbilita għolja biżżejjed biex tipprovdi inċentivi suffiċjenti għal deċiżjonijiet ottimali ta’ modulazzjoni, filwaqt li ma hijiex għolja wisq biex tevita li tiskoraġġixxi lill-parteċipanti fis-sejħa għall-offerti li huma avversi għar-riskju.

(b)

Iż-żidiet fid-dħul mill-modulazzjoni jiġu kkalkolati ex-post bħala l-prodott tal-volum mixtri lura fuq id-DAM għall-modulazzjoni u d-differenza bejn żero u l-prezz tad-DAM.

(c)

Il-beta hija differenzjata iżda ddeterminata wkoll ex ante u tirrifletti l-obbligazzjoni finanzjarja tas-sieħeb tal-EMSA bħala BRP f’każ ta’ żbilanċi. F’dan ir-rigward, il-Belġju jsostni li r-reatturi huma relattivament antiki u x-xogħlijiet meħtieġa għall-Proġett LTO, kif ukoll il-modulazzjonijiet potenzjalment iżidu r-riskji ta’ għeluq mhux ippjanat, li jiġġeneraw żbilanċi. Barra minn hekk, l-impjanti huma soġġetti għal rekwiżiti ta’ sigurtà partikolarment għoljin, li jkomplu jżidu r-riskji ta’ għeluq. Fl-istess ħin, għalkemm is-swieq tal-istess ġurnata u tal-ibbilanċjar Belġjani huma dejjem aktar integrati mas-swieq ġirien, huma għadhom pjuttost żgħar meta mqabbla mad-daqs taż-żewġ reatturi. B’riżultat ta’ dan, kwalunkwe għeluq se jnaqqas iċ-ċans li l-BRP issib kontropartijiet biex jittaffa l-impatt tal-għeluq u se żżid b’mod sproporzjonat ir-riskju ta’ żidiet fil-prezzijiet li jirriżultaw mill-għeluq. Għalhekk, il-Belġju jargumenta li l-beta jenħtieġ li jkollha valuri differenti skont in-natura u l-impatt tal-avveniment li jwassal għal żbilanċ, filwaqt li jinżammu inċentivi xierqa għas-sieħeb tal-EMSA (bħala BRP) biex jittaffew l-iżbilanċi (83). Madankollu, is-sieħeb tal-EMSA jibqa’ kompletament espost finanzjarjament għall-iżbilanċi kollha li jirriżultaw prinċipalment minn devjazzjonijiet fl-output meta mqabbla mal-output imbassar, jew żbalji fin-negozjar.

(d)

Is-saldu tal-korrezzjoni huwa s-somma tal-ħlasijiet tal-istess ġurnata u tal-iżbilanċ, u l-beta tapplika għat-tnejn. Għal siegħa speċifika, din tista’ tkun pożittiva u/jew negattiva.

Illustrazzjoni 3

Formula ta’ remunerazzjoni modifikata tal-EMSA

Remunerazzjoni tas-sieħeb tal-EMSA = Tariffa Fissa + Tariffa Varjabbli

Tariffa Varjabbli = alfa*żieda fid-dħul + beta*saldu ta’ korrezzjoni

Żieda fid-dħul = volum mixtri lura * (0 – prezz tad-DA)

Saldu ta’ korrezzjoni = kostijiet jew dħul tal-istess ġurnata u tal-iżbilanċ

(154)

Il-formula stabbilita f’Illustrazzjoni 3 tapplika għall-volum kollu matul il-modulazzjonijiet, inkluż jekk il-modulazzjoni sseħħ meta l-prezzijiet ikunu pożittivi (pereżempju, matul il-perjodi ta’ żieda/tnaqqis) u mhux biss matul perjodi ta’ prezzijiet negattivi (84). It-tariffa varjabbli titħallas minn BE-NUC taħt l-EMSA, iżda dawn il-kostijiet u/jew id-dħul se jiġu mgħoddija lil BE-WATT skont l-RA.

(155)

Skont il-Belġju, permezz tal-formula ta’ remunerazzjoni modifikata, is-sieħeb tal-EMSA huwa inċentivat, fost l-oħrajn, biex juża l-modulazzjonijiet ekonomiċi bl-aħjar mod u matul il-perjodu ta’ żmien ta’ ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata u biex inaqqas il-kostijiet tal-istess ġurnata u tal-iżbilanċ. Il-Belġju jsostni li l-parametri alfa u beta jintgħażlu biex jippreservaw il-funzjonament effiċjenti tas-suq, filwaqt li jevitaw li jiskoraġġixxu lill-parteċipanti fis-sejħa għall-offerti li huma avversi għar-riskju.

(156)

Il-formula ta’ remunerazzjoni modifikata se taffettwa l-imġiba tal-offerti tal-parteċipanti fis-sejħa għall-offerti għat-tariffa fissa. L-offerenti se jqisu l-vantaġġi mistennija mill-modulazzjoni (valur tal-għażla) fl-offerti tagħhom, kif ukoll il-kostijiet u d-dħul potenzjali relatati mal-ħlasijiet tal-istess ġurnata u tal-iżbilanċ. Il-Belġju jsostni li d-dokumenti tal-offerti se jispjegaw l-istruttura tar-remunerazzjoni (inċentiv) sabiex il-potenzjal pożittiv/negattiv tal-formula ta’ remunerazzjoni modifikata jkun trasparenti għall-offerenti. Il-Belġju se jevalwa l-adegwatezza tal-formula ta’ remunerazzjoni (modifikata) tas-sieħeb tal-EMSA u l-konformità mas-suq u l-effiċjenza tal-inċentivi li jipprovdi fis-swieq differenti. L-evalwazzjoni se ssir mhux aktar tard minn sentejn wara l-bidu tal-operazzjonijiet, sabiex tkun tista’ ssir reviżjoni f’waqtha tal-kuntratt jew l-organizzazzjoni ta’ offerta ġdida, li hija possibbli wara 3,5 snin (85). Madankollu, sabiex jinżammu l-inċentivi xierqa għas-sieħeb tal-EMSA, hija possibbli biss reviżjoni ’l fuq tal-parametri alfa u beta (86).

(157)

Il-Belġju jsostni li l-adattament tar-remunerazzjoni tal-EMSA jallinja l-inċentivi tas-sieħeb tal-EMSA, li għandu l-awtorità tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar il-modulazzjoni ekonomika (soġġett għad-deċiżjoni finali tal-operatur, pereżempju, f’każ ta’ tħassib regolatorju jew dwar is-sikurezza), mas-sinjali tas-suq, u b’hekk jindirizza t-tħassib tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward. Fl-istess ħin, is-sieħeb tal-EMSA għandu l-inċentivi xierqa biex jissodisfa l-kompitu tiegħu bħala BRP mingħajr ma jkun espost kompletament għal żbilanċi li ma jkunux fil-kontroll tiegħu stess. Barra minn hekk, il-Belġju jsostni li se jkun hemm kondiviżjoni akkurata kontinwa tal-informazzjoni (inklużi aġġornamenti regolari dwar id-disponibbiltà, il-kapaċitajiet tekniċi, eċċ. tal-Unitajiet LTO) bejn BE-NUC, l-operatur nukleari u s-sieħeb tal-EMSA biex ikunu jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar il-modulazzjoni ekonomika mis-sieħeb tal-EMSA, li se jkun mgħammar biex jieħu deċiżjonijiet effiċjenti.

(158)

Il-Belġju jikkonferma wkoll li l-kontroparti tas-CfD (BE-WATT) se tiżviluppa strateġija ta’ ġestjoni tar-riskju għall-pożizzjoni miftuħa tagħha, kif previst legalment, u li l-implimentazzjoni tagħha se tikkontribwixxi għal-likwidità fis-swieq forward tal-elettriku (ara l-premessa (99)). L-adozzjoni tal-istrateġija hija soġġetta għal parir tar-regolatur, li se jinkludi valutazzjoni tal-impatt tal-istrateġija fuq is-swieq tal-elettriku rilevanti.

3.3.1.5.3.   Salvagwardji addizzjonali dwar il-maniġer tal-enerġija

(159)

Fil-prinċipju, is-sieħeb tal-EMSA se jintgħażel permezz ta’ sejħa għall-offerti trasparenti, miftuħa u kompetittiva (ara t-taqsima 3.3.1.5.1). L-entità ta’ negozjar ta’ Engie GEMS (Global Energy Management & Sales), unità tan-negozju tal-grupp Engie li hija maniġerjalment indipendenti mill-unità tan-negozju Nuclear, tista’ wkoll tipparteċipa fl-offerta. Ġew previsti dispożizzjonijiet u miżuri speċifiċi fil-każ li GEMS tipparteċipa fil-proċedura tal-offerti sabiex jiġi żgurat proċess ġust.

(160)

Il-Belġju jsostni li qegħdin u se jittieħdu u jiġu implimentati miżuri suffiċjenti biex jiġi identifikat u evitat b’mod effettiv kwalunkwe kunflitt ta’ interess potenzjali. Dawn il-miżuri jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej:

(a)

L-RFI ppermettiet l-ittestjar tas-suq, u kwalunkwe parti interessata setgħet tipproponi f’dan il-kuntest termini u proposti differenti, filwaqt li tiżgura li l-offerta ma tinkludix ostakli għall-iżvantaġġ ta’ kwalunkwe parteċipant interessat għall-kuntrarju ta’ GEMS (jew kwalunkwe kumpanija tal-grupp Engie). Electrabel (jew kwalunkwe kumpanija tal-grupp Engie) ma humiex u mhux se jkunu involuti fil-proċess tat-tfassil tad-dokumenti tas-sejħa għall-offerti (“Dokumenti Twal tal-Offerti”) wara (ir-riżultati ta’) l-RFI.

(b)

Matul il-proċedura tas-sejħa għall-offerti, kieku GEMS kellha tipparteċipa fiha, anke bħala sottokuntrattur jew fi kwalunkwe kapaċità oħra, Electrabel (jew kwalunkwe kumpanija tal-grupp Engie) u d-diretturi jew l-aġenti tagħha jiġu preklużi milli jipparteċipaw fi kwalunkwe deċiżjoni ta’ BE-NUC u jew deliberazzjoni dwar is-sejħa għall-offerti (pereżempju, id-deċiżjoni tal-għażla u d-deċiżjoni tal-għoti).

(c)

B’mod ġenerali, fi ħdan l-organizzazzjoni ta’ Electrabel, ġew u se jkomplu jiġu stabbiliti ostakli stretti għall-informazzjoni u ħitan etiċi bejn l-individwi responsabbli għas-sottomissjoni tal-offerti f’GEMS u l-individwi involuti fil-ġestjoni ta’ BE-NUC. L-istess salvagwardji se jiddaħħlu fis-seħħ f’każ li GEMS finalment tingħażel bħala sieħeb tal-EMSA permezz ta’ proċess ta’ sejħa għall-offerti b’suċċess.

(d)

Jekk GEMS tintgħażel bħala sieħeb tal-EMSA, hija tkun soġġetta għall-istess obbligi bħal sieħeb kuntrattwali tal-BRP u tal-EMSA, kif ukoll għall-istess sett ta’ inċentivi tas-suq bħal kwalunkwe kandidat ieħor. B’mod partikolari, bħala sieħeb tal-EMSA, hija se tirċievi kemm remunerazzjoni fissa kif ukoll varjabbli, li se tinċentiva l-ottimizzazzjoni konformi mas-suq tal-istokk ta’ modulazzjoni u d-dħul mill-bejgħ tal-elettriku. Barra minn hekk, GEMS se taġixxi bħala parti taħt mandat preċiż speċifikat mill-BIS li minnu ma għandhiex tidderoga. Dawn is-salvagwardji jiżguraw li GEMS, f’każ li tirbaħ l-offerta tal-EMSA, taġixxi bħala kwalunkwe parteċipant ieħor fl-offerta tal-EMSA u tkun - permezz tal-istabbiliment tal-ftehim tal-EMSA u l-formula ta’ remunerazzjoni modifikata - inċentivata biex taġixxi skont is-sinjali tas-suq.

(161)

Jekk il-proċedura ta’ sejħa għall-offerti tonqos milli taħtar kandidat xieraq, permezz ta’ riżerva aħħarija, jekk ma jkun ġie konkluż l-ebda EMSA fi żmien xieraq, mhux aktar tard mill-15 ta’ Mejju 2025, GEMS twettaq temporanjament is-servizzi tal-EMSA. Dawn is-servizzi se jingħataw f’konformità mat-termini li jridu jiġu miftiehma bejn il-partijiet matul perjodu limitat, sabiex BE-NUC tagħti l-EMSA permezz ta’ proċedura oħra ta’ sejħa għall-offerti. Fil-każ ta’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti b’suċċess, il-kandidat rebbieħ se jieħu f’idejh it-twettiq tas-servizzi tal-EMSA mingħand GEMS ladarba jkun skada l-perjodu rilevanti li matulu GEMS tkun wettqet dawn is-servizzi. Ma hemm l-ebda limitu għan-numru ta’ offerti mill-ġdid.

(162)

Il-Belġju jargumenta li dan l-arranġament huwa meħtieġ u adegwat biex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizz pubbliku (jiġifieri l-bejgħ tal-elettriku ġġenerat mill-unitajiet nukleari), iżda din is-soluzzjoni hija strettament limitata fiż-żmien u għall-minimu neċessarju.

(163)

Bħala konklużjoni, il-Belġju jsostni li se jiżgura li BE-NUC se ssegwi l-leġiżlazzjoni u l-prinċipji tal-akkwist pubbliku b’mod rigoruż. Il-proċess estensiv ta’ konsultazzjoni jipprovdi salvagwardji addizzjonali li jiżguraw li x-xiri ta’ servizzi jitwettaq permezz ta’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti kompetittiva, trasparenti, mhux diskriminatorja u mhux kundizzjonali. Għalhekk, il-Belġju jqis li kwalunkwe riskju ta’ esklużjoni tas-suq u prattiki antikompetittivi potenzjali oħrajn minn Engie huwa evitat u li l-miżuri u s-salvagwardji kollha ġew adottati biex jiġi żgurat li jinħatar sieħeb indipendenti tal-EMSA. Bħala riżerva biss, GEMS tipprovdi dawn is-servizzi temporanjament, u dan huwa neċessarju u adegwat biex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizz pubbliku.

3.3.1.6.   Sub-miżuri oħrajn

(164)

Żewġ sub-miżuri oħrajn li huma parti mit-tranżazzjoni jikkostitwixxu l-Ftehim dwar is-Servizzi ta’ Amministrazzjoni (“ASA”, Administration Services Agreement) bejn Electrabel u BE-NUC u ftehim li jistipula arranġamenti ta’ indennifikazzjoni għal telf ta’ kopertura tal-kostijiet f’każ li l-ftehim ma jingħalaqx. Dawn is-sub-miżuri ġew spjegati fit-taqsimiet 3.3.10 u 3.3.11 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ.

3.3.2.   Komponent 2: Limitu massimu fuq ir-responsabbiltà tal-operatur nukleari għall-ħżin fit-tul u r-rimi finali tal-iskart nukleari u tal-fjuwil użat

3.3.2.1.   Prinċipji ġenerali tal-immaniġġar tal-iskart nukleari

(165)

Kif spjegat fil-premessa (121) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-qafas leġiżlattiv applikabbli għall-iskart radjuattiv u għall-fjuwil użat fl-UE huwa bbażat fuq iż-żewġ prinċipji fundamentali li ġejjin: (i) il-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas” (87), u (ii) ir-responsabbiltà aħħarija tal-Istati Membri (inkluża r-responsabbiltà finanzjarja) għall-ġestjoni responsabbli u sikura (inkluż ir-rimi) tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv (88).

(166)

Kif spjegat fit-taqsima 3.4.2 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, skont ir-regolamenti kurrenti fil-Belġju, l-operatur nukleari huwa finanzjarjament (permezz tal-kumpanija tal-provvista nukleari, Synatom, u flimkien ma’ EDF Belgium u Luminus (il-“Kumpaniji Kontribwenti”)) u operattivament responsabbli għad-dekummissjonar tas-seba’ impjanti tal-enerġija nukleari, kif ukoll għall-kundizzjonament u l-immaniġġar tal-iskart radjuattiv u l-fjuwil użat, u l-ħżin fit-tul tagħhom wara l-aċċettazzjoni tagħhom minn ONDRAF/NIRAS sar-rimi finali tagħhom. Il-provvedimenti nukleari għall-fjuwil użat u l-iskart mid-dekummissjonar huma ffinanzjati minn Electrabel u mill-Kumpaniji Kontribwenti, ġestiti minn Synatom, u huma soġġetti għall-kontroll prudenzjali ta’ awtorità pubblika indipendenti, il-Kummissjoni għall-Provvedimenti Nukleari (“CPN/CNV”). Kif ġie nnotat fil-premessi (123) sa (125) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Belġju jsostni li Electrabel se żżomm ċerti responsabbiltajiet bħala operatur uniku tal-Unitajiet LTO, li jirriżultaw minn (i) leġiżlazzjoni Ewropea u Belġjana, u (ii) obbligi kuntrattwali tal-Ftehim ta’ Implimentazzjoni, u b’hekk tirrispetta l-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas”.

(167)

CPN/CNV u ONDRAF/NIRAS huma l-awtoritajiet ta’ superviżjoni fil-Belġju:

(a)

ONDRAF/NIRAS tfassal rapport komprensiv tal-inventarju għall-produtturi kollha tal-iskart radjuattiv fil-Belġju (kull 5 snin) u tevalwa l-fondi għall-ġestjoni tal-obbligazzjonijiet nukleari korrispondenti.

(b)

CPN/CNV tirrieżamina (kull 3 snin) il-metodi użati biex jiġu kkalkolati l-provvedimenti nukleari, kif ukoll l-adegwatezza tagħhom u l-VPN tal-obbligazzjonijiet futuri fil-kontijiet ta’ Synatom (l-awditjar tal-metodoloġija, ix-xenarju ta’ referenza, eċċ.).

(168)

Kif imsemmi fil-premessa (129) u fit-Tabella 4 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, abbażi tal-aħħar reviżjoni triennali tas-CPN/CNV ta’ Lulju 2023, l-ammont totali kurrenti ta’ dispożizzjonijiet relatati mal-obbligazzjonijiet nukleari jammonta għal EUR 18 225 miljun, li jikkonsisti f’dispożizzjonijiet għal attivitajiet ta’ żarmar (EUR 8 122 miljun), immaniġġar tal-fjuwil użat (EUR 9 070 miljun) u skart operazzjonali (EUR 1 033 miljun) (89).

3.3.2.2.   Ftehim dwar il-“Limitu Massimu tal-Iskart”

(169)

Bħala parti min-negozjati dwar il-Proġett LTO, Engie u l-Istat Belġjan qablu dwar limitu massimu fuq ir-responsabbiltà fit-tul tal-produtturi tal-iskart radjuattiv li jirriżulta mill-produzzjoni tal-elettriku permezz tal-enerġija nukleari (il-ftehim dwar il-“Limitu Massimu tal-Iskart”), biex titnaqqas l-inċertezza f’dan ir-rigward (ara t-taqsima 3.4.3 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ). Il-ftehim dwar il-“Limitu Massimu tal-Iskart” jipprevedi t-trasferiment ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji b’rabta mal-produzzjoni, id-detenzjoni jew is-sjieda ta’ skart radjuattiv u fjuwil użat ikkundizzjonati tas-seba’ unitajiet nukleari Belġjani kollha, soġġett għall-kriterji ta’ trasferiment kuntrattwali rilevanti u wara l-konformità magħhom, mill-operatur nukleari (Electrabel) lill-Istat Belġjan mal-ħlas ta’ ammont ta’ somma f’daqqa (90).

(170)

Dan l-ammont ta’ somma f’daqqa ġie stabbilit għal kull kategorija ta’ skart nukleari. Kif spjegat fil-premessa (131) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, l-iskart nukleari radjuattiv jista’ jinqasam fi tliet kategoriji, f’konformità mal-klassifikazzjoni radjuloġika storika minn ONDRAF/NIRAS u konsistenti mal-klassifikazzjoni tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (“IAEA”, International Atomic Energy Agency): skart tal-kategorija A (skart ta’ ħajja qasira b’livell baxx jew intermedju ta’ attività radjuloġika); skart tal-kategorija B (skart ta’ ħajja twila b’livell baxx jew intermedju ta’ attività radjuloġika); u skart tal-kategorija C (skart ta’ ħajja qasira u twila b’livell għoli ta’ attività radjuloġika) u fjuwil użat.

(171)

Tabella 13 ta’ hawn taħt turi l-allokazzjoni tal-provvedimenti eżistenti ta’ EUR 18 225 miljun bejn Electrabel (EUR 8 410 miljun) u l-Gvern Belġjan (EUR 9 815-il miljun), skont il-ftehim dwar il-Limitu Massimu tal-Iskart, u tinkludi l-allokazzjoni għal kull kategorija ta’ skart.

Tabella 13

Diżaggregazzjoni tal-ftehim dwar il-Limitu Massimu tal-Iskart

Ammont

(miljun EUR)

Responsabbiltà tal-Istat Belġjan (wara t-trasferiment)

Responsabbiltà ta’ Engie

Provvedimenti (YE 2022)

Kat. A

Kat. B

Kat. C

Total

Stima tal-kost bażi (mingħajr kontinġenzi)

1 465

496

4 797

6 758

7 171

13 929

Kontinġenzi

145

179

2 732

3 056

1 240

4 296

Ammont bażi

1 611

675

7 528

9 815

8 410

18 225

Primjum tar-riskju

1 889

325

2 972

5 185

 

5 185

Ammont Limitat

3 500

1 000

10 500

15 000

8 410

23 411

Sors:

Tweġiba tal-awtoritajiet Belġjani għat-talba għal informazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Ottubru 2024

(172)

Il-prinċipji tal-ftehim dwar il-Limitu Massimu tal-Iskart ma ġewx emendati u huma deskritti fil-premessa (133) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ. Huma jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej:

(a)

“Ammonti Limitati”: Ġie stabbilit pagament ta’ somma f’daqqa, inkluż primjum tar-riskju u indiċjat għal 3 % fis-sena mill-31 ta’ Diċembru 2022, għal kull kategorija ta’ skart radjuattiv li tissodisfa l-kriterji tat-trasferiment kuntrattwali, li jammonta għal ammont totali ta’ EUR 15-il biljun (EUR 3,5 biljuni għall-kategorija A, EUR 1 biljun għall-kategorija B u EUR 10,5 biljuni għall-kategorija C – ara Tabella 13). Kif imsemmi fil-premessi (134) u (135) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ u kif muri fi Tabella 13, il-Belġju jsostni li:

—

il-volumi sottostanti għall-Ammonti Limitati huma bbażati fuq l-inventarju tal-iskart użat għar-reviżjoni tas-CPN/CNV tal-2022 tad-dispożizzjonijiet nukleari u x-xenarju ta’ referenza industrijali ta’ ONDRAF/NIRAS u l-operatur nukleari (li huma l-aħjar stima kurrenti tal-volum ta’ skart nukleari kkundizzjonat u fjuwil użat prodott (u li jrid jiġi prodott) mis-seba’ impjanti tal-enerġija nukleari f’xenarju mhux ta’ LTO), u

—

il-valur tal-Ammonti Limitati huwa r-riżultat tal-applikazzjoni ta’ primjum tar-riskju għad-dispożizzjonijiet nukleari eżistenti.

(b)

“Krediti tal-volum”: L-ammont limitat (somma f’daqqa) għal kull kategorija ta’ skart jikkorrispondi għal kreditu tal-volum għal volumi predeterminati, li jipprovdi inċentiv għall-operatur nukleari biex jimminimizza l-produzzjoni tal-iskart nukleari;

(c)

“Tariffi tal-aġġustamenti tal-volum”: Meta l-kreditu tal-volum ta’ kategorija ta’ skart ikun intuża kollu, irid jitħallas ammont addizzjonali għal kull kreditu tal-volum addizzjonali meħtieġ. L-ammonti huma stabbiliti bħala l-medja aritmetika bejn (i) l-“ammont limitat” tal-kategorija ta’ skart diviż bin-numru ta’ “krediti ta’ volum” ta’ dik il-kategorija u (ii) il-kost marġinali ta’ kreditu ta’ volum addizzjonali wieħed;

(d)

“Kriterji ta’ Trasferiment Kuntrattwali” (“CTC”, Contractual Transfer Criteria): Għal kull tip ta’ pakkett ta’ skart nukleari, ġew stabbiliti kriterji ta’ trasferiment kuntrattwali, li jiddefinixxu l-kriterji li kull pakkett ta’ skart u fjuwil użat irid jissodisfa għar-responsabbiltà finanzjarja li trid tiġi ttrasferita lill-entità pubblika Hedera (ara l-premessa (178) hawn taħt). Ir-responsabbiltà (u l-kostijiet assoċjati) sabiex l-iskart radjuattiv jinġieb konformi mas-CTC tibqa’ tal-operatur nukleari.

(173)

Kif imsemmi fil-premessa (107)(a) u spjegat fid-dettall fit-taqsimiet 3.4.5.1 u 3.4.5.2 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, l-istabbiliment ta’ EUR 15-il biljun ta’ Ammonti Limitati huwa bbażat fuq l-ammont kurrenti ta’ provvedimenti nukleari tal-operatur nukleari (l-ammont bażi) u primjum tar-riskju. Il-Belġju ċċara li l-ammont bażi diġà jinkludi marġni għal kontinġenzi, inċertezzi u riskji oħrajn li jistgħu jinqalgħu b’rabta maż-żarmar, l-immaniġġar tal-iskart radjuattiv u l-ġestjoni tal-fjuwil użat. Id-dispożizzjonijiet rigward il-ħlas tal-Ammonti Limitati huma spjegati fit-taqsima 3.4.5.3 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ u ma ġewx emendati.

(174)

Il-Belġju ċċara li l-Ammonti Limitati li jridu jiġu ttrasferiti lill-Istat Belġjan diġà jinkludu l-obbligazzjonijiet storiċi u stmati futuri kollha tal-iskart nukleari (sad-data tat-tmiem legali oriġinali tal-impjanti tal-enerġija nukleari Belġjani kollha fl-2025). Għalhekk, l-iskart nukleari u l-fjuwil użat kollu prodott, jew li jrid jiġi prodott, mill-impjanti tal-enerġija Belġjani matul il-ħajja operazzjonali legali tagħhom huma diġà kkunsidrati fl-Ammonti Limitati.

(175)

Il-Belġju jiċċara wkoll li l-volum reali tal-iskart se jkun magħruf biss ladarba l-iskart jiġi kkundizzjonat u ttrasferit fiżikament lill-Istat Belġjan. Għalhekk, is-somma f’daqqa ta’ EUR 15-il biljun tkopri biss il-volumi predeterminati tal-iskart ikkonċernat (il-krediti tal-volum) miftiehma fil-Ftehim ta’ Implimentazzjoni. Jekk il-volum reali tal-iskart ikkonċernat prodott ikun akbar mill-krediti tal-volum, Engie tħallas tariffa ta’ aġġustament tal-volum għal kull kreditu ta’ volum addizzjonali (ara l-premessa (133) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ).

(176)

Bl-istess mod, l-iskart operattiv kollu (“Skart LTO”) u l-fjuwil użat (“Fjuwil Użat LTO”) li jirriżultaw mill-estensjoni tat-tul tal-ħajja tal-Unitajiet LTO, se jiġu ffinanzjati minn BE-NUC u Luminus għal kull ammont ta’ skart inkrementali. Għal kull ammont inkrementali ta’ skart LTO u fjuwil użat LTO, se jkunu meħtieġa żewġ settijiet ta’ pagamenti:

(a)

Skart LTO: il-kostijiet tal-iskart operattiv LTO kif definiti fil-Ftehim O&M ikopru żewġ tipi ta’ kostijiet:

—

il-ħlas tal-Kostijiet tal-Immaniġġar tal-Iskart LTO pagabbli lil Electrabel għall-immaniġġar, it-trattament u l-kundizzjonament tal-Iskart LTO tal-iskart operazzjonali (“Servizzi tal-Immaniġġar tal-Iskart LTO”) biex jitħejja Pakkett ta’ Skart LTO; kif ukoll

—

it-Tariffi tal-Aġġustament tal-Volum ta’ Skart LTO, li jkopru l-ħlas tal-kostijiet imġarrba wara t-trasferiment tal-obbligazzjonijiet tal-iskart nukleari lil Hedera (91).

(b)

Servizzi ta’ mmaniġġar tal-fjuwil Użat LTO: il-kostijiet back-end għall-fjuwil użat se jitħallsu abbażi ta’ tariffa indiċjata għal kwalunkwe fjuwil użat inkrementali li jirriżulta mill-Proġett LTO (92).

(177)

Il-Belġju ikompli jiċċara li l-Mudell Finanzjarju tal-Iffirmar jikkunsidra l-kostijiet tal-back-end jew tal-immaniġġar tal-Iskart LTO u tal-Fjuwil Użat LTO, stmati għal madwar EUR 0,9 miljun għal kull assemblaġġ (fil-valuri tal-2022), li minnhom madwar EUR 0,3 miljun għal kull assemblaġġ għall-ħżin fuq il-post u madwar EUR 0,6 miljun għal kull assemblaġġ għat-Tariffa tal-Aġġustament tal-Volum tal-Iskart LTO għall-Fjuwil Użat.

(178)

Kif spjegat fit-taqsima 3.4.4 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Belġju ħoloq istituzzjoni pubblika sui generis ġdida, Hedera, li r-rwol tagħha huwa doppju:

(a)

Li timmaniġġa u tiżgura l-assi ddedikati għall-finanzjament tal-impenji fit-tul tal-Istat Belġjan rigward l-iskart nukleari u l-fjuwil użat; kif ukoll

(b)

Li ssegwi u tikkontrolla l-kostijiet tal-immaniġġar tal-obbligazzjonijiet ittrasferiti tal-iskart nukleari u tal-fjuwil użat, taħt il-kontroll ta’ awtorità pubblika indipendenti (CPN/CNV).

(179)

L-ammonti tal-Limitu Massimu tal-Iskart riċevuti minn Hedera jridu jiġu garantiti u investiti, sabiex jiġi ġġenerat ir-redditu meħtieġ biex jitħallsu l-kostijiet għall-immaniġġar tal-iskart ittrasferit meta jkunu dovuti. Hedera hija fond segregat taħt il-kontroll superviżorju ta’ CPN/CNV, il-korp nazzjonali ddedikat li għandu rwol ewlieni li jiżgura u jiggarantixxi l-immaniġġar, il-kontroll u l-użu xierqa tal-fondi (93). Dan huwa rifless fir-rwol doppju ta’ Hedera, billi tiżgura li: (i) l-ammonti riċevuti jkunu garantiti u jiġġeneraw ir-redditi meħtieġa (94), u (ii) il-kostijiet tal-immaniġġar tal-iskart u tal-fjuwil użat u tal-obbligazzjonijiet ittrasferiti jkunu kkontrollati biżżejjed (95). Barra minn hekk, ir-riżorsi finanzjarji se jkollhom jiġu ddelimitati biżżejjed mill-baġit ġenerali tal-Istat Belġjan (kif previst fil-Liġi Hedera), sabiex jintużaw biss biex jitħallsu l-kostijiet għall-ħżin fit-tul u għall-ħżin finali u ma jistgħux jintużaw għal skopijiet oħrajn jew biex jassorbu kwalunkwe defiċit baġitarju futur.

(180)

Il-Belġju jsostni li l-ftehim dwar il-Limitu Massimu tal-Iskart jinkludi u huwa akkumpanjat minn miżuri oħrajn ta’ mitigazzjoni tar-riskju, inklużi:

(a)

L-inklużjoni ta’ Kriterji ta’ Trasferiment Kuntrattwali (“CTC”, Contractual Transfer Criteria) stretti: It-trasferiment tal-obbligazzjonijiet tal-iskart nukleari huwa kundizzjonali fuq il-konformità mas-CTCs. Il-ħlas tas-somma f’daqqa tal-Limitu Massimu tal-Iskart iseħħ qabel it-trasferiment effettiv ta’ pakketti futuri ta’ skart nukleari lill-Istat Belġjan u huwa kundizzjonali fuq ir-rispett tas-CTCs mill-operatur nukleari. Dan jimplika li l-operatur nukleari jibqa’ responsabbli għall-kostijiet kollha tal-iskart nukleari relatati man-nuqqas ta’ konformità mas-CTCs.

(b)

Is-CTCs huma stabbiliti fil-livell tal-fluss tal-iskart għall-iskart tal-kategorija A, tal-kategorija B u tal-kategorija C: Għalkemm il-krediti tal-volum huma stabbiliti għal kull kategorija ta’ skart, il-konformità mas-CTCs hija prevista fil-livell tal-fluss tal-iskart. Dan jillimita r-riskju tal-Istat Belġjan li jkollu jimmaniġġa flussi ta’ skart mhux previsti fil-futur, filwaqt li fl-istess ħin jipprovdi ċertezza lill-operatur nukleari fid-deċennji li ġejjin.

(c)

Skart tal-kategorija X: Kif imsemmi fin-nota 69 f’qiegħ il-paġna tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, sabiex l-Istat Belġjan jiġi protett aktar minn flussi ta’ skart mhux previsti li jistgħu jinħolqu matul id-dekummissjonar tar-reatturi nukleari, il-ftehim dwar l-iskart jipprevedi wkoll mekkaniżmu biex jittratta l-iskart nukleari kollu li ma ġiex identifikat fil-31 ta’ Diċembru 2022. Dan l-iskart jissejjaħ “skart tal-kategorija X”. Huwa previst mekkaniżmu sabiex trasferiment tal-iskart tal-kategorija X isir possibbli wara li jintlaħaq qbil dwar il-kundizzjonijiet finanzjarji u tekniċi tat-trasferiment.

(d)

Preservazzjoni tal-għarfien u bini tal-kapaċità tal-atturi nazzjonali: it-trasferiment tal-għarfien mill-operatur nukleari lill-aġenzija Belġjana għall-immaniġġar tal-iskart nukleari (ONDRAF/NIRAS) kien suġġett importanti bħala parti mill-ftehim dwar l-iskart. Il-qbid u l-preservazzjoni tal-għarfien tal-operatur nukleari qabel l-għeluq definittiv tal-produzzjoni tal-enerġija tiegħu fl-2035 u l-operazzjonijiet SF2 fl-2050 kienu prijorità għall-Istat Belġjan (96). It-trasferiment tal-iskart storiku jmur mat-trasferiment tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar il-pakketti ta’ skart diġà prodotti u l-informazzjoni kollha relatata mal-produzzjoni tagħhom, inklużi iżda mhux limitati għal rapporti tekniċi, tpinġijiet tekniċi u mudell użat għall-kalkoli tal-kompjuter. Huwa maqbul li qafas għal tali trasferiment diġà se jkollu jiġi maqbul bejn ONDRAF/NIRAS u l-operatur fl-għeluq. Il-kondiviżjoni tal-għarfien espert u t-taħriġ tal-persunal ta’ ONDRAF/NIRAS titqies bħala objettiv komuni għall-immaniġġar sikur fit-tul tal-iskart nukleari u tal-fjuwil użat mill-operatur nukleari u mill-Istat Belġjan. Il-preservazzjoni tal-għarfien nukleari fit-tul u l-bini tal-kapaċità tal-atturi nazzjonali se jkunu strumentali sabiex il-kostijiet tal-immaniġġar fit-tul tal-iskart nukleari u tal-fjuwil użat jinżammu konformi mas-suppożizzjonijiet magħmula fil-ftehim dwar l-iskart.

(e)

Kontroll prudenzjali tal-fondi ttrasferiti: Il-ħlas tal-Ammonti Limitati huwa ħlas ta’ darba li suppost ikopri l-obbligazzjonijiet nukleari ttrasferiti kollha sal-għeluq tar-repożitorju finali tal-iskart nukleari fil-Belġju wara l-2100. Għalhekk, il-kontroll tal-infiq u tar-redditi fuq l-investiment tal-ammont ittrasferit huwa importanti biex jiġu garantiti l-eżistenza, id-disponibbiltà u s-suffiċjenza tar-riżorsi finanzjarji meħtieġa biex ikopru l-obbligi finanzjarji kollha kkonċernati. F’dan ir-rigward, l-Istat Belġjan segwa l-opinjoni tas-CPN/CNV abbażi tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2006/851/Euratom (ara n-nota 93 f’qiegħ il-paġna):

—

Il-fond pubbliku li jimmaniġġa l-provvedimenti tal-iskart nukleari, Hedera, huwa korp pubbliku indipendenti li jirrapporta direttament lill-Parlament Belġjan, filwaqt li jiżgura t-trasparenza u l-indipendenza;

—

ir-riżorsi finanzjarji ta’ Hedera huma delimitati: dawn jistgħu jintużaw biss għall-iskop li għalih ikunu nħolqu u ġew ġestiti (ara l-premessa (179));

—

l-ippjanar baġitarju ta’ Hedera huwa soġġett għall-kontroll u s-superviżjoni tas-CPN/CNV;

—

Hedera għandha politika ta’ investiment diversifikata u avversa għar-riskju li tiżgura redditu pożittiv fuq perjodu ta’ żmien twil; kif ukoll

—

Hedera tissottometti l-kostijiet tagħha lis-CPN/CNV biex tiżgura li riżorsi finanzjarji adegwati jkunu jistgħu jsiru disponibbli għal ONDRAF/NIRAS fil-ħin.

(f)

Pakkett ta’ sigurtà għal obbligazzjonijiet nukleari mhux limitati: ara t-taqsima 3.3.2.4.

(181)

Kif innotat fil-premessa (172) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Belġju jirrikonoxxi li l-ftehim rigward l-iskart nukleari għandu impatt pożittiv fuq il-profil tar-riskju tal-operatur nukleari, billi parti sinifikanti mill-obbligazzjonijiet nukleari tiegħu se tkun koperta mill-Ammonti Limitati, u li dan il-profil tar-riskju differenti jiġġustifika u jirrikjedi reviżjoni tal-pakkett ta’ miżuri biex jiġu żgurati s-sikurezza u s-superviżjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-operatur nukleari: il-ħlas ta’ somma f’daqqa ta’ EUR 15-il biljun lil Hedera jiġġustifika r-rilaxx tal-assi mhux Ewropej ta’ Electrabel mill-perimetru ta’ Electrabel (u l-monitoraġġ ta’ akkumpanjament tas-CPN/CNV). Engie, bħala l-kumpanija omm Franċiża ta’ Electrabel, se tiżgura li, fiż-żmien tal-għeluq tal-ftehim bejn l-Istat Belġjan u Electrabel, mill-inqas EUR 4 biljun ta’ assi (valur ta’ ekwità mit-30 ta’ Ġunju 2023) jibqgħu f’Electrabel. Barra minn hekk, Engie tagħti garanzija mhux limitata u mhux kanċellabbli lill-kumpanija omm mal-ewwel talba għal (i) l-obbligi ta’ dekummissjonar ta’ Electrabel (li tinkludi wkoll ir-riskju li l-valur tal-provvedimenti ma jkunx biżżejjed), (ii) ir-riskju tal-volum taħt il-limitu massimu u (iii) il-ħlas lura ta’ self (kurrenti jew futur) ma’ Synatom.

(182)

Il-Belġju jqis li l-obbligazzjonijiet ittrasferiti fir-rigward tal-iskart nukleari u l-obbligazzjonijiet addizzjonali ta’ dekummissjonar li jirriżultaw mill-Proġett LTO ma jipprovdux vantaġġ ekonomiku lil Electrabel u lill-Kumpaniji Kontribwenti, meta jitqies li dawn jirriflettu b’mod adegwat ir-riskju ta’ varjazzjonijiet sussegwenti fil-kostijiet meħuda mill-Istat, u li l-istruttura tat-trasferiment tar-riskju hija tali li investitur privat kien jaċċetta li jġorr.

3.3.2.3.   Ġustifikazzjonijiet addizzjonali rigward il-fattur ta’ skont u l-primjum tar-riskju

3.3.2.3.1.   Fattur ta’ skont

(183)

Il-Belġju jsostni li l-provvedimenti nukleari li nġabru mill-operatur nukleari/Synatom qabel il-ftehim dwar il-Limitu Massimu tal-Iskart ġew ikkalkolati bl-użu ta’ fattur ta’ skont ta’ 2,5 % għall-attivitajiet ta’ żarmar (inkluż iż-żarmar tal-iskart) u fattur ta’ skont ta’ 3 % għall-attivitajiet kollha li jikkonċernaw il-fjuwil użat (kif deċiż mis-CPN/CNV matul ir-rieżami triennali ta’ tmiem l-2022).

(184)

Il-Belġju jiċċara li l-użu ta’ żewġ rati ta’ skont differenti biex jiġu kkalkolati l-provvedimenti (obbligazzjonijiet taż-żarmar kontra dawk tal-fjuwil użat) huwa ġġustifikat mid-differenza fit-tul u jirrifletti l-valur taż-żmien tal-flus (97).

(185)

Kif innotat fil-premessa (198), il-ftehim dwar il-Limitu Massimu tal-Iskart jinvolvi biss trasferiment lill-Istat Belġjan tal-obbligazzjonijiet ittrasferiti tal-iskart nukleari u tal-fjuwil użat, filwaqt li l-obbligazzjonijiet tad-dekummissjonar u taż-żarmar jibqgħu tal-operatur nukleari (ħlief għad-dissinerġiji kkawżati mill-Proġett LTO, ara l-premessa (199)). Għalhekk, il-Belġju jsostni li, għall-komputazzjoni tal-valur preżenti tal-obbligazzjonijiet ittrasferiti tal-iskart nukleari u tal-fjuwil użat, inżamm fattur ta’ skont uniku ta’ 3 % (rata reali ta’ 1 % + inflazzjoni ta’ 2 %) biex jitqies il-fatt li l-obbligazzjonijiet tal-iskart nukleari u tal-fjuwil użat għandhom durata itwal mill-obbligazzjonijiet tad-dekummissjonar (ara l-premessa (148) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ).

(186)

Il-Belġju talab il-parir tas-CPN/CNV rigward l-aktar fattur ta’ skont xieraq li jrid jintuża għall-kalkolu tal-Limitu Massimu tal-Iskart (98). Kif imsemmi fil-premessa (149) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, is-CPN/CNV ipproponiet li taġġusta l-fattur ta’ skont għall-obbligazzjonijiet tal-iskart nukleari/id-dekummissjonar u tal-fjuwil użat, billi tapplika approċċ f’żewġ stadji, li jikkonsisti fl-applikazzjoni ta’ fattur ta’ skont ibbażat fuq ir-rata OLO reali ta’ 30 sena ta’ 3,17 % għall-ewwel 30 sena, u l-applikazzjoni ta’ fattur ta’ skont ta’ 2,17 % ibbażat fuq stima bbażata fuq ir-rata OLO tar-rata mingħajr riskju għat-30 sena ta’ wara.

(187)

Il-Belġju jfakkar li l-perjodu tan-negozjati kien twil (1,5 snin) u li l-għażla għal fattur ta’ skont uniku ta’ 3 % kienet motivata mill-ħtieġa li jkun hemm ċertu grad ta’ prevedibbiltà fir-rigward tal-fattur ta’ skont użat fin-negozjati ma’ Engie. Dan minħabba li l-fattur ta’ skont għandu impatt dirett fuq il-kalkolu tas-somma f’daqqa li trid tiġi ttrasferita. Il-Belġju jispjega li l-metodoloġija użata mis-CPN/CNV fil-parir tiegħu tal-2023 intużat aktar tard, flimkien mar-Rata Forward Aħħarija (“UFR”, Ultimate Forward Rate), mill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (“EIOPA”, European Insurance and Occupational Pensions Authority) (99) bħala konferma ex post li l-fattur ta’ skont ta’ 3 % kien rata prudenti fit-tul.

(188)

L-ewwel nett, il-Belġju talab konsulent indipendenti biex jikkalkula l-fattur ta’ skont “uniku” ekwivalenti għall-approċċ f’żewġ stadji tas-CPN/CNV, bl-użu tar-rati mingħajr riskju ssuġġeriti mis-CPN/CNV, kif ukoll bl-użu ta’ data differenti oħra dwar ir-rata ta’ OLO (100). L-analiżi turi li l-approċċ issuġġerit mis-CPN/CNV huwa partikolarment sensittiv għall-perjodu miżmum għall-kalkolu. Pereżempju, l-approċċ f’żewġ stadji jirriżulta f’fattur ta’ skont ekwivalenti ta’ 2,8 % bl-użu tar-rati mingħajr riskju ssuġġeriti mis-CPN/CNV, rata ekwivalenti ta’ 3,1 % meta tiġi applikata l-metodoloġija CPN/CNV bid-data dwar ir-rata ta’ OLO disponibbli fiż-żmien tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, u rata ekwivalenti ta’ 3,2 % fiż-żmien tal-iffirmar tal-ftehim ta’ Implimentazzjoni. Kif muri fi Tabella 14, l-approċċ f’żewġ stadji ssuġġerit mis-CPN/CNV jagħti żewġ rati ta’ skont ekwivalenti b’differenza ta’ 40 punt bażi meta jiġu kkunsidrati żewġ perjodi ta’ żmien differenti li huma biss 9 xhur ’il bogħod minn xulxin.

(189)

It-tieni, Tabella 14 turi wkoll it-tqabbil mal-UFR mill-EIOPA, billi r-referenza tal-EIOPA ntużat ukoll fil-każ preċedenti Ġermaniż (SA.45296 (101)), fejn fattur ta’ skont ta’ 4,58 % instab li kien proporzjonat.

Tabella 14

Ir-rata ekwivalenti tas-CPN u l-evoluzzjoni tar-rata tal-EIOPA sa mill-Parir tas-CPN ta’ Marzu 2023

 

Parir tas-CPN/CNV

Is-7 ta’ Marzu 2023

Firma

It-13 ta’ Diċembru 2023

Notifika

Il-21 ta’ Ġunju 2024

Deċiżjoni tal-Ftuħ

It-22 ta’ Lulju 2024

Rata ekwivalenti tas-CPN/CNV

2,82 %

3,23 %

3,04 %

3,08 %

UFR

3,45 %

3,45 %

3,30 %

3,30 %

Sors:

Analiżi ta’ Compass Lexecon ibbażata fuq id-data minn investing.com

(190)

Kif jidher ċar minn Tabella 14, il-fattur ta’ skont miżmum ta’ 3 % jaqa’ bejn

(a)

is-suġġeriment tas-CPN/CNV fiż-żmien li ngħata l-Parir tas-CPN lill-Ministru tal-Enerġija (is-7 ta’ Marzu 2023), meqjus bħala l-livell inferjuri; kif ukoll

(b)

l-UFR, meqjusa bħala referenza aktar ottimista (102).

(191)

Barra minn hekk, ir-rata ta’ 3 % tidher aktar konservattiva mis-suġġeriment tas-CPN/CNV u l-UFR fiż-żmien tal-iffirmar tal-ftehim u wara.

(192)

Il-Belġju jsostni wkoll li fattur ta’ skont ta’ 1 % f’termini reali jidher konservattiv meta mqabbel mar-rata ta’ redditu li tista’ tkun mistennija minn Hedera bl-użu ta’ approċċ prudenti xieraq ta’ ġestjoni tal-assi u tal-obbligazzjonijiet. Bħala eżempju komparattiv, il-Belġju jirreferi għall-portafoll iddedikat tal-assi tal-EDF biex jiżgura finanzjament sigur tal-obbligazzjonijiet nukleari fit-tul tiegħu, deskritt fid-dokument ta’ reġistrazzjoni universali 2023 tal-EDF (103). Dan il-portafoll huwa ġestit abbażi ta’ approċċ ta’ assi u obbligazzjonijiet u jikkonsisti f’portafoll ta’ assi diversifikati komparabbli mad-deskrizzjoni tal-portafoll ipotetiku ġestit minn Hedera, li għalih jista’ jiġi preżunt b’mod raġonevoli redditu komparabbli.

(193)

Fl-aħħar nett, il-Belġju jassumi fil-kalkolu tal-Limitu Massimu tal-Iskart rata ta’ inflazzjoni kostanti ta’ 2 %, li hija l-mira espliċita ta’ inflazzjoni fit-tul tal-Bank Ċentrali Ewropew (“BĊE”). Il-BĊE jqis li l-Indiċi tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (“CPI”, Consumer Price Index) huwa l-kejl xieraq tal-inflazzjoni. Kif imsemmi fil-premessa (150)(b) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, is-CPN/CNV esprimiet tħassib li l-inflazzjoni reali tal-kostijiet tal-kostruzzjoni nukleari (abbażi tal-indiċi ABEX) tista’ tkun ogħla mill-inflazzjoni tas-CPI. Il-Belġju jsostni li l-mira ta’ inflazzjoni tal-BĊE ta’ 2 % hija l-indikatur korrett tal-inflazzjoni għall-kalkolu tal-Limitu Massimu tal-Iskart, għar-raġunijiet li ġejjin:

(a)

L-ewwel nett, il-Belġju jsostni li l-indiċi ABEX ikopri l-kost tal-kostruzzjoni ta’ djar u bini residenzjali fil-Belġju, u għalhekk huwa biss indikatur dgħajjef għall-kostijiet tal-kostruzzjoni nukleari, minħabba d-differenzi materjali bejn il-kostruzzjoni ta’ proġett nukleari u djar. Barra minn hekk, il-Belġju jżid li r-riskji ta’ eskalazzjoni tal-kostijiet ta’ installazzjonijiet nukleari futuri għall-immaniġġar tal-iskart nukleari huma inklużi fil-kontinġenzi tax-xenarju industrijali ta’ ONDRAF/NIRAS u, għalhekk, huma inklużi fl-ammont bażi.

(b)

It-tieni, il-Belġju jsostni li l-evoluzzjoni storika tal-indiċi ABEX ma tvarjax materjalment mill-inflazzjoni mkejla mill-indiċi CPI, u li d-differenzi bejn iż-żewġ rati huma xprunati minn għadd ta’ fatturi, bħall-kost tal-enerġija u tal-materja prima, il-kost lavorattiv u d-domanda għall-kostruzzjoni. Il-Belġju jsostni li dawn id-differenzi huma sitwazzjonali u mhux strutturali.

(194)

Għar-raġunijiet imsemmijin hawn fuq, il-Belġju jqis li l-fattur ta’ skont ta’ 3 % huwa rata xierqa u konservattiva għall-iskontar tal-obbligazzjonijiet fit-tul.

3.3.2.3.2.   Primjum tar-riskju

(195)

Kif ġie nnotat fil-premessa (153) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Belġju jsostni li mal-ammont bażi ta’ EUR 9 815-il miljun żdied primjum ta’ riskju addizzjonali sinifikanti ta’ EUR 5 185 miljun biex ikopri l-inċertezzi li fadal. Kif iddikjarat fil-premessa (154) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-primjum tar-riskju huwa bbażat fuq nota teknika minn ONDRAF/NIRAS (104), li tanalizza l-inċertezzi u r-riskji assoċjati mat-trasferiment tar-responsabbiltà finanzjarja għall-immaniġġar tal-iskart radjuattiv u tal-fjuwil użat mis-seba’ impjanti tal-enerġija nukleari Belġjani lill-Istat Belġjan (ara n-nota 80 f’qiegħ il-paġna tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ). Kif iddikjarat fil-premessa (156) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Belġju jargumenta li l-primjum tar-riskju ta’ 52,83 % huwa wieħed adegwat u jaqbeż il-primjum tar-riskju ta’ 35,47 % applikat fil-każ Ġermaniż (SA.45296 (ara n-nota 101 f’qiegħ il-paġna).

(196)

Minbarra l-kjarifiki rigward il-primjum tar-riskju stabbilit fil-premessa (154) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Belġju ċċara f’aktar dettall matul l-investigazzjoni formali kif ġie kkalkolat il-primjum tar-riskju abbażi tan-nota teknika minn ONDRAF/NIRAS. Tabella 15 tipprovdi l-kjarifiki dettaljati u l-kompożizzjoni tal-primjum tar-riskju, li wasslu għal ammonti ta’ EUR 5 033 miljun u EUR 5 133 miljun bħala livell inferjuri u superjuri, rispettivament. Bħala parti min-negozjati dwar il-ftehim dwar il-Limitu Massimu tal-Iskart, il-primjum tar-riskju ġie stabbilit għal ammont kemxejn ogħla ta’ EUR 5 185 miljun, sabiex wieħed jasal għal ħlas ta’ somma f’daqqa ta’ EUR 15-il biljun (ara Tabella 13).

Tabella 15

Kompożizzjoni u komputazzjoni dettaljati tal-primjum tar-riskju

Image 3

Sors:

Rispons tal-awtoritajiet Belġjani għat-talba tal-Kummissjoni għal informazzjoni tal-1 ta’ Ottubru 2024

(197)

Il-Belġju jsostni li l-opinjoni ta’ ONDRAF/NIRAS fin-nota teknika tagħha tipprovdi katalogu ta’ riskji assoċjati mat-trasferiment ta’ obbligazzjonijiet nukleari lill-Istat Belġjan, li ġew miżjuda, bl-għajnuna tal-esperti ta’ ONDRAF/NIRAS, mal-fajl tad-dispożizzjonijiet tal-2022 biex jiġi stmat x’inhu l-primjum tar-riskju minimu meħtieġ biex ikopri r-riskji kollha magħrufa. Għalhekk, il-Belġju jsostni li l-primjum tar-riskju fil-ftehim dwar il-Limitu Massimu tal-Iskart huwa maħsub biex ikopri r-riskji kollha “inqas probabbli milli le” identifikati fin-nota ta’ ONDRAF/NIRAS u r-riskji addizzjonali identifikati matul in-negozjati li ġew derivati mill-interazzjonijiet ma’ Electrabel u l-opinjonijiet tal-esperti. Fl-aħħar nett, il-Belġju jfakkar li esperti minn ONDRAF/NIRAS kienu involuti fin-negozjati tal-ftehim dwar il-Limitu Massimu tal-Iskart biex jgħinu lill-Gvern Belġjan fir-rigward ta’ kif għandhom jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet tagħhom fin-nota teknika tagħhom ta’ Marzu 2023.

3.3.2.4.   Obbligazzjonijiet ta’ dekummissjonar u żarmar

(198)

Kif imsemmi fil-premessa (163) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, b’kuntrast mal-obbligazzjonijiet ittrasferiti tal-iskart nukleari u tal-fjuwil nukleari użat, l-operatur nukleari jibqa’ unikament responsabbli għad-dekummissjonar u ż-żarmar tal-park nukleari kollu (fejn il-Kumpaniji Kontribwenti jikkontribwixxu finanzjarjament għall-kostijiet tad-dekummissjonar u taż-żarmar). B’hekk, l-obbligazzjonijiet tad-dekummissjonar u taż-żarmar “ma humiex limitati”.

(199)

Madankollu, bħala parti mit-tranżazzjoni, l-Istat Belġjan ħa r-responsabbiltà finanzjarja għall-“obbligazzjonijiet addizzjonali ta’ dekummissjonar li jirriżultaw mill-Proġett LTO” jew “dissinerġiji tad-dekummissjonar”. Iż-żewġ kategoriji ewlenin ikkunsidrati huma ż-żidiet fil-kostijiet tal-fażi ta’ wara l-operazzjoni (kostijiet operazzjonali u tal-proġett (“POP”, post operational phase)) u fil-kostijiet tad-dekummissjonar u taż-żarmar (“D&D”, decommissioning and dismantling) ikkawżati mill-Proġett LTO (kostijiet operazzjonali, tal-proġett u tal-investimenti). Eżempji ta’ dak li jikkonsistu fih b’mod konkret dawn id-dissinerġiji tad-dekummissjonar ġew ipprovduti fin-noti 85 u 86 ta’ qiegħ il-paġna tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ. L-ammont finali tad-“dissinerġiji tad-dekummissjonar” huwa r-riżultat tal-evalwazzjoni tal-impatt tal-Proġett LTO u ma jkopri l-ebda kost operatorju relatat mal-ġestjoni ta’ kuljum jew mal-attivitajiet tas-soltu. L-ammont finali tad-“dissinerġiji tad-dekummissjonar” huwa r-riżultat tal-evalwazzjoni tal-impatt tal-Proġett LTO fuq subkategoriji differenti ta’ kostijiet, billi l-bidla fid-dekummissjonar ta’ żewġ reatturi tħalli impatt fuq l-ippjanar, l-organizzazzjoni, it-twaqqit u l-ħtieġa ta’ ċerti investimenti f’ħin partikolari (105). La BE-NUC u lanqas l-Istat Belġjan ma għandhom responsabbiltà oħra għall-obbligazzjonijiet tad-dekummissjonar.

(200)

Kif spjegat fil-premessa (168) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, billi kien hemm nuqqas ta’ qbil bejn Electrabel u l-Istat Belġjan rigward il-kobor tal-ammont ta’ dissinerġiji tad-dekummissjonar, is-CPN/CNV kellha l-kompitu li tieħu d-deċiżjoni, u l-ammont finali kien għadu mhux magħruf fiż-żmien tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ. Fl-24 ta’ Ġunju 2024, is-CPN/CNV approvat l-ammont ta’ EUR [100-500] miljun (f’termini nominali) u, fis-16 ta’ Ottubru 2024, is-CPN/CNV innotifikat lill-Belġju u lil Engie li l-ammont finali li jrid jitħallas jammonta għal EUR [100-500] miljun fi tmiem l-2024 (106). L-ammont ta’ dissinerġiji tad-dekummissjonar li jridu jitħallsu mill-Gvern Belġjan huwa somma f’daqqa fissa li ma tistax tiżdied f’każ li l-kostijiet addizzjonali jkunu ogħla milli previst; madankollu, jekk il-Proġett LTO ma jipproċedix kif mistenni, l-Istat Belġjan se jiġi rimborżat.

(201)

Il-Belġju jsostni li l-ftehim dwar l-iskart jipprevedi wkoll pakkett estensiv ta’ sigurtà biex jiggarantixxi li l-“obbligazzjonijiet nukleari mhux limitati” jitħallsu minn operatur nukleari ekonomikament vijabbli:

(a)

Iż-żieda fl-obbligazzjonijiet tad-dekummissjonar (għall-Unitajiet LTO kif ukoll għall-Unitajiet mhux LTO) li tirriżulta mill-Proġett LTO, li għalih l-Istat Belġjan jibqa’ responsabbli, hija pagament finali ta’ somma f’daqqa, li jiggarantixxi li r-riskji kollha tad-dekummissjonar u taż-żarmar jibqgħu mal-operatur nukleari (ara l-premessa (200)).

(b)

L-obbligazzjonijiet nukleari mhux limitati jibqgħu soġġetti għal kontroll prudenzjali mis-CPN/CNV, bl-istess mod bħal qabel il-ftehim dwar l-iskart (jiġifieri reviżjoni triennali tal-kostijiet tad-dekummissjonar, l-investimenti, eċċ.).

(c)

Fost l-oħrajn, jittieħdu l-miżuri li ġejjin biex tiġi żgurata l-vijabbiltà ekonomika tal-operatur nukleari:

—

Perimetru garantit tal-assi li jifdal fi ħdan Electrabel (ara l-premessa (181));

—

Limiti mnaqqsa tad-deċiżjonijiet kapitalistiċi li huma soġġetti għall-approvazzjoni tas-CPN/CNV (ara l-premessa (175) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ);

—

Kundizzjonijiet għal self intragrupp;

—

Garanzija tal-kumpanija omm (“PCG”, Parent Company Guarantee) (ara l-premessi (57) u (174) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ); kif ukoll

—

Obbligi ta’ informazzjoni estiżi.

3.3.2.5.   Impatt tal-ftehim dwar l-iskart fuq il-miżuri finanzjarji tal-Komponent 1

(202)

Il-Belġju jsostni li l-ftehim dwar l-iskart jista’ jiġi vvalutat separatament mill-partijiet l-oħrajn tal-miżura.

(203)

L-ewwel nett, il-Belġju jsostni li l-ftehim dwar l-iskart jikkonċerna mhux biss l-Unitajiet LTO, iżda s-seba’ reatturi nukleari kollha fil-Belġju. Id-dispożizzjonijiet nukleari li fuqhom huma bbażati l-Ammonti Limitati jqisu d-dispożizzjonijiet nukleari kollha li jridu jsiru sad-dati tat-tmiem legali oriġinali tas-seba’ reatturi nukleari (ara Tabella 1).

(204)

It-tieni, kif imsemmi fil-premessa (170) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-kostijiet relatati mal-iskart operattiv u l-fjuwil użat prodott mill-Unitajiet LTO matul il-Perjodu LTO se jitħallsu mill-koproprjetarji tal-Unitajiet LTO (BE-NUC u Luminus), li jinkludu l-kostijiet biex l-iskart operattiv isir konformi mas-CTC u tariffa għall-aġġustament tal-volum għal dawn il-volumi addizzjonali. Electrabel u l-Kumpaniji Kontribwenti se jistabbilixxu dispożizzjonijiet għall-iskart operattiv radjuattiv f’konformità mar-regoli kontabilistiċi applikabbli. Dawn il-kostijiet addizzjonali huma riflessi fil-Mudell Finanzjarju tal-Iffirmar li fuqu huma bbażati l-miżuri ta’ appoġġ finanzjarju tal-Komponent 1 tal-Proġett LTO u, għalhekk, jitqiesu fir-rigward tal-kalibrazzjoni tas-sub-miżuri fil-Komponent 1.

(205)

It-tielet, l-operatur nukleari jibqa’ responsabbli għad-dekummissjonar u ż-żarmar tas-seba’ reatturi nukleari kollha fil-Belġju. Dawn il-kostijiet la huma riflessi fil-ftehim dwar l-iskart, u lanqas fil-Mudell Finanzjarju tal-Iffirmar. Hemm eċċezzjoni waħda relatata maż-żieda fl-obbligazzjonijiet tad-dekummissjonar (għall-Unitajiet LTO, kif ukoll għall-Unitajiet mhux LTO) li tirriżulta mill-Proġett LTO, li għalih ġie stabbilit u approvat ammont fiss ta’ somma f’daqqa mis-CPN/CNV u li se jitħallas bħala pagament ta’ darba mill-awtoritajiet Belġjani. L-ammont ta’ dawn id-dissinerġiji tqies fil-Mudell Finanzjarju tal-Iffirmar.

3.3.3.   Komponent 3: Protezzjonijiet legali

(206)

Kif ġie nnotat fit-taqsima 3.5 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-ftehim bejn l-Istat Belġjan u Engie jinkludi wkoll dispożizzjonijiet dwar il-protezzjonijiet legali, li jiddefinixxu l-kondiviżjoni tar-riskju fil-każ ta’ ċerti bidliet leġiżlattivi futuri. Il-Kapitolu 4 tal-Liġi Phoenix jipprovdi l-bażi legali sabiex Engie tiġi protetta minn ċerti bidliet fil-liġi. Madankollu, ir-relazzjoni bejn il-partijiet rigward l-indennifikazzjonijiet fil-każ tal-bidliet ikkonċernati fil-liġi se tkun regolata biss mid-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Implimentazzjoni.

(207)

Dawn id-dispożizzjonijiet konklużi ma’ Engie u Electrabel jipprevedu li jekk il-Gvern Federali Belġjan jew il-Parlament Federali Belġjan jadottaw regolamenti ġodda speċifikament dwar l-operaturi nukleari fil-Belġju jew l-attivitajiet nukleari ta’ Electrabel, li jkollhom impatt negattiv fuq it-termini materjali tat-tranżazzjoni, l-Istat Belġjan se jindennizza lil Engie (jew waħda mill-kumpaniji tal-grupp Engie affettwati) għat-telf dirett li fil-fatt iġġarrab bħala konsegwenza ta’ dan. Dan jinkludi wkoll il-pagamenti li Engie trid tagħmel lil Luminus fil-kuntest ta’ din l-indennifikazzjoni. F’konformità mal-liġi Belġjana, ir-rikorrent irid jagħti prova tat-talba tiegħu u l-ammont ta’ indennifikazzjoni se jiġi ddeterminat minn qorti jew minn proċedura ta’ arbitraġġ. Il-qrati Belġjani huma kompetenti, iżda hemm għażla ta’ arbitraġġ reċiproku għall-arbitraġġ ta’ UNCITRAL.

(208)

Din id-dispożizzjoni ma tapplikax jekk l-emenda legali tirriżulta mit-traspożizzjoni tad-dritt Ewropew jew internazzjonali, sakemm il-Gvern Federali Belġjan jew il-Parlament Federali Belġjan ma jkunux induċew jew ippromwovew b’mod attiv l-eżistenza u l-kontenut ta’ tali leġiżlazzjoni f’livell ieħor (internazzjonali, supranazzjonali, Ewropej, reġjonali, muniċipali, eċċ.) jew ma jkunux induċew jew ippromwovew b’mod attiv deċiżjoni ġudizzjarja.

(209)

Kif iddikjarat fil-premessa (180) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Belġju jsostni li l-prattika deċiżjonali tal-Kummissjoni tissuġġerixxi li l-protezzjonijiet kontra l-bidla fil-liġi jistgħu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. F’dan ir-rigward, il-Belġju jirreferi għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni rigward l-estensjoni tat-tul tal-ħajja ta’ tliet reatturi nukleari oħrajn fil-Belġju, li fiha l-Kummissjoni eżaminat il-klawżoli ta’ indennifikazzjoni li jinsabu fil-ftehimiet konklużi bejn l-Istat Belġjan u s-sidien tal-impjanti tal-enerġija nukleari. B’konsegwenza ta’ dan, il-Belġju jikkonkludi li l-ftehim ta’ protezzjonijiet legali bejn l-Istat Belġjan u Engie jista’ jimplika l-għoti ta’ vantaġġ ekonomiku selettiv lil Engie.

3.3.4.   Għażliet alternattivi ta’ finanzjament

(210)

Il-Belġju jsostni li l-estensjoni tat-tul tal-ħajja taż-żewġ reatturi nukleari teħtieġ pakkett ta’ appoġġ speċifiku, minħabba s-sitwazzjoni ekonomika speċifika u l-profil tar-riskju speċifiku tal-enerġija nukleari.

(211)

Kif ġie nnotat fil-premessa (22) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, ma saret l-ebda dispożizzjoni għal-LTO minn Electrabel billi, sa Marzu 2022, l-assi nukleari Belġjani kollha kienu ppjanati li jingħalqu sa mhux aktar tard mill-2025, wara l-liġi dwar l-Eliminazzjoni Gradwali tal-Enerġija Nukleari. Wara d-deċiżjoni dwar l-estensjoni tat-tul tal-ħajja ta’ Doel 4 u Tihange 3, kien hemm ħtieġa urġenti li jiġu rinnovati l-Unitajiet LTO. Minħabba l-iskeda ta’ żmien stretta u ż-żieda fil-kostijiet tal-fjuwil u ta’ partijiet meħtieġa oħrajn f’dawn l-aħħar snin, l-inċertezzi rigward il-kostijiet tal-investiment tal-Proġett LTO huma konsiderevoli.

(212)

L-awtoritajiet Belġjani eżaminaw mekkaniżmi alternattivi ta’ appoġġ, bħall-parteċipazzjoni tat-teknoloġija nukleari fil-mekkaniżmu tal-kapaċità Belġjan, primjum feed-in fiss, CfD unidirezzjonali, jew mudell ta’ RAB.

(213)

Skont l-awtoritajiet Belġjani, minħabba l-fallimenti tas-suq imsemmija fit-taqsima 3.1, dawk l-alternattivi tqiesu bħala inqas xierqa biex jappoġġaw il-Proġett LTO, għar-raġunijiet li ġejjin:

(a)

Id-diskrepanza potenzjali fil-finanzjament u l-profil tar-riskju speċifiku tal-Unitajiet LTO ma jistgħux jiġu indirizzati b’mod adegwat permezz tal-parteċipazzjoni fil-CM, billi: (i) is-CM jikkonsisti fi proċess kompetittiv b’irkantijiet annwali, li min-natura tagħhom għandhom eżitu inċert għall-parteċipanti, li huwa inkompatibbli mal-għażla tal-Belġju li jkollu l-enerġija nukleari bħala parti mit-taħlita tal-enerġija tiegħu, (ii) ir-remunerazzjoni permezz tal-irkantijiet tas-CM hija inkompatibbli mat-twaqqit tal-estensjoni tat-tul tal-ħajja, fejn l-investimenti jeħtieġ li jibdew mill-aktar fis possibbli sabiex l-Unitajiet LTO jerġgħu jkunu disponibbli sa Novembru 2025, u (iii) is-CM isolvi biss id-diskrepanza fil-finanzjament tal-proġett ta’ investiment, mingħajr ma jindirizza r-riskji speċifiċi li għalihom huwa espost l-operatur nukleari.

(b)

Primjum feed-in fiss iħallas l-istess ammont għal kull unità ta’ elettriku (irrispettivament mil-livell tal-prezz għall-operaturi), li jwassal għal kumpens żejjed jew nieqes potenzjali u jimponi riskju tas-suq residwu eċċessiv fuq l-operatur.

(c)

CfD unidirezzjonali ma jkunx jirrikjedi li l-ġeneraturi jħallsu lura d-dħul mis-suq lil hinn mill-prezz tal-eżerċitar, u b’hekk jippermetti kumpens żejjed potenzjali.

(d)

Mudell ta’ RAB għall-unitajiet nukleari huwa adattat aħjar għal investimenti ġodda fil-kapaċità nukleari biex jitneħħew ir-riskji tal-perjodu tal-kostruzzjoni u nefqiet kapitali kbar.

(214)

Il-Belġju jsostni li s-CfD bidirezzjonali, flimkien mas-sub-miżuri l-oħrajn tal-pakkett ta’ appoġġ, jipprovdi l-appoġġ meħtieġ b’kost aktar baxx għall-konsumaturi meta mqabbel ma’ mekkaniżmi alternattivi ta’ appoġġ għar-remunerazzjoni.

3.4.   Benefiċjarji

(215)

Kif ġie nnotat fil-premessa (181) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-benefiċjarji apikali tal-miżura nnotifikata huma (i) Engie, bħala kumpanija omm ta’ Electrabel, li hija l-uniku operatur u l-ko-proprjetarja tal-Unitajiet LTO (89,807 %) u bħala parti diretta għall-Ftehim ta’ Implimentazzjoni konkluż mal-Gvern Belġjan, u (ii) EDF S.A. (“EDF”), bħala kumpanija omm apikali ta’ Luminus, li hija l-ko-proprjetarja tal-Unitajiet LTO (10,193 %) u parti mill-Kumpaniji Kontribwenti u, bħala l-kumpanija omm ta’ EDF Belgium, bħala parti mill-Kumpaniji Kontribwenti. Il-Kummissjoni ma identifikat l-ebda raġuni biex tbiddel il-valutazzjoni tagħha tal-benefiċjarji ewlenin matul l-investigazzjoni formali.

(216)

Madankollu, il-Kummissjoni taqbel mal-fehma tal-Belġju rigward l-identifikazzjoni tal-benefiċjarji tal-Komponent 1 tal-miżura. B’mod partikolari, il-Belġju argumenta fil-kummenti tiegħu għad-Deċiżjoni tal-Ftuħ li BE-NUC (il-JV bejn l-Istat Belġjan u Electrabel) u Luminus, aktar milli bejn Electrabel u Luminus, huma l-benefiċjarji diretti tas-CfD, tas-Self tal-SDC, tal-MOCP u tad-WCF. Madankollu, Electrabel, bħala azzjonista ta’ BE-NUC u l-ko-proprjetarja kurrenti tal-Unitajiet LTO, tista’ titqies bħala benefiċjarja importanti ta’ dawn is-sub-miżuri tal-Komponent 1 ukoll. Fir-rigward tas-sub-miżuri l-oħrajn taħt il-Komponent 1, li jipprovdu appoġġ għat-tħaddim u l-manutenzjoni tal-Unitajiet LTO, Electrabel hija benefiċjarja diretta bħala operatur nukleari u azzjonista f’BE-NUC mal-Istat Belġjan, filwaqt li Luminus hija benefiċjarja indiretta bħala ko-proprjetarja tal-Unitajiet LTO. Skont il-punti 115 u 116 tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-Kunċett ta’ Għajnuna, jista’ jingħata wkoll vantaġġ lil impriżi għajr dawk li lilhom jiġu ttrasferiti direttament riżorsi tal-Istat (vantaġġ indirett). Luminus tibbenefika mit-taħlita ta’ sub-miżuri taħt il-Komponent 1 permezz tat-tnaqqis tar-riskji operazzjonali u ta’ insolvenza li jipprovdu għall-Proġett LTO, mingħajr ma hija stess tkun involuta direttament f’dawn is-sub-miżuri. Għalhekk, Luminus tista’ titqies li tikseb vantaġġ indirett minn dawn is-sub-miżuri. Dan il-vantaġġ indirett ma japplikax għall-EMSA, billi Luminus hija l-proprjetarja tas-sehem tagħha tal-elettriku prodott mill-Unitajiet LTO u se timmaniġġa l-bejgħ tal-elettriku b’mod indipendenti, u lanqas ma japplika għall-ASA li jrid jiġi konkluż bejn Electrabel u BE-NUC.

(217)

Fir-rigward tal-Komponent 2 tal-miżura nnotifikata, it-trasferiment tal-obbligazzjonijiet tal-iskart nukleari u tal-fjuwil użat u l-ftehim dwar l-obbligazzjonijiet tad-dekummissjonar huma ta’ benefiċċju għall-operatur nukleari, Electrabel, kif ukoll għal Luminus u EDF Belgium fir-rwol tagħhom bħala Kumpaniji Kontribwenti, li huma, flimkien mal-operatur nukleari, finanzjarjament responsabbli għall-obbligazzjonijiet tal-iskart nukleari u tad-dekummissjonar.

(218)

Fir-rigward tal-Komponent 3 tal-miżura nnotifikata, il-protezzjonijiet legali jipprevedu li l-miżuri unilaterali adottati mill-Istat Belġjan li jaffettwaw speċifikament jew japplikaw għall-operaturi tal-unitajiet nukleari fil-Belġju u li jimmodifikaw b’mod negattiv it-termini materjali tat-tranżazzjoni jagħtu lok għal dritt ta’ indennifikazzjoni. Għalhekk, il-benefiċjarji diretti huma Engie bħala l-kumpanija omm ta’ Electrabel, l-operatur (u l-ko-proprjetarju) tar-reatturi nukleari fil-Belġju, u BE-NUC. Simili għal xi wħud mis-sub-miżuri taħt il-Komponent 1, għalkemm Luminus ma hijiex direttament involuta fil-miżuri ta’ protezzjonijiet legali tal-Komponent 3, jingħata vantaġġ indirett lil Luminus, li se tiġi wkoll indennizzata f’każ ta’ bidliet legali li jaffettwaw il-Proġett LTO (ara t-taqsima 3.3.3). Għalhekk, Luminus hija benefiċjarja indiretta tal-Komponent 3 tal-miżura.

3.5.   Bażi legali u trasparenza

(219)

Kif spjegat fit-taqsima 3.7 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Proġett LTO jeħtieġ għadd ta’ bidliet leġiżlattivi, miġbura fil-qosor f’din it-taqsima.

3.5.1.   Emenda tal-liġi dwar l-Eliminazzjoni Gradwali tal-Enerġija Nukleari

(220)

Il-liġi dwar l-Eliminazzjoni Gradwali tal-Enerġija Nukleari torganizza, mill-2003, l-eliminazzjoni gradwali tal-produzzjoni tal-elettriku permezz tal-enerġija nukleari fil-Belġju u diġà ġiet emendata tliet darbiet biex tippermetti l-estensjoni tat-tul tal-ħajja ta’ Tihange 1, Doel 1 u Doel 2.

(221)

L-estensjoni tat-tul tal-ħajja ta’ Doel 4 u Tihange 3 b’10 snin teħtieġ emenda oħra tal-liġi dwar l-Eliminazzjoni Gradwali tal-Enerġija Nukleari. Il-modifiki ġew implimentati mil-“Liġi li temenda l-Liġi dwar l-Eliminazzjoni Gradwali tal-Enerġija Nukleari”, approvata mill-Parlament fis-sessjoni plenarja tat-18 ta’ April 2024, iffirmata mir-Re fis-26 ta’ April 2024, u ppubblikata fil-Gazzetta Uffiċjali Belġjana fil-5 ta’ Ġunju 2024.

(222)

F’konformità mad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (107), id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (108) u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (109), il-Belġju jsostni li hija meħtieġa u fil-fatt saret valutazzjoni tal-impatt ambjentali b’konsultazzjonijiet transfruntiera (110).

3.5.2.   Il-“Liġi Phoenix”

(223)

L-elementi differenti tal-Proġett LTO huma implimentati permezz ta’ “Liġi separata li tiggarantixxi s-sigurtà tal-provvista fis-settur tal-enerġija u r-riforma tas-settur tal-enerġija nukleari”, imsejħa wkoll il-“Liġi Phoenix”. Id-deskrizzjoni dettaljata tal-kapitoli differenti tal-Liġi Phoenix ġiet ipprovduta fil-premessa (191) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ. Il-Liġi Phoenix ġiet approvata mill-Parlament fis-sessjoni plenarja fit-18 ta’ April 2024 u ffirmata mir-Re fis-26 ta’ April 2024. Hija ġiet ippubblikata fil-Gazzetta Uffiċjali Belġjana fil-5 ta’ Ġunju 2024.

3.5.3.   Liġijiet dwar l-istruttura tal-gvern Belġjan

(224)

Kif innotat fil-premessa (193) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, l-Istat Belġjan stabbilixxa żewġ entitajiet pubbliċi ġodda li se jassumu ċerti responsabbiltajiet b’rabta mal-Proġett LTO:

(a)

“BE-WATT”: servizz awtonomu b’indipendenza kontabilistika, inkorporat mil-“Liġi BE-WATT”, li se jsir l-azzjonist tal-Gvern Belġjan f’BE-NUC u l-kontroparti tal-RA; kif ukoll

(b)

“Hedera”: istituzzjoni pubblika sui generis ġdida b’personalità ġuridika, inkorporata mil-“Liġi Hedera”, li tieħu f’idejha r-responsabbiltà finanzjarja għall-obbligazzjonijiet ittrasferiti tal-iskart nukleari u tal-fjuwil użat u li timmaniġġa l-Ammonti Limitati.

(225)

Il-Liġi BE-WATT u l-Liġi Hedera ġew approvati mill-Parlament fis-sessjoni plenarja fit-18 ta’ April 2024 u ffirmati mir-Re fis-26 ta’ April 2024. Dawn ġew ippubblikati fil-Gazzetta Uffiċjali Belġjana fil-5 ta’ Ġunju 2024.

3.5.4.   Digrieti Rjali

(226)

L-ewwel nett, l-Awtorizzazzjonijiet tad-Digriet Irjali jirregolaw l-awtorizzazzjoni ta’ installazzjonijiet li jikkundizzjonaw l-iskart nukleari. Dan id-Digriet Irjali ġie mmodifikat biex jippermetti l-awtorizzazzjoni ta’ installazzjonijiet ta’ kundizzjonament li jikkundizzjonaw l-iskart nukleari f’konformità mal-kriterji tat-trasferiment kuntrattwali. Se tiġi introdotta kategorija separata għall-awtorizzazzjonijiet għall-installazzjonijiet ta’ kundizzjonament li jikkundizzjonaw f’konformità mal-kriterji tat-trasferiment kuntrattwali. Huwa ġie adottat fil-11 ta’ Lulju 2024 u ppubblikat fil-Gazzetta Uffiċjali Belġjana fil-15 ta’ Lulju 2024.

(227)

It-tieni, id-Digriet Irjali dwar il-Kriterji tat-Trasferiment Kuntrattwali jiddetermina l-kriterji tat-trasferiment kuntrattwali u l-kategorizzazzjoni tal-pakkett tal-iskart, kif ukoll il-mod kif jikkonsmaw il-kreditu tal-volum. Huwa ġie adottat fil-11 ta’ Lulju 2024 u ppubblikat fil-Gazzetta Uffiċjali Belġjana fil-15 ta’ Lulju 2024.

3.6.   Baġit u finanzjament

(228)

Il-Belġju se jiffinanzja r-rekwiżit ta’ finanzjament totali tal-Proġett LTO permezz tal-baġit ġenerali tal-Istat, inklużi l-ħlasijiet lura potenzjali mis-CfD bidirezzjonali.

(229)

Kif ġie nnotat fil-premessa (200) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Belġju jistma li l-kostijiet CAPEX tal-Proġett LTO jammontaw għal EUR [2-2,5] biljun, u li l-kostijiet operatorji totali matul il-ħajja tal-proġett huma ta’ EUR [7 000-8 000] miljun.

(230)

L-impatt nett fuq il-baġit tal-Istat Belġjan huwa doppju: l-ewwel nett, permezz tal-kontribuzzjoni kapitali ta’ EUR 24,7 miljun lill-JV, u t-tieni, permezz tal-kost nett tal-miżuri pagabbli mill-Kontroparti tal-RA. Il-Belġju jsostni li l-infiq baġitarju mistenni jiddependi mhux biss fuq il-projezzjonijiet tal-kostijiet, iżda wkoll fuq il-projezzjonijiet tal-prezzijiet/tad-dħul tas-suq tal-enerġija, minħabba li l-Proġett LTO se jkun iffinanzjat minn taħlita ta’ dħul tas-suq, ħlasijiet tad-differenza tas-CfD, ħlasijiet OPEX u kapitali minimi, u Self tal-SDC.

(231)

Skont il-projezzjoni tal-każ bażi tal-Mudell Finanzjarju tal-Iffirmar, matul il-ħajja tal-proġett, il-Kontroparti tal-RA se tirċievi ammont nominali nett totali ta’ EUR [0-500] miljun.

(232)

Madankollu, kieku l-prezzijiet tal-elettriku kellhom jevolvu skont projezzjoni aktar baxxa, il-kost tal-miżura lill-Gvern Belġjan jiżdied b’EUR [4 000-4 500] miljun minħabba ħlasijiet ogħla tas-CfD. F’każ ta’ avveniment mhux mistenni fejn iż-żewġ impjanti nukleari ma jkunux disponibbli, il-Kontroparti tal-RA tkun esposta wkoll li tipprovdi appoġġ addizzjonali ta’ EUR [500-1 000] miljun għal kull sena ta’ indisponibilità. F’xenarju negattiv ta’ prezzijiet baxxi tal-elettriku u avveniment ta’ indisponibilità ta’ 12-il xahar, il-Kontroparti tal-RA jkollha tipprovdi ammont nett (nominali) totali ta’ EUR [4 000-4 500] miljun matul il-ħajja tal-proġett, jiġifieri l-baġit tal-miżura jkun qrib [40-50] % tal-kapital totali u tal-kostijiet operatorji.

3.7.   Kumulazzjoni

(233)

Il-Belġju jikkonferma li l-miżura ma tistax tiġi akkumulata ma’ għajnuna oħra riċevuta biex tkopri l-istess kostijiet li jridu jiġġarrbu taħt il-Proġett LTO. Il-Belġju jsostni li l-ebda fond ieħor għajr il-baġit tal-Istat ma huwa previst li jkun involut fil-finanzjament tal-Proġett LTO u jikkonferma li mhux se jkunu involuti fondi tal-Unjoni.

3.8.   Raġunijiet għall-bidu tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali

(234)

Il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni tal-Ftuħ fit-22 ta’ Lulju 2024. Il-Kummissjoni waslet għall-fehma preliminari li l-miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat u qajmet dubji rigward il-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), l-punt (c), tat-TFUE. Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni qajmet dubji rigward il-ħtieġa, l-adegwatezza u l-proporzjonalità tal-għajnuna, rigward in-nuqqas ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni u rigward distorsjonijiet potenzjali bla bżonn tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ.

(235)

L-ewwel nett, fir-rigward tal-ħtieġa tal-għajnuna, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar il-miżuri ta’ appoġġ finanzjarju tal-Komponent 1. Għalkemm il-Kummissjoni tirrikonoxxi li jista’ jkun hemm bżonn li l-operatur nukleari u s-sidien tar-reatturi nukleari jkollhom sors stabbli ta’ dħul minħabba l-inċertezzi relatati mal-prezz tas-suq tal-elettriku fil-futur, il-Kummissjoni staqsiet jekk il-miżuri ta’ appoġġ finanzjarju addizzjonali minbarra c-CfD bidirezzjonali humiex kollha meħtieġa. B’mod partikolari, il-Kummissjoni kellha dubji dwar il-ħolqien ta’ JV li għaliha l-Gvern Belġjan se jkun azzjonist, l-OPEX minimi u l-ħlas tal-kapital u s-Self SDC.

(236)

It-tieni, fir-rigward tal-adegwatezza tal-għajnuna, il-Kummissjoni reġgħet qajmet dubji dwar il-miżuri ta’ appoġġ finanzjarju tal-Komponent 1. Il-Kummissjoni riedet tkompli tinvestiga t-tfassil tal-CfD bidirezzjonali propost mill-Belġju, minħabba li deher li ma għandux inċentivi xierqa biex jirreaġixxi għaċ-ċirkostanzi tas-suq u biex jiskeda l-manutenzjoni bl-aktar mod effiċjenti (inkluż l-użu tal-prezz DAM użat bħala prezz tas-suq ta’ referenza fit-tfassil tas-CfD). Barra minn hekk, il-Kummissjoni staqsiet jekk il-kombinament ta’ miżuri ta’ remunerazzjoni huwiex qed jeħles lill-benefiċjarji minn sehem kbir wisq tas-suq u riskji operazzjonali.

(237)

It-tielet, fir-rigward tal-proporzjonalità tal-għajnuna, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar il-proporzjonalità ta’ bosta mill-miżuri ta’ remunerazzjoni finanzjarja (inklużi s-Self SDC u l-MOCP). Il-Kummissjoni qieset li dawk il-miżuri huma kkombinati ma’ CfD u li huma mistennija li jilħqu, skont id-disinn, ir-rata ta’ redditu fil-mira ta’ 7 %, li tista’ tiġi vvalutata biss fir-rigward tal-miżuri nfushom u t-tnaqqis tar-riskju li jipprovdu. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li hija ma setgħetx tivvaluta - fil-ħin tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ - il-proporzjonalità ta’ din ir-rata ta’ redditu fil-mira in abstracto u kkonkludiet li l-valutazzjoni tal-proporzjonalità tista’ ssegwi biss il-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-miżuri. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kellha dubji dwar l-istabbiliment tal-ammont tal-ħlas f’daqqa ta’ EUR 15-il biljun għat-trasferiment tal-iskart nukleari u tal-obbligazzjonijiet tal-fjuwil użat (b’mod partikolari dwar ir-rata ta’ skont użata u l-għoli tal-primjum tar-riskju), kif ukoll dwar l-ammont tal-obbligazzjonijiet addizzjonali tad-dekummissjonar li jirriżultaw mill-Proġett LTO (li kien għadu mhux magħruf fil-ħin tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ).

(238)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni staqsiet jekk disinn mhux xieraq tas-CfD u l-akkumulazzjoni tal-miżuri kollha ta’ appoġġ finanzjarju setgħux iwasslu għal distorsjonijiet bla bżonn tas-suq. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kellha bżonn aktar riassigurazzjoni fir-rigward tal-identità u l-indipendenza tal-entità li tbigħ l-output tal-Unitajiet LTO fis-suq taħt l-EMSA.

4.   IL-POŻIZZJONI TAL-BELĠJU

(239)

Il-Belġju bagħat it-tweġiba tiegħu għad-Deċiżjoni tal-Ftuħ fit-22 ta’ Awwissu 2024. Is-sottomissjoni tal-Belġju pprovdiet analiżijiet indipendenti addizzjonali mħejjija minn Compass Lexecon dwar id-disinn tas-CfD, is-Self tal-SDC u l-MOCP (ipprovduti fit-22 ta’ Awwissu), kif ukoll dwar il-Limitu Massimu tal-Iskart (ipprovduti fit-30 ta’ Awwissu 2024) b’reazzjoni għad-dubji tal-Kummissjoni mqajma fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ rigward il-ħtieġa, l-adegwatezza u l-proporzjonalità tal-pakkett ta’ miżuri ta’ appoġġ finanzjarju (il-Komponent 1 tal-miżura ta’ għajnuna), rigward il-proporzjonalità tal-ftehim dwar l-iskart (il-Komponent 2 tal-miżura ta’ għajnuna), rigward il-konformità tad-disinn tas-CfD mad-dritt tal-Unjoni u rigward distorsjonijiet potenzjali bla bżonn tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ.

(240)

Ir-rispons tal-Belġju għad-Deċiżjoni tal-Ftuħ jiddiskuti l-miżura inizjali (il-Proġett LTO) kif deskritt fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ. Il-miżura kurrenti tinkludi bidliet (introdotti biex jiġu indirizzati d-dubji mqajma mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tagħha) meta mqabbla mal-miżura inizjali u hija stabbilita fid-dettall fit-taqsima 3 ta’ din id-Deċiżjoni.

(241)

L-argumenti mressqa mill-Belġju huma deskritti f’aktar dettall hawn taħt.

4.1.   Il-pożizzjoni tal-Belġju dwar il-pakkett ta’ miżuri finanzjarji (Komponent 1)

4.1.1.   Adegwatezza tad-disinn tas-CfD

(242)

Il-Belġju qabel mal-Kummissjoni li t-trawwim ta’ inċentivi konformi mas-suq u l-minimizzazzjoni ta’ distorsjonijiet potenzjali bla bżonn huma fundamentali għat-tfassil ta’ mekkaniżmi ta’ appoġġ.

(243)

Skont il-Belġju, appoġġat minn analiżi ekonomika addizzjonali indipendenti mħejjija minn Compass Lexecon (111), ir-restrizzjonijiet tekniċi, regolatorji u ekonomiċi tal-Unitajiet LTO (ara wkoll it-taqsima 2.1) isawru l-fattibbiltà u l-adegwatezza tad-disinn tas-CfD. Il-Belġju sostna b’mod partikolari li l-għoti ta’ inċentivi ekonomiċi għall-operatur nukleari biex jirreaġixxi għaċ-ċirkostanzi tas-suq f’sitwazzjonijiet fejn il-kapaċità ta’ rispons hija ristretta jista’ jalloka r-riskji b’mod subottimali u jżid l-inċertezza tad-dħul futur mingħajr l-ebda possibbiltà ta’ mitigazzjoni. B’hekk, riskji ogħla għall-benefiċjarju li ma jistgħux jittieħdu azzjonijiet fuqhom permezz ta’ imposti operazzjonali jistgħu jissarrfu fi profil tar-riskju/redditu degradat għall-investiment u l-iżbilanċ ekonomiku tal-iskema (pereżempju, il-ħtieġa ta’ IRR fil-mira ogħla). Għalhekk, l-impatt mistenni li jirriżulta fuq il-kostijiet ta’ appoġġ jeħtieġ li jiġi bbilanċjat mal-kostijiet għall-kontroparti tal-RA li ġġorr direttament dak ir-riskju.

(244)

Il-Belġju jsostni wkoll li l-operat kummerċjali tal-Unitajiet LTO u d-deċiżjonijiet korrispondenti dwar l-offerti huma l-parametru referenzjarju ekonomiku għal disinn tas-CfD li jsostni mġiba konformi mas-suq.

(245)

Fil-każ inkwistjoni, il-Belġju jfakkar li diversi restrizzjonijiet tekniċi u operattivi jillimitaw bil-qawwa l-flessibbiltà biex tiġi mmodifikata u, sussegwentement, immodulata, l-iskeda ta’ manutenzjoni, u b’hekk ikun hemm il-potenzjal għall-ħolqien tal-valur assoċjat ma’ inċentivi ekonomiċi akbar:

(a)

L-Unitajiet LTO jiffaċċjaw restrizzjonijiet operazzjonali biex jiżguraw is-sigurtà tal-provvista fil-perjodi tax-xitwa, kif ukoll rekwiżiti tekniċi u legali għal skedar (mill-ġdid) tal-indisponibilitajiet.

(b)

Id-disinn tekniku tal-Unitajiet LTO huwa ottimizzat għat-tħaddim bħala impjanti b’karga bażika, li jġorr implikazzjonijiet sinifikanti għar-regolamentazzjoni tas-sikurezza u jillimita l-kapaċitajiet ta’ modulazzjoni (pereżempju, massimu ta’ 30 modulazzjoni għal kull ċiklu ta’ fjuwil, b’riskju potenzjali ta’ tifi awtomatiku).

(c)

Ir-restrizzjonijiet operattivi u ta’ modulazzjoni u r-riskji assoċjati jissarrfu f’kostijiet ta’ opportunità għall-operatur nukleari (pereżempju, riskju ta’ dħul mitluf f’każ ta’ tifi awtomatiku, opportunitajiet ta’ modulazzjoni mitlufa minħabba li jintlaħaq il-limitu massimu tal-modulazzjoni qabel tmiem iċ-ċiklu).

(246)

Il-Belġju sostna li, minħabba r-restrizzjonijiet operattivi u ta’ sikurezza tal-Unitajiet LTO, xi karatteristiċi alternattivi ta’ disinji tas-CfD spjegati hawn taħt ma jallokawx riskji u ma jinċentivawx imġiba konformi mas-suq b’mod aktar effiċjenti mid-disinn propost. B’mod partikolari, il-Belġju sostna li, f’xi każijiet, l-użu ta’ prezzijiet ta’ referenza fit-tul u kwantità ta’ referenza jista’ jrawwem deċiżjonijiet effiċjenti ta’ dispaċċ/tħaddim, minħabba li jiddekorrela l-ħlasijiet tas-CfD mill-prezz tas-suq maqbud. Madankollu, dan jista’ ma jkunx xieraq fil-każ inkwistjoni minħabba r-restrizzjonijiet operazzjonali tal-Unitajiet LTO u l-mudell uniku ta’ disponibbiltà fil-perjodu tax-xogħlijiet LTO, kif spjegat hawn taħt:

(a)

L-ewwel nett, l-użu tal-prezz tal-prodotti fit-tul bħala l-MRP alternattiv (pereżempju, futuri, medji annwali tad-DA) minflok il-prezz tad-DAM jonqos milli jqis ix-xejra unika ta’ disponibbiltà fil-perjodu tax-xogħlijiet LTO, minħabba li jista’ jimplika riskju sinifikanti ta’ diskrepanza bejn il-prezz ta’ referenza u l-prezzijiet koperti li ma jkunux iħħeġġati jew ġestiti b’mod effiċjenti minn BE-NUC permezz ta’ imposti operattivi (ara l-premessa (98)). Madankollu, kuntesti u restrizzjonijiet operattivi differenti jistgħu jiġġustifikaw MRP alternattiv.

(b)

It-tieni, il-kalkolu tal-ammont ta’ remunerazzjoni bbażat fuq kwantità ta’ referenza aktar milli fuq l-output reali jista’ jintroduċi riskji addizzjonali tas-suq li ma jkunux iħħeġġati jew ġestiti b’mod effiċjenti minn BE-NUC. Għal darba oħra, l-użu tal-kwantitajiet ta’ referenza jista’ jkun xieraq f’kuntesti u restrizzjonijiet teknoloġiċi u operattivi differenti.

(c)

Fl-istess ħin, kif ġie spjegat qabel fil-premessi (11) u (12), minħabba r-restrizzjonijiet operazzjonali u ta’ modulazzjoni stretti li japplikaw għall-Unitajiet LTO, il-potenzjal ta’ ħolqien tal-valur inkrementali assoċjat ma’ inċentivi akbar tas-suq minn karatteristiċi alternattivi tad-disinn tas-CfD ikun limitat meta mqabbel mad-disinn tas-CfD magħżul (ara hawn taħt).

(247)

Skont il-Belġju, id-disinn tas-CfD magħżul flimkien mal-arranġamenti speċifiċi tiegħu (l-MPRA u l-arranġament ta’ modulazzjoni), kellu l-għan li jibbilanċja l-iskopertura għar-riskju tas-suq ma’ inċentivi operattivi biex jappoġġa kemm l-investiment kif ukoll l-effiċjenza tas-suq ta’ terminu qasir. Dan jinkoraġġixxi tweġibiet f’waqthom għas-sinjali tas-suq mingħajr ma jikkawża kumplessità bla bżonn u huwa konsistenti mar-restrizzjonijiet tekniċi u regolatorji tal-Unitajiet LTO. F’dan ir-rigward, il-Belġju rrefera għal:

(a)

l-MPRA li jipprovdi inċentiv xieraq għall-produzzjoni fi żminijiet ta’ prezzijiet għoljin tas-suq minħabba l-flessibbiltà (limitata) disponibbli biex jiġu aġġustati l-iskedi ta’ manutenzjoni; kif ukoll

(b)

l-arranġament ta’ modulazzjoni li tfassal biex prattikament ikun konformi mar-restrizzjonijiet tekniċi u regolatorji tal-Unitajiet LTO u mal-operazzjonijiet ibbażati fuq is-suq. Il-limitu fiss tal-modulazzjoni kien maħsub biex jibbilanċja l-benefiċċji potenzjali mill-modulazzjoni mal-kostijiet ta’ opportunità assoċjati abbażi ta’ mekkaniżmu sempliċi.

(248)

Għar-raġunijiet deskritti hawn fuq, il-Belġju kkonkluda li t-tħassib tal-Kummissjoni rigward l-adegwatezza tad-disinn tas-CfD fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ kien bla bażi.

(249)

Madankollu, matul l-investigazzjoni formali, il-Belġju ddeċieda li jemenda d-disinn tas-CfD u l-mekkaniżmu tal-MPRA bil-għan li jsaħħaħ l-inċentivi konformi mas-suq u jqis l-evoluzzjonijiet tas-suq.

(a)

L-ewwel nett, il-Belġju ddeċieda li jimmodifika d-disinn tas-CfD billi jagħti l-awtorità tat-teħid tad-deċiżjonijiet rigward il-modulazzjonijiet ekonomiċi lis-sieħeb tal-EMSA (u b’hekk ineħħi l-arranġament ta’ modulazzjoni fid-disinn oriġinali) u billi jissostitwixxi r-remunerazzjoni fissa tas-sieħeb tal-EMSA permezz ta’ kombinament ta’ tariffa fissa u tariffa varjabbli, u b’hekk jipprovdi inċentivi biex jimmodula b’mod dinamiku l-kontabilità għall-evoluzzjonijiet tas-suq, filwaqt li jqis ir-restrizzjonijiet tekniċi (u r-riskji potenzjali ta’ għeluq awtomatiku) tal-Unitajiet LTO. Għal deskrizzjoni dettaljata tal-formula ta’ remunerazzjoni mmodifikata, ara t-taqsima 3.3.1.5.2.

(b)

It-tieni, il-Belġju intensifika l-mekkaniżmu tal-MPRA, sabiex l-IRR mistennija u rrealizzata ssegwi kundizzjonijiet tas-suq li jinbidlu aktar mill-qrib. Għal deskrizzjoni dettaljata ta’ din il-modifika, ara t-taqsima 3.3.1.3.2.

4.1.2.   Struttura tal-JV

(250)

Electrabel u l-Istat Belġjan jipprevedu l-ħolqien ta’ impriża konġunta 50/50, li se żżomm l-assi rilevanti li jippermettu t-tħaddim kontinwu tal-Unitajiet LTO.

(251)

Il-Belġju sostna li dan l-approċċ jippermetti lill-Istat Belġjan jikkontrolla b’mod konġunt il-kumpanija tal-proġett, minħabba li ż-żewġ azzjonisti jidħlu fil-JV taħt termini u kundizzjonijiet ugwali u, bħala azzjonisti, bl-istess livell ta’ riskju (li jikkorrispondi għal riskju u finanzjament regolari tal-azzjonisti) u gwadanji (b’mod partikolari, dividendi). Dan jippermetti wkoll lill-Istat Belġjan iżomm ċertu grad ta’ sjieda fuq l-infrastruttura kritika.

4.1.3.   MOCP u Self tal-SDC

(252)

Il-Belġju spjega li, jekk id-dħul ta’ BE-NUC ma jkunx biżżejjed biex ikopri l-kostijiet meħtieġa għat-tħaddim tal-Unitajiet LTO (il-kostijiet tal-Ftehim O&M u kostijiet operatorji, tal-fjuwil u tal-manutenzjoni oħrajn tal-CAPEX), mela l-Istat Belġjan, bħala Kontroparti tal-RA, huwa meħtieġ li jagħmel ħlas ta’ nuqqas lil BE-NUC (u Luminus). F’dak ir-rigward, BE-NUC għandha tissottometti rapport ta’ rikonċiljazzjoni annwali. Dan il-ħlas Minimu tal-Opex għandu jiżgura biżżejjed flus kontanti biex jiġu koperti dawn il-kostijiet, sabiex jiġu ssalvagwardjati l-vijabbiltà fit-tul u s-solvenza ta’ BE-NUC. Barra minn hekk, il-Kontroparti tal-RA se tipprovdi Ħlas tal-Kapital, li jikkonsisti fi protezzjoni tal-kostijiet ta’ 50 % fuq il-kapital investit b’rabta mal-kostijiet kapitali amortizzati tal-estensjoni tat-tul tal-ħajja tal-Unitajiet LTO. Kemm il-Ħlas Minimu tal-Opex kif ukoll il-Ħlas tal-Kapital jissejħu MOCP u japplikaw mid-Data tal-Bidu mill-Ġdid tal-LTO ’il quddiem.

(253)

Il-Belġju spjega li se jagħmel ukoll il-faċilitajiet ta’ prelevament disponibbli kemm għal BE-NUC kif ukoll għal Luminus b’effett mill-1 ta’ Lulju 2025 sabiex jiffinanzja l-kostijiet tal-operat u tal-manutenzjoni mġarrba matul ċerti perjodi ta’ għeluq skont il-klawżola 3.2(A) (“Akkwist ta’ Self tal-SDC”) tal-RA. B’mod speċifiku, l-Istat Belġjan se jipprovdi Self tal-SDC b’rata tal-imgħax limitata u li jitħallas lura skont skeda ta’ ripagament speċifikata, minflok kapital addizzjonali lil BE-NUC u Luminus, sabiex jiffinanzja f’żewġ segmenti:

(a)

il-kostijiet matul l-għeluq tal-impjanti nukleari (l-1 ta’ Lulju 2025 għal Doel 4 u l-1 ta’ Settembru 2025 għal Tihange 3) u sad-Data tal-Bidu mill-Ġdid tal-LTO; kif ukoll

(b)

il-kostijiet matul ix-xogħlijiet LTO skedati fil-perjodu mid-Data tal-Bidu mill-Ġdid tal-LTO sal-31 ta’ Diċembru 2028 (biex jiġi evitat kull dubju, kwalunkwe telf ieħor ikkawżat minn indisponibilitajiet mhux skedati jrid jiġi kopert mill-MOCP).

(254)

Il-Belġju spjega li l-MOCP jindirizza r-riskji b’impatt kbir li jirriżultaw f’telf matul il-fażi operazzjonali. Flimkien mas-Self tal-SDC matul il-Fażi ta’ Qabel il-Bidu mill-Ġdid, dawn il-miżuri huma essenzjali biex jiġi żgurat li l-proġett jiġġenera biżżejjed flussi ta’ flus biex jitħallas l-operatur nukleari u tinżamm il-vijabbiltà operazzjonali fit-tul. Il-Belġju jargumenta li, mingħajr dawn il-miżuri, l-impjant tal-enerġija nukleari jista’ jiffaċċja falliment fil-każ ta’ indisponibilitajiet fit-tul jew bidliet regolatorji (fil-politika) li jikkawżaw nuqqas ta’ disponibbiltà.

(255)

Sabiex jissostanzja aktar dawn l-affermazzjonijiet, il-Belġju ssottometta l-osservazzjonijiet li ġejjin, appoġġati minn analiżi indipendenti mħejjija minn Compass Lexecon (112):

(a)

L-investimenti merkantili fl-assi nukleari huma esposti għal riskji inkontrollabbli u b’impatt kbir relatati mar-regolamentazzjoni/il-politika u t-teknoloġija, li jistgħu jaffettwaw id-disponibbiltà tal-impjanti tal-enerġija. Il-proġetti nukleari għandhom struttura ta’ kostijiet predominantement fissi, li tagħmel il-prestazzjoni finanzjarja tagħhom partikolarment sensittiva għal perjodi ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà. Għall-kuntrarju tal-mudell RAB, skema tas-CfD waħedha ma hijiex biżżejjed biex tindirizza dawn ir-riskji ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà b’impatt kbir, li jeħtieġu mekkaniżmu addizzjonali għall-ġestjoni tar-riskji.

(b)

L-MOCP huwa meħtieġ biex jiħħeġġa parzjalment kontra xenarji li jinvolvu telf sostanzjali li jista’ jipperikola l-vijabbiltà ekonomika u finanzjarja (u s-solvenza) tal-Unitajiet LTO. Is-Self tal-SDC huwa meħtieġ biex jiffinanzja l-kostijiet operatorji fissi meħtieġa biex jinżammu l-Unitajiet LTO qabel ma jerġgħu jibdew jaħdmu u matul ix-xogħlijiet ta’ estensjoni tal-LTO skedati.

(c)

Meta titqies il-prestazzjoni storika tal-impjanti tal-enerġija nukleari Belġjani u barranin, ma huwiex improbabbli li jseħħ avveniment sinifikanti ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà li jaffettwa ż-żewġ unitajiet nukleari għal parti sostanzjali tas-sena. Meta wieħed iħares ’il quddiem, dawn ir-riskji sistemiċi huma mistennija li jintensifikaw hekk kif il-flotta nukleari tal-Belġju tiċkien mill-2025 ’il quddiem. Barra minn hekk, jista’ jkun hemm avvenimenti aktar frekwenti u inqas severi li xorta jwasslu għal telf għall-Proġett LTO, li jiġġustifikaw aktar il-ħtieġa għall-mekkaniżmu MOCP.

(256)

Għalhekk, il-Belġju kkonkluda li s-Self tal-SDC u l-MOCP huma xierqa u proporzjonati:

(a)

L-MOCP ma jipproteġix il-Proġett LTO mir-riskji operatorji kollha, u dan jagħmlu xieraq minħabba li l-miżura hija sempliċiment meħtieġa biex tindirizza avvenimenti sinifikanti ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà u tipprevjeni l-falliment ta’ BE-NUC. L-azzjonisti għad għandhom riskji operazzjonali oħrajn, li jwasslu għal bosta xenarji fejn il-profittabbiltà titnaqqas, u l-IRR tal-Proġett ta’ 7 % ma tinkisibx, anke bil-miżura ta’ għajnuna fis-seħħ.

(b)

L-MOCP huwa proporzjonat minħabba li huwa limitat għall-ħlasijiet ta’ nuqqas meħtieġa biex jiġi evitat it-telf (komponent minimu tal-OPEX) u, fil-każ ta’ telf minn investiment (jiġifieri IRR negattiva tal-Proġett), ikopri biss 50 % tal-kontribuzzjonijiet tal-ekwità (komponent tal-Ħlas tal-Kapital). Fi kliem ieħor, anke bl-MOCP, l-azzjonisti jistgħu jitilfu sa 50 % tal-investiment tagħhom.

(c)

Is-Self tal-SDC jipprovdi likwidità f’forma ta’ finanzjament li hija limitata għan-nuqqas ta’ dħul, sabiex l-għajnuna tkun xierqa.

(d)

Is-Self tal-SDC huwa proporzjonat minħabba li huwa minimizzat biex itaffi t-telf u jiġi bi spiża, u jkun jista’ jitħallas lura bl-imgħax.

(257)

Wara l-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Belġju ddeċieda li jintroduċi limitu massimu fuq il-pagamenti potenzjali tal-MOCP ugwali għal massimu ta’ EUR 2 biljun billi jeżerċita d-dritt(ijiet) ta’ terminazzjoni tiegħu skont l-RA, ħlief jekk analiżi mill-Istat Belġjan turi li tali terminazzjoni tista’ taffettwa b’mod negattiv is-sigurtà tal-provvista tal-Belġju u/jew li terminazzjoni ma tkunx xierqa minn perspettiva finanzjarja. Ara aktar dettalji fit-taqsima 3.3.1.3.3.

4.1.4.   Self mill-Azzjonisti u WCF

(258)

Skont il-Belġju, l-Istat Belġjan u Electrabel, bħala azzjonisti, jaqblu li jiffinanzjaw is-sehem pro rata tagħhom tar-rekwiżiti ta’ finanzjament ta’ BE-NUC jew nuqqasijiet ta’ finanzjament mhux mistennija (sa fejn dawn ikunu jikkonċernaw kostijiet u spejjeż li ma humiex iffinanzjati mill-mekkaniżmi l-oħrajn, bħad-dħul ta’ BE-NUC, il-ħlasijiet tad-differenza lil BE-NUC skont l-RA, is-Self tal-SDC, eċċ. li jiżguraw li l-kostijiet ma jkunux koperti darbtejn).

(259)

Il-Belġju spjega li Electrabel u l-Istat Belġjan daħlu fi ftehimiet individwali u identiċi rigward is-Self mill-Azzjonisti ma’ BE-NUC. Ir-rati tal-imgħax ma ġewx iffissati, iżda l-Ftehimiet ta’ Self mill-Azzjonisti jipprevedu li r-rata tal-imgħax ta’ kull Self mill-Azzjonisti se tkun rata distakkata ddeterminata mill-bord ta’ BE-NUC f’konformità mal-Ftehim tal-Azzjonisti, b’referenza għar-rati prevalenti tas-suq u kwalunkwe finanzjament komparabbli ta’ dejn minn partijiet terzi li jista’ jkun disponibbli fiż-żmien rilevanti. It-termini tal-ħlas lura tal-ammonti u r-rati tal-imgħax huma identiċi.

(260)

Il-Belġju spjega li d-WCF isservi biex tiffinanzja l-ħtieġa ta’ kapital operatorju li jirriżulta mill-operat tal-Unitajiet LTO. BE-NUC se titħalla tippreleva d-WCF jekk id-differenza bejn l-influssi ta’ flus u l-ħruġ ta’ flus tagħha tkun iżgħar min-nefqiet operazzjonali stmati tal-perjodu ta’ nfiq li jmiss stabbilit fl-RA. L-ammont tad-WCF jrid ikun mill-inqas in-nefqa operazzjonali aggregata medja stmata għal perjodu ta’ 3 xhur. Il-Belġju ċċara li, fil-fatt, id-WCF isservi bħala pont fi ħdan is-sena għall-MOCP annwali, billi taġixxi bħala faċilità ta’ kreditu rotanti li titħallas lura kull sena, jekk tiġi prelevata, mill-MOCP ipprovdut mill-Istat Belġjan.

(261)

Il-Belġju ċċara li Electrabel se tipproponi metodoloġija għas-Self mill-Azzjonisti ta’ Electrabel, deskritta fi skeda ta’ termini, li trid tiġi kkomunikata lill-bord ta’ BE-NUC u mbagħad replikata għas-self mill-Istat Belġjan, kif ukoll għad-WCF. It-termini tal-ħlas lura tal-ammonti u r-rati tal-imgħax huma identiċi. Il-Belġju sostna li l-metodoloġija kienet għadha qed tiġi diskussa u se tiġi kkomunikata fi stadju aktar tard.

4.2.   Il-pożizzjoni tal-Belġju dwar l-EMSA

4.2.1.   L-għoti tal-EMSA permezz ta’ proċedura kompetittiva ta’ sejħa għall-offerti

(262)

Fir-rigward tax-xiri ta’ servizzi ta’ maniġer tal-enerġija skont l-EMSA, il-Belġju sostna li x-xiri ta’ dawn is-servizzi jitwettaq permezz ta’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti kompetittiva, trasparenti, mhux diskriminatorja u mhux kundizzjonali. B’mod partikolari, il-kuntratt tal-EMSA se jingħata permezz ta’ proċedura nnegozjata b’sejħa minn qabel għall-kompetizzjoni (l-Artikolu 120 tal-liġi Belġjana dwar l-akkwist pubbliku tas-17 ta’ Ġunju 2016), li hija proċedura standard fis-settur tal-utilitajiet. Għalhekk, il-Belġju jikkonkludi li l-EMSA ma tikkawżax vantaġġ għall-maniġer tal-enerġija (sieħeb tal-EMSA) u li s-sieħeb tal-EMSA ma jibbenefikax mill-għajnuna mill-Istat.

(263)

Il-Belġju sostna li, filwaqt li l-applikazzjoni tad-direttivi dwar l-akkwist pubbliku diġà tipprovdi għadd ta’ garanziji, minħabba l-importanza tas-servizzi offruti u s-sensittività minn perspettiva ta’ kompetizzjoni, ġew implimentati dispożizzjonijiet u salvagwardji addizzjonali, sabiex jiġi żgurat li jkun hemm biżżejjed kompetizzjoni fl-offerta.

(264)

B’mod aktar speċifiku, il-Belġju spjega li, qabel l-abbozzar tad-dokumenti tal-offerti, tnediet RFI dwar l-EMSA biex jinġabru l-fehmiet mis-suq, inkluż għadd kbir ta’ suġġetti relatati mal-kontenut tal-kuntratt tal-EMSA. Barra minn hekk, l-offerta timponi kriterji speċifiċi tal-għażla li jiżguraw li l-parteċipanti kwalifikati/magħżula jkunu adattati għall-iskop tagħhom fid-dawl tal-importanza u s-sensittività tas-servizz offrut. Aktar informazzjoni dwar il-proċedura tal-offerti u l-kriterji tal-għażla hija pprovduta fit-taqsima 3.3.1.5.1.

(265)

Kif ġie nnotat fit-taqsima 3.3.1.5.2, wara l-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Belġju ddeċieda li jagħti l-awtorità li tieħu d-deċiżjonijiet rigward il-modulazzjonijiet ekonomiċi lis-sieħeb tal-EMSA u billi jissostitwixxi r-remunerazzjoni fissa tas-sieħeb tal-EMSA b’taħlita ta’ tariffa fissa u tariffa varjabbli, u b’hekk jipprovdi inċentivi aktar b’saħħithom biex il-modulazzjoni ssir skont is-sinjali tas-suq, filwaqt li jqis ir-restrizzjonijiet tekniċi (u r-riskji potenzjali ta’ għeluq awtomatiku) tal-Unitajiet LTO.

4.2.2.   Salvagwardji addizzjonali dwar il-maniġer tal-enerġija

(266)

Il-Belġju sostna li huma previsti miżuri speċifiċi dwar il-parteċipazzjoni potenzjali ta’ GEMS, l-entità ta’ negozjar ta’ Engie (unità kummerċjali tal-grupp Engie indipendenti f’termini maniġerjali mill-unità tan-negozju Nuclear), fil-proċedura tas-sejħa għall-offerti.

(267)

Il-Belġju ċċara wkoll li qed jittieħdu u se jittieħdu, u jiġu implimentati, miżuri suffiċjenti biex jiġi identifikat u evitat b’mod effettiv kwalunkwe kunflitt ta’ interess potenzjali. Dawn il-miżuri jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej:

(a)

L-RFI tippermetti l-ittestjar tas-suq, u kwalunkwe parti interessata tista’ tipproponi f’dan il-kuntest termini u proposti differenti li jridu jkunu riflessi fl-RFI, filwaqt li tiżgura li l-offerta ma tkunx tinkludi ostakli għall-iżvantaġġ ta’ kwalunkwe parteċipant interessat għall-kuntrarju ta’ GEMS (jew kwalunkwe kumpanija tal-grupp Engie). Electrabel (jew kwalunkwe kumpanija tal-grupp Engie) mhux se tkun involuta fil-proċess tat-tfassil tad-dokumenti tal-offerti wara (ir-riżultati ta’) l-RFI.

(b)

Matul il-proċedura tas-sejħa għall-offerti, kieku GEMS kellha tipparteċipa fiha, anke bħala sottokuntrattur jew fi kwalunkwe kapaċità oħra, Electrabel (jew kwalunkwe kumpanija tal-grupp Engie) u d-diretturi jew l-aġenti tagħha jiġu preklużi milli jipparteċipaw fi kwalunkwe deċiżjoni u/jew deliberazzjoni ta’ BE-NUC dwar is-sejħa għall-offerti (pereżempju, id-deċiżjoni tal-għażla u d-deċiżjoni tal-għoti).

(c)

Fi ħdan l-organizzazzjoni ta’ Electrabel, ġew u se jkomplu jiġu stabbiliti ostakli stretti għall-informazzjoni u ħitan etiċi bejn l-individwi responsabbli għas-sottomissjoni ta’ offerti f’GEMS u l-individwi involuti fil-ġestjoni ta’ BE-NUC. L-istess salvagwardji se jiddaħħlu fis-seħħ f’każ li GEMS fl-aħħar mill-aħħar tintgħażel bħala maniġer tal-enerġija permezz ta’ proċess ta’ sejħa għall-offerti b’suċċess.

(268)

Il-Belġju ċċara wkoll li, permezz ta’ riżerva aħħarija, jekk ma jkun ġie konkluż l-ebda EMSA fi żmien xieraq, GEMS twettaq temporanjament is-servizzi tal-EMSA sabiex tiżgura l-kontinwità. Il-Belġju argumenta li dan l-arranġament huwa meħtieġ u adegwat biex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizz pubbliku (il-bejgħ tal-elettriku ġġenerat mill-Unitajiet LTO), iżda din is-soluzzjoni hija strettament limitata fiż-żmien u għall-minimu neċessarju.

4.2.3.   Il-konklużjoni tal-Belġju rigward l-EMSA

(269)

Il-Belġju kkonkluda li l-proċedura ta’ sejħa għall-offerti tal-EMSA teskludi kwalunkwe għajnuna mill-Istat potenzjali, billi: (i) l-Istat Belġjan se jiżgura li BE-NUC issegwi l-leġiżlazzjoni u l-prinċipji tal-akkwist pubbliku b’mod rigoruż, u (ii) il-proċess estensiv ta’ konsultazzjoni qabel it-tnedija reali tal-offerta jipprovdi salvagwardji addizzjonali li jiżguraw li x-xiri tas-servizzi jitwettaq permezz ta’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti kompetittiva, trasparenti, mhux diskriminatorja u mhux kundizzjonali.

(270)

Barra minn hekk, il-Belġju kkonkluda li kwalunkwe riskju għall-esklużjoni mis-suq u prattiki antikompetittivi potenzjali oħrajn minn Engie huwa evitat u li ġew adottati l-miżuri u s-salvagwardji kollha biex jiġi żgurat li jinħatar sieħeb indipendenti tal-EMSA. Bħala riżerva biss, GEMS tipprovdi dawn is-servizzi temporanjament, u dan huwa neċessarju u adegwat biex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizz pubbliku.

4.3.   Il-pożizzjoni tal-Belġju dwar il-ftehim dwar l-iskart

4.3.1.   Obbligazzjonijiet ta’ dekummissjonar

(271)

Il-Belġju ċċara li l-obbligazzjonijiet tad-dekummissjonar u taż-żarmar tal-LTO li jirriżultaw mill-Proġett LTO (“dissinerġiji”), jekk jiġu pprovati minn Electrabel, se jinġarru mill-Istat Belġjan permezz ta’ pagament (sħiħ u finali) ta’ somma waħda f’daqqa fid-data tal-għeluq tat-tranżazzjoni. Il-Belġju spjega li l-Ftehim ta’ Implimentazzjoni jipprevedi li l-Istat Belġjan u Electrabel jenħtieġ li jaqblu fuq l-ammont f’perjodu ta’ żmien stabbilit, u jekk jonqsu milli jagħmlu dan, il-kwistjoni tiġi sottomessa lis-CPN/CNV għal deċiżjoni.

(272)

Il-Belġju fakkar li, billi l-kwistjoni kienet pendenti fil-livell tas-CPN/CNV fil-ħin tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-proporzjonalità tagħha ma ġietx ivvalutata fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ.

(273)

Il-Belġju spjega li l-Istat Belġjan u Electrabel naqsu milli jaqblu fuq l-ammont fil-perjodu ta’ żmien stabbilit, sabiex il-kwistjoni tiġi sottomessa lis-CPN/CNV għal deċiżjoni. B’mod aktar preċiż, il-Belġju ċċara li:

(a)

Fit-12 ta’ Diċembru 2023, Electrabel bagħtet ir-Reviżjoni Proposta tagħha lill-Istat Belġjan: Electrabel argumentat li l-Obbligazzjonijiet tad-Dekummissjonar u taż-Żarmar tal-LTO jammontaw għal EUR 689,9 miljun (valuri tal-2021) u EUR 580 miljun (valuri tal-2023).

(b)

Fil-25 ta’ Jannar 2024, l-Istat Belġjan wieġeb għar-Reviżjoni Proposta. Fit-tweġiba tiegħu, l-Istat Belġjan ikkunsidra li Electrabel ma kinitx ipprovdiet biżżejjed evidenza dwar kull wieħed minn dawn l-impatti u li l-kostijiet imressqa minn Electrabel ma kinux ġew ikkalkolati bi preċiżjoni suffiċjenti u li, għalhekk, l-Obbligazzjonijiet tad-Dekummissjonar u taż-Żarmar tal-LTO huma ugwali għal żero.

(c)

Billi d-diskussjonijiet ulterjuri bejn Electrabel u l-Istat Belġjan ma rriżultawx fi ftehim reċiproku dwar l-ammont tal-Obbligazzjonijiet tad-Dekummissjonar u taż-Żarmar tal-LTO, il-kwistjoni ġiet sottomessa lis-CNV/CPN.

(d)

Is-CNV/CPN fittxet il-parir ta’ ONDRAF/NIRAS u ta’ FANC/AFCN, li ssottomettew il-pariri tagħhom fil-25 ta’ Marzu 2024 u fis-27 ta’ Marzu 2024, rispettivament. ONDRAF/NIRAS issottomettiet kummenti addizzjonali bil-miktub fis-6 ta’ Ġunju 2024.

(e)

Fl-24 ta’ Ġunju 2024, is-CPN/CNV ħarġet il-pariri tagħha dwar l-Obbligazzjonijiet tad-Dekummissjonar u taż-Żarmar tal-LTO u kkonkludiet li l-impatt tal-Proġett LTO fuq il-kostijiet tad-dekummissjonar huwa żieda fil-kostijiet tad-dekummissjonar (kostijiet mil-lum għall-għada) ta’ EUR [100-500] miljun (valuri tal-2021). Il-kostijiet mil-lum għall-għada kkalkolati jridu jiġu skontati bl-użu tar-rata ta’ skont u inflazzjoni ddeterminata fiż-żmien tar-rieżami triennali fl-2022. Fuq din il-bażi, iż-żieda fil-kostijiet tad-dekummissjonar u taż-żarmar hija ta’ EUR [100-500] miljun (valuri tal-2023).

(274)

Għalhekk, il-Belġju kkonkluda li l-ammont għat-trasferiment ta’ obbligazzjonijiet addizzjonali ta’ dekummissjonar li jirriżultaw mill-Proġett LTO kif stabbilit fis-CPN/CNV fil-Parir tagħha tal-24 ta’ Ġunju 2024 huwa proporzjonat.

4.3.2.   Il-pożizzjoni tal-Belġju dwar il-proporzjonalità tal-Limitu Massimu tal-Iskart

(275)

Barra minn hekk, fit-30 ta’ Awwissu 2024, il-Belġju ssottometta analiżi indipendenti addizzjonali minn Compass Lexecon, li tippreżenta analiżi ekonomika tad-disinn tal-Limitu Massimu tal-Iskart, inkluża analiżi tar-rata ta’ skont ta’ 3 % u li tinkludi aktar spjegazzjonijiet dwar kif ir-riskji addizzjonali identifikati mis-CPN/CNV huma diġà koperti mill-primjum tar-riskju kkalkolat mill-Istat Belġjan jew ta’ probabbiltà/impatt limitati.

4.3.2.1.   Tħassib relatat mal-fattur ta’ skont

(276)

Il-Belġju sostna li t-tħassib tal-Kummissjoni relatat mar-rata ta’ skont joriġina minn analiżi tas-CPN/CNV fil-parir tagħha tas-7 ta’ Marzu 2023 lill-Ministru tal-Enerġija (113), li fih is-CPN/CNV tikkunsidra li r-rata ta’ skont li jenħtieġ li tintuża għall-ispejjeż tal-fjuwil użat għandha toqrob gradwalment lejn ir-rata ta’ redditu mingħajr riskju fit-tul (ikkalkolata bħala 2,17 %), u tissuġġerixxi l-użu ta’ rata ta’ skont f’żewġ stadji (3,17 % għall-ewwel 30 sena, u 2,17 % wara l-ewwel perjodu ta’ 30 sena).

(277)

Il-Belġju rrefera għal analiżi indipendenti mħejjija minn Compass Lexecon (114), li wriet li r-rata ta’ skont ta’ 3 % miżmuma mill-Istat Belġjan hija proporzjonata, abbażi ta’: (i) analiżi ekonomika tal-approċċ rakkomandat tas-CPN/CNV, (ii) approċċi rilevanti oħrajn, u (iii) il-preċedent Ġermaniż fil-każ SA.45296.

(a)

L-ewwel nett, l-analiżi indipendenti tar-rata ta’ skont uriet li l-approċċ f’żewġ stadji ssuġġerit mis-CPN/CNV għall-iffissar tar-rata ta’ skont huwa ekwivalenti għall-iskontar tal-flussi ta’ pagamenti b’rata ta’ skont unika ta’ 2,9 % (115). Barra minn hekk, l-analiżi wriet li r-rati ssuġġeriti mis-CPN/CNV ġew ikkalkolati fuq perjodu speċifiku ta’ rati tal-imgħax baxxi sostnuti, u li, meta jiġi aġġornat il-kalkolu abbażi tad-data dwar ir-rata tal-OLO disponibbli fiż-żmien tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ tat-22 ta’ Lulju 2024, l-approċċ f’żewġ stadji jwassal għal rata ta’ skont ekwivalenti ta’ 3,2 % (116), li hija 24 punt bażi ogħla mir-rata ta’ skont miżmuma mill-Istat Belġjan.

(b)

It-tieni, l-analiżi indipendenti ssuġġeriet li l-approċċ f’żewġ stadji propost mis-CPN/CNV ma huwiex l-unika soluzzjoni biex tiġi stabbilita rata ta’ skont li gradwalment toqrob lejn ir-rata ta’ redditu mingħajr riskju fit-tul. Ir-rata ta’ skont jenħtieġ li tabilħaqq tirrappreżenta r-redditu li tista’ tikseb Hedera billi tinvesti s-somma f’daqqa llum f’assi mingħajr riskju. Din l-analiżi tikkonferma li, billi jinvesti f’portafoll ta’ ċerti titoli b’introjtu fiss, inklużi bonds tal-gvern Belġjan b’maturitajiet differenti, l-Istat Belġjan jista’ jiggarantixxi rata ’l fuq minn 3 % (117).

(c)

Fl-aħħar nett, l-analiżi indipendenti wriet li, fil-preċedent Ġermaniż relatat mat-trasferiment tal-obbligazzjonijiet tal-iskart nukleari lill-Istat Ġermaniż (il-każ SA.45296), ir-rata ta’ skont kienet ta’ 4,58 %, ibbażata fuq rata ta’ redditu mistennija ta’ 30 sena mill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA), li kienet ta’ 1,994 % fiż-żmien tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni f’Ġunju 2017. Il-fattur ta’ skont ta’ 4,58 % tqies aċċettabbli mill-Kummissjoni għall-obbligazzjonijiet Ġermaniżi tal-iskart radjuattiv u l-fjuwil użat. Fl-isfond tar-rata tal-EIOPA li żdiedet b’mod sinifikanti, ir-rata ta’ skont ferm aktar baxxa ta’ 3 % issuġġerita mill-Istat Belġjan tidher konsistenti mal-livell kurrenti tar-rata tal-imgħax.

4.3.2.2.   Tħassib relatat mar-riskji kkunsidrati fil-ftehim dwar il-Limitu Massimu tal-Iskart

(278)

Il-Belġju sostna li t-tħassib tal-Kummissjoni relatat mar-riskji kkunsidrati fil-ftehim dwar il-Limitu Massimu tal-Iskart joriġina wkoll mill-Parir tas-CPN/CNV lill-Ministru tal-Enerġija (ara n-nota 113 f’qiegħ il-paġna), fejn jenħtieġ li jiġu kkunsidrati tliet riskji:

(a)

Kostijiet akbar milli ppjanati: Ir-riskju li l-kostijiet mil-lum għall-għada antiċipati jistgħu jiġu sottovalutati u, għalhekk, il-kontinġenzi jistgħu ma jkunux biżżejjed.

(b)

Sottovalutazzjoni tal-inflazzjoni tal-kostruzzjoni: Ir-riskju li l-inflazzjoni reali tal-kostruzzjoni tkun ogħla mill-mira tal-inflazzjoni ta’ 2 % tal-Bank Ċentrali Ewropew preżunta fir-rata ta’ skont tas-CPN/CNV.

(c)

Riskju tal-investiment: Ir-riskju li Hedera ma tkunx tista’ tikseb ir-rata ta’ redditu mistennija wara bidliet fir-rati tal-imgħax. Dan huwa xenarju ta’ probabbiltà baxxa skont is-CPN/CNV.

(279)

L-analiżi indipendenti minn Compass Lexecon uriet li dawn ir-riskji ġew ikkunsidrati, u wriet li l-approċċ meħud mill-Istat Belġjan huwa prudenti u jinkludi kontinġenzi suffiċjenti biex ikopri dawn ir-riskji.

(a)

Fir-rigward tar-riskju ta’ kostijiet akbar milli ppjanati, l-analiżi nnotat li l-kostijiet tal-immaniġġar tal-iskart nukleari jiġu awditjati u aġġornati ta’ spiss fil-Belġju, u li l-Limitu Massimu tal-Iskart kien ibbażat fuq l-aktar data reċenti disponibbli. Barra minn hekk, il-Limitu Massimu tal-Iskart fih innifsu jinkludi ammont bażi, u primjum tar-riskju. L-ammont bażi huwa bbażat fuq inventarju tal-iskart u fuq xenarju ta’ referenza industrijali minn ONDRAF/NIRAS, li jirrappreżenta s-sitwazzjoni “aktar probabbli milli le” (jiġifieri xenarju ta’ riskju tal-50 perċentil), li jfisser li l-kontinġenzi miżmuma se jkunu biżżejjed biex ikopru l-kostijiet akbar milli ppjanati bi probabbiltà ta’ 50 %. Il-primjum tar-riskju, miżjud mal-ammont bażi, huwa bbażat fuq nota minn ONDRAF/NIRAS li tieħu approċċ minn isfel għal fuq biex tidentifika u tikkwantifika xi riskji addizzjonali, li jkopru: (i) ir-riskju ta’ kostijiet akbar milli ppjanati addizzjonali għall-installazzjoni tar-rimi ġeoloġiku mhux diġà koperta mill-kontinġenzi tal-ammont bażi, (ii) ir-riskju li tinżamm soluzzjoni teknika oħra għajr l-installazzjoni tar-rimi ġeoloġiku f’fond ta’ 400 m, (iii) ir-riskju ta’ kostijiet akbar milli ppjanati addizzjonali għat-tħaddim u l-manutenzjoni tal-faċilitajiet tal-ħżin fis-sit ta’ Belgoprocess, għat-tħaddim tal-Faċilitajiet tal-Ħżin tal-Fjuwil Użat wara l-2050 u għall-bini ta’ faċilitajiet addizzjonali mhux diġà koperti mill-kontinġenzi tal-ammont bażi, u (iv) ir-riskju regolatorju li xi skart jista’ ma jkunx eliġibbli għall-ħżin ’il fuq mill-art. Barra minn hekk, l-analiżi nnotat li l-primjum tar-riskju jirrappreżenta EUR 5 185 miljun, jiġifieri 53 % tal-ammont bażi (EUR 9 815-il miljun), li huwa sostanzjalment aktar mill-primjum tar-riskju ta’ 35 % inkluż fil-metodoloġija żviluppata għat-trasferiment tal-obbligazzjonijiet tal-iskart nukleari lill-Istat Ġermaniż fil-każ simili SA.45296. Il-metodoloġija użata fil-preċedent Ġermaniż kienet simili, iżda x-xenarju ta’ referenza tal-każ Belġjan jibbenefika minn data aktar reċenti, inkluż feedback minn proġetti fl-Iżvizzera u fil-Finlandja u, għalhekk, huwa bbażat fuq sett ta’ data aktar aġġornat.

(b)

Fir-rigward tar-riskju ta’ sottovalutazzjoni tal-inflazzjoni tal-kostijiet tal-kostruzzjoni, l-analiżi wriet li l-evoluzzjoni tal-kostijiet tal-kostruzzjoni mkejla mill-Association Belge des Experts (“ABEX”, Association Belge des Experts) ma tvarjax b’mod materjali mill-inflazzjoni mkejla mis-CPI. Skont l-analiżi, it-tħassib tas-CPN/CNV kien motivat mill-inflazzjoni ogħla min-normal tal-kostijiet tal-kostruzzjoni fl-2022 u din il-żieda qawwija fl-inflazzjoni hija kkunsidrata fil-primjum tar-riskju. L-analiżi nnotat ukoll li l-inflazzjoni fit-tul miżmuma fil-Ġermanja fil-każ simili SA.45296 kienet ta’ 1,60 %, filwaqt li l-inflazzjoni fit-tul hija stabbilita għal 2 %, li hija l-mira tal-BĊE, fil-każ inkwistjoni.

(c)

Fir-rigward tar-riskju ta’ investiment u t-tħassib tas-CPN/CNV li l-fond ta’ Hedera inkarigat mill-provvedimenti jista’ jkun espost għar-riskju ta’ redditu li ma huwiex biżżejjed biex ikopri l-ispejjeż, l-analiżi wriet li, billi llum jinvesti f’portafoll ta’ bonds b’maturitajiet differenti u jżommhom sal-maturità, il-fond se jirċievi kupuni b’rata tal-imgħax li ma tvarjax, sabiex b’hekk il-fond ma jkunx espost għal bidla fir-rata tal-imgħax (bl-użu ta’ tekniki ta’ ġestjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet (“ALM”, asset and liability management) sabiex l-assi jitqabblu mal-obbligazzjonijiet meta jkunu dovuti). Madankollu, l-analiżi semmiet żewġ riskji residwi li għalihom il-fond ikun espost b’dak l-approċċ:

—

L-ewwel nett, sabiex jikkomponi l-imgħaxijiet riċevuti mal-ħlas tal-kupuni, il-fond se jkollu bżonn jinvesti mill-ġdid ta’ spiss f’bonds maħruġa ġodda. Dan ir-riskju jista’ jiġi ħħeġġat, minħabba li l-fond għandu fluss relattivament ċert ta’ pagamenti għall-immaniġġar tal-iskart, sabiex ikun possibbli li jitfassal portafoll ta’ titoli b’introjtu fiss li jaqbel mat-termini tal-ispejjeż.

—

It-tieni, l-itwal maturità għall-bonds Belġjani hija ta’ 50 sena, filwaqt li l-ispejjeż għall-fjuwil użat jestendu sas-sena 2135. Madankollu, l-ispejjeż li jseħħu wara 50 sena huma limitati, billi dawn jirrappreżentaw biss 13 % tal-ispejjeż totali mhux skontati, filwaqt li huma disponibbli xi titoli b’introjtu fiss b’maturità itwal, bħal bonds Awstrijaċi ta’ 100 sena.

(280)

Din l-analiżi ġiet ikkompletata bit-tweġiba għall-mistoqsija 5.4 tal-RFI tal-1 ta’ Ottubru 2024. Il-Belġju sostna li, fil-prattika, il-portafoll ta’ Hedera jenħtieġ li jitfassal sabiex jiġu ffaċċjati x-xenarji ekonomiċi kollha plawżibbli għall-perjodu, b’mod partikolari f’termini tal-livell ta’ inflazzjoni. Il-mira ta’ Hedera hija li jinkiseb redditu ta’ 1 % f’terminu reali (jiġifieri 1 % ’il fuq mil-livell tal-inflazzjoni). Għal dan il-għan, Hedera se tiżviluppa strateġija li tqis ir-riskju li tali redditu ma jistax jinkiseb taħt ċerti reġimi ekonomiċi (pereżempju, fil-każ ta’ perjodu estiż ta’ inflazzjoni għolja) b’portafoll magħmul biss minn bonds. Għalhekk, Hedera se tiffoka fuq ġestjoni dinamika tal-assi u l-obbligazzjonijiet, ibbażata fuq portafoll diversifikat li jinkludi assi li jippermettu lill-fond jiħħeġġa kontra l-inflazzjoni. Pereżempju, Hedera tista’ tfassal portafoll ibbażat fuq (iżda mhux limitat għal) bonds u strumenti ta’ dejn, ekwità, proprjetà immobbli, u derivattivi, bil-għan fit-tul li tikseb redditu ta’ 1 % f’terminu reali, filwaqt li timminimizza r-riskju ta’ volatilità. Fl-aħħar nett, jenħtieġ li jiġi nnotat li Hedera se tillimita l-espożizzjoni tagħha għall-ekwità, il-bonds u l-proprjetà immobbli Belġjani. Dan sabiex tiġi żgurata d-diversifikazzjoni u li l-fond ikun diżakkoppjat biżżejjed mill-ekonomija Belġjana.

4.4.   Il-pożizzjoni tal-Belġju dwar l-effetti kumulattivi tas-sub-miżuri

(281)

Il-Belġju sostna li l-komponenti u s-sub-miżuri differenti tal-Proġett LTO kienu parti mit-talbiet minn Engie biex jintlaħaq qbil fuq l-estensjoni tat-tul tal-ħajja u kienu kollha inklużi fid-dokumenti ta’ tranżazzjoni globali ffirmati fit-13 ta’ Diċembru 2023. Madankollu, il-Belġju osserva wkoll li l-komponenti tal-Proġett LTO ivarjaw f’għadd ta’ elementi u huma komplementari għal xulxin, li jillimitaw kwalunkwe effett kumulattiv potenzjali li jista’ jinħoloq.

(282)

Il-Belġju rrefera għall-ġurisprudenza, li tikkunsidra s-suġġetti li ġejjin għall-valutazzjoni ta’ miżuri konsekuttivi, inklużi:

—

is-suġġett, in-natura u l-kuntest tal-interventi inkwistjoni;

—

il-kronoloġija tagħhom;

—

l-iskop tagħhom;

—

iċ-ċirkostanzi tal-impriża fiż-żmien ta’ dawk l-interventi;

—

l-identità tal-konċedenti jew tal-benefiċjarji tagħhom (inklużi n-natura legali u s-sitwazzjoni finanzjarja/ekonomika tagħhom); kif ukoll

—

il-kwistjoni dwar jekk id-diversi interventi inkwistjoni kinux ippjanati jew prevedibbli fiż-żmien tal-ewwel intervent.

4.4.1.   Is-suġġett u n-natura tal-Komponenti 1, 2 u 3

(283)

Il-Belġju sostna li s-suġġett u n-natura tat-tliet komponenti tal-Proġett LTO huma differenti b’mod inerenti u nnota li l-Kummissjoni, fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tagħha, ma qisitx speċifikament id-differenzi jew is-similaritajiet tas-suġġett u n-natura tal-Komponenti 1, 2 u 3. F’dan ir-rigward, il-Belġju sostna dan li ġej:

(a)

Il-Komponent 1 jikkonsisti f’miżuri finanzjarji u strutturali biex jappoġġaw l-operat vijabbli fit-tul ta’ BE-NUC, inkluż permezz ta’ CfD li jipprovdi appoġġ għad-dħul u jnaqqas l-iskopertura għar-riskju tal-prezz tas-suq, u għadd ta’ mekkaniżmi ta’ remunerazzjoni li jkopru nuqqasijiet finanzjarji oħrajn biex tiġi ssalvagwardjata l-vijabbiltà ekonomika fit-tul minħabba l-iskopertura għal xi riskju ta’ volum/prestazzjoni operazzjonali.

(b)

Il-Komponent 2 jikkonsisti fit-trasferiment ta’ obbligazzjonijiet għall-iskart nukleari, il-fjuwil użat għall-park nukleari kollu fil-Belġju u, għalhekk, ikopri perjodu ta’ żmien twil ħafna, li fil-biċċa l-kbira jaqbeż l-applikazzjoni tal-Komponenti 1 u 3.

(c)

Il-Komponent 3 jikkonsisti f’salvagwardji legali għall-protezzjoni kontra bidliet leġiżlattivi futuri u, għalhekk, għandu suġġett differenti ħafna meta mqabbel mal-Komponenti 1 u 2.

4.4.2.   L-Iskop tal-Komponenti 1, 2 u 3

(284)

Il-Belġju nnota li l-iskop ġenerali tat-tliet komponenti huwa relatat mal-estensjoni tat-tul tal-ħajja tal-Unitajiet LTO. Madankollu, il-Belġju sostna li l-iskop speċifiku ta’ kull komponent individwalment huwa element rilevanti fil-valutazzjoni:

(a)

L-għan ewlieni tal-Komponent 1 huwa li titnaqqas l-inċertezza tad-dħul u tiġi żgurata l-vijabbiltà fit-tul tal-Proġett LTO billi jiġu evitati l-insolvenza u l-falliment ta’ BE-NUC. Fl-istess ħin, huwa għandu wkoll l-għan li jevita remunerazzjoni eċċessiva lill-azzjonisti u jillimita l-appoġġ mill-Istat Belġjan bħala Kontroparti tal-RA. B’mod partikolari, kull waħda mill-miżuri finanzjarji sottostanti tal-Komponent 1 tindirizza riskji differenti b’mod proporzjonat: is-CfD inaqqas ir-riskju relatat mal-prezzijiet tas-suq bl-ingrossa, l-MOCP jimmaniġġa r-riskji b’impatt kbir ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà f’daqqa li jirriżulta f’telf matul il-fażi operazzjonali, u s-Self tal-SDC jiżgura flussi ta’ flus suffiċjenti matul l-għeluq u x-xogħlijiet LTO skedati. Il-Belġju sostna li dan kien rikonoxxut ukoll mill-Kummissjoni fil-premessa (208) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ.

(b)

Il-Komponent 2 jittratta l-ġestjoni tal-obbligazzjonijiet ambjentali u ta’ dekummissjonar fit-tul tal-park nukleari Belġjan, li huma separati mit-tħassib operazzjonali u finanzjarju ta’ BE-NUC indirizzat fil-Komponent 1. Dan il-komponent primarjament għandu l-għan li jittrasferixxi l-obbligazzjonijiet futuri kkonċernati relatati mal-iskart nukleari, li huwa objettiv differenti mill-iżgurar ta’ finanzi operazzjonali. Il-Belġju sostna li l-Kummissjoni dehret li tikkonferma dan l-iskop separat tal-Komponent 2 fil-premessa (208) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ.

(c)

Il-komponent 3 jipprovdi salvagwardji legali għall-protezzjoni kontra xi bidliet leġiżlattivi futuri. Dan il-komponent jindirizza r-riskju regolatorju minħabba bidla potenzjali f’ċerti politiki u regolamenti tal-Istat Belġjan, u ma huwiex marbut direttament mal-aspetti finanzjarji, operazzjonali jew ta’ responsabbiltà koperti fil-komponenti l-oħrajn.

4.4.3.   Benefiċjarji diretti tal-Komponenti 1, 2 u 3

(285)

Il-Belġju sostna wkoll li l-Komponenti 1, 2 u 3 għandhom benefiċjarji diretti differenti. Il-Belġju rrikonoxxa li l-identifikazzjoni tal-benefiċjarji ta’ kull miżura hija punt importanti fil-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ effetti kumulattivi. F’dan ir-rigward, l-Istat Belġjan issottometta l-osservazzjonijiet li ġejjin:

(a)

Il-komponent 1 jirreferi għal sett ta’ mekkaniżmi ta’ finanzjament b’benefiċjarji speċifiċi għal kull miżura. Il-Belġju nnota li, għall-kuntrarju ta’ dak li huwa indikat fil-premessa (182) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, BE-NUC u Luminus, aktar milli Electrabel u Luminus, huma l-benefiċjarji diretti tas-CfD, tas-Self tal-SDC, tal-MOCP u tad-WCF (il-benefiċċji għal Electrabel jirriżultaw indirettament mill-kapaċità tagħha bħala azzjonista).

(b)

Fir-rigward tal-Komponent 2, it-trasferiment tal-obbligazzjonijiet tal-iskart nukleari u l-ftehim dwar l-obbligazzjonijiet addizzjonali tad-dekummissjonar minħabba l-LTO huma ta’ benefiċċju għal Electrabel bħala l-operatur nukleari, kif ukoll għal Luminus u EDF Belgium fir-rwol tagħhom bħala Kumpaniji Kontribwenti. Għalhekk, il-Belġju kkonkluda li l-Komponent 2 ma huwiex ta’ benefiċċju għal BE-NUC.

(c)

Il-Komponent 3 jipprevedi li ċerti miżuri unilaterali adottati mill-Istat (federali) Belġjan jiskattaw dritt ta’ indennifikazzjoni għal Electrabel u, indirettament, għal Luminus ukoll.

4.4.4.   Effetti kumulattivi tal-Komponenti 1, 2 u 3

(286)

Il-Komponenti 1, 2 u 3 ivarjaw b’mod sinifikanti f’termini ta’ suġġett u natura, skop u benefiċjarji, li ġew konklużi fl-istess ħin u jservu l-iskop ġenerali tal-estensjoni tat-tul tal-ħajja tal-Unitajiet LTO. Kif muri hawn fuq, kull Komponent jikkorrispondi għal skop speċifiku li jagħmilhom komplementari għal xulxin, u dan jillimita kwalunkwe effett kumulattiv potenzjali li jinħoloq.

(287)

Fir-rigward ta’ profil ta’ riskju potenzjalment mibdul ta’ Electrabel bis-saħħa tal-Komponenti 2 u 3, dawn il-miżuri jistgħu tabilħaqq ikunu ta’ benefiċċju għal Electrabel bħala operatur nukleari u konsegwentement itejbu l-profil tar-riskju ta’ Electrabel b’mod ġenerali. Il-Komponenti 2 u 3 ma jbiddlux il-profil tar-riskju ta’ BE-NUC, il-benefiċjarja ewlenija tal-Komponent 1. Kif ivvalutat f’analiżi indipendenti mwettqa minn Compass Lexecon, il-profil tar-riskju ta’ BE-NUC minħabba r-riskji speċifiċi li jaffettwaw il-proġett, u l-allokazzjoni tar-riskju bejn BEGOV u BE-NUC, jikkostitwixxu l-fattur rilevanti biex tiġi vvalutata l-proporzjonalità tal-Komponent 1.

5.   IL-POŻIZZJONI TA’ ENGIE

(288)

Engie ssottomettiet il-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ fid-9 ta’ Settembru 2024. Fis-sottomissjoni tagħha, Engie tipprovdi evidenza u analiżi b’appoġġ għall-argument tagħha li d-dubji mqajma mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ ikunu bla bażi. It-tweġiba ta’ Engie għad-Deċiżjoni tal-Ftuħ tiddiskuti l-miżura inizjali kif deskritta fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ. Il-miżura kurrenti tinkludi bidliet (introdotti biex jindirizzaw id-dubji mqajma mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tagħha) meta mqabbla mal-miżura inizjali, u hija stabbilita fid-dettall fit-taqsima 3 ta’ din id-Deċiżjoni. Il-pożizzjoni ta’ Engie hija allinjata mal-pożizzjoni tal-awtoritajiet Belġjani.

(289)

Engie argumentat li l-Proġett LTO huwa ftehim ġenerali u r-riżultat ta’ negozjati estensivi u sostnuti mal-Gvern Belġjan, bil-prinċipju gwida jkun li jibqa’ impenjat lejn il-Belġju u li jikkontribwixxi għas-sigurtà tal-provvista tal-pajjiż billi jaċċetta t-talba tal-Belġju li jestendi l-ħajja ta’ żewġ reatturi nukleari, u b’hekk jaqleb l-istrateġija pubblika tiegħu biex iwaqqaf l-operazzjonijiet nukleari fil-Belġju wara l-2025 (ara l-premessa (23)). Barra minn hekk, Engie sostniet li l-Proġett LTO għandu effetti pożittivi fuq is-suq intern, għar-raġunijiet li ġejjin:

(a)

L-ewwel nett, il-Proġett LTO huwa essenzjali biex jiżgura s-sigurtà tal-provvista tal-elettriku tal-Belġju fis-snin li ġejjin, filwaqt li potenzjalment inaqqas il-kost tal-finanzjament tal-mekkaniżmu tal-kapaċità tal-Belġju. Dan l-effett pożittiv se jkun ta’ benefiċċju wkoll, indirettament, għall-Istati Membri ġirien interkonnessi mal-Belġju li jistgħu jimportaw l-elettriku (filwaqt li qed jiġi nnotat li dawn l-esportazzjonijiet ma jikkorrispondux għal bejgħ dirett, iżda għal operazzjonijiet ta’ bbilanċjar ġestiti mit-TSOs).

(b)

It-tieni, il-Proġett LTO jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi ta’ dekarbonizzazzjoni tal-Patt Ekoloġiku.

(290)

Engie sostniet ukoll li hemm diversi differenzi bejn il-Proġett LTO (estensjoni tat-tul tal-ħajja ta’ Doel 4 u Tihange 3) u l-estensjoni tat-tul tal-ħajja ta’ Doel 1, Doel 2 u Tihange 1 fl-2015 (“LTO eżistenti”):

(a)

L-ewwel nett, il-Proġett LTO nbeda mill-Istat Belġjan fl-2022, wara li Engie ħadet id-deċiżjoni (mill-2020) li tirtira mill-attivitajiet nukleari u terġa’ torjenta l-attivitajiet tagħha biex tiffoka fuq l-enerġiji rinnovabbli u l-infrastrutturi tal-enerġija. B’hekk, dan kien jeħtieġ li Engie tbiddel l-istrateġija tagħha kompletament, li minnha nnifisha żiedet il-kostijiet tal-Proġett LTO, b’mod partikolari billi ma sar l-ebda studju preliminari tas-sikurezza u ma saret l-ebda dispożizzjoni minn Electrabel fid-dawl ta’ estensjoni potenzjali ġdida tal-ħajja jew estensjoni tat-tul tal-ħajja tal-LTO eżistenti. B’kuntrast ma’ dan, fiż-żmien tal-LTO eżistenti, Electrabel kienet għadha qed twettaq studji preliminari għall-estensjoni tal-operazzjonijiet tar-reatturi nukleari Belġjani, billi xenarju bħal dan kien meqjus bħala probabbli f’dak iż-żmien.

(b)

It-tieni, diversi kostijiet irriżultaw mill-iskeda stretta tal-Proġett LTO. Fuq talba tal-Gvern Belġjan, il-bidu mill-ġdid tal-Unitajiet LTO tmexxa ’l quddiem għall-1 ta’ Novembru 2025 (minflok id-data inizjalment prevista tal-1 ta’ Novembru 2026).

(c)

It-tielet, minbarra l-inċertezza regolatorja, huwa mistenni li BE-NUC tkun esposta għal żieda fil-volatilità tal-prezzijiet tas-suq (meta mqabbla mas-sitwazzjoni fl-2015) bis-sehem dejjem jikber tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli fit-taħlita tal-enerġija. Barra minn hekk, il-kundizzjonijiet tas-suq kienu wkoll sostanzjalment differenti fl-2015, meta sorsi tal-enerġija bbażati fuq il-fjuwils fossili u aktar stabbli kienu jirrappreżentaw parti akbar mit-taħlita tal-enerġija, u rari kien hemm prezzijiet baxxi/negattivi.

(d)

Ir-raba’, ir-riżultati finanzjarji tal-LTO eżistenti ġew affettwati b’mod negattiv minn avvenimenti ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà ogħla milli antiċipat, CAPEX u prezz tal-enerġija aktar baxx kopert. Mill-2016, ġew irreġistrati diversi indebolimenti fil-kontijiet ta’ Engie b’rabta mal-attivitajiet nukleari tagħha, li rriżultaw f’telf finanzjarju sinifikanti għall-Grupp Engie (b’hekk il-konklużjoni li dawn l-attivitajiet ma jistgħux jitħallsu minn attur tas-suq privat waħdu u mingħajr mekkaniżmu bbilanċjat għall-kondiviżjoni tar-riskji).

(e)

Fl-aħħar nett, l-AFCN/FANC innifisha enfasizzat b’mod ċar il-ħafna differenzi bejn l-LTO eżistenti u l-Proġett LTO preżenti f’dokument ta’ pożizzjoni fl-2021 (118). Sabiex ikun jista’ jsir bidu mill-ġdid sal-1 ta’ Novembru 2025, sena qabel milli kien ippjanat inizjalment, l-AFCN/FANC awtorizzat it-titjib meħtieġ fis-sigurtà li jrid jitlesta fuq perjodu ta’ 3 snin wara l-bidu mill-ġdid (sal-31 ta’ Diċembru 2028), filwaqt li għal-LTO eżistenti, l-AFCN/FANC kienet awtorizzat perjodu ta’ 5 snin wara l-bidu mill-ġdid biex isiru x-xogħlijiet meħtieġa.

(291)

Engie sostniet li dawn il-fatturi kollha wasslu lil Engie u lill-Istat Belġjan biex jikkonkludu ftehim komprensiv li jipprevedi kemm l-estensjoni tat-tul tal-ħajja mitluba (soġġetta għal mitigazzjoni tal-iskopertura għar-riskju ta’ Engie) kif ukoll il-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart nukleari ttrasferiti u kkunsidrat li l-LTO eżistenti ma huwiex referenza rilevanti biex jiġu vvalutati l-ħtieġa u l-adegwatezza tad-diversi miżuri tal-Proġett LTO preżenti.

(292)

L-argumenti ewlenin ta’ Engie rigward id-dubji tal-Kummissjoni mqajmin fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ huma deskritti f’aktar dettall hawn taħt.

5.1.   Il-pożizzjoni ta’ Engie dwar il-kwalifika tal-għajnuna mill-Istat tal-Proġett LTO bħala “intervent wieħed” u dwar l-effett ta’ inċentiv tiegħu

5.1.1.   Intervent uniku

(293)

Il-Kummissjoni tqis li t-tliet komponenti tal-miżura jistgħu jiġu vvalutati bħala parti minn intervent wieħed mill-Istat Belġjan, sa fejn dawn kollha jkunu relatati mal-istess avveniment, jiġifieri l-estensjoni tat-tul tal-ħajja tal-Unitajiet LTO.

(294)

Engie sostniet li ma għandha l-ebda oġġezzjoni għall-kwalifika bħala intervent uniku, sa fejn din tikkorrespondi għall-kriterji stabbiliti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (119). B’mod partikolari, Engie qablet mal-fehma tal-Kummissjoni, fil-premessa (208) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, li t-tliet komponenti tal-miżura huma interdipendenti u jikkontribwixxu flimkien għall-eżekuzzjoni tal-ftehim dwar l-estensjoni tat-tul tal-ħajja, li jippermettilhom li jitqiesu bħala intervent wieħed. Engie rrikonoxxiet li kellha prerekwiżiti fir-rigward tal-iskopertura għar-riskju tagħha u l-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart nukleari, li wasslu għal ftehim ġenerali u komprensiv li jmur lil hinn milli sempliċiment jiddaħħal fis-seħħ mekkaniżmu ta’ remunerazzjoni għall-operat estiż tal-unitajiet nukleari. Madankollu, mingħajr ma ddubitat din il-kwalifika proposta ta’ intervent uniku, Engie rrimarkat li xi wħud mis-sub-miżuri tal-Proġett LTO ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat minħabba li ma jagħtux vantaġġ selettiv lil Electrabel, b’mod partikolari:

(a)

il-Ftehim dwar is-Servizzi ta’ Amministrazzjoni (“ASA”, Administration Service Agreement), li taħtu Electrabel tista’ tipprovdi servizzi ta’ back-office (inklużi servizzi segretarjali, tal-kontabilità u tat-taxxa) lil BE-NUC, li huwa ftehim standard tas-suq li se jiġi konkluż fuq termini ta’ distakkament;

(b)

l-esternalizzazzjoni tal-bejgħ tal-elettriku prodott mill-Unitajiet LTO skont il-Ftehim dwar is-Servizzi tal-Ġestjoni tal-Enerġija (“EMSA”, Energy Management Services Agreement) li se jingħata permezz ta’ proċess ta’ sejħa għall-offerti kompetittiv, trasparenti, mhux diskriminatorju u mhux kundizzjonat, biex b’hekk tiġi żgurata l-konformità mal-kundizzjonijiet tas-suq; kif ukoll

(c)

l-indennifikazzjoni mill-Istat Belġjan tat-Telf tal-Kopertura tal-Kostijiet f’każ ta’ nuqqas ta’ għeluq, li ma jmurx lil hinn mill-obbligazzjonijiet f’kundizzjonijiet normali tas-suq fi tranżazzjonijiet komparabbli, fejn kull parti tinżamm responsabbli għall-kostijiet imġarrba b’rabta ma’ (it-tħejjija ta’) ftehim f’każ ta’ nuqqas ta’ għeluq minħabba kwalunkwe parti. Engie tibqa’ 100 % responsabbli għal dawn il-kostijiet jekk tkun responsabbli għall-għeluq li ma jseħħx u tkun prevista qasma f’każ li l-ebda parti ma tkun responsabbli għall-għeluq li ma jseħħx.

5.1.2.   Effett ta’ inċentiv

(295)

Engie enfasizzat li l-effett ta’ inċentiv, li l-Kummissjoni qieset bħala plawżibbli fil-valutazzjoni tagħha fil-premessi (229) u (239) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, ma huwiex ipotetiku, iżda li ma hemm l-ebda dubju li Electrabel ma kinitx se tkompli l-operazzjonijiet tal-Unitajiet LTO fin-nuqqas tal-Proġett LTO, inklużi t-tliet komponenti. F’dan ir-rigward, Engie sostniet li:

(a)

Electrabel kienet diġà bdiet timplimenta l-istrateġija tagħha biex tirtira kompletament mill-attivitajiet nukleari u ma kellha l-ebda possibbiltà li terġa’ lura minn din id-deċiżjoni (li saret pubblika fil-komunikazzjoni finanzjarja pubblika ta’ Engie (120)) fil-qafas legali applikabbli f’dak iż-żmien.

(b)

Il-pożizzjoni ta’ Engie kienet riflessa b’mod ċar fid-dokumenti ta’ pożizzjoni u r-rapporti tal-AFCN/FANC dwar il-fattibbiltà tal-proġett ta’ tħaddim fit-tul għal Doel 4 u Tihange 3 (121).

(c)

Il-komunikazzjoni ta’ Engie dwar in-negozjar tal-Proġett LTO mal-Gvern Belġjan għamlitha ċara ħafna li, mingħajr mekkaniżmu għall-kondiviżjoni tar-riskji u soluzzjoni għall-kostijiet tal-fjuwil użat u tal-iskart nukleari li jirriżultaw mill-operat tas-seba’ impjanti tal-enerġija nukleari Belġjani, Electrabel ma tikkunsidrax l-estensjoni tat-tul tal-ħajja tal-Unitajiet LTO (122). Din il-pożizzjoni ġiet iċċarata mill-bidu tad-diskussjonijiet dwar il-Proġett LTO, kif iddikjarat f’rapport tal-AFCN/FANC u l-komunikazzjoni mis-CEO ta’ Engie (kif innotat fil-premessa (6) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ).

(296)

Barra minn hekk, Engie enfasizzat li l-inċentiv għal Electrabel biex tkompli topera l-Unitajiet LTO jirriżulta mill-pakkett kollu ta’ miżuri ta’ appoġġ ipprovdut mill-Proġett LTO, li ġie kkalibrat b’mod adegwat għal dan l-iskop. L-ebda waħda mis-sub-miżuri meħuda b’mod iżolat ma setgħet tipprovdi inċentivi suffiċjenti. Bl-istess mod, it-tneħħija ta’ kwalunkwe element tal-pakkett kienet twassal lil Engie biex tirrifjuta li tipproċedi bil-Proġett LTO. Għalhekk, Engie tikkonkludi li l-miżuri msemmija fil-premessa (235) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ jenħtieġ li ma jitqisux bħala li individwalment jipprovdu inċentiv speċifiku (jew ulterjuri), iżda jenħtieġ li jiġu kkunsidrati flimkien.

5.2.   Il-pożizzjoni ta’ Engie dwar il-ħtieġa, l-adegwatezza u l-proporzjonalità tad-diversi sub-miżuri tal-Komponent 1

5.2.1.   It-twaqqif ta’ JV

(297)

Engie qieset li l-ħolqien ta’ struttura konġunta li fiha l-Istat Belġjan għandu sehem ta’ 50 % huwa meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi tal-Proġett LTO, jiġifieri, il-bidu mill-ġdid f’waqtu tal-Unitajiet LTO sa Novembru 2025. Engie sostniet li hija talbet mekkaniżmu ta’ kondiviżjoni tar-riskji fuq bażi ta’ 50/50 mal-Istat Belġjan qabel ma adottat il-ftehim dwar il-Proġett LTO.

(298)

Skont Engie, il-fatt li jkun hemm biss il-mekkaniżmi ta’ remunerazzjoni fis-seħħ ma kienx adattat għal dan l-iskop, għal diversi raġunijiet: (i) l-RA jħalli riskji residwi għal Engie, (ii) mingħajr il-JV, Engie kien ikollha ġġorr temporanjament 100 % tat-telf sakemm jingħata l-indennizz/kumpens b’mod ieħor mill-ftehimiet, u (iii) Engie kienet fil-proċess li tillimita l-iskopertura tagħha għall-enerġija nukleari u ma riditx tinvesti waħedha fil-CAPEX meħtieġ ta’ aktar minn EUR [2-2,5] biljun għall-Proġett LTO, u ssostni waħedha t-telf potenzjali kollu minħabba nuqqasijiet ta’ disponibbiltà mhux mistennija u kostijiet akbar milli ppjanati.

(299)

Barra minn hekk, Engie argumentat li, permezz tal-involviment finanzjarju tal-Istat Belġjan fil-profitti u t-telf derivati mill-Unitajiet LTO (b’mod partikolari d-dividendi), Engie antiċipat li l-Istat Belġjan ikun aktar inċentivat biex iqis l-Unitajiet LTO fid-deċiżjonijiet politiċi futuri tiegħu. Għalhekk, Engie kkonkludiet li l-ħolqien tal-istruttura konġunta jallinja l-interessi tal-Istat Belġjan u ta’ Engie.

(300)

Engie sostniet ukoll li l-JV hija xierqa u proporzjonata, minħabba li Engie, operatur privat, se tkun tista’ tagħmel tajjeb għal kwalunkwe riskju li l-Istat Belġjan jaġixxi b’mod parzjali permezz tal-kontroll konġunt tiegħu fuq id-deċiżjonijiet strateġiċi li jikkonċernaw lil BE-NUC, u l-Istat Belġjan u Engie se jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom fil-governanza ta’ BE-NUC fuq bażi ugwali.

5.2.2.   Il-pożizzjoni ta’ Engie dwar is-CfD

(301)

Fir-rigward tal-ħtieġa għas-CfD, Engie sostniet, minħabba l-fallimenti tas-suq relatati mal-industrija nukleari u l-volatilità għolja tas-suq tal-elettriku fis-snin li ġejjin, li l-Proġett LTO huwa espost għal riskju qawwi ta’ diskrepanza fil-finanzjament, u dan jagħmel lis-CfD strument neċessarju biex jintlaħaq objettiv ta’ interess komuni. Engie rreferiet ukoll għad-durata qasira tal-estensjoni tat-tul tal-ħajja (10 snin) meta mqabbla mal-investimenti medji fis-settur nukleari, il-kostijiet sinifikanti, u l-fatt li l-Unitajiet LTO mhux se jaħdmu b’kapaċità ta’ 100 % matul l-ewwel 3 snin, billi fl-istess ħin se jkunu qed jitlestew ix-xogħlijiet ta’ estensjoni tal-LTO.

(302)

Engie sostniet li d-disinn tas-CfD u l-MPRA huma xierqa u proporzjonati biex jippreservaw l-inċentivi tal-Unitajiet LTO biex jirreaġixxu b’mod effiċjenti għas-sinjali tas-suq. F’dan ir-rigward, Engie b’dan tirreferi għall-istess argumenti tal-Istat Belġjan rigward ir-restrizzjonijiet tekniċi, regolatorji u ekonomiċi tal-Unitajiet LTO (ara t-taqsima 2.1). Engie argumentat li, anke llum, fin-nuqqas tas-CfD u bi flotta ta’ ħames reatturi li jippermettu strateġija ta’ diversifikazzjoni akbar, Engie għandha flessibbiltà limitata ħafna biex taġġusta l-produzzjoni tal-elettriku nukleari b’reazzjoni għas-sinjali tas-suq fuq perjodu ta’ żmien qasir u medju. Skont Engie, f’dan il-marġni limitat għall-manuvrar, is-CfD tfassal biex jinċentiva bis-sħiħ lil BE-NUC biex tirreaġixxi għas-sinjali tal-prezzijiet, sa fejn ikun teknikament fattibbli.

(a)

L-ewwel nett, Engie enfasizzat li, għall-kuntrarju ta’ sorsi flessibbli ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku u unitajiet ta’ ġenerazzjoni aktar ġodda u/jew tipi oħrajn ta’ reatturi nukleari, l-Unitajiet LTO tfasslu għall-ġenerazzjoni tal-karga bażika u għandhom kapaċitajiet ta’ modulazzjoni limitati ħafna, sabiex b’hekk l-imġiba razzjonali tagħhom ma tkunx li jimmodulaw kull darba li l-prezzijiet isiru negattivi jew ikunu aktar baxxi mill-kostijiet marġinali fuq medda qasira ta’ żmien (SRMC, short-run marginal costs). Engie ċċarat li kien biss mill-2015 ’il hawn li ġiet permessa l-modulazzjoni tal-qawwa ekonomika tal-unitajiet nukleari fil-Belġju mill-AFCN/FANC, taħt restrizzjonijiet tekniċi stretti kif spjegat fil-premessi minn (13) sa (15) ta’ din id-Deċiżjoni. Għalhekk, minħabba dawn ir-restrizzjonijiet (flimkien mar-riskju ta’ għeluq awtomatiku ma’ kull modulazzjoni, ir-riskju ta’ żbilanċ li tali għeluq ikun jinvolvi u n-nuqqas ta’ ffrankar tal-fjuwil matul il-modulazzjoni), Engie spjegat li l-operatur nukleari ma jistax jaġġusta liberament il-produzzjoni tal-elettriku tal-unitajiet b’reazzjoni għal prezzijiet negattivi, u li jenħtieġ li jsir l-aħjar użu mill-kapaċitajiet limitati ta’ modulazzjoni.

(b)

It-tieni, l-MPRA u l-bidla fid-durata taċ-ċiklu tal-fjuwil jiżguraw li l-indisponibilitajiet ippjanati jiġu stabbiliti matul il-perjodu tas-sajf, meta l-prezzijiet storikament kienu, u huma mistennija li jkunu, fl-aktar livell baxx tagħhom. Dan se jiżgura li l-unitajiet LTO jkunu disponibbli meta d-domanda għall-elettriku (u l-prezzijiet) mistennija jkunu fl-ogħla livell tagħhom. Engie żiedet ukoll li indisponibilità ppjanata ta’ unità nukleari tieħu madwar 12-il xahar biex titħejja, trid tiġi kkomunikata lis-suq minn qabel u tinvolvi għadd kbir ta’ partijiet ikkonċernati. Ladarba tiġi skedata, l-operatur nukleari ma jistax ibiddel id-data tal-indisponibilità mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-operatur tal-grilja. Għalhekk, fil-prattika, filwaqt li l-indisponibilitajiet jistgħu jiġu ppjanati fid-dawl tal-kundizzjonijiet tas-suq fit-tul, l-iskedar ta’ operazzjoni ta’ manutenzjoni għall-impjant tal-enerġija nukleari ma jirrispondix għas-sinjali tas-suq fuq perjodu ta’ żmien qasir.

(c)

It-tielet, Engie sostniet li l-MPRA jipprovdi l-inċentiv suffiċjenti sabiex BE-NUC timmassimizza u taqbad l-ogħla prezz tas-suq billi tiskeda l-indisponibilitajiet meta l-prezzijiet ikunu mistennija li jkunu l-aktar baxxi, u ma taqbilx bil-qawwa mal-fehma preliminari tal-Kummissjoni li l-effetti tal-MPRA “huma żgħar fil-prattika” (kif imsemmi fil-premessa (290) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ).

(303)

Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-parametri tad-disinn tas-CfD, Engie sostniet li l-prezz tad-DAM huwa l-MRP xieraq.

(a)

L-ewwel nett, Engie argumentat li l-prodotti fit-tul ma għandhom l-ebda impatt fuq id-deċiżjonijiet ta’ dispaċċ ta’ impjant tal-enerġija nukleari li l-kost marġinali fuq medda qasira ta’ żmien (SRMC) tiegħu huwa intrinsikament baxx ħafna. Il-prezzijiet forward tal-enerġija qatt ma saru negattivi f’xi suq Ewropew, u avveniment bħal dan jista’ jitqies bħala improbabbli ħafna fil-futur. B’riżultat ta’ dan, Engie sostniet li l-prodotti fit-tul ma jipprovdux is-sinjali tas-suq meħtieġa biex jiġu arbitrati d-deċiżjonijiet ta’ dispaċċ, iżda li, irrispettivament mill-MRP magħżul, id-dispaċċ dejjem se jkun xprunat mit-tqabbil bejn il-kostijiet tal-SRMC u tal-opportunità, minn naħa waħda, u l-prezz tad-DAM, min-naħa l-oħra (filwaqt li jitqiesu l-kapaċitajiet ta’ flessibbiltà tal-impjant).

(b)

It-tieni, Engie sostniet li l-użu ta’ prodotti forward bħala MRP jesponi lil BE-NUC għal riskji sinifikanti u mhux maniġġabbli li jirriżultaw mid-disponibbiltà insuffiċjenti ta’ prodotti fit-tul xierqa fis-suq Belġjan billi:

—

Is-suq forward Belġjan huwa kkaratterizzat minn likwidità baxxa u li qed tonqos. Il-volumi nnegozjati fis-suq tas-sena ta’ qabel huma sostanzjalment aktar baxxi mill-produzzjoni annwali mistennija tal-Unitajiet LTO (123). Din id-diskrepanza tenfasizza l-imprattikalità tal-użu ta’ prodotti tas-suq fit-tul bħala prezz ta’ referenza għas-CfD.

—

L-illikwidità tas-suq forward mhux biss tagħmlu parametru referenzjarju dgħajjef għall-kalkolu tal-ħlas tad-differenza bil-prezz tal-eżerċitar, iżda tintroduċi wkoll riskji sinifikanti relatati mal-formazzjoni tal-prezzijiet, id-distorsjonijiet tas-suq u l-kostijiet tal-eżekuzzjoni. B’kuntrast ma’ dan, il-prezz tad-DAM joffri l-ogħla likwidità u trasparenza fil-formazzjoni tal-prezzijiet, biex b’hekk jiġu evitati kwistjonijiet relatati ma’ likwidità mhux trasparenti, kostijiet tar-replikazzjoni, kostijiet tal-iħħeġġar tal-prokura u rekwiżiti ta’ marġinazzjoni.

—

Is-suq forward Belġjan ma għandux biżżejjed granularità biex ikun MRP xieraq (124).

(c)

Engie sostniet li r-riskji addizzjonali jirriżultaw mill-fatt li l-flotta tagħha ta’ reatturi nukleari se titnaqqas b’mod sinifikanti mill-2025 ’il quddiem minħabba d-dekummissjonar ta’ ħamsa minn seba’ reatturi nukleari. Dan it-tnaqqis se jżid ir-riskju ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà minħabba li kwalunkwe perjodu ta’ qtugħ jew kwistjoni operazzjonali tal-Unitajiet LTO ma jistgħux jiġu kkumpensati minn assi oħrajn. Konsegwentement, ix-xejra tal-produzzjoni ta’ BE-NUC se ssir aktar inċerta, u b’hekk jiżdied ir-riskju li ma jkunx jista’ jiġi kkunsinnat l-elettriku skont kuntratti fit-tul. F’xenarji bħal dawn, BE-NUC tkun imġiegħla terġa’ tixtri l-elettriku bi prezzijiet potenzjalment ogħla, u dan iwassal għal telf finanzjarju sinifikanti flimkien mat-telf ta’ dħul minn ġenerazzjoni mnaqqsa. Dan it-telf ikun aggravat mill-illikwidità ta’ swieq fit-tul, fejn firxiet wiesgħa bejn it-talba u l-offerta u volumi limitati ta’ negozjar jistgħu jkomplu jgħollu l-kost tal-issodisfar tal-obbligi kuntrattwali (125).

5.2.3.   Il-pożizzjoni ta’ Engie dwar l-MOCP u s-Self tal-SDC

(304)

Engie enfasizzat li l-ħtieġa għall-MOCP u s-Self tal-SDC hija primarjament marbuta mal-kuntest partikolari tal-Proġett LTO, bħala konsegwenza ta’: (i) id-deċiżjoni tardiva li tiġi estiża l-ħajja ta’ Doel 4 u Tihange 3 u t-twaqqit ristrett biex jitħejjew u jiġu implimentati x-xogħlijiet LTO meħtieġa, (ii) l-assi li qed jimmaturaw u ż-żieda fir-riskju sistemiku billi jkun hemm żewġ unitajiet tal-istess teknoloġija, (iii) il-bidu mill-ġdid u t-tħaddim simultanji tal-Unitajiet LTO matul l-ewwel 3 snin, u (iv) il-kost livellat tal-elettriku tal-estensjoni nukleari li huwa aktar ponderat skont l-O&M minn assi nukleari f’żona ġdida.

(305)

Engie sostniet ukoll li kemm l-MOCP kif ukoll is-Self tal-SDC huma strettament meħtieġa minħabba li: (i) il-ħlasijiet dovuti mill-Istat Belġjan skont l-RA ma jkoprux avvenimenti importanti ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà, ikkawżati minn kwistjonijiet tekniċi jew minħabba kontinġenzi regolatorji internazzjonali jew emerġenzi nukleari; (ii) għall-kuntrarju tad-dikjarazzjoni fil-premessa (269)(b) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, tali avvenimenti mhux mistennija ma humiex xenarji “estremi u bi probabbiltà baxxa”, iżda x’aktarx iseħħu fl-10 snin li ġejjin; u (iii) huma koperti biss avvenimenti ’l fuq minn ċertu livell limitu.

(a)

L-RA jippermetti li jsiru aġġustamenti fil-prezz tal-eżerċitar tas-CfD favur BE-NUC permezz ta’ “Avvenimenti ta’ ftuħ mill-ġdid” speċifiċi, li madankollu jiġu b’limitazzjonijiet u esklużjonijiet. Pereżempju, għeluq ta’ waħda miż-żewġ Unitajiet LTO jew tat-tnejn li huma għal miżuri ta’ sikurezza wara emerġenza jew meħtieġa minn bidla fir-regolamenti internazzjonali ma jkunx kopert mill-RA. Barra minn hekk, avvenimenti ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà minħabba ċerti kwistjonijiet tekniċi bħal dawn li ġejjin ma jkunux koperti mill-RA: indisponibilitajiet xprunati mis-sikurezza wara spezzjonijiet regolatorji ta’ rutina, li huma parti mill-operazzjonijiet mistennija; aġġornamenti obbligatorji meħtieġa minn regolamenti internazzjonali eżistenti jew adottati b’mod wiesa’, bħal dawk li jsegwu d-Direttiva tal-Kunsill 2014/87/Euratom ta’ wara Fukushima (126); għeluq prekawzjonarju minħabba inċidenti internazzjonali, li huma reazzjonijiet regolatorji prevedibbli; regolamenti ambjentali aktar stretti imposti minn awtoritajiet reġjonali, li spiss jaffettwaw diversi setturi; tfixkil fil-katina tal-provvista li jipprevjeni l-manutenzjoni jew it-tiswijiet meħtieġa; u degradazzjoni mhux prevista tat-tagħmir kritiku).

(b)

Il-probabbiltà li jseħħu tali avvenimenti tekniċi/regolatorji/ta’ emerġenza ma hijiex baxxa daqs dik iddikjarata fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ u jista’ jkollha impatt kemm fuq il-kost tal-operazzjonijiet tal-Unitajiet LTO kif ukoll fuq id-disponibbiltà tagħhom. Engie semmiet f’dan ir-rigward:

—

Aċċident bħal dak f’Chernobyl jew f’Fukushima ma jistax jiġi eskluż, minkejja r-rigorożità tar-regolamenti kurrenti dwar is-sikurezza nukleari.

—

L-inklużjoni tal-MOCP fil-ftehim kienet ibbażata fuq l-esperjenza u l-istorja tal-operat tal-flotta nukleari Belġjana minn Electrabel: matul il-perjodu 2012-2022, seħħew 11-il avveniment sinifikanti ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà mhux mistenni minħabba raġunijiet tekniċi li jaffettwaw is-seba’ unitajiet nukleari Belġjani.

—

Hemm diversi eżempji reċenti ta’ indisponibbiltà estiża ta’ flotot nukleari oħrajn fid-dinja (pereżempju, Ringhals 4 fl-Iżvezja fl-2022, Civaux 1 fi Franza fl-2021, Taishan 1 fiċ-Ċina fl-2021).

(c)

L-avvenimenti kollha li jirriżultaw f’kostijiet taħt limitu ta’ EUR 5 miljun ma jikkwalifikawx bħala “Avvenimenti ta’ Ftuħ mill-Ġdid” u, għalhekk, ma humiex ikkumpensati mill-Kontroparti tal-RA.

(306)

Engie sostniet li l-MOCP ma huwiex għotja bla limitu (għall-kuntrarju ta’ dak li l-Kummissjoni ssuġġeriet fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tagħha) fid-dawl tad-drittijiet ta’ terminazzjoni għall-Kontroparti tal-RA kif stabbiliti fl-RA li jippermettu li tiġi limitata l-iskopertura tagħha.

(307)

Engie sostniet li l-prinċipju tal-estensjoni tas-Self tal-SDC biex ikopri l-porzjon tal-kostijiet lil hinn mid-data tal-bidu mill-ġdid ingħata mill-Istat Belġjan bħala riżultat tal-avvanz tad-data tal-bidu mill-ġdid tal-LTO (mill-2026 għall-2025), fuq talba tiegħu, li jimplika li x-xogħlijiet LTO jridu jsiru waqt li l-unitajiet ikunu qed joperaw, li se jwassal għall-ġenerazzjoni ta’ inqas dħul matul l-ewwel 3 snin tal-operat. Dan segwa l-prinċipju ewlieni miftiehem bejn Engie u l-Istat Belġjan li l-azzjonisti huma esposti għal kwalunkwe kost li jirriżulta mill-estensjoni tal-LTO, filwaqt li BE-NUC tiffinanzja l-kostijiet tal-O&M bid-dħul tagħha stess.

(308)

Fir-rigward tal-proporzjonalità tal-mekkaniżmi finanzjarji pprovduti mill-Proġett LTO, Engie argumentat li dawn ma jipproteġux lil BE-NUC minn kwalunkwe riskju operazzjonali, kif issuġġerit mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ. BE-NUC hija parzjalment esposta, fost l-oħrajn, għar-riskju ta’ disponibbiltà matul l-estensjoni tat-tul tal-ħajja tal-Unitajiet LTO, kif ukoll għal kostijiet operatorji akbar milli ppjanati wara d-Data ta’ Rikonċiljazzjoni, li jistgħu jipprevjenu l-ġenerazzjoni tal-flus kontanti tagħha u jħallu impatt negattiv fuq ir-rata ta’ redditu ta’ BE-NUC. Dawk il-kostijiet jappartjenu, fost l-oħrajn, għal żidiet fil-kostijiet tal-persunal (programmi ta’ żamma u kostijiet addizzjonali ta’ reklutaġġ/taħriġ għall-operazzjonijiet kontinwi), kostijiet tal-O&M (żidiet fil-prezz tal-materjal, nuqqasijiet fil-katina tal-provvista għal spare parts u komponenti essenzjali, rekwiżiti mill-ANFC/FANC (il-modifiki kollha tal-proġett huma soġġetti għal rieżami estensiv u kontestazzjoni mill-AFCN/FANC qabel l-approvazzjoni), ħsarat kbar mhux ippjanati fit-tagħmir qabel jerġa’ jibda jaħdem, eċċ.), u kostijiet tal-fjuwil (il-kuntratti huma parzjalment marbuta mal-evoluzzjoni tas-suq).

(309)

Barra minn hekk, Engie argumentat li Electrabel, bħala l-operatur tal-Unitajiet LTO, għandha inċentivi qawwija biex timmassimizza d-disponibbiltà tal-Unitajiet LTO taħt kundizzjonijiet normali ta’ operat biex tevita li tħallas danni likwidati jekk id-disponibbiltà tonqos taħt [90-100] % fi kwalunkwe sena kuntrattwali.

(310)

Engie ssottomettiet simulazzjoni li turi l-impatt fuq il-profittabbiltà tal-LTO ta’ avvenimenti li ma jkunux koperti mill-MOCP: (i) avvenimenti ta’ disponibbiltà mnaqqsa matul il-Fażi tat-Tħaddim bħala skop illustrattiv (żieda fir-Rata ta’ Indisponibilità Sfurzata (“FOR”, Forced Outage Rate)) u (ii) żidiet f’xi kostijiet operatorji wara d-Data ta’ Rikonċiljazzjoni bħala riżultat ta’ kostijiet mhux previsti, kif ukoll taħlita taż-żewġ avvenimenti. Tabella 16 turi li dawn l-avvenimenti jista’ jkollhom effett negattiv sinifikanti fuq l-IRR ta’ BE-NUC.

Tabella 16

L-impatt fuq il-profittabbiltà tal-LTO (100 %) ta’ avvenimenti mhux koperti mill-MOCP

 

Każ bażi (ebda disponibbiltà mnaqqsa)

FOR +5 %

FOR +10 %

Każ ta’ bażi (mingħajr kostijiet operatorji akbar milli ppjanati)

 

IRR = [5-10] %

VPN = nieqes EUR [100-300] miljun

IRR = [0-5] %

VPN = nieqes EUR [200-400] miljun

OPEX +5 %

IRR = [5-10] %

VPN = nieqes EUR [0-200] miljun

IRR = [5-10] %

VPN = nieqes EUR [100-300] miljun

IRR = [0-5] %

VPN = nieqes EUR [200-400] miljun

OPEX +10 %

IRR = [5-10] %

VPN = nieqes EUR [0-200] miljun

IRR = [0-5] %

VPN = nieqes EUR [100-300] miljun

IRR = [0-5] %

VPN = nieqes EUR [200-400] miljun

Sors:

Ir-rispons ta’ Engie għad-Deċiżjoni tal-Ftuħ

(311)

Engie sostniet ukoll li r-rata tal-imgħax fuq is-Self tal-SDC hija proporzjonata u xierqa kif muri minn analiżi indipendenti (127). Engie żiedet li s-Self tal-SDC huwa maħsub li jitħallas lura, soġġett għal ġenerazzjoni suffiċjenti ta’ flus kontanti minn BE-NUC, flimkien mal-imgħaxijiet, fi tmiem il-perjodu LTO.

5.2.4.   Il-pożizzjoni ta’ Engie dwar it-termini tad-WCF u s-Self mill-Azzjonisti

(312)

Engie ċċarat li r-rata tal-imgħax fuq is-Self mill-Azzjonisti u d-WCF se tkun rata distakkata ddeterminata mill-bord ta’ BE-NUC, b’referenza għar-rati prevalenti tas-suq u kwalunkwe finanzjament komparabbli tad-dejn ta’ parti terza li jista’ jkun disponibbli fiż-żmien rilevanti.

(313)

Engie ċċarat ukoll li ħejjiet skeda ta’ termini li tiddeskrivi l-metodoloġija segwita biex jiġu stabbiliti r-rati tal-imgħax. Engie spjegat li din il-metodoloġija hija konsistenti mal-politiki ta’ self dwar l-ipprezzar tat-trasferimenti ta’ Engie u hija konformi mal-prinċipju tal-OECD dwar il-BEPS li jiżgura li r-rata tal-imgħax tiġi stabbilita f’livell ta’ distakkament (ara l-premessa (63)).

(314)

Għalhekk, Engie kkonkludiet li r-rati tal-imgħax kemm tad-WCF kif ukoll tas-Self mill-Azzjonisti huma proporzjonati.

5.2.5.   Il-pożizzjoni ta’ Engie dwar l-EMSA

(315)

L-ewwel nett, Engie enfasizzat li l-entità tal-Grupp Engie (“GEMS”) li tista’ tintgħażel bħala s-sieħeb tal-EMSA bħala riżultat tal-proċedura ta’ sejħa għall-offerti, jew bħala soluzzjoni temporanja ta’ riżerva, se tkun kompletament indipendenti mill-unità tan-negozju Nuclear. Engie ċċarat li, minn Jannar 2024, il-proċeduri xierqa tas-sejħa għall-offerti, minn naħa waħda, u l-firewalls fi ħdan il-Grupp Engie, min-naħa l-oħra, ġew stabbiliti biex jiġi evitat kwalunkwe involviment ta’ Electrabel fl-għażla tas-sieħeb tal-EMSA.

(316)

It-tieni, Engie sostniet li ma hemm l-ebda riskju ta’ esklużjoni tas-suq li jirriżulta mill-għażla potenzjali ta’ GEMS fl-offerta tal-EMSA. Engie argumentat li GEMS se taġixxi bħala parti taħt mandat preċiż li jispeċifika l-Istrateġija tal-BIS (li minnha ma tistax tidderoga), remunerata permezz ta’ tariffa, u s-sjieda tal-elettriku se tibqa’ f’idejn BE-NUC sakemm jinbiegħ. Għalhekk, billi l-bejgħ korrispondenti minn BE-NUC ma setax jiġi attribwit lil GEMS/lill-Grupp Engie, ma seta’ jkun hemm l-ebda tisħiħ tal-pożizzjoni ta’ Electrabel fis-suq Belġjan jekk GEMS tinħatar bħala s-sieħeb tal-EMSA.

(317)

It-tielet, il-proċedura ta’ sejħa għall-offerti biex jintgħażel is-sieħeb tal-EMSA tikkonforma mar-rekwiżiti tal-kompetittività, it-trasparenza, u l-karattru mhux diskriminatorju u mhux kundizzjonat stabbiliti fil-prattika tal-Kummissjoni. Hija ġiet ippubblikata fil-livell tal-UE u se tispeċifika l-kriterji ta’ kwalifika (b’mod partikolari dwar is-saħħa finanzjarja u l-esperjenza operazzjonali tal-applikant). Għalhekk, jekk GEMS tintgħażel permezz tal-proċedura ta’ sejħa għall-offerti, din il-ħatra ta’ GEMS bħala sieħeb tal-EMSA tista’ titqies bħala proporzjonata. Engie argumentat ukoll li, f’każ li l-proċedura ta’ sejħa għall-offerti ma tirnexxix, u GEMS tinħatar bħala s-sieħeb tal-EMSA bħala soluzzjoni ta’ riżerva, il-kriterju ta’ proporzjonalità xorta waħda jiġi ssodisfat: GEMS se tiġi remunerata skont il-kundizzjonijiet tas-suq, bi prezz iddeterminat minn espert indipendenti fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn il-partijiet, sabiex din ir-remunerazzjoni ma tmurx lil hinn minn dak li huwa strettament meħtieġ biex jintlaħaq l-iskop tal-EMSA. Barra minn hekk, Engie spjegat li din is-soluzzjoni ta’ riżerva tkun biss temporanja, u l-Istat Belġjan jerġa’ jibda minnufih l-organizzazzjoni ta’ sejħa għall-offerti kompetittiva ġdida.

5.3.   Il-pożizzjoni ta’ Engie dwar il-ftehim dwar l-iskart

(318)

Engie sostniet li l-ammont aggregat tal-Limitu Massimu tal-Iskart huwa biżżejjed biex ikopri kwalunkwe riskju addizzjonali li ma kienx jiġi kkunsidrat fil-kalkolu tal-ammont bażi. Engie tinnota wkoll li l-Limitu Massimu tal-Iskart huwa stabbilit biex jittrasferixxi ferm inqas riskji lill-Istat milli kien il-każ fil-preċedent Ġermaniż ivvalidat mill-Kummissjoni. B’mod partikolari, Engie sostniet dan li ġej:

(a)

L-iskart mhux se jiġi ttrasferit awtomatikament lil Hedera mal-ħlas tal-Limitu Massimu tal-Iskart. Se jiġi ttrasferit biss l-iskart li jissodisfa kriterji ta’ trasferiment kuntrattwali stretti ħafna (“CTCs”, contractual transfer criteria), inkella Electrabel tibqa’ responsabbli għalih. Is-CTCs ġew miftiehma bejn l-esperti u huma bbażati fuq l-aħjar prattiki kurrenti. Barra minn hekk, f’każ li Electrabel ikollha bżonn tittrasferixxi aktar volumi, hija trid tħallas ammont addizzjonali lil Hedera (“tariffi għall-aġġustament tal-volum”).

(b)

Fil-każ Ġermaniż, għad hemm inċertezzi rigward il-post tas-siti tar-rimi tal-iskart, filwaqt li, fil-każ inkwistjoni, il-faċilità tar-rimi finali tal-iskart tal-kategorija A hija diġà magħrufa, u dan inaqqas l-inċertezzi b’mod sinifikanti.

(c)

B’kuntrast mal-każ Ġermaniż, l-ammont bażi tal-Proġett LTO diġà jinkludi livell għoli ta’ kontinġenzi.

(d)

Il-każ Ġermaniż uża rata ta’ skont nominali ta’ 4,58 % (iddeterminata b’rabta mar-rati tal-EIOPA). Fl-isfond tar-rata tal-EIOPA li żdiedet b’mod sinifikanti (+56 punt bażi), ir-rata ta’ skont ħafna aktar baxxa (-158 punt bażi) ta’ 3 % (nominali) użata fil-Proġett LTO tidher kompletament konsistenti mal-livell kurrenti tar-rata tal-imgħax. Barra minn hekk, ir-rata reali ta’ 1 % użata fil-Proġett LTO hija konservattiva meta mqabbla ma’ pajjiżi Ewropej oħrajn.

(e)

Hedera se tkun tista’ tiġġenera redditu fuq l-investiment suffiċjenti biex tkopri l-obbligi ta’ ħlas tagħha. L-istudju dwar il-Ġestjoni tal-Assi u l-Obbligazzjonijiet (ALM) imwettaq minn […] għar-reviżjoni tas-CPN tal-2022 jappoġġa din il-fehma.

(319)

Għalhekk, Engie kkonkludiet li l-ammont imħallas minn Electrabel skont il-ftehim dwar l-iskart se jkopri b’mod adegwat l-inċertezzi akkwiżiti minn BEGOV u, għalhekk, se jkun proporzjonat.

(320)

Fir-rigward tal-obbligazzjonijiet tad-dekummissjonar, Engie sostniet li Electrabel, bħala l-operatur nukleari tas-seba’ unitajiet nukleari Belġjani, se tibqa’ responsabbli għall-obbligi tad-dekummissjonar tagħha. Madankollu, Engie rrikonoxxiet li l-Belġju se jkopri (iż-żieda fi) l-kostijiet tad-dekummissjonar li jirriżultaw direttament mill-Proġett LTO, permezz ta’ pagament (sħiħ u finali) ta’ somma waħda f’daqqa lil Electrabel.

(321)

Engie rreferiet għall-parir tas-CPN/CNV dwar l-obbligazzjonijiet tad-dekummissjonar u taż-żarmar tal-LTO, fejn ikkonkludiet li l-impatt tal-LTO fuq il-kostijiet tad-dekummissjonar (f’kostijiet mil-lum għall-għada) huwa żieda fil-kostijiet tad-dekummissjonar (dissinerġija) ta’ EUR [100-500] miljun (f’valuri tal-2021) jew, attwalizzati, ta’ EUR [100-500] miljun (valuri tal-2023). Għalhekk, Engie kkonkludiet li l-ammont għat-trasferiment ta’ obbligazzjonijiet addizzjonali ta’ dekummissjonar li jirriżultaw mil-LTO kif definit mis-CPN/CNV huwa proporzjonat.

6.   KUMMENTI MINN PARTIJIET TERZI

(322)

Minbarra s-sottomissjoni ta’ Engie, il-Kummissjoni rċeviet sottomissjonijiet mingħand 7 rispondenti terzi matul il-konsultazzjoni pubblika dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, li damet sad-9 ta’ Settembru 2024.

(323)

Waslu kummenti mingħand l-Istati Membri, impriżi, assoċjazzjonijiet u organizzazzjonijiet mhux governattivi. Il-kummenti minn partijiet terzi se jiġu indirizzati wkoll fil-partijiet rilevanti tal-valutazzjoni mingħajr ma jissemma b’mod speċifiku l-kumment speċifiku.

(324)

Deskrizzjoni tal-kummenti u tal-osservazzjonijiet minn partijiet terzi rilevanti għall-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat, miġbura skont is-suġġett, hija pprovduta hawn taħt.

6.1.   Kummenti dwar l-eżistenza ta’ għajnuna

(325)

Ma wasal l-ebda kumment dwar l-eżistenza ta’ għajnuna.

6.2.   Kummenti dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna

6.2.1.   Kummenti fir-rigward tal-adegwatezza u l-ħtieġa tal-miżura

(326)

Il-maġġoranza tal-partijiet terzi ddikjaraw l-appoġġ tagħhom għat-tħassib tal-Kummissjoni mqajjem fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ b’konnessjoni mal-adegwatezza u l-ħtieġa tal-miżura.

6.2.1.1.   Osservazzjonijiet ġenerali

(327)

Parti terza waħda ma qablitx mal-Kummissjoni dwar l-eżistenza u r-rilevanza tal-fallimenti tas-suq sottomessi mill-Istat Belġjan u argumentat li t-teknoloġija nukleari sempliċiment ma hijiex kosteffettiva u jenħtieġ li ma tiġix appoġġata permezz ta’ finanzjament mill-Istat. Din il-parti fakkret li, b’mod ġenerali, skont ir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat, l-għajnuna operatorja hija permessa biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali u jenħtieġ li tkun limitata għal teknoloġiji li għadhom ma humiex kummerċjabbli jew li għadhom ma humiex maturi, diment li jiġu ssodisfati kundizzjonijiet speċifiċi. Din il-parti terza ma qablitx mal-adegwatezza u l-ħtieġa li tiġi appoġġata l-enerġija nukleari, li hija qieset bħala teknoloġija matura u mhux profittabbli.

(328)

Tlieta minn seba’ partijiet terzi sostnew li l-enerġija nukleari ma hijiex teknoloġija xierqa biex tindirizza kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-provvista minħabba l-flessibbiltà baxxa tal-impjanti tal-enerġija nukleari, li jridu jipproduċu kontinwament billi ħafna modulazzjoni ma hijiex mixtieqa.

6.2.1.2.   Adegwatezza tad-disinn tas-CfD

(329)

Ħamsa minn seba’ rispondenti qasmu t-tħassib tal-Kummissjoni dwar l-adegwatezza tad-disinn tas-CfD. L-aktar tħassib importanti kien: (i) il-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE, (ii) l-iffissar tal-prezz tal-eżerċitar fin-nuqqas ta’ proċedura kompetittiva (bħal fil-każ tal-parks eoliċi lil hinn mill-kosta), (iii) l-inċentivi limitati sabiex il-produzzjoni tiġi aġġustata għall-kundizzjonijiet tas-suq billi (fid-disinn oriġinali tas-CfD) il-limitu biex titnaqqas il-produzzjoni jiġi stabbilit biss wara 6 sigħat ta’ prezzijiet negattivi fis-swieq tal-elettriku, (iv) l-għażla tal-prezz ta’ referenza.

(330)

Madankollu, parti terza waħda rrikonoxxiet id-diffikultajiet għall-operaturi nukleari biex jirreaġixxu għas-sinjali tas-suq minħabba l-kapaċitajiet limitati ta’ modulazzjoni tal-impjanti tal-enerġija nukleari. Barra minn hekk, parti terza waħda sostniet li, fir-rigward tad-disinn tas-CfD, jenħtieġ li ma jkun hemm l-ebda soluzzjoni “waħda tajba għal kulħadd” u l-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom il-flessibbiltà li jaġġustaw id-disinn tas-CfD abbażi ta’ ċirkostanzi speċifiċi. Pereżempju, il-prinċipji tad-disinn tas-CfD jenħtieġ li japplikaw b’mod differenti għat-teknoloġiji nukleari meta mqabbla ma’ sorsi tal-enerġija intermittenti u jenħtieġ li jiġi rikonoxxut li l-impjanti tal-enerġija nukleari jservu bħala kapaċità ta’ karga bażika.

(331)

Il-Kummissjoni tinnota li l-ebda waħda mill-partijiet terzi ma kellha kummenti konkreti dwar kif jista’ jittejjeb id-disinn tas-CfD propost mill-Istat Belġjan fiż-żmien tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ.

6.2.2.   Kummenti fir-rigward tal-proporzjonalità tal-miżura

(332)

Sitta minn seba’ rispondenti appoġġaw it-tħassib tal-Kummissjoni mqajjem fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ dwar il-proporzjonalità tal-miżura.

6.2.2.1.   Kummenti dwar il-pakkett ta’ miżuri finanzjarji

(333)

B’mod ġenerali, ħamsa minn seba’ rispondenti qiesu li l-pakkett ta’ miżuri ta’ remunerazzjoni finanzjarja (inklużi s-CfD, l-MOCP, diversi self) ma jkunx proporzjonat. Dawn il-partijiet terzi qablu mal-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ li l-pakkett ta’ miżuri ta’ remunerazzjoni finanzjarja jippermetti tnaqqis sħiħ tar-riskji ta’ Engie.

(334)

Parti waħda sostniet li l-Gvern Belġjan għandu l-aktar pożizzjoni sfavorevoli f’dan il-ftehim, b’akkumulazzjoni ta’ impenji finanzjarji biex jinċentiva lil Engie biex tieħu sehem fil-ftehim, billi r-riskji eventwalment jinġarru mill-kontribwenti Belġjani.

(335)

Parti waħda qabblet il-ftehim, kif għamlet il-Kummissjoni, mal-estensjoni preċedenti tal-ħajja ta’ Doel 1, Doel 2 u Tihange 1 fl-2015, u fakkret li din l-estensjoni tat-tul tal-ħajja nkisbet mingħajr għajnuna mill-Istat.

(336)

Fir-rigward tar-remunerazzjoni u l-kalkolu tar-rata ta’ redditu interna (IRR), parti terza waħda nnotat li, għalkemm dan il-livell ta’ redditu jista’ jkun tipiku għall-industrija nukleari, il-livell kurrenti ta’ IRR jinjora l-ħafna elementi ta’ tnaqqis tar-riskji inklużi fil-ftehim propost. Għalkemm ma ġiet ipprovduta l-ebda indikazzjoni konkreta ta’ x’tinvolvi IRR proporzjonata, aġġustament ’l isfel jitqies neċessarju.

(337)

Il-Kummissjoni tosserva ftehim ġenerali fost il-partijiet terzi rigward il-ħtieġa li jiġi investigat bir-reqqa l-pakkett ta’ miżuri ta’ remunerazzjoni finanzjarja.

6.2.2.2.   Kummenti dwar il-ftehim dwar l-iskart

(338)

Bħala kumment ġenerali, parti terza fakkret li l-operat tal-impjanti tal-enerġija nukleari jiġġenera sustanzi ta’ ħajja twila ħafna u perikolużi li ma jseħħu b’mod naturali mkien fid-dinja. Din il-parti affermat li l-kost sħiħ tal-produzzjoni tal-elettriku jrid jinkludi pjan kredibbli biex dawn is-sustanzi jiġu ttrattati wara l-użu tagħhom għall-produzzjoni tal-enerġija.

(339)

Fir-rigward tal-immaniġġar tal-iskart nukleari, l-istess parti argumentat li r-repożitorji ġeoloġiċi fondi ma jistgħux jikkostitwixxu ħżin sikur indefinit, minħabba li l-formazzjonijiet ġeoloġiċi li kienu stabbli għal perjodi twal tal-istorja tad-dinja jistgħu jsiru instabbli fit-tul, minħabba t-tibdil fil-klima jew ir-radjazzjoni nnifisha. Għalhekk, il-prinċipju ta’ prekawzjoni jissuġġerixxi l-ħżin ’il fuq mill-art jew f’postijiet faċilment aċċessibbli u l-imballaġġ mill-ġdid kull 50 sa 100 sena.

(340)

Fir-rigward tal-aspetti ekonomiċi tal-ftehim dwar l-iskart, diversi partijiet terzi qiesu li l-ftehim huwa pożittiv wisq għal Engie, minħabba li l-kostijiet għat-trattament tal-iskart nukleari jkunu sottovalutati.

(341)

Il-Kummissjoni tinnota li l-biċċa l-kbira tal-partijiet terzi ma pprovdewx informazzjoni konkreta dwar liema parti mill-ftehim dwar l-iskart hija problematika, liema parametri jeħtieġ li jinbidlu u xi jkun valur raġonevoli u proporzjonat għall-ftehim dwar l-iskart. Parti waħda biss affermat li l-Belġju jenħtieġ li jikkunsidra wkoll il-kostijiet tal-identifikazzjoni ta’ sit ta’ depożitu tal-iskart nukleari, iżda ma pprovdietx aktar dettalji.

6.2.3.   Kumment li wasal dwar distorsjonijiet potenzjali mhux dovuti għall-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri

6.2.3.1.   Impatt fuq is-sorsi tal-enerġija rinnovabbli u d-dekarbonizzazzjoni

(342)

Sitta minn seba’ partijiet terzi jargumentaw li l-appoġġ għall-enerġija nukleari ma huwiex favorevoli għall-klima minkejja l-kontribuzzjonijiet tiegħu għal inqas emissjonijiet tas-CO2. Dawn il-partijiet terzi rrimarkaw li l-appoġġ għall-enerġija nukleari jnaqqas ir-ritmu tal-iżvilupp ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli u ma jgħinx biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi. B’mod partikolari, tqajmu l-argumenti li ġejjin f’dan ir-rigward:

(a)

Parti terza waħda kienet imħassba li l-livell u l-forma ta’ sussidji pubbliċi għall-impjanti tal-enerġija nukleari f’Doel u f’Tihange jistgħu jnaqqsu l-inċentivi għall-espansjoni tal-enerġija rinnovabbli u b’hekk idewmu d-dekarbonizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija Ewropea u l-elettrifikazzjoni tal-ekonomija. Parti terza oħra rrimarkat li, minħabba li l-produzzjoni solari u eolika se jkollha tadatta għall-produzzjoni inflessibbli tal-enerġija nukleari, il-produzzjoni tagħhom se tkun żvantaġġata. B’mod partikolari, billi s-sorsi tal-enerġija rinnovabbli huma esposti għall-kompetizzjoni, filwaqt li l-Istati Membri jassorbu r-riskji tal-operaturi nukleari.

(b)

Xi partijiet terzi argumentaw li l-enerġija nukleari ma tistax tikkostitwixxi strateġija leġittima għad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomiji tal-UE, billi l-enerġija nukleari ma hijiex kost-kompetittiva, torbot wisq riżorsi skarsi (mhux biss riżorsi finanzjarji iżda wkoll umani u materjali), u sistematikament tbati minn dewmien.

(c)

Parti terza waħda sostniet li, anke jekk it-teknoloġija nukleari tista’ tikkontribwixxi aktar għad-dekarbonizzazzjoni meta mqabbla ma’ teknoloġiji oħrajn, il-bilanċ ambjentali ġenerali huwa negattiv (pereżempju, minħabba r-rimi tal-iskart nukleari).

(d)

Parti terza waħda rrimarkat li l-għajnuna mill-Istat mogħtija lil Engie tista’ tippenalizza għadd kbir ta’ atturi iżgħar tas-sistema tal-enerġija deċentralizzata futura. Din il-parti ħeġġet lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-klima ta’ investiment għall-installazzjonijiet solari u eoliċi fil-Belġju, jiġifieri teknoloġiji aktar kosteffettivi oħrajn li jistgħu ma jeħtiġux għajnuna mill-Istat, qabel ma jagħlqu ammonti kbar ta’ għajnuna mill-Istat fl-impjanti tal-enerġija nukleari. Din il-parti talbet ukoll valutazzjoni tal-ħtieġa futura għall-elettriku ta’ karga bażika.

(343)

B’kuntrast ma’ dan, parti terza waħda ma qablitx mal-argumenti stabbiliti hawn fuq u sostniet li l-enerġija nukleari għandha rwol importanti sabiex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi u s-sigurtà tal-provvista tal-UE. Din il-parti appellat lill-Kummissjoni biex iżżomm f’moħħha l-kumplessità tal-investimenti nukleari u biex tipprovdi ċertu grad ta’ diskrezzjoni lill-Istati Membri biex jagħżlu sett ta’ miżuri ta’ għajnuna adegwati sabiex jappoġġaw l-investimenti nukleari.

6.2.3.2.   In-nuqqas ta’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti u l-bejgħ tal-elettriku nukleari

(344)

Parti terza waħda esprimiet id-dispjaċir tagħha li l-kuntratt propost bejn l-Istat Belġjan, Engie u Electrabel għall-estensjoni tat-tul tal-ħajja ta’ Doel 4 u Tihange 3 ġie nnegozjat mingħajr l-organizzazzjoni ta’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti. Skont dan ir-rispondent, taħlita ta’ portafoll ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fuq skala kbira u ħażna tal-batteriji setgħet ipprovdiet profil ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku simili għall-enerġija nukleari.

(345)

Fir-rigward tal-bejgħ tal-enerġija nukleari fil-ftehim kurrenti, rispondent ieħor iddikjara li s-servizzi tal-ġestjoni tal-enerġija jenħtieġ li jiġu pprovduti minn parti indipendenti f’każ li l-ebda offerent rebbieħ ma jista’ jiġi kkuntrattat fi proċedura ta’ sejħa għall-offerti.

6.2.4.   Kummenti oħrajn imqajma minn partijiet terzi

(346)

Parti terza waħda sostniet li l-użu tal-enerġija nukleari għall-produzzjoni tal-elettriku jikser il-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas” u l-prinċipju ta’ prekawzjoni stabbilit fl-Artikolu 191 tat-TFUE.

(347)

Diversi partijiet terzi qajmu tħassib rigward kwistjonijiet ta’ sigurtà relatati mat-tħaddim tat-teknoloġija nukleari.

(a)

Parti waħda qieset li ma jistgħux jiġu esklużi aċċidenti kbar fl-impjanti tal-enerġija nukleari, u dan ikollu implikazzjonijiet għal Stati Membri oħrajn ukoll.

(b)

B’mod aktar ġenerali, l-istess parti qieset li l-periklu tal-impjanti tal-enerġija nukleari f’kunflitti armati dan l-aħħar sar evidenti, minħabba li, fil-prinċipju, l-infrastruttura nukleari ċivili ma hijiex maħsuba biex tiġġieled l-effetti diretti u indiretti tal-avvenimenti ta’ gwerra. Bħala tali, l-impjanti tal-enerġija nukleari jistgħu jsiru miri potenzjali, li l-qerda tagħhom tista’ tikkawża kontaminazzjoni radjuattiva, li mhux biss tirrappreżenta riskju enormi għas-sigurtà, iżda tista’ wkoll tiddestabbilizza l-provvista tal-enerġija ta’ pajjiż.

(c)

Parti oħra argumentat li kwalunkwe estensjoni tat-tul tal-ħajja ta’ impjant tal-enerġija nukleari, minkejja kwalunkwe aġġornament u titjib fis-sikurezza, tinvolvi riskji akbar ta’ impatti negattivi relatati mal-kwalità u l-affidabbiltà tal-komponenti ta’ tali reatturi nukleari li jitnaqqsu maż-żmien. Skont din il-parti, it-tiqdim iwassal għal tendenza li l-komponenti tar-reatturi mniġġsa ħafna ma jaħdmux sew u li jiżdied it-tfixkil operattiv.

(d)

Parti waħda fakkret li d-disponibbiltà tal-uranju u tat-torju għadha limitata, u li d-dipendenza tal-Istati Membri tal-UE fuq l-importazzjonijiet tal-minerali tal-uranju hija qrib il-100 %. Din il-parti tirrifjuta l-idea ta’ “ċiklu tal-fjuwil”, billi targumenta li l-ipproċessar mill-ġdid ta’ fjuwil użat ma jistax jiġi ripetut kemm jista’ jkun spiss, u tiddikjara li l-ipproċessar mill-ġdid jippreżenta riskji sinifikanti għas-sikurezza, is-saħħa, l-ambjent u l-proliferazzjoni.

(348)

Parti terza waħda sostniet li hija kellha tħassib rigward l-eżekuzzjoni tal-valutazzjoni tal-impatt ambjentali. B’mod partikolari, hija sostniet li l-mistoqsijiet ewlenin rigward l-aġġornamenti meħtieġa fis-sikurezza u l-ġestjoni tat-tiqdim ma kinux se jiġu kkunsidrati fil-konsultazzjoni pubblika. Il-parti ddikjarat li kienet issottomettiet pożizzjoni estiża dwar il-kwistjoni, li ma ġietx ikkunsidrata.

(349)

Fl-aħħar nett, parti terza waħda fakkret li, għalkemm wieħed mill-argumenti ppreżentati mill-Belġju biex iwettaq il-Proġett LTO huwa t-tnaqqis tad-dipendenza tiegħu fuq ir-Russja għall-gass naturali, l-industrija nukleari Ewropea għadha tiddependi ħafna fuq ir-Russja għall-fjuwil nukleari tagħha, minħabba li r-Russja għandha rwol ewlieni kemm fil-produzzjoni kif ukoll fl-ipproċessar mill-ġdid tal-uranju. Skont dan ir-rispondent, ikun aktar faċli li jinstabu sorsi alternattivi ta’ gass naturali milli jkun li r-Russja tiġi eliminata mir-rwol kurrenti tagħha fl-industrija nukleari tal-Ewropa.

7.   REAZZJONI TAL-BELĠJU GĦAR-REAZZJONI TA’ PARTIJIET TERZI

(350)

Fit-30 ta’ Ottubru 2024, l-awtoritajiet Belġjani bagħtu t-tweġiba tagħhom għall-kummenti sottomessi minn partijiet terzi.

(351)

B’mod ġenerali, l-Istat Belġjan laqa’ l-fehmiet li ġew espressi, iżda kkunsidra li diversi punti mqajma kienu ta’ natura purament politika, vagi, jew ibbażati fuq fehim żbaljat tal-Proġett LTO.

(352)

Barra minn hekk, il-Belġju spjega li l-biċċa l-kbira tal-kwistjonijiet imqajma kienu diġà ġew indirizzati fis-sottomissjonijiet preċedenti tiegħu u fit-tweġiba tiegħu għad-Deċiżjoni tal-Ftuħ. L-argumenti ewlenin ipprovduti mill-Belġju b’reazzjoni għat-tħassib imqajjem minn partijiet terzi se jiġu enfasizzati hawn taħt. B’mod partikolari, se jiġu enfasizzati r-reazzjonijiet għall-kummenti direttament pertinenti għall-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat.

(353)

Fir-rigward tal-kritika ta’ wħud mill-partijiet terzi li kellhom jiġu kkunsidrati mekkaniżmi ta’ finanzjament jew teknoloġiji ta’ produzzjoni oħrajn (bħall-proċedura ta’ sejħa għall-offerti għall-profil ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku miftuħ għal produtturi oħrajn tal-enerġija, l-użu tal-mekkaniżmu ta’ kapaċità (CM) Belġjan, l-investiment f’sorsi rinnovabbli fuq skala kbira u l-ħżin tal-batteriji), il-Belġju pprovda r-reazzjonijiet li ġejjin:

(a)

Il-Belġju rrefera għall-kostijiet importanti ta’ investiment involuti fi proġetti nukleari u l-eżistenza ta’ fallimenti addizzjonali tas-suq meta mqabbla ma’ teknoloġiji oħrajn (ara l-premessa (39)), li jagħmel il-finanzjament tal-Proġett LTO permezz tal-mekkaniżmu ta’ kapaċità Belġjan impossibbli. Barra minn hekk, il-Belġju sostna li mekkaniżmu ta’ rkant, bħall-irkantijiet tas-CM Belġjani, ma huwiex għodda adegwata biex tiġi ffinanzjata l-ġenerazzjoni tal-enerġija nukleari, biex b’hekk l-Unitajiet LTO jeħtieġu pakkett ta’ appoġġ speċifiku.

(b)

Il-Belġju fakkar li, skont l-Artikolu 194(2) tat-TFUE, l-Istati Membri għandhom l-awtonomija li jsawru l-politiki tal-enerġija tagħhom, inkluża l-għażla li jinkorporaw l-enerġija nukleari fit-taħlita tal-enerġija tagħhom, u li taħlita diversa ta’ metodi ta’ produzzjoni tal-enerġija hija essenzjali biex jinżamm network tal-elettriku affidabbli u bbilanċjat. Fl-2022, il-Belġju ddeċieda li l-kapaċitajiet nukleari kkonċernati jenħtieġ li jkunu parti mit-taħlita tal-enerġija Belġjana għal 10 snin oħra, u din id-deċiżjoni dwar it-taħlita tal-enerġija ma tistax tiddependi fuq l-eżitu ta’ rkant.

(c)

Barra minn hekk, il-Belġju enfasizza li Electrabel biss tista’ topera b’mod raġonevoli l-Unitajiet LTO bħala l-proprjetarja (maġġoritarja) kurrenti tal-Unitajiet LTO u l-uniku operatur tal-impjanti tal-enerġija nukleari fil-Belġju. Il-Belġju fakkar li l-aċċess għall-kapaċità ta’ ġenerazzjoni nukleari jeħtieġ għarfien speċjali, inkluż għarfien speċifiku għall-pajjiż, li ma huwiex disponibbli għall-atturi kollha tas-suq, u li offerta f’dan il-każ ma kinitx tipprovdi riżultati sinifikanti minħabba li ma seta’ jintgħażel l-ebda operatur għajr Electrabel.

(354)

Fir-rigward tal-kummenti ta’ partijiet terzi dwar il-pakkett ta’ miżuri differenti (appoġġ finanzjarju, ftehim dwar l-iskart) biex jappoġġaw il-Proġett LTO, li jkun eċċessiv, mhux konformi mal-inċentivi tas-suq u mhux proporzjonat, il-Belġju jargumenta li l-ftehimiet jinkludu diversi mekkaniżmi li se jinkoraġġixxu lil BE-NUC biex tirrispondi għas-sinjali tas-suq kemm jista’ jkun, fil-limitazzjonijiet tekniċi tal-impjanti. B’mod partikolari:

(a)

Fir-rigward tas-CfD, il-Belġju rrepeta li d-disinn tas-CfD huwa msawwar mir-restrizzjonijiet tekniċi, regolatorji u ekonomiċi tal-Unitajiet LTO. Huwa għandu mekkaniżmu għall-kondiviżjoni tat-telf/tal-qligħ, b’IRR ta’ bejn 6 % u 8 % li tinċentiva lil BE-NUC biex: (i) tottimizza l-istruttura tal-kostijiet tagħha qabel ma tistabbilixxi u tirrevedi l-prezz tal-eżerċitar, (ii) timmassimizza l-output tal-impjanti meta jkunu mistennija prezzijiet għoljin, u s-sistema tal-elettriku tkun qrib l-iskarsezza (pereżempju, fi żmien ix-xitwa), (iii) timmitiga l-profitti potenzjali mhux mistennija, (iv) tiskatta modulazzjonijiet f’każ ta’ perjodi estiżi ta’ prezzijiet negattivi, u (v) tiżgura li l-indisponibilitajiet ippjanati għal operazzjonijiet, manutenzjoni u riforniment fit-tul ikunu ġew skedati matul is-sajf meta l-prezzijiet għandhom it-tendenza li jkunu fl-aktar livell baxx tagħhom.

(b)

Fir-rigward tat-taħlita ta’ diversi sub-miżuri finanzjarji minbarra s-CfD, il-Belġju sostna li dawn il-miżuri huma limitati għall-minimu meħtieġ u kull waħda tkopri riskji speċifiċi relatati mal-Proġett LTO (u b’hekk huma komplementari). Il-Belġju fakkar li: (i) l-MOCP u s-Self tal-SDC huma essenzjali biex jiġi żgurat li BE-NUC tiġġenera biżżejjed flussi ta’ flus biex tħallas lill-operatur u żżomm vijabbiltà operazzjonali fit-tul, u (ii) l-istruttura tal-JV, is-Self mill-Azzjonisti u l-faċilità ta’ kapital operatorju huma mfassla biex ikollhom kundizzjonijiet identiċi kemm għall-Istat Belġjan kif ukoll għal Electrabel fil-kapaċità tagħhom bħala azzjonisti u se jiddaħħlu fis-seħħ bil-kundizzjonijiet tas-suq.

(c)

Il-Belġju sostna li l-Proġett LTO ma jmurx kontra l-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas” u l-prinċipju ta’ prekawzjoni u fakkar li proġetti nukleari simili fil-Ġermanja u fir-Renju Unit, fir-rigward kemm tal-mekkaniżmi ta’ finanzjament kif ukoll tas-sistema ta’ Limitu Massimu tal-Iskart, diġà nstabu li jirrispettaw il-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas” u l-prinċipju ta’ prekawzjoni u, għaldaqstant, ġew approvati mill-Kummissjoni.

(d)

Fir-rigward tal-ftehim dwar l-iskart, il-Belġju sostna li l-obbligazzjonijiet tal-iskart nukleari kkonċernati se jiġu ttrasferiti lill-Istat Belġjan permezz ta’ ħlas ta’ somma f’daqqa ta’ EUR 15-il biljun, li l-ammont tiegħu ġie ddeterminat abbażi ta’ metodoloġija soda u kontribut mill-esperti. Il-Belġju indika wkoll li r-responsabbiltà aħħarija għall-ġestjoni sikura tal-fjuwil użat u tal-iskart nukleari radjuattiv hija tal-Istati Membri u hija prinċipju fundamentali, stabbilit fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom (128).

(355)

Fir-rigward tal-kummenti ta’ partijiet terzi dwar ix-xkiel tal-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli, il-Belġju sostna li d-domanda għall-elettriku se tkompli tiżdied, u b’hekk toħloq opportunitajiet għat-tipi kollha ta’ produzzjoni tal-elettriku. Il-Belġju enfasizza wkoll l-intenzjonijiet tiegħu li jiżviluppa u jappoġġa l-iżvilupp ulterjuri tas-settur tal-enerġija rinnovabbli.

(356)

Fir-rigward tal-kumment ta’ parti terza dwar il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali, il-Belġju sostna li twettqet valutazzjoni tal-impatt ambjentali tal-Proġett LTO fuq l-inizjattiva tal-FPS Economy, u li din ġiet organizzata f’konformità sħiħa mal-liġijiet Belġjani u mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus (129). Barra minn hekk, il-Belġju saħaq li r-regoli kollha dwar l-akkwist pubbliku ġew irrispettati mill-awtoritajiet Belġjani u minn Engie.

(357)

Fir-rigward tat-tħassib ta’ partijiet terzi dwar il-bejgħ tal-elettriku mill-ġenerazzjoni tal-enerġija nukleari, il-Belġju saħaq li hemm fis-seħħ salvagwardji speċifiċi biex jiġu żgurati salvagwardji addizzjonali li jikkonċernaw lis-sieħeb tal-EMSA. Il-Belġju saħaq li Engie se tiġi eskluża mill-proċedura tal-għażla u tat-teħid tad-deċiżjonijiet, u li se jittieħdu miżuri suffiċjenti biex jiġu evitati kunflitti ta’ interess meta GEMS tieħu sehem fl-offerta tal-EMSA.

(358)

Fir-rigward tal-kumment relatat mad-dipendenza kontinwa fuq ir-Russja, il-Belġju sostna li l-kuntratti ta’ provvista ta’ Synatom innegozjati jew li qed jiġu nnegozjati permezz tas-superviżjoni tal-Aġenzija tal-Provvista tal-Euratom jeskludu espliċitament lill-fornituri ta’ uranju naturali u servizzi ta’ konverżjoni mir-Russja.

8.   VALUTAZZJONI TAL-MIŻURA

8.1.   Eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat

(359)

Skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, kwalunkwe għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma li toħloq distorsjoni jew thedded li toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni billi tiffavorixxi lil ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti, sa fejn taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, hija inkompatibbli mas-suq intern.

(360)

Miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE jekk tissodisfa erba’ kundizzjonijiet kumulattivi. L-ewwel, il-miżura trid tkun iffinanzjata mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat. It-tieni, il-miżura trid tagħti vantaġġ lil benefiċjarju. It-tielet, il-miżura trid tiffavorixxi lil ċerti impriżi jew attivitajiet ekonomiċi (jiġifieri jrid ikun hemm grad ta’ selettività). Ir-raba’, il-miżura jrid ikollha l-potenzjal li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u li toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern.

(361)

Fit-taqsima 4.1.1 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni spjegat li t-tliet komponenti tal-miżura nnotifikata kienu ppjanati flimkien u huma inseparabbli minn xulxin. Skont il-punt 81 tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-Kunċett ta’ Għajnuna, miżuri differenti jistgħu jitqiesu bħala “intervent wieħed”. B’mod partikolari, dan jista’ jkun il-każ meta l-interventi konsekuttivi jkunu marbutin ma’ xulxin mill-qrib, speċjalment meta jitqiesu l-kronoloġija tagħhom, l-iskop tagħhom u ċ-ċirkostanzi tal-impriża fil-ħin ta’ dawk l-interventi, li huma inseparabbli (130). Pereżempju, serje ta’ interventi tal-Istat li jsiru b’rabta mal-istess impriża f’perjodu ta’ żmien relattivament qasir, huma marbuta ma’ xulxin, jew kienu kollha ppjanati jew prevedibbli fil-ħin tal-ewwel intervent, jistgħu jiġu vvalutati bħala intervent wieħed (131).

(362)

Il-Kummissjoni spjegat fil-premessi (204) u (208) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ li t-tliet komponenti tal-miżura, inklużi s-sub-komponenti kollha tagħhom, immirati flimkien lejn l-estensjoni tat-tul tal-ħajja tal-Unitajiet LTO, billi kienu ppjanati flimkien, għandhom l-istess objettiv u huma stabbiliti mill-istess ftehim, jiġifieri l-Ftehim ta’ Implimentazzjoni tat-13 ta’ Diċembru 2023 (ara l-premessa (24)), l-istess att leġiżlattiv, jiġifieri l-Liġi ta’ Phoenix dwar is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija u r-riforma tas-settur tal-enerġija nukleari (ara t-taqsima 3.5.2), u kollha jingħataw mill-istess awtorità tal-għoti, jiġifieri l-Istat Belġjan. Barra minn hekk, l-estensjoni tat-tul tal-ħajja taż-żewġ reatturi nukleari u, b’hekk, tal-Proġett LTO, inbdiet mill-Gvern Belġjan, u l-parteċipazzjoni ta’ Engie u Electrabel fil-ftehim kienet kundizzjonali fuq il-kisba ta’ livell xieraq ta’ remunerazzjoni, garanzija kontra bidliet legali li jikkonċernaw il-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi nukleari, u tnaqqis tar-riskji addizzjonali fir-rigward tal-kost tal-iskart nukleari (ara l-premessa (23)). Għalhekk, kull wieħed mit-tliet komponenti tal-miżura nnotifikata, inklużi s-sub-komponenti tagħhom, huma marbuta mill-qrib u kien ikun impossibbli li jiġu sseparati, minħabba li flimkien jikkostitwixxu kundizzjoni meħtieġa għall-parteċipazzjoni ta’ Engie u Electrabel fil-Proġett LTO.

(363)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni sabet li t-tliet komponenti jenħtieġ li jiġu eżaminati flimkien bħala intervent wieħed. It-tliet komponenti huma interdipendenti u għandhom effetti ta’ titjib reċiproku għall-prestazzjoni tal-Proġett LTO. Il-Kummissjoni għamlet ukoll is-sejba preliminari, li tapplika għat-tliet komponenti tal-miżura kkunsidrati flimkien, li l-intervent ikun jinvolvi għajnuna mill-Istat minħabba li ngħatat minn riżorsi tal-Istat imputabbli lill-Istat Belġjan, li l-miżura tagħti vantaġġ ekonomiku selettiv u li jista’ jkollha l-potenzjal li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u li toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern.

(364)

Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda raġuni għaliex għandha tbiddel il-valutazzjoni tagħha f’dawk l-aspetti matul l-investigazzjoni formali. Billi t-tliet komponenti tal-miżura kienu ppjanati flimkien, għandhom l-istess objettiv, huma stabbiliti mill-istess ftehim u liġi, jingħataw mill-istess awtorità tal-għoti, u t-tlieta li huma kienu meħtieġa biex jikkonvinċu lil Engie u Electrabel biex jipparteċipaw fil-Proġett LTO, il-Kummissjoni tqis li huma parti minn intervent wieħed u jenħtieġ li jiġu eżaminati flimkien bħala intervent wieħed.

8.1.1.   Imputabbiltà u eżistenza ta’ riżorsi tal-Istat

(365)

Sabiex il-miżuri jiġu kkategorizzati bħala għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, dawn iridu jingħataw direttament jew indirettament permezz ta’ riżorsi tal-Istat.

(366)

Kif ġie spjegat fil-premessa (213) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-kombinament ta’ sub-miżuri tal-Proġett LTO kif deskritt fit-taqsima 3 ta’ din id-Deċiżjoni kien deċiż mill-Istat Belġjan (bi qbil ma’ Engie) fil-ħin tal-iffirmar tal-Ftehim ta’ Implimentazzjoni fit-13 ta’ Diċembru 2023. Barra minn hekk, il-Proġett LTO jinvolvi l-ħolqien ta’ entità parzjalment proprjetà tal-Istat (BE-NUC) u l-awtorità tal-għoti hija l-Istat Belġjan.

(367)

Kif spjegat fil-premessa (214) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Proġett LTO jikkonsisti f’għadd ta’ sub-miżuri li jinvolvu trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat għall-benefiċċju ta’ BE-NUC, il-JV li għadha kif twaqqfet li hija proprjetà tal-Istat Belġjan u ta’ Electrabel. B’mod partikolari, CfD appoġġat mill-Istat, li jippermetti lill-JV tirċievi remunerazzjoni komplementari f’każ li l-prezzijiet tas-suq iwasslu għal tnaqqis fid-dħul mill-operat, jesponi lill-Istat għal trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat għall-benefiċċju tal-JV.

(368)

Abbażi tar-raġunijiet stabbiliti hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura tingħata permezz ta’ riżorsi tal-Istat u hija imputabbli lill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

8.1.2.   Vantaġġ ekonomiku selettiv

(369)

Miżura titqies selettiva jekk tiffavorixxi biss ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti. Il-Kummissjoni ttenni li din il-miżura, inklużi d-diversi subkomponenti tagħha, ivvalutati flimkien u separatament, tagħti vantaġġ selettiv fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

(370)

Kif spjegat fil-premessa (217) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Proġett LTO, inklużi t-tliet komponenti tal-miżura nnotifikata, jimmira lejn l-estensjoni tat-tul tal-ħajja ta’ żewġ reatturi nukleari bil-għan li joffru l-elettriku fis-suq tal-enerġija u, b’hekk, jikkontribwixxu għas-sigurtà tal-provvista. Il-miżura se tipprovdi lill-benefiċjarji ewlenin, Electrabel u Luminus, kif ukoll lil BE-NUC, b’vantaġġ speċifiku: (i) li ma tkunx disponibbli għal operaturi oħrajn tal-enerġija f’sitwazzjonijiet legali u fattwali simili, filwaqt li jitqiesu l-objettiv u l-effetti tal-miżura (li tipprovdi finanzjament u dħul stabbli biex jiġi estiż it-tul tal-ħajja ta’ żewġ reatturi nukleari u biex tiġi garantita s-sigurtà tal-provvista tal-elettriku fil-Belġju), u (ii) li ma jkunux kisbu taħt kundizzjonijiet normali tas-suq u mingħajr ftehim speċifiku rigward id-diversi komponenti tal-miżura. Dan il-vantaġġ huwa selettiv fis-sens li jiffavorixxi lis-sidien u lill-operatur tal-Unitajiet LTO, li huma f’sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli għal fornituri oħrajn tal-kapaċità tal-ġenerazzjoni li ma għandhomx l-opportunità li joperaw impjanti nukleari fil-Belġju, iżda li jistgħu jikkontribwixxu wkoll għas-sigurtà tal-provvista (bħal impjanti tal-gass, operaturi ta’ rispons għad-domanda, fornituri tal-ħżin).

(371)

Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (218) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, ħafna mis-sub-miżuri individwali li huma parti mill-Proġett LTO, jagħtu vantaġġ ekonomiku selettiv lil Electrabel u/jew lil Luminus (u lill-Kumpaniji Kontribwenti, fejn rilevanti). Pereżempju, l-RA fil-Komponent 1 jinkludi CfD bidirezzjonali, li jistabbilixxi fluss ta’ dħul fiss għall-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi nukleari, u b’hekk jipproteġi lis-sidien tal-impjanti mir-riskji tas-suq. L-Istat Belġjan jipprovdi wkoll Self mill-Azzjonisti, Self tal-SDC u pagament minimu tal-OPEX u ta’ kapital biex ikopru l-kostijiet tal-bidu tal-Unitajiet LTO u n-nuqqas potenzjali ta’ profittabbiltà tagħhom. Dawn is-selfiet u l-ftehimiet ma humiex disponibbli għal kompetituri oħrajn u, b’hekk, jagħtu vantaġġ ekonomiku selettiv lil Electrabel, bħala parti minn BE-NUC, u lil Luminus. Il-Komponent 3 jipprovdi protezzjoni għall-irkupru tal-kostijiet lil Engie u Luminus f’każ ta’ bidla fil-liġi jew fil-politika, u b’hekk inaqqas ir-riskju tal-investiment u jittrasferih lill-Istat u jagħti benefiċċju ekonomiku li ma setax jinkiseb taħt kundizzjonijiet normali tas-suq u li ma huwiex disponibbli għal operaturi oħrajn tas-suq.

(372)

Il-Belġju jsostni li l-proċedura ta’ sejħa għall-offerti tal-EMSA se titwettaq f’konformità mal-liġi Belġjana dwar l-akkwist pubbliku tas-17 ta’ Ġunju 2016 u d-Digriet Irjali tat-18 ta’ Ġunju 2017 dwar l-akkwist pubbliku għas-setturi tal-utilitajiet. Is-sieħeb tal-EMSA se jintgħażel permezz ta’ sejħa għall-offerti miftuħa, trasparenti, mhux diskriminatorja u mhux kundizzjonali. Il-proċedura kompetittiva ta’ sejħa għall-offerti tal-EMSA, li tuża u tikkonforma mal-proċeduri previsti fid-Direttivi dwar l-Akkwist Pubbliku, tiżgura li t-tranżazzjoni, f’dan il-każ ix-xiri ta’ servizzi ta’ ġestjoni tal-enerġija, tkun konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq u teskludi kwalunkwe vantaġġ mogħti lill-maniġer tal-enerġija. Għalhekk, il-Proġett LTO ma jagħtix vantaġġ selettiv lis-sieħeb tal-EMSA.

(373)

Abbażi tar-raġunijiet stabbiliti hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Proġett LTO jagħti vantaġġ ekonomiku selettiv lill-benefiċjarji tal-miżura.

8.1.3.   Theddida ta’ distorsjoni bla bżonn tal-kompetizzjoni u effetti fuq il-kummerċ

(374)

Kif indikat il-Kummissjoni fil-premessa (221) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, is-suq tal-elettriku ġie liberalizzat u l-produtturi tal-elettriku huma involuti fil-kummerċ bejn l-Istati Membri, sabiex b’hekk vantaġġ mogħti lill-produtturi tal-elettriku nukleari x’aktarx li joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni u jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Ġeneralment, l-elettriku minn sorsi nukleari jinbiegħ fis-suq intern għall-elettriku fejn jidħol f’kompetizzjoni mas-sorsi kollha tal-elettriku, inklużi dawk fi Stati Membri oħrajn. Barra minn hekk, is-suq tal-elettriku Belġjan huwa interkonness ħafna fir-reġjun għall-Kalkolu tal-Kapaċità Ewlenija.

(375)

Għalhekk, il-Kummissjoni ttenni l-pożizzjoni tagħha li l-vantaġġ mogħti lill-benefiċjarji permezz tal-Proġett LTO jhedded li joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni u jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

8.1.4.   Konklużjoni dwar l-eżistenza ta’ għajnuna

(376)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Komponent 1, il-Komponent 2 u l-Komponent 3 tal-miżura nnotifikata (flimkien mal-Proġett LTO), bħala miżuri differenti li jappartjenu għal intervent wieħed mill-Istat, jinvolvu għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

8.2.   Legalità tal-għajnuna

(377)

Kif indikat il-Kummissjoni fil-premessa (224) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-miżura ġiet innotifikata lill-Kummissjoni fil-21 ta’ Ġunju 2024 u sal-lum għadha ma ġietx implimentata. Il-Belġju kkonferma li l-ebda xogħol reali, għajr ix-xogħlijiet preparatorji li huma parti mill-attivitajiet ta’ żvilupp taħt il-JDA++, ma hu se jitwettaq qabel l-għeluq tat-tranżazzjoni. L-għeluq tat-tranżazzjoni u l-implimentazzjoni tal-miżura jsiru kundizzjonali fuq l-approvazzjoni tal-miżura mill-Kummissjoni, billi l-approvazzjoni tal-għajnuna mill-Istat hija prekundizzjoni għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Implimentazzjoni.

(378)

Għalhekk, l-awtoritajiet Belġjani ssodisfaw l-obbligi ta’ notifika u ta’ sospensjoni skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE.

8.3.   Il-kompatibbiltà tal-miżura mas-suq intern

(379)

Minħabba li nstab li l-miżura tinvolvi għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni eżaminat ulterjorment jekk tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

8.3.1.   Bażi legali għall-valutazzjoni

(380)

Il-Kummissjoni vvalutat il-miżura nnotifikata abbażi tal-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-TFUE li jipprevedi li l-Kummissjoni tista’ tiddikjara bħala kompatibbli “għajnuna maħsuba sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet jew ta’ ċerti reġjuni ekonomiċi, basta dik l-għajnuna ma tfixkilx il-kondizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni”.

8.3.2.   Kundizzjoni pożittiva: l-iżvilupp ta’ attività ekonomika

8.3.2.1.   Il-kontribut għall-iżvilupp ta’ attività ekonomika

(381)

L-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-TFUE jipprevedi li l-Kummissjoni tista’ tiddikjara bħala kompatibbli l-“għajnuna maħsuba sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet jew ta’ ċerti reġjuni ekonomiċi, basta dik l-għajnuna ma tfixkilx il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni”. Għalhekk, sabiex l-għajnuna tkun kompatibbli skont dik id-dispożizzjoni tat-Trattat, hija trid tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ ċerta attività ekonomika (132).

(382)

Jista’ jkun meħtieġ intervent mill-Istat biex jiffaċilita jew jinċentiva l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi li, fin-nuqqas ta’ għajnuna, ma jiżviluppawx jew ma jiżviluppawx bl-istess pass jew taħt l-istess kundizzjonijiet.

(383)

Il-Belġju jsostni li t-tliet komponenti kollha tal-miżura jnaqqsu l-fatturi ta’ riskju ewlenin li jinħolqu fl-investimenti f’assi tal-ġenerazzjoni tal-enerġija nukleari. Kif spjegat fit-taqsima 3.1 ta’ din id-Deċiżjoni u fit-taqsima 2.3 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, l-għan tal-miżura nnotifikata huwa li tippermetti investiment f’żewġ reatturi nukleari eżistenti biex tiżgura l-operat tagħhom għal perjodu estiż ta’ 10 snin (b’mod partikolari permezz tal-Komponent 1 tal-miżura, ara t-taqsima 3.3.1), u b’hekk tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-provvista fil-Belġju, u tiżgura l-finanzjament tal-iskart nukleari u tal-fjuwil nukleari użat fit-tul (b’mod partikolari permezz tal-Komponent 2 tal-miżura, ara t-taqsima 3.3.2). Barra minn hekk, il-Belġju jsostni li l-protezzjonijiet legali (permezz tal-Komponent 3 tal-miżura, ara t-taqsima 3.3.3) huma meħtieġa sabiex il-proġett LTO jitmexxa ’l quddiem billi jitnaqqsu ċerti riskji li jitqiesu li huma lil hinn mill-kontroll tal-investitur.

(384)

Il-Kummissjoni tfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet l-iżvilupp ta’ kapaċità nukleari ġdida bħala attività ekonomika fis-sens tal-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-TFUE (133) u stabbiliet li l-Artikolu 107 tat-TFUE jista’ jiġi applikat għal investimenti fil-ġenerazzjoni tal-enerġija nukleari (134). Billi l-Proġett LTO jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-ġenerazzjoni tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija nukleari fil-Belġju, dan jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ attività ekonomika fil-Belġju.

(385)

Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-miżura tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerta attività ekonomika kif meħtieġ mill-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-TFUE.

8.3.2.2.   Effett ta’ inċentiv

(386)

L-għajnuna mill-Istat tista’ titqies biss li tiffaċilita attività ekonomika jekk ikollha effett ta’ inċentiv. Effett ta’ inċentiv iseħħ meta l-għajnuna tħajjar lill-benefiċjarju jbiddel l-imġiba tiegħu lejn l-iżvilupp tal-attività ekonomika fil-mira tal-għajnuna, u jekk din il-bidla fl-imġiba kinitx isseħħ mingħajr l-għajnuna.

(387)

Kif spjegat fil-premessi (5) u (6) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ u fil-premessi (19) u (23) ta’ din id-Deċiżjoni, il-Belġju ċċara li, fin-nuqqas ta’ għajnuna, Engie ma jkollhiex l-inċentivi meħtieġa biex tkompli tinvesti fl-iżvilupp tal-kapaċità tal-ġenerazzjoni tal-elettriku nukleari, b’mod partikolari minħabba li, qabel id-deċiżjoni tal-Gvern Belġjan rigward il-Proġett LTO f’Marzu 2022, il-Belġju kien ippjana li jelimina kompletament l-enerġija nukleari (ara t-taqsima 2.2). Barra minn hekk, il-Belġju spjega li hemm fallimenti importanti tas-suq relatati mal-investimenti fir-riżorsi tal-ġenerazzjoni tal-enerġija b’mod ġenerali, u fil-ġenerazzjoni tal-enerġija nukleari b’mod partikolari (ara t-taqsima 3.1). L-investiment fl-enerġija nukleari mingħajr appoġġ mill-Istat x’aktarx li ma jkunx profittabbli minħabba l-inċertezza tal-iżviluppi fis-suq tal-elettriku, b’mod partikolari fil-każ ta’ estensjoni tat-tul tal-ħajja għal perjodu limitat ta’ 10 snin.

(388)

Kif spjegat fil-premessa (19) ta’ din id-Deċiżjoni u fil-premessa (5) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, Engie kienet diġà ħabbret il-pjanijiet tagħha li titlaq mis-settur nukleari fil-Belġju u adattat il-komunikazzjoni u l-istrateġija tagħha skont dan. B’reazzjoni għall-konsultazzjoni pubblika relatata mad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, Engie kkonfermat li ma hemm l-ebda dubju li Electrabel ma kinitx tkompli topera l-Unitajiet LTO fin-nuqqas tal-Proġett LTO, inklużi t-tliet komponenti (ara t-taqsima 5.1.2).

(389)

Il-Belġju jsostni wkoll li l-attivitajiet ta’ żvilupp imwettqa bħala riżultat tal-konklużjoni tal-JDA++ qabel l-għeluq tat-tranżazzjoni huma sempliċiment xogħlijiet preparatorji u studji ta’ fattibbiltà, u li l-ebda xogħol proprju ma se jsir qabel l-għeluq formali tat-tranżazzjoni (ara t-taqsima 3.3.1.1).

(390)

Il-Kummissjoni tqis li l-komponenti kollha tal-miżura għandhom l-istess objettiv speċifiku u huma kollha meħtieġa sabiex il-Proġett LTO jimxi ’l quddiem.

(a)

Il-mekkaniżmi ta’ appoġġ finanzjarju taħt il-Komponent 1 tal-miżura nnotifikata huma meħtieġa biex jitneħħa r-riskju tal-Proġett LTO u biex jiġu koperti l-kostijiet ta’ investiment tiegħu, inkluż profitt raġonevoli, b’mod partikolari minħabba li - taħt il-bażi legali kurrenti - l-operatur nukleari jrid jerġa’ jwaqqaf l-attivitajiet nukleari wara l-estensjoni tat-tul tal-ħajja ta’ 10 snin, li toħloq livell saħansitra ogħla ta’ inċertezza relatata mad-dħul mill-ġenerazzjoni tal-enerġija nukleari.

(b)

Il-ftehim dwar l-iskart taħt il-Komponent 2 tal-miżura u l-ftehim dwar il-protezzjonijiet legali f’każ ta’ bidla fil-liġijiet dwar il-ġenerazzjoni tal-enerġija nukleari (Komponent 3) kienu meħtieġa wkoll minn Engie u Electrabel qabel ma kkunsidraw l-involviment tagħhom fil-Proġett LTO u d-dħul mill-ġdid fin-negozju nukleari fil-Belġju.

(391)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-miżura għandha effett ta’ inċentiv minħabba li tinduċi lill-benefiċjarji jinvolvu ruħhom f’attività ekonomika li ma kinux iwettqu mingħajr il-miżura.

8.3.2.3.   Konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-UE

(392)

Kif spjegat fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fil-kawża Hinkley Point C (135) li “għajnuna mill-Istat li tikser dispożizzjonijiet jew prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni ma tistax tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern”. Speċifikament għall-enerġija nukleari, il-Qorti tal-Ġustizzja ċċarat li għas-settur “kopert mit-Trattat Euratom, l-għajnuna mill-Istat għal attività ekonomika li taqa’ f’dak is-settur, li l-eżami tagħha juri li tikser ir-regoli tad-dritt tal-Unjoni dwar l-ambjent, ma tistax tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern skont dik id-dispożizzjoni”.

(393)

Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat li l-leġiżlazzjoni sekondarja, bħad-Direttiva 2011/92/UE, li skontha ċerti proġetti huma soġġetti għal valutazzjoni tal-impatt ambjentali, tapplika għall-impjanti tal-enerġija nukleari u għal reatturi nukleari oħrajn.

(394)

Il-Qorti ċċarat ukoll li l-investimenti fl-enerġija nukleari ma humiex preklużi mill-Artikolu 194 tat-TFUE dwar il-politika tal-Unjoni dwar l-enerġija (136). Skont il-ġurisprudenza (137), billi l-Istati Membri tal-UE għandhom l-għażla libera, skont it-TFUE, li jinkludu l-enerġija nukleari fit-taħlita tal-enerġija tagħhom, jidher li l-objettivi u l-prinċipji tal-liġi ambjentali tal-UE u l-objettivi segwiti mit-Trattat Euratom ma jmorrux kontra xulxin, b’tali mod li l-prinċipju ta’ protezzjoni tal-ambjent, il-prinċipju ta’ prekawzjoni, il-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas” u l-prinċipju tas-sostenibbiltà ma jistgħux jitqiesu li jipprekludu, fiċ-ċirkostanzi kollha, l-għoti ta’ għajnuna mill-Istat għall-kostruzzjoni jew l-operat ta’ impjant tal-enerġija nukleari.

(395)

B’hekk, il-fatt li l-miżura tikkonċerna l-enerġija nukleari ma jagħmilhiex inkompatibbli mas-suq intern. Il-Belġju għażel l-enerġija nukleari biex jindirizza t-tħassib dwar is-sigurtà tal-provvista u biex jikkontribwixxi għad-dekarbonizzazzjoni tat-taħlita tal-enerġija tiegħu (ara t-taqsimiet 2.3 u 2.4).

(396)

Kif imsemmi fil-premessa (240) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ u fil-premessa (222) ta’ din id-Deċiżjoni, il-Belġju spjega li l-iżvilupp tal-Proġett LTO kien ippreċedut minn proċess estensiv u miftuħ ta’ valutazzjoni tal-impatt ambjentali mwettaq f’konformità mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni sekondarja tal-UE (138). F’reazzjoni għal kumment ta’ parti terza f’dan ir-rigward (ara l-premessa (348)), il-Belġju rrepeta li kienet twettqet valutazzjoni tal-impatt ambjentali tal-Proġett LTO fuq l-inizjattiva tal-FPS Economy Belġjana, u li din ġiet organizzata f’konformità sħiħa mal-liġijiet Belġjani u mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus (ara l-premessa (356)). Għalhekk, il-Kummissjoni ma għandha l-ebda indikazzjoni li l-Proġett LTO jikser kwalunkwe dispożizzjoni tal-liġi ambjentali tal-UE.

(397)

Il-Proġett LTO ġie kkomunikat lill-Kummissjoni u l-awtoritajiet Belġjani nnotifikawh skont l-Artikolu 41 tat-Trattat Euratom.

(398)

Ma huwiex eskluż li Electrabel ikollha bżonn twettaq xogħlijiet ta’ kostruzzjoni sabiex l-Unitajiet LTO jsiru konformi mar-rekwiżiti imposti mill-awtorità tas-sikurezza. Skont il-ġurisprudenza, “meta l-Kummissjoni tapplika l-proċedura tal-għajnuna mill-Istat, din hija meħtieġa, skont l-iskema ġenerali tat-Trattat, li tiżgura li d-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-għajnuna mill-Istat huma applikati b’mod konsistenti mad-dispożizzjonijiet speċifici barra minn dawk relatati mal-għajnuna mill-Istat u, għaldaqstant, tevalwa l-kompatibbiltà tal-għajnuna inkwistjoni ma’ dawk id-dispożizzjonijiet speċifiċi. Madankollu, tali obbligu huwa impost fuq il-Kummissjoni biss fejn l-aspetti tal-għajnuna jkunu inseparabbilment marbuta mal-oġġett tal-għajnuna li jkun impossibbli li jiġu evalwati separatament. […] Għall-kuntrarju, jekk il-modalità inkwistjoni tista’ tiġi sseparata mill-għan tal-għajnuna, il-Kummissjoni ma tkunx obbligata tevalwa l-konformità tagħha mad-dispożizzjonijiet li ma jinkludux dawk dwar l-għajnuna mill-Istat fil-kuntest tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108 tat-TFUE” (139). Fis-sentenza tagħha dwar l-għajnuna mill-Istat għall-impjant tal-enerġija nukleari Paks II, il-Qorti Ġenerali kkonfermat li l-Kummissjoni ma hijiex meħtieġa tivverifika li kwalunkwe aspett ta’ miżura ta’ għajnuna jew kwalunkwe element relatat ma’ għajnuna, fin-nuqqas ta’ rabta inseparabbli, ikun konformi mad-dritt tal-Unjoni (140). Fil-każ rispettiv, il-Qorti Ġenerali osservat ukoll li “[i]ż-żamma ta’ proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku u l-eventwali użu ta’ impriża oħra għall-kostruzzjoni tar-reatturi la jibdlu l-għan tal-għajnuna […] u lanqas il-benefiċjarju tal-għajnuna […]”  (141).

(399)

Kif imsemmi fil-premessa (243) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni tqis li l-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-miżura nnotifikata tista’ tiġi affettwata minn nuqqas ta’ konformità possibbli mad-Direttiva 2014/25/UE jekk tipproduċi distorsjonijiet addizzjonali żejda tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ fis-suq tal-elettriku (is-suq li fih huma attivi l-benefiċjarji). Il-Kummissjoni tinnota li d-Direttiva 2014/25/UE hija ta’ rilevanza fir-rigward tal-għoti dirett ta’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni (potenzjali) għall-Unitajiet LTO lil impriżi speċifiċi.

(400)

F’dan il-każ, anke jekk Electrabel issottokuntrattat ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni (potenzjali) kollha jew parti minnhom relatati mal-Proġett LTO li jistgħu jkunu soġġetti għar-regolament dwar l-akkwist pubbliku, il-Kummissjoni tqis li ma hemm l-ebda “rabta indissolubbli” bejn l-aspetti tal-għajnuna u tal-akkwist pubbliku, minħabba li huwa possibbli li dawn jiġu evalwati separatament. Il-miżura nnotifikata tappoġġa l-estensjoni tat-tul tal-ħajja taż-żewġ reatturi nukleari indipendentement minn kif jintgħażel/jintgħażlu l-kuntrattur(i) futur(i). L-implimentazzjoni tal-għajnuna nnotifikata lanqas ma tiddependi fuq l-applikazzjoni eżatta tar-regoli tal-akkwist pubbliku. Għalhekk, it-tħaddim tal-Unitajiet LTO u l-kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni tal-elettriku huma separabbli mill-aspetti tal-akkwist pubbliku fir-rigward tax-xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni tar-reatturi nukleari. Għalhekk, huwa possibbli għall-Kummissjoni li tivvaluta l-miżura mingħajr ma tevalwa l-aspetti tal-akkwist pubbliku tax-xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni, minħabba li tali aspetti ma humiex marbuta b’mod inseparabbli la mal-attività ekonomika promossa mill-għajnuna u lanqas mal-modalitajiet tagħha.

(401)

Fir-rigward tal-EMSA, il-Belġju jsostni li għaddejja offerta pubblika għall-għażla ta’ sieħeb tal-EMSA u li l-proċedura tal-offerti tirrispetta r-regoli tal-liġi Belġjana dwar l-akkwist pubbliku (ara t-taqsima 3.3.1.5.1). Il-Gvern Belġjan jaġixxi bħala entità kontraenti f’isem u għan-nom ta’ BE-NUC (minħabba li BE-NUC għadha ma hijiex kompletament operazzjonali), iżda BE-NUC innifisha se tikkonkludi l-kuntratt tal-EMSA. Fid-dawl tal-attività ta’ BE-NUC, ġie deċiż li jiġu applikati r-regoli għas-setturi tal-utilitajiet. L-entità kontraenti se tagħżel il-partijiet eliġibbli u tistedinhom jissottomettu offerta, abbażi tal-abbozz ta’ kuntratt tal-EMSA propost mill-entità kontraenti u jistgħu jsegwu negozjati u offerti sussegwenti. Għalhekk, il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi li l-offerta tal-EMSA tirrispetta r-regoli rilevanti tal-akkwist pubbliku Belġjani u tal-UE.

(402)

Il-Belġju kkonferma li r-regoli tal-akkwist pubbliku rigward il-proċedura tal-offerti tal-EMSA (ara l-premessa (143)) u r-regoli tal-akkwist pubbliku b’mod ġenerali (ara l-premessa (356)) ġew irrispettati mill-awtoritajiet Belġjani u minn Engie. Għar-raġunijiet imsemmija fil-premessi (398) sa (401), il-Kummissjoni ma għandha l-ebda indikazzjoni li l-Proġett LTO jikser kwalunkwe dispożizzjoni tal-liġi dwar l-akkwist pubbliku.

(403)

Kif imsemmi fil-premessa (245) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ u fit-taqsima 3.3.2.1 ta’ din id-Deċiżjoni, rigward it-trasferiment tal-obbligazzjonijiet li jikkonċernaw l-iskart nukleari u l-fjuwil nukleari użat, il-ftehim huwa konformi mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2011/70/Euratom. It-Trattat Euratom u l-leġiżlazzjoni sekondarja rilevanti jpoġġu r-responsabbiltà ewlenija biex tiġi żgurata l-ġestjoni responsabbli u sikura tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv u l-finanzjament tagħhom fuq l-operaturi tal-installazzjonijiet nukleari f’konformità mal-prinċipju stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2011/70/Euratom. Madankollu, l-Istat għandu r-responsabbiltà aħħarija għall-ġestjoni responsabbli u sikura tal-iskart radjuattiv u tal-fjuwil użat u biex jiżgura li jkunu disponibbli riżorsi finanzjarji adegwati għal tali ġestjoni. L-awtoritajiet Belġjani wrew li l-miżura għandha l-għan li tiżgura l-finanzjament tal-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart nukleari bħala prerekwiżit għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta’ dawn il-materjali. Għalhekk, il-Kummissjoni ma għandha l-ebda indikazzjoni li l-parti tal-ftehim dwar l-iskart tal-Proġett LTO tikser id-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2011/70/Euratom.

(404)

Billi l-Proġett LTO jirċievi appoġġ fil-forma ta’ CfD bidirezzjonali, il-Kummissjoni tqis li l-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 19d(2) tar-Regolament (UE) 2019/943 (142), kif emendat bir-Regolament (UE) 2024/1747 (ir-“Regolament dwar l-Elettriku”), japplikaw għas-CfDs bidirezzjonali kollha, mid-dħul fis-seħħ ta’ dak ir-Regolament fis-16 ta’ Lulju 2024. Dan jinkludi każijiet fejn Stat Membru, mingħajr ma jkollu l-obbligu li jagħmel dan skont ir-Regolament dwar l-Elettriku, jiddeċiedi li jintroduċi CfD bidirezzjonali b’rabta ma’ investimenti li għandhom l-għan li jtawlu l-ħajja tal-faċilitajiet eżistenti, bħal fil-każ tal-Proġett LTO. F’dan il-kuntest, l-awtoritajiet Belġjani għamlu xi modifiki fid-disinn tas-CfD, sabiex itejbu d-deċiżjonijiet ta’ modulazzjoni billi jittrasferixxu l-awtorità tat-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward ta’ modulazzjonijiet ekonomiċi lis-sieħeb tal-EMSA, kif spjegat fit-taqsima 3.3.1.5.2. Barra minn hekk, il-Belġju intensifika l-mekkaniżmu għall-kondiviżjoni tat-telf/tal-qligħ (MPRA aġġornat), biex jallinja aktar mill-qrib l-appoġġ finanzjarju mal-bidliet fil-prezzijiet tas-suq (ara l-premessa (107)). Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li d-daqs tal-impjanti huwa relattivament kbir meta mqabbel mal-likwidità tas-suq tal-istess ġurnata u tal-ibbilanċjar fil-Belġju, li l-impjanti inkwistjoni jiddependu fuq teknoloġija nukleari antika bi flessibbiltà limitata, li l-impjanti huma soġġetti għal rekwiżiti ta’ sigurtà partikolarment għoljin, u li l-estensjoni u l-introduzzjoni ta’ modulazzjonijiet ekonomiċi jżidu r-riskju ta’ għeluq (ara t-taqsima 2.1). Fl-istess ħin, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li, għalkemm is-swieq Belġjani tal-istess ġurnata u tal-ibbilanċjar huma dejjem aktar integrati mas-swieq ġirien, huma għadhom pjuttost żgħar meta mqabbla mad-daqs taż-żewġ impjanti. F’dan l-isfond, il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-fatt li l-awtoritajiet Belġjani għamlu xi modifiki fid-disinn tas-CfD, sabiex jallinjawh aktar mill-qrib mal-objettivi tal-Artikolu 19d(2) tar-Regolament dwar l-Elettriku billi jiżguraw li l-Unitajiet LTO jiġu modulati b’reazzjoni għas-sinjali tas-suq, b’mod partikolari wkoll billi jiżguraw - kemm jista’ jkun teknikament possibbli - skeda effiċjenti ta’ produzzjoni u manutenzjoni.

(405)

Kif imsemmi fil-premessa (247) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ u fil-premessa (110) ta’ din id-Deċiżjoni, il-Belġju jsostni li kwalunkwe rikavat mis-CfD bidirezzjonali se jidħol fil-baġit ġenerali tal-Istat (soġġett għal kontabilità separata) u se jintuża primarjament biex jiffinanzja l-pagamenti tal-kontroparti tal-RA skont is-CfD għall-Unitajiet LTO. Meta r-rikavati tas-CfD jaqbżu l-ammonti meħtieġa biex jiġu ffinanzjati l-kostijiet tas-CfD għall-Unitajiet LTO, dawn jistgħu jintużaw biex jiffinanzjaw il-kostijiet ta’ CfD ieħor. Il-Belġju jimpenja ruħu li, jekk kwalunkwe rikavat tas-CfD li jifdal jintuża għall-finijiet tad-distribuzzjoni tiegħu lil impriżi, id-distribuzzjoni titwettaq f’konformità mal-Artikolu 19d(2), il-punti (d) u (e), tar-Regolament dwar l-Elettriku. Il-Belġju se jinforma lill-Kummissjoni bil-quddiem f’każ li r-rikavati tas-CfD jitqassmu lill-impriżi u, jekk ikun meħtieġ, jinnotifika tali miżura (ara l-premessa (110)). Permezz ta’ dan l-impenn, il-Kummissjoni tqis li l-Belġju pprovda assigurazzjoni suffiċjenti rigward il-konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 19d(2), il-punti (d) u (e), tar-Regolament dwar l-Elettriku. Il-Belġju kkonferma wkoll li d-disinn tas-CfD jinkludi klawżoli ta’ penali f’każ ta’ terminazzjoni bikrija unilaterali mhux xierqa tal-kuntratt, f’konformità mal-Artikolu 19d(2), il-punt (f), tar-Regolament dwar l-Elettriku (ara l-premessa (110)).

(406)

Kif imsemmi wkoll fil-premessa (248) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, fir-rigward tal-konformità tal-JV mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (143), jidher mis-sottomissjonijiet mill-Istat Belġjan u minn Engie li l-JV ippjanata ma tistax titqies bħala kompletament funzjonali fis-sens tal-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament. Għalhekk, jirriżulta li l-miżura ma hijiex notifikabbli lill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-konformità tagħha ma’ dak ir-Regolament.

(407)

Kif iddikjarat fil-premessa (249) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ u fit-taqsima 3.6 ta’ din id-Deċiżjoni, fir-rigward tal-finanzjament tal-miżura, l-awtoritajiet Belġjani spjegaw li l-kostijiet relatati mal-Proġett LTO huma koperti mill-baġit tal-Istat fejn meħtieġ. Il-benefiċċji tal-proġett imorru wkoll għall-baġit tal-Istat. Ma hemm l-ebda riżorsa ipotekata għall-miżura u, għalhekk, il-miżura ma tiksirx l-Artikolu 30 jew l-Artikolu 110 tat-TFUE.

(408)

Għar-raġunijiet stabbiliti hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura proposta, bħala tali, ma tikser l-ebda dispożizzjoni rilevanti tad-dritt tal-UE.

8.3.2.4.   Konklużjoni

(409)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Proġett LTO jissodisfa l-ewwel kundizzjoni (pożittiva) tal-valutazzjoni tal-kompatibbiltà (jiġifieri li l-għajnuna tiffaċilita l-iżvilupp ta’ attività ekonomika).

8.3.3.   Kundizzjoni negattiva: l-għajnuna ma tistax taffettwa b’mod mhux xieraq il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa punt li jmur kontra l-interess komuni

8.3.3.1.   Identifikazzjoni tas-suq affettwat mill-għajnuna

(410)

Kif irrimarkat fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Proġett LTO twaqqaf biex jikkontribwixxi għas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku fis-suq Belġjan, filwaqt li jnaqqas id-dipendenza tal-Belġju fuq il-fjuwils fossili (b’hekk jikkontribwixxi wkoll għad-dekarbonizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija tal-Belġju). Fl-istess ħin, ġie stabbilit li s-suq Belġjan huwa interkonness sew fir-reġjun tal-Kalkolu tal-Kapaċità Ewlenija (ara l-premessa (374)).

(411)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, is-swieq rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżuri inkwistjoni huma s-swieq tal-elettriku fil-Belġju u s-suq tal-elettriku fir-reġjun tal-Kalkolu tal-Kapaċità Ewlenija.

8.3.3.2.   Identifikazzjoni tal-effetti pożittivi tal-miżura ta’ għajnuna

(412)

Kif imsemmi fil-premessa (254) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ u Tabella 2 ta’ din id-Deċiżjoni, l-estensjoni tat-tul tal-ħajja taż-żewġ reatturi nukleari hija mistennija li tirrappreżenta 12 % sa 16 % tal-ġenerazzjoni tal-elettriku fil-Belġju, li tippermetti li titkompla l-ġenerazzjoni tal-elettriku bbażata fuq l-enerġija nukleari u, għalhekk, tinżamm il-ġenerazzjoni meħtieġa fin-naħa tal-provvista f’konformità mat-taħlita speċifika tal-enerġija magħżula mill-Belġju. Flimkien mal-kapaċità akkwistata permezz tal-mekkaniżmu tal-kapaċità, iż-żamma tal-iżgħar żewġ reatturi nukleari għal 10 snin oħra fis-suq hija meħtieġa biex tiġi indirizzata d-domanda li qed tiżdied kontinwament għall-elettriku fil-Belġju, kif muri fl-aħħar valutazzjoni tal-adegwatezza tar-riżorsi tat-TSO Belġjan (ara t-taqsima 2.4). Għalhekk, il-Proġett LTO għandu effetti pożittivi fuq is-suq, minħabba li se jgħin biex jiġi indirizzat it-tħassib dwar l-adegwatezza tar-riżorsi u jikkontribwixxi għas-sigurtà tal-provvista fil-Belġju.

(413)

Barra minn hekk, l-investimenti fis-sorsi tal-enerġija nukleari jipprovdu assi affidabbli ta’ ġenerazzjoni b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju. Billi jiġu żgurati provvisti siguri meta jiġu eliminati gradwalment l-aktar fjuwils li jniġġsu u titnaqqas id-dipendenza fuq il-gass naturali, il-ġenerazzjoni nukleari, b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju għal kull MWh ta’ elettriku prodott, tikkontribwixxi (b’mod konġunt mal-iżvilupp ta’ enerġiji rinnovabbli) biex jintlaħqu l-objettivi nazzjonali u Ewropej tad-dekarbonizzazzjoni.

(414)

Il-Proġett LTO se jappoġġa direttament ukoll l-objettivi ta’ REPowerEU, minħabba li se jnaqqas id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili importati (b’mod partikolari l-gass) li huma soġġetti għal varjazzjonijiet fil-prezzijiet u r-riskji ġeopolitiċi, u b’hekk isaħħaħ is-sigurtà tal-enerġija (ara l-premessa (21)).

(415)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Proġett LTO għandu effetti pożittivi fuq is-suq minħabba li se jżid is-sigurtà tal-provvista u jikkontribwixxi għad-dekarbonizzazzjoni tat-taħlita tal-enerġija tal-Belġju. Billi r-reġjun għall-Kalkolu tal-Kapaċità Ewlenija huwa interkonness sew, dawn l-effetti pożittivi x’aktarx ikunu ta’ benefiċċju għall-Istati Membri ġirien li jimportaw l-elettriku mill-Belġju.

8.3.3.3.   Ħtieġa tal-intervent mill-Istat

(416)

Sabiex jiġi ddeterminat jekk miżura ta’ għajnuna hijiex meħtieġa, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-miżura hijiex immirata lejn sitwazzjoni fejn il-miżura tista’ ġġib titjib materjali li s-suq waħdu ma jistax iwassal. Għajnuna li ttejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża benefiċjarja, iżda li ma tkunx meħtieġa biex jintlaħaq l-objettiv maħsub, ma tistax titqies bħala kompatibbli mas-suq intern.

(417)

F’dan il-każ, il-Belġju jrid jestendi l-ħajja tal-iżgħar żewġ reatturi nukleari tiegħu sabiex jindirizza kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-provvista, filwaqt li fl-istess ħin inaqqas il-konsum tal-fjuwils fossili u b’hekk jikkontribwixxi għad-dekarbonizzazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk l-għajnuna mill-Istat biex iżżomm l-enerġija nukleari fis-suq hijiex meħtieġa biex jintlaħqu dawn l-objettivi.

(418)

Fit-taqsima 2.3.2 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ u fit-taqsima 3.1 ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni spjegat li l-eżistenza ta’ fallimenti tas-suq hija fattur rilevanti għall-valutazzjoni tal-ħtieġa tal-għajnuna u rrikonoxxiet ċerti fallimenti tas-suq li jitolbu intervent mill-Istat rigward l-iżvilupp tal-enerġija nukleari (144). Għall-investimenti fl-enerġija nukleari b’mod partikolari, il-falliment tas-suq jirriżulta prinċipalment minħabba għadd ta’ riskji partikolari li huma diffiċli li jiġu ġestiti għall-investituri merkantili (145), bħal:

(a)

il-kumplessità tat-teknoloġija nukleari li twassal għal skopertura għar-riskji tekniċi u tal-ġestjoni tal-proġetti, kif ukoll għar-riskji tas-suq u tal-investiment (minħabba l-intensità tal-kapital tal-investimenti u l-volatilità tas-swieq tal-enerġija), li huma ttrattati mill-Komponent 1 tal-miżura;

(b)

ir-riskji fit-tul relatati mal-immaniġġar tal-iskart nukleari u d-dekummissjonar u ż-żarmar tal-impjanti tal-enerġija nukleari, li huma ttrattati mill-Komponent 2 tal-miżura; kif ukoll

(c)

skopertura għal riskji relatati ma’ deċiżjonijiet regolatorji u politiċi, li huma ttrattati mill-Komponent 3 tal-miżura.

(419)

Skont il-Belġju, kull wieħed mit-tliet komponenti tal-Proġett LTO jittratta wieħed mir-riskji u l-fallimenti tas-suq kif imsemmi fil-premessa (418).

(420)

Il-Belġju jargumenta wkoll li l-mekkaniżmu tal-kapaċità Belġjan ma huwiex mekkaniżmu ta’ finanzjament xieraq għall-kapaċità tal-enerġija nukleari fil-Belġju, b’mod partikolari minħabba l-perjodu ta’ żmien qasir li fih ġiet deċiża l-estensjoni tat-tul tal-ħajja, l-inċertezzi addizzjonali u l-fallimenti tas-suq relatati mal-investimenti fl-enerġija nukleari meta mqabbla ma’ teknoloġiji oħrajn, il-karatteristiċi speċifiċi tal-mekkaniżmu tal-kapaċità, li għandu rkantijiet annwali b’eżitu inċert, u twaqqit li huwa inkompatibbli mat-twaqqit tal-Proġett LTO (ara t-taqsima 3.3.4 u l-premessa (353)). Barra minn hekk, il-Belġju jsostni li l-miżura nnotifikata, inkluż il-pakkett ta’ sub-miżuri, kienet meħtieġa biex tikkonvinċi lil Engie tibda negozjati dwar l-estensjoni tat-tul tal-ħajja tal-Unitajiet LTO, billi Engie kienet diġà ħadet id-deċiżjoni li twaqqaf l-attivitajiet nukleari kollha fil-Belġju (ara l-premessa (19)).

(421)

Għalhekk, il-Belġju jargumenta li l-estensjoni tat-tul tal-ħajja taż-żewġ reatturi nukleari mhux probabbli li sseħħ mingħajr appoġġ mill-Istat, inkluż mudell ta’ remunerazzjoni xieraq (Komponent 1), ftehim dwar it-trasferiment tal-obbligazzjonijiet ta’ skart nukleari u fjuwil użat (Komponent 2) u d-dispożizzjonijiet ta’ protezzjoni legali (Komponent 3), fejn kull wieħed minnhom jindirizza wieħed mill-fallimenti tas-suq imsemmija hawn fuq.

(422)

Il-ħtieġa għal kull wieħed mit-tliet komponenti tal-miżura hija vvalutata (separatament) fit-taqsimiet 8.3.3.3.1, 8.3.3.3.2 u 8.3.3.3.3. Il-valutazzjoni tal-ħtieġa kkombinata tal-Komponent 1, il-Komponent 2 u l-Komponent 3, kif ukoll l-effetti kumulattivi potenzjali tagħhom hija pprovduta fit-taqsima 8.3.3.6.

8.3.3.3.1.   Ħtieġa għall-Komponent 1

(423)

Fir-rigward tar-riskji tekniċi, tal-ġestjoni tal-proġetti, tas-suq u tal-investiment imsemmija mill-Belġju, il-Kummissjoni rrikonoxxiet f’deċiżjonijiet preċedenti li l-investimenti fi proġetti ġodda tal-enerġija nukleari huma soġġetti għal riskju sinifikanti minħabba t-taħlita ta’ kostijiet kapitali għoljin bil-quddiem, ħinijiet twal tal-kostruzzjoni u perjodu twil ta’ operat biex jiġu rkuprati l-kostijiet tal-investiment. Il-Kummissjoni rrikonoxxiet ukoll li n-nuqqas ta’ strumenti finanzjarji bbażati fuq is-suq, kif ukoll tipi oħrajn ta’ kuntratti, biex jiħħeġġaw kontra riskju sostanzjali bħal dan jikkostitwixxi falliment tas-suq li huwa speċifiku għal ftit teknoloġiji, fosthom l-enerġija nukleari (146). Madankollu, dan kien jikkonċerna investimenti f’impjanti ġodda tal-enerġija nukleari. B’kuntrast, dan il-każ ikopri l-investimenti fl-estensjoni tat-tul tal-ħajja ta’ żewġ operaturi nukleari eżistenti. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-kwistjoni tal-investiment fl-estensjoni tat-tul tal-ħajja taż-żewġ reatturi nukleari ma kinitx tippreżenta ruħha fin-nuqqas ta’ għajnuna.

(424)

L-ewwel nett, fir-rigward tal-osservazzjoni tal-Kummissjoni fil-premessa (295) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, li l-estensjoni tat-tul tal-ħajja ta’ Doel 1, Doel 2 u Tihange 1 b’10 snin fl-2015 seħħet mingħajr pakkett ta’ miżuri ta’ appoġġ finanzjarju (147), Engie sostniet, bħala rispons għall-konsultazzjoni pubblika (ara l-premessa (290)) li ċ-ċirkostanzi taż-żewġ proġetti ma humiex komparabbli, billi f’dan il-każ: (i) il-Gvern Belġjan ħa d-deċiżjoni dwar il-Proġett LTO wara li Engie bdiet it-tħejjijiet biex titlaq min-negozju nukleari, (ii) hemm kostijiet addizzjonali relatati mal-iskeda ta’ żmien stretta tal-Proġett LTO kurrenti, li kienu rikonoxxuti wkoll mill-Awtorità għas-Sikurezza Nukleari (AFCN/FANC), u (iii) is-sehem akbar ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fis-sistema tal-enerġija jwassal għal volatilità ogħla tal-prezzijiet tas-suq meta mqabbla mas-sitwazzjoni u l-aspettattivi fl-2015.

(425)

It-tieni, fir-rigward tad-dubju tal-Kummissjoni dwar il-ħtieġa li jkun hemm il-pakkett sħiħ ta’ miżuri ta’ remunerazzjoni, il-Belġju u Engie sostnew li kull parti tal-Komponent 1 tissodisfa objettiv speċifiku u li s-subkomponenti huma komplementari. Il-Belġju ċċara f’aktar dettall l-istruttura tal-miżuri finanzjarji (ara wkoll il-premessa (68)).

(a)

Il-kostijiet operatorji u tal-manutenzjoni tal-Proġett LTO huma ffinanzjati permezz tad-dħul operatorju tal-LTO, fejn fluss stabbli ta’ dħul operatorju huwa garantit permezz tas-CfD. Kif spjegat mill-Belġju u minn Engie, minħabba l-fallimenti tas-suq relatati mal-industrija nukleari u l-volatilità għolja tas-suq tal-elettriku fis-snin li ġejjin, il-Proġett LTO huwa espost għal riskju qawwi ta’ diskrepanza fil-finanzjament, u b’hekk jagħmel is-CfD strument neċessarju biex jinkiseb dħul operatorju stabbli. Il-Kummissjoni tqis li CfD iddisinjat b’mod xieraq huwa strument neċessarju biex jiggarantixxi fluss ta’ dħul stabbli f’ambjent tas-suq inċert. Il-Kummissjoni diġà rrikonoxxiet fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ ir-riskju għoli ta’ VPN negattiv għall-Proġett LTO fin-nuqqas ta’ CfD. Barra minn hekk, il-Kummissjoni taqbel ukoll li l-estensjoni tat-tul tal-ħajja tal-Unitajiet LTO (10 snin) tkopri perjodu ta’ żmien qasir meta mqabbel mad-durata medja tal-investimenti fis-settur nukleari (saħansitra aktar billi l-Unitajiet LTO mhux se jaħdmu b’kapaċità ta’ 100 % matul l-ewwel 3 snin minħabba l-ħtieġa li jitlestew ix-xogħlijiet ta’ estensjoni tal-LTO fl-istess ħin), filwaqt li hemm kostijiet sinifikanti sabiex l-Unitajiet LTO jsiru konformi mar-regolamenti tas-sikurezza.

(b)

L-MOCP u s-Self tal-SDC jikkomplementaw is-CfD sabiex jiżguraw stabbiltà finanzjarja fit-tul, billi ma jistax jiġi eskluż li matul il-perjodu ta’ 10 snin se jseħħu perjodi ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà mhux ippjanat sinifikanti. Id-data pprovduta minn Electrabel tabilħaqq turi li l-probabbiltà ta’ avveniment bħal dan ma hijiex żgħira, iżda x’aktarx li sseħħ abbażi tal-esperjenza tagħha mar-reatturi nukleari Belġjani matul il-perjodu 2012-2022 (ara Tabella 10). Is-Self tal-SDC huwa maħsub biex jiżgura biżżejjed flus kontanti matul il-Fażi tal-Bidu mill-Ġdid tal-Proġett LTO, meta jkunu għadhom iridu jsiru xogħlijiet importanti u l-Unitajiet LTO ma jkunux jistgħu jaħdmu b’kapaċità sħiħa, u jkunu ppjanati li jitħallsu lura sal-aħħar tal-perjodu ta’ 10 snin. B’kuntrast ma’ dan, l-MOCP huwa disponibbli matul il-perjodu kollu ta’ 10 snin, iżda jkopri biss sitwazzjonijiet ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà mhux ippjanat sinifikanti. Faċilità ta’ kapital operatorju (WCF) isservi bħala pont fi ħdan is-sena għall-MOCP annwali. Il-Belġju pprovda tliet xenarji li juru l-impatt tal-okkorrenza ta’ avvenimenti sinifikanti ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà mhux ippjanat. Kif jidher ċar minn Tabella 11, mingħajr l-MOCP u s-Self tal-SDC, il-JV tista’ tfalli f’dawn is-sitwazzjonijiet li mhux improbabbli li jseħħu matul il-perjodu ta’ 10 snin.

(c)

Għalhekk, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li s-CfD, is-Self tal-SDC, l-MOCP u d-WCF huma miżuri komplementari, li kollha huma meħtieġa biex jiġi żgurat li BE-NUC ikollha, f’kull ħin, biżżejjed likwidità biex tħallas il-kostijiet operatorji, tal-manutenzjoni u tal-fjuwil tagħha biex tippermetti operat sikur u affidabbli tal-Unitajiet LTO.

(d)

Billi Engie kienet fil-proċess li tillimita l-iskopertura tagħha għall-enerġija nukleari (ara l-premessa (19)) u ma riditx tinvesti waħedha l-CAPEX meħtieġ ta’ aktar minn EUR [2-2,5] biljun għall-Proġett LTO, u tappoġġa waħedha t-telf potenzjali kollu minħabba nuqqasijiet ta’ disponibbiltà mhux mistennija u kostijiet akbar milli ppjanati, hija talbet mekkaniżmu għall-kondiviżjoni tar-riskji fuq bażi ta’ 50/50 mal-Istat Belġjan qabel ma ssottoskriviet għall-ftehim dwar il-Proġett LTO (ara l-premessa (23)), u insistiet fuq l-istruttura tal-JV (il-ħolqien ta’ BE-NUC) minbarra l-mekkaniżmi ta’ remunerazzjoni fl-RA sabiex tkopri r-riskji ta’ finanzjament u solvenza li fadal. Ir-rekwiżiti tal-CAPEX tal-Proġett LTO huma ffinanzjati mill-azzjonisti tal-JV fuq bażi pari passu, jew permezz ta’ ekwità jew permezz ta’ Self mill-Azzjonisti.

—

anke bil-mekkaniżmi ta’ remunerazzjoni finanzjarja tal-RA fis-seħħ, għad hemm riskji sinifikanti, li Engie ma riditx iġġorr waħedha. Engie pprovdiet simulazzjoni li turi l-impatt ta’ avvenimenti ta’ disponibbiltà mnaqqsa u/jew kostijiet operatorji miżjuda matul il-Fażi tat-Tħaddim li ma humiex koperti mill-MOCP, li jista’ jkollhom effett negattiv sinifikanti fuq il-profittabbiltà ta’ BE-NUC, kif muri fi Tabella 16.

—

Permezz tal-istruttura tal-JV, il-finanzjament tal-CAPEX jista’ jseħħ mingħajr skopertura għad-dejn, li f’dan il-każ ikun għali ħafna jew diffiċli biex jinkiseb minħabba li l-banek kummerċjali ma humiex lesti li jkunu esposti għal assi nukleari.

—

L-introduzzjoni ta’ Self mill-Azzjonisti flimkien mal-injezzjoni ta’ ekwità tirriżulta minn kunsiderazzjonijiet finanzjarji minħabba li tagħti aktar flessibbiltà fit-tfassil ta’ skedi ta’ prelevament u ħlas lura u tottimizza l-istruttura finanzjarja fir-rigward tal-introjtu taxxabbli.

(e)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-twaqqif ta’ JV, fejn ir-riskji relatati ma’ kostijiet akbar milli ppjanati u indisponibilitajiet furzati mhux koperti mill-istrumenti finanzjarji l-oħrajn huma kondiviżi mal-Istat Belġjan, jista’ jitqies neċessarju.

(f)

Il-JDA++ ikopri l-kostijiet relatati mal-attivitajiet ta’ żvilupp li jeħtieġ li jitwettqu sabiex jintlaħqu l-aspettattivi tal-awtorità tas-sikurezza fir-rigward tal-Proġett LTO. Minħabba l-iskeda ta’ żmien stretta tal-Proġett LTO, il-Kummissjoni tqis li għalhekk kien meħtieġ li jiġi stabbilit arranġament u ssir konklużjoni dwar il-finanzjament ta’ dawn l-attivitajiet.

(g)

Fir-rigward tas-sub-miżuri li jifdal tal-Komponent 1, kif diġà ssemma fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni tqis li:

—

il-Ftehim O&M jippermetti li tiġi żgurata l-kopertura tal-kostijiet kollha tal-operat u tal-manutenzjoni fi kwalunkwe ħin, u b’hekk huwa neċessarju;

—

il-konklużjoni ta’ ftehim dwar il-prattiki amministrattivi u dwar il-bejgħ tal-enerġija hija rekwiżit biex il-Proġett LTO jkun operattiv fil-prattika, u b’hekk l-ASA u l-EMSA huma neċessarji; kif ukoll

—

hija prattika standard, bħala parti minn ftehim bejn żewġ partijiet, li jintlaħaq qbil dwar it-termini f’każ li ma jkunx hemm għeluq tat-tranżazzjoni, u b’hekk l-indennifikazzjoni tat-telf mill-kopertura tal-kostijiet f’każ li ma jkunx hemm għeluq hija neċessarja.

(426)

It-tielet, il-Kummissjoni tfakkar il-kummenti ta’ partijiet terzi li argumentaw li l-provvista tal-enerġija tista’ tiġi garantita wkoll minn teknoloġiji orħos u kkunsidraw li s-sussidji lis-settur nukleari jnaqqsu r-ritmu tal-progress fuq teknoloġiji oħrajn orħos u li ma jagħmlux ħsara lill-klima (b’mod partikolari sorsi ta’ enerġija rinnovabbli). Il-Belġju sostna li l-Istati Membri għandhom l-awtonomija li jsawru l-politiki tal-enerġija tagħhom, inkluża l-għażla li jinkorporaw l-enerġija nukleari fit-taħlita tal-enerġija tagħhom, u li taħlita diversa ta’ metodi ta’ produzzjoni tal-enerġija hija essenzjali biex jinżamm network tal-elettriku affidabbli u bilanċjat. Minħabba l-fatt li l-konċentrazzjoni tas-suq naqset f’dawn l-aħħar snin bis-saħħa ta’ sehem ogħla ta’ enerġija rinnovabbli fit-taħlita tal-enerġija Belġjana (ara l-premessi (34) sa (37)), u minħabba l-investimenti reċenti tal-Istat Belġjan fil-park eoliku lil hinn mill-kosta Princess Elisabeth (148), il-Kummissjoni ma tara l-ebda raġuni biex tikkonkludi li l-Proġett LTO se jfixkel l-akkumulazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fil-Belġju. Il-ħtieġa li jsir investiment kemm fl-enerġija nukleari kif ukoll f’dik rinnovabbli hija wkoll plawżibbli, billi s-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli bħalissa għad għandhom żvantaġġi bħad-disponibbiltà tas-siti u l-kapaċità ta’ konnessjoni tan-network. Ir-remunerazzjoni permezz tad-disinn (modifikat) tas-CfD tipprovdi aktar inċentivi biex tiġi massimizzata l-produzzjoni f’sigħat bi prezz għoli (sa fejn ikun possibbli minħabba t-teknoloġija antika involuta fl-Unitajiet LTO). Din tnaqqas l-impatt kompetittiv tal-miżura fuq l-investimenti rinnovabbli bbażati fuq is-suq, minħabba li l-assi tal-ġenerazzjoni rinnovabbli jistgħu jkunu mistennija li jaħdmu partikolarment spiss fil-perjodi ta’ żmien bi prezz aktar baxx (bħal f’dawk il-perjodi, id-disponibbiltà tar-riżorsi rinnovabbli hija għolja, u dan inaqqas il-prezzijiet tas-suq).

(427)

Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-argument tal-Belġju li d-diskrepanza fil-finanzjament tal-Unitajiet LTO ma tistax tissolva b’mod adegwat permezz tal-parteċipazzjoni fil-mekkaniżmu tal-kapaċità (ara t-taqsima 3.3.4 u l-premessa (353)), il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-eżitu inċert tal-irkantijiet tas-CM u t-twaqqit tal-irkantijiet ma humiex kompatibbli mal-pjan tal-Belġju li l-LTO jerġa’ jibda jseħħ fl-2025. B’mod partikolari, il-Gvern Belġjan ħabbar il-Proġett LTO f’Marzu 2022 u ffirma Ftehim ta’ Implimentazzjoni vinkolanti fit-13 ta’ Diċembru 2023 (ara t-taqsima 2.3). Sa dak iż-żmien, kienu diġà saru tliet irkantijiet tas-CM.

(428)

Fid-dawl tar-raġunament ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li s-sub-miżuri kollha tal-Komponent 1 ġew ipprovati li huma komplementari u neċessarji.

8.3.3.3.2.   Ħtieġa għall-Komponent 2

(429)

Fir-rigward tal-fallimenti tas-suq u r-riskji relatati mal-kostijiet inċerti tal-immaniġġar tal-iskart nukleari u d-dekummissjonar, kif imsemmi fil-premessa (276) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni tqis li dawn huma ttrattati bit-trasferiment tal-obbligazzjonijiet rigward l-iskart radjuattiv u l-fjuwil użat, kif ukoll bit-trasferiment ta’ obbligazzjonijiet addizzjonali ta’ dekummissjonar li jirriżultaw mill-Proġett LTO. Il-ftehim dwar l-iskart għandu l-għan li jiżgura l-immaniġġar responsabbli u sikur tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv, billi t-trasferiment se jiggarantixxi l-finanzjament tal-iskart nukleari u jżid il-livell ta’ sikurezza għall-ħżin interim u r-rimi finali ta’ dawn il-materjali. Il-Belġju jsostni li l-obbligazzjonijiet addizzjonali ta’ dekummissjonar li jirriżultaw mill-Proġett LTO ikopru biss il-kostijiet żejda minħabba l-Proġett LTO, ma jkopru l-ebda kost operatorju relatat mal-ġestjoni ta’ kuljum jew mal-attivitajiet tas-soltu u, għalhekk, ma humiex distorsivi.

(430)

Kif irrimarkat mill-Kummissjoni f’deċiżjonijiet preċedenti rigward it-trasferiment tal-obbligazzjonijiet tal-iskart nukleari fil-Ġermanja u fir-Renju Unit (149), l-immaniġġar tal-iskart radjuattiv huwa kkaratterizzat minn skedi ta’ żmien twal, li għalhekk jistgħu jeħtieġu xi forma ta’ intervent mill-Istat. Barra minn hekk, il-ħtieġa għal intervent mill-Istat fir-rigward tal-immaniġġar responsabbli u sikur tal-iskart radjuattiv hija stabbilita fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/70/Euratom, li jipprevedi r-responsabbiltà aħħarija tal-Istat f’dan ir-rigward. It-trasferiment tal-obbligazzjonijiet għall-immaniġġar tal-iskart radjuattiv u d-dekummissjonar iservi l-objettiv li jiġi żgurat il-finanzjament tal-immaniġġar tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv bħala prerekwiżit għall-immaniġġar responsabbli u sikur ta’ dawn il-materjali. Barra minn hekk, Engie ma kinitx qed tippjana li żżomm l-attivitajiet nukleari tagħha fil-Belġju (ara l-premessa (19)) u qablet biss li tibda negozjati dwar l-estensjoni tat-tul tal-ħajja meta kien hemm ftehim dwar l-arranġamenti finanzjarji, iżda wkoll dwar it-trasferiment tal-obbligazzjonijiet tal-iskart nukleari (ara l-premessa (23)).

(431)

Fir-rigward tat-trasferiment ta’ obbligazzjonijiet addizzjonali ta’ dekummissjonar li jirriżultaw mill-Proġett LTO b’mod partikolari, billi dan it-trasferiment ikopri biss il-kostijiet addizzjonali li jirriżultaw mill-Proġett LTO, filwaqt li l-obbligazzjonijiet regolari ta’ dekummissjonar u żarmar jibqgħu tal-operatur nukleari, u billi kien il-Gvern Belġjan, mhux Engie jew Electrabel, li jitlob l-estensjoni tat-tul tal-ħajja, il-Kummissjoni tqis li dan it-trasferiment ta’ obbligazzjonijiet addizzjonali ta’ dekummissjonar li jirriżultaw mill-Proġett LTO huwa wkoll meħtieġ. Meta mqabbla mal-valutazzjoni fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-kostijiet addizzjonali tad-dekummissjonar relatati mal-Proġett LTO ġew ikkonfermati wkoll mis-CPN/CNV sadanittant (ara l-premessa (200)).

(432)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma toġġezzjonax għar-rilaxx tal-assi mhux Ewropej ta’ Electrabel mill-perimetru ta’ Electrabel minħabba li Engie se tiżgura li mill-inqas EUR 4 biljun ta’ assi jibqgħu f’Electrabel (ara l-premessi (59) u (181)).

(433)

Fid-dawl tar-raġunament ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni għalhekk tqis li l-Komponent 2 tal-miżura nnotifikata huwa neċessarju.

8.3.3.3.3.   Ħtieġa għall-Komponent 3

(434)

Fir-rigward tal-fallimenti tas-suq relatati mar-riskji regolatorji u politiċi, kif imsemmi fil-premessa (278) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni tqis li, filwaqt li t-teknoloġiji kollha fil-prinċipju jistgħu jbatu minn “waqfien” politiku, minħabba n-natura kontroversjali tat-teknoloġija nukleari, il-proġetti nukleari jistgħu jkunu mistennija li jsofru aktar minn dan (150). B’mod partikolari, il-Belġju diġà biddel xi drabi r-rotta politika tiegħu fir-rigward tal-enerġija nukleari matul l-aħħar 25 sena (ara t-taqsima 2.2), għalhekk il-Kummissjoni tqis li dan ir-riskju huwa partikolarment preżenti fil-Belġju. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda evidenza li turi l-kuntrarju matul il-konsultazzjoni pubblika dwar il-każ.

(435)

Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li r-riskji regolatorji u politiċi huma ttrattati b’mod effiċjenti permezz tal-miżura ta’ protezzjoni legali u li huma meħtieġa protezzjonijiet legali fil-każ tal-enerġija nukleari, kif rikonoxxut ukoll mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni fil-każ SA.39487 (151).

8.3.3.3.4.   Konklużjoni dwar il-ħtieġa tal-miżura

(436)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-tliet komponenti kollha tal-miżura (inklużi s-sub-komponenti tagħhom) huma neċessarji biex tiġi żgurata l-estensjoni tat-tul tal-ħajja ta’ żewġ reatturi nukleari fil-Belġju. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura tipproduċi effett ta’ inċentiv għall-benefiċjarji, u b’hekk tiżgura li l-Proġett LTO jitwettaq b’suċċess.

8.3.3.4.   Adegwatezza

(437)

Il-fallimenti tas-suq imsemmija fit-taqsima 3.1, li jirriżultaw minn: (i) suq tal-enerġija inċert u klima ta’ investiment, (ii) kostijiet inċerti relatati mal-iskart nukleari, u (iii) esponiment għal deċiżjonijiet politiċi, li jipprevjenu lill-operatur nukleari milli jikseb ċertezza tad-dħul. F’dan il-każ, il-Kummissjoni tqis li dan huwa partikolarment problematiku minħabba t-teknoloġija antika li fuqha huma bbażati l-Unitajiet LTO, li ftit tħalli lok għal flessibbiltà, kif ukoll it-tul limitat tal-estensjoni tat-tul tal-ħajja ta’ 10 snin. Dawn il-karatteristiċi, li huma partikolarment preżenti fil-każ inkwistjoni, jikkomplikaw aktar l-operat profittabbli tal-Unitajiet LTO, tant li l-Kummissjoni tqis li l-appoġġ mill-Istat huwa xieraq.

(438)

Il-Belġju jsostni li, minħabba l-fallimenti identifikati tas-suq u r-riskji speċifiċi relatati mal-enerġija nukleari, huwa meħtieġ mekkaniżmu ta’ appoġġ separat għall-enerġija nukleari. Kif imsemmi fit-taqsima 3.3.4, il-Belġju jsostni li ġew ikkunsidrati forom oħrajn ta’ skemi ta’ appoġġ finanzjarju dirett (primjum feed-in fiss, CfD unidirezzjonali u mudell ta’ bażi tal-assi regolati) iżda ma nstabux xierqa biex jappoġġaw il-Proġett LTO. Il-Belġju jsostni li t-tliet komponenti tal-miżura nnotifikata huma meħtieġa biex jindirizzaw il-fallimenti u r-riskji tas-suq. Skont il-Belġju: (i) l-istruttura partikolari tal-Proġett LTO u l-miżuri ta’ appoġġ finanzjarju tal-Komponent 1 huma xierqa biex jiggarantixxu dħul stabbli għall-operatur nukleari u biex jevitaw l-insolvenza tal-JV f’każ ta’ avvenimenti mhux ippjanati sinifikanti, (ii) il-Limitu Massimu tal-Iskart u s-sub-miżuri relatati tal-Komponent 2 huma xierqa biex jiggarantixxu li l-fondi meħtieġa jkunu disponibbli biex jiffinanzjaw soluzzjonijiet responsabbli u sikuri għall-immaniġġar tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv, filwaqt li (iii) il-protezzjonijiet legali tal-Komponent 3 huma xierqa biex jiggarantixxu l-protezzjoni kontra bidliet fl-opinjoni pubblika u l-pożizzjoni ta’ dawk li jfasslu l-politika lejn l-enerġija nukleari.

(439)

Il-Kummissjoni se tivvaluta - għal kull komponent separatament - fit-taqsimiet ta’ hawn taħt jekk il-Komponent 1, il-Komponent 2 u l-Komponent 3 tal-miżura nnotifikata, inklużi d-diversi sub-miżuri tagħhom, humiex xierqa. Il-valutazzjoni tal-adegwatezza kkombinata tal-Komponent 1, il-Komponent 2 u l-Komponent 3, kif ukoll l-effetti kumulattivi potenzjali tagħhom hija pprovduta fit-taqsima 8.3.3.6.

8.3.3.4.1.   Komponent 1 tal-adegwatezza

(440)

L-ewwel nett, kif imsemmi fil-premessi (285), (300) u (303) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ rispettivament, il-Kummissjoni sabet li l-JDA++, l-ASA u l-indennifikazzjoni tat-telf mill-kopertura tal-kostijiet f’każ li ma jkunx hemm għeluq huma miżuri xierqa. L-ewwel nett, minħabba l-perjodu ta’ żmien qasir qabel id-data tal-bidu mill-ġdid tal-LTO u l-ħtieġa li jinbdew l-attivitajiet ta’ żvilupp mill-aktar fis possibbli wara li l-Gvern Belġjan ikun ħa d-deċiżjoni li jestendi t-tul tal-ħajja ta’ żewġ reatturi nukleari, il-Kummissjoni tqis il-konklużjoni tal-ftehim JDA++, qabel l-għeluq finali tat-tranżazzjoni, bħala strument xieraq biex jiġi żgurat li l-attivitajiet ta’ żvilupp neċessarji jitwettqu fil-ħin mill-operatur nukleari. It-tieni, il-Kummissjoni tqis li l-konklużjoni ta’ ftehim dwar il-prattiki amministrattivi (ASA), kif ukoll il-qbil dwar it-termini f’każ li t-tranżazzjoni ma tingħalaqx, huma prattika standard, bħala parti minn ftehim bejn żewġ partijiet. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda evidenza għall-kuntrarju rigward dawn it-tliet sub-miżuri matul il-konsultazzjoni pubblika dwar il-każ. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-JDA++, l-ASA u l-indennifikazzjoni tat-telf mill-kopertura tal-kostijiet f’każ li ma jkunx hemm għeluq bħala miżuri xierqa li jridu jkunu parti mill-Proġett LTO.

(441)

It-tieni, fir-rigward tas-CfD, il-Belġju jsostni li s-CfD bidirezzjonali huwa l-aktar għażla xierqa biex jiġu indirizzati l-fallimenti tas-suq u biex tiġi pprovduta ċertezza tad-dħul, filwaqt li tiġi evitata r-remunerazzjoni eċċessiva tal-operatur nukleari. Il-mekkaniżmi ta’ appoġġ alternattivi (il-parteċipazzjoni fis-CM, il-primjum feed-in fiss, is-CfD unidirezzjonali, il-mudell ta’ RAB) ġew eżaminati mill-awtoritajiet Belġjani, iżda tqiesu bħala inqas xierqa (ara t-taqsima 3.3.4). Kif imsemmi fil-premessi (290) sa (293) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni kellha diversi tħassib rigward id-disinn tas-CfD, u ħafna mir-rispondenti terzi għall-konsultazzjoni pubblika qablu mal-fehma tal-Kummissjoni (ara t-taqsima 6.2.1.2):

(a)

Id-disinn (inizjali) tas-CfD jikkorrispondi għall-għoti ta’ remunerazzjoni fissa għal kull MWh ta’ elettriku effettivament prodott u ma kellux inċentivi xierqa sabiex l-elettriku jiġi prodott u l-manutenzjoni tiġi skedata f’konformità maċ-ċirkostanzi tas-suq, u dan iġib miegħu r-riskju ta’ distorsjonijiet bla bżonn tal-operazzjonijiet tas-suq.

(b)

Barra minn hekk, l-arranġament ta’ modulazzjoni (inizjali) definit minn qabel ippreveda biss penali meta l-produzzjoni tal-Unitajiet LTO ma tnaqqsitx meta l-prezz tal-elettriku jkun nieqes EUR 20 għal kull MWh jew inqas għal aktar minn 6 sigħat, li jwassal għall-għoti ta’ għajnuna fi żminijiet ta’ prezzijiet negattivi tal-elettriku.

(c)

Il-Kummissjoni lanqas ma kienet konvinta f’dak iż-żmien li l-mekkaniżmu (inizjali) għall-kondiviżjoni tat-telf/tal-qligħ ikollu impatt fil-prattika.

(d)

Fl-aħħar nett, kien hemm dubji dwar jekk il-prezz tad-DAM bħala MRP fil-formula tas-CfD kienx l-aktar għażla effiċjenti, u jekk kienx ikun aktar xieraq li jiġi inkluż ukoll prodott fit-tul fl-MRP.

(442)

Bħala reazzjoni għat-tħassib tal-Kummissjoni rigward id-disinn tas-CfD, il-Belġju għamel xi modifiki:

(a)

L-ewwel nett, il-Belġju ċċara li, minħabba t-teknoloġija nukleari l-antika li fuqha huma bbażati l-Unitajiet LTO, huwa impossibbli li dawn isiru reattivi ħafna għal kwalunkwe sinjal tas-suq. Kif imsemmi fit-taqsima 2.1, Engie nnifisha kienet miftuħa biex tkun tista’ tivvalorizza l-flessibbiltà tal-Unitajiet LTO fis-swieq tal-enerġija fil-kuntest tal-miżura, filwaqt li tenfasizza r-riskji konsegwenti ta’ għeluq minħabba l-modulazzjonijiet tar-reatturi. Fl-istess ħin, l-awtorità Belġjana għas-sikurezza nukleari imponiet limitazzjoni fuq l-għadd ta’ modulazzjonijiet ekonomiċi għal kull ċiklu. Sabiex iwieġeb għat-tħassib tal-Kummissjoni u ta’ partijiet terzi kif imsemmi fil-premessa (441)(a), filwaqt li jżomm f’moħħu r-restrizzjonijiet tekniċi tal-impjanti, il-Belġju ddeċieda li jimmodifika r-remunerazzjoni tas-sieħeb indipendenti tal-EMSA. Il-Belġju inkluda komponent varjabbli għall-formula ta’ remunerazzjoni, sabiex is-sieħeb tal-EMSA jkollu inċentivi biex ibigħ l-elettriku nukleari kemm jista’ jkun f’konformità maċ-ċirkostanzi tas-suq, filwaqt li jżomm f’moħħu r-restrizzjonijiet tal-modulazzjoni, kif spjegat fit-taqsima 3.3.1.5.2. Skont din l-istruttura l-ġdida, sabiex jiġi mwieġeb it-tħassib fil-premessa (441)(b), l-arranġament ta’ modulazzjoni tneħħa minħabba li se jkun f’idejn is-sieħeb tal-EMSA li jiddeċiedi meta jkun xieraq li tiġi skattata modulazzjoni ekonomika. Is-sieħeb tal-EMSA se jkollu l-inċentivi t-tajbin biex jitlob modulazzjoni ekonomika meta l-prezzijiet tas-suq ikunu baxxi jew negattivi, hekk kif se jikseb penali meta ma jagħmilx dan.

(b)

Fir-rigward tat-tħassib fil-premessa (441)(c), il-Belġju intensifika l-mekkaniżmu tal-MPRA, sabiex ir-remunerazzjoni taħt is-CfD tinżamm aktar konformi maċ-ċirkostanzi tas-suq li qed jinbidlu (ara t-taqsima 3.3.1.3.2).

(c)

Fir-rigward tat-tħassib fil-premessa (441)(d), il-Belġju żamm il-prezz tad-DAM bħala MRP fil-formula tas-CfD għar-raġunijiet imsemmija fil-premessa (98). B’mod partikolari, matul il-fażi ta’ investigazzjoni formali, il-Belġju enfasizza r-riskju għoli u l-impatt kbir tal-iffaċċjar ta’ indisponibilitajiet mhux ippjanati, b’mod partikolari matul il-Fażi tal-Bidu mill-Ġdid tal-Proġett LTO. Dan jagħmel l-output tal-Unitajiet LTO fl-ewwel 3 snin ta’ produzzjoni inċert ħafna u, għalhekk, li jkun hemm prezz ta’ referenza fit-tul fid-disinn tas-CfD iżid ir-riskji tal-impjanti.

(d)

Fl-aħħar nett, il-Belġju jikkonferma wkoll li l-kontroparti tas-CfD (BE-WATT) se tiżviluppa strateġija ta’ ġestjoni tar-riskju għall-pożizzjoni miftuħa tagħha, kif previst legalment, u li l-implimentazzjoni tagħha se tikkontribwixxi għal-likwidità għas-swieq forward tal-elettriku (ara l-premessa (99)). L-adozzjoni tal-istrateġija hija soġġetta għal parir tar-regolatur, li se jinkludi valutazzjoni tal-impatt tal-istrateġija fuq is-swieq tal-elettriku rilevanti (ara l-premessa (158)).

(443)

Il-Kummissjoni tqis li l-modifiki relatati mad-disinn tas-CfD u l-implimentazzjoni tiegħu, kif ukoll l-impenn li tiġi żviluppata strateġija ta’ ġestjoni tar-riskju li se tikkontribwixxi għal-likwidità tas-swieq forward tal-elettriku huma biżżejjed biex jiġu riżolti d-dubji mqajma fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-Unitajiet LTO huma bbażati fuq teknoloġija antika bi flessibbiltà limitata, li tillimita l-kapaċitajiet tal-operatur nukleari li jimmodifika l-output tal-impjanti fuq bażi regolari. Dan huwa f’kuntrast ma’ teknoloġiji nukleari aktar ġodda jew disinji oħrajn ta’ impjanti nukleari (pereżempju, vireg ta’ kontroll griżi kontra dawk suwed) li jippermettu li ssegwi t-tagħbija. Minħabba l-estensjoni limitata ta’ 10 snin, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li t-teknoloġija trid tittieħed bħala fatt, hekk kif tillimita l-kapaċitajiet tal-operatur nukleari li jimmodifika b’mod sinifikanti l-imġiba tal-impjanti. Minħabba f’hekk, il-Kummissjoni tapprezza t-tentattivi tal-awtoritajiet Belġjani u ta’ Electrabel biex jallinjaw il-produzzjoni u l-manutenzjoni kemm jista’ jkun maċ-ċirkostanzi tas-suq, l-ewwel, billi ddelegaw lill-awtorità tat-teħid tad-deċiżjonijiet rigward il-modulazzjonijiet ekonomiċi lis-sieħeb tal-EMSA u billi biddlu r-remunerazzjoni tiegħu, u, it-tieni, billi qalbu minn ċiklu tal-fjuwil ta’ 18-il xahar għal wieħed ta’ 12-il xahar biex jiskedaw il-manutenzjoni kemm jista’ jkun matul il-perjodu tas-sajf. F’dak ir-rigward, anke l-intensifikazzjoni tal-mekkaniżmu għall-kondiviżjoni tat-telf/tal-qligħ tikkontribwixxi għall-objettiv li r-remunerazzjoni tas-CfD tkun kemm jista’ jkun konformi maċ-ċirkostanzi tas-suq u tikkontribwixxi għal skopertura ogħla għar-riskju tas-suq. Filwaqt li l-appoġġ fi żminijiet ta’ prezzijiet negattivi xorta ma jistax jiġi eskluż għalkollox, minħabba l-flessibbiltà limitata tal-impjanti u t-tħassib dwar is-sikurezza, id-disinn modifikat tas-CfD flimkien mal-formula ta’ remunerazzjoni modifikata tal-EMSA jnaqqsu l-inċentivi għall-produzzjoni fi żminijiet ta’ prezzijiet negattivi. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi wkoll li, b’mod partikolari matul il-Fażi tal-Bidu mill-Ġdid tal-Proġett LTO, hemm riskju għoli ta’ nuqqasijiet ta’ disponibbiltà u indisponibilitajiet mhux ippjanati sabiex b’hekk l-iskopertura għas-swieq fit-tul tista’ tinvolvi riskji addizzjonali, tant li l-prezz tad-DAM ikun aktar adattat bħala MRP fil-perjodu inizjali tal-Proġett LTO. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-awtoritajiet Belġjani għandhom il-libertà li jaġġustaw l-MRP fid-disinn tas-CfD, kif ukoll is-saldu tar-remunerazzjoni tal-EMSA wara t-3 snin inizjali tal-proġett. Fl-aħħar nett, l-impatt tal-użu tad-DAM fuq is-swieq forward jitnaqqas bl-istrateġija tal-iħħeġġar li se trawwem il-likwidità tas-swieq forward, u l-impatt fuq is-suq tal-istess ġurnata jittaffa bil-kostijiet varjabbli mġarrba mis-sieħeb tal-EMSA.

(444)

B’konsegwenza ta’ dan, u fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ dan il-każ, li jikkonċerna l-unitajiet nukleari eżistenti li jaħdmu fuq il-bażi ta’ teknoloġija antika bi flessibbiltà limitata, il-Kummissjoni tqis li d-disinn modifikat tas-CfD flimkien mar-remunerazzjoni modifikata tal-EMSA huma xierqa.

(445)

It-tielet, il-Kummissjoni qajmet ukoll tħassib dwar l-adegwatezza tas-Self tal-SDC u tal-MOCP, li jkopru, rispettivament, il-kostijiet tal-perjodu ta’ għeluq u n-nuqqasijiet operazzjonali tal-fluss ta’ flus li jistgħu jirriżultaw, b’mod simili għal għotja potenzjalment bla limitu, li tipproteġi lill-JV minn kwalunkwe riskju operazzjonali. Barra minn hekk, l-MOCP jipprovdi protezzjoni tal-kapital ta’ 50 %. Il-Belġju jsostni li, fin-nuqqas tas-Self tal-SDC, id-WCF u l-OPEX minimu u l-ħlas tal-kapital, ikunu meħtieġa kontribuzzjonijiet ta’ ekwità addizzjonali, billi, f’każ ta’ avveniment ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà uniku, l-azzjonisti tal-JV ikunu esposti għal riskji ta’ insolvenza u diskrepanza fil-finanzjament, li jagħmlu l-investiment mhux profittabbli.

(446)

Bħala reazzjoni għat-tħassib tal-Kummissjoni rigward is-Self tal-SDC u l-MOCP, il-Belġju pprovda aktar kjarifiki u aġġusta dawn il-miżuri:

(a)

Il-Belġju jsostni li s-Self tal-SDC fil-prinċipju se jitħallas lura. Fir-rigward tar-riskju li s-Self tal-SDC ma jiġix rimborżat jekk l-influssi ta’ flus kontanti ma jkunux biżżejjed (billi jiġu wara l-ħlas lura tal-kontribuzzjonijiet tal-azzjonisti), il-Belġju jargumenta li dan ix-xenarju huwa improbabbli ħafna u li s-Self tal-SDC ma jiġix rimborżat biss f’każ ta’ xenarju negattiv ħafna (ara l-premessa (132)), jiġifieri jekk ikun hemm diversi snin ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà sostanzjali, pereżempju, inqas minn 60 % f’kull sena mill-2029 sal-2035. Għalkemm mhux improbabbli, dan ir-riskju huwa żgħir u jimmaterjalizza biss f’ċirkostanzi estremi, li jimplika avveniment kbir mhux mistenni jew sensiela ta’ avvenimenti kbar mhux mistennija għal perjodu twil ta’ żmien, u eventwalment jista’ jimplika t-terminazzjoni tal-impjant (ara l-punt (b)). Din is-sitwazzjoni tkun ta’ żvantaġġ għall-azzjonisti: is-Self tal-SDC mhux se jitħallas lura kompletament jekk u biss jekk il-proġett ma jiġġenerax biżżejjed profitti biex jitħallas kwalunkwe redditu fuq l-investiment tal-azzjonisti, għalhekk, is-Self tal-SDC ma jkunx ta’ benefiċċju sproporzjonat għall-azzjonisti.

(b)

Bl-istess mod, il-Belġju jsostni li l-MOCP jidħol fis-seħħ biss f’każ ta’ sitwazzjoni negattiva ħafna u li Engie xorta tirriskja li titlef 50 % tal-investiment kapitali tagħha. Madankollu, biex iwieġeb għat-tħassib li l-MOCP jista’ jispiċċa f’għotja bla limitu, il-Belġju stabbilixxa limitu fuq il-pagamenti tal-MOCP. Kif spjegat fil-premessa (121), il-Kontroparti tal-RA (jiġifieri l-Istat Belġjan) se teżerċita d-dritt(ijiet) ta’ terminazzjoni tagħha skont l-RA f’każ li l-MOCP jilħaq ammont imħallas ta’ EUR 2 biljun.

(c)

Fl-aħħar nett, il-Belġju pprovda informazzjoni addizzjonali rigward ir-riskju li jkun hemm avveniment sinifikanti ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà mhux ippjanat fil-perjodu ta’ 10 snin tal-estensjoni tat-tul tal-ħajja, li ntwera li ma huwiex żgħir (ara l-premessi (114) sa (118)) u l-effetti tiegħu li jkollu impatt kbir fuq il-profittabbiltà tal-Proġett LTO (ara Tabella 11).

(447)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li s-Self tal-SDC u l-MOCP huma strumenti neċessarji u xierqa sabiex tiġi ssalvagwardjata l-vijabbiltà tal-Proġett LTO, b’mod partikolari fid-dawl taċ-ċirkostanzi partikolari ta’ dan il-każ, li jikkonċerna r-reatturi nukleari eżistenti, li huma bbażati fuq teknoloġija antika, u għalhekk soġġetti għar-riskju ta’ indisponibilitajiet sinifikanti mhux ippjanati. F’dik il-perspettiva, minħabba li l-estensjoni tat-tul tal-ħajja hija limitata għal perjodu ta’ 10 snin, li jillimita l-possibbiltà li jiġi rkuprat telf sinifikanti, l-MOCP jipprovdi garanzija ta’ kontinġenza lill-JV billi jipproteġiha minn riskju operazzjonali. Mingħajr garanziji addizzjonali fil-forma tal-MOCP u s-Self tal-SDC, investitur privat x’aktarx ma jiħux ir-riskju li jwettaq il-Proġett LTO. Meta titqies l-iskala potenzjali tal-pagamenti tal-MOCP fil-każ ta’ għeluq fit-tul ta’ waħda miż-żewġ Unitajiet LTO, fuq diversi snin, deher neċessarju li dan il-mekkaniżmu jiġi limitat għal ammont li jikkorrispondi għall-prattiki tas-suq u li jippermetti biżżejjed żmien biex jerġa’ jibda l-operat normali tal-Unità/Unitajiet LTO. Il-Kummissjoni tilqa’ l-limitazzjoni tal-pagamenti (potenzjali) tal-MOCP, sabiex l-esponiment tal-Istat Belġjan ikun mill-inqas kwantifikat u magħruf minn qabel.

(448)

Fir-rigward tal-involviment tal-Istat Belġjan fil-JV, il-Belġju jargumenta li dan jippermetti lill-Istat Belġjan jikkontrolla b’mod konġunt il-kumpanija tal-proġett, minħabba li ż-żewġ azzjonisti jidħlu fil-JV taħt termini u kundizzjonijiet ugwali. Dan jippermetti wkoll lill-Istat Belġjan iżomm ċertu grad ta’ sjieda fuq l-infrastruttura kritika. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-JV hija xierqa.

(449)

Ir-raba’, fir-rigward tal-EMSA, il-Kummissjoni tqis li huwa xieraq li tagħżel sieħeb biex ibigħ l-elettriku prodott mill-Unitajiet LTO fis-suq tal-operaturi, bil-kundizzjoni li dan is-sieħeb jaġixxi b’mod kompletament indipendenti u mhux fl-interess ta’ Electrabel. Madankollu, il-Kummissjoni kellha dubji rigward il-limitazzjoni tal-bejgħ għas-suq bl-ingrossa ta’ ġurnata bil-quddiem. Il-Belġju ċċara li s-sieħeb tal-EMSA għandu l-libertà li jbigħ l-elettriku ġġenerat mill-Unitajiet LTO fi kwalunkwe suq u li ma jkunx limitat għad-DAM (ara l-premessa (152)). Il-Belġju kkonferma wkoll li s-sieħeb tal-EMSA se jintgħażel permezz ta’ offerta kompetittiva, u li se jiddaħħlu fis-seħħ salvagwardji biex jiġi żgurat li Engie ma jkollha l-ebda influwenza fuq il-proċedura jew l-eżitu tal-offerta (ara t-taqsimiet 3.3.1.5.1 u 3.3.1.5.3). Barra minn hekk, f’każ li GEMS tintgħażel bħala sieħeb tal-EMSA, il-Belġju u Engie jimpenjaw ruħhom li jdaħħlu s-salvagwardji neċessarji fis-seħħ sabiex ma jkun hemm l-ebda interferenza mal-attivitajiet kummerċjali l-oħrajn minn GEMS (ara t-taqsima 3.3.1.5.3). Għalhekk, il-Kummissjoni ssib li t-twaqqif tal-ftehim tal-EMSA u l-għażla tas-sieħeb tal-EMSA huma xierqa.

(450)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni kellha tħassib rigward l-adegwatezza tat-taħlita ta’ diversi mekkaniżmi ta’ remunerazzjoni li jiżdiedu mas-CfD u qieset li l-pakkett ta’ sub-miżuri skont il-Komponent 1 jista’ jitqies xieraq biss sa fejn ma jwassalx għal distorsjonijiet addizzjonali u mhux dovuti tal-kummerċ u l-kompetizzjoni. Billi l-Kummissjoni ma għandha l-ebda indikazzjoni li s-sieħeb tal-EMSA ma jkunx qed jopera b’mod indipendenti, u lanqas li Engie tkun protetta mir-riskji kollha tas-suq (permezz tal-mekkaniżmu tal-MPRA aġġustat, il-limitu massimu fuq l-MOCP u r-riskju tal-kapital ta’ 50 %), il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi li s-sub-miżuri kollha taħt il-Komponent 1 jistgħu jitqiesu, kemm individwalment kif ukoll flimkien, bħala xierqa.

8.3.3.4.2.   Komponent 2 tal-adegwatezza

(451)

Kif imsemmi fil-premessa (304) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, l-immaniġġar tal-iskart radjuattiv huwa kkaratterizzat minn skedi ta’ żmien twal u, għalhekk, jista’ jkun jeħtieġ xi forma ta’ intervent mill-Istat; ir-responsabbiltà aħħarija tal-Istat rigward il-ġestjoni responsabbli u sikura tal-iskart radjuattiv hija stabbilita fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/70/Euratom.

(452)

Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li t-trasferiment tal-obbligazzjonijiet rigward l-iskart nukleari u l-fjuwil użat lil korp pubbliku indipendenti, Hedera, huwa mezz xieraq biex tingħata aktar responsabbiltà għar-rimi finali ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv lill-Istat Belġjan u biex jiġi żgurat il-finanzjament tiegħu fuq perjodu twil ta’ żmien. Il-Kummissjoni lanqas ma identifikat xi miżura jew struttura alternattiva, għajr dik deskritta fit-taqsima 3.3.2.2, li tippermetti lill-Belġju jilħaq dawn l-objettivi bl-istess mod tajjeb.

(453)

Fir-rigward tat-trasferiment tal-obbligazzjonijiet addizzjonali ta’ dekummissjonar li jirriżultaw mill-Proġett LTO (“dissinerġiji ta’ dekummissjonar”), kif imsemmi fit-taqsima 3.3.2.4, dan it-trasferiment ikopri biss il-kostijiet addizzjonali li jirriżultaw mill-Proġett LTO, filwaqt li l-obbligazzjonijiet regolari ta’ dekummissjonar u żarmar jibqgħu tal-operatur nukleari. Is-CPN/CNV tabilħaqq ikkonfermat li hemm dissinerġiji li jaffettwaw il-kostijiet tad-dekummissjonar u taż-żarmar u kkwantifikat l-ammont. Billi kien il-Gvern Belġjan, mhux Engie/Electrabel, li talab l-estensjoni tat-tul tal-ħajja, il-Kummissjoni tqis li t-trasferiment tad-dissinerġiji tad-dekummissjonar, permezz tal-ħlas ta’ somma f’daqqa ta’ darba mill-Istat Belġjan, huwa xieraq.

(454)

Fl-aħħar nett, it-trasferiment tal-obbligazzjonijiet tal-iskart nukleari lill-fond Hedera, korp pubbliku segregat li jiżgura l-fondi għall-iskop intenzjonat tagħhom u li jikkontrolla l-kostijiet b’rabta mal-obbligazzjonijiet ittrasferiti, kemm taħt il-kontroll ta’ korp governattiv indipendenti (CPN/CNV), jiġġustifika r-rilaxx tal-assi mhux Ewropej ta’ Electrabel mill-perimetru ta’ Electrabel u jiżgura l-adegwatezza tat-trasferiment tal-obbligazzjonijiet rigward l-iskart radjuattiv u l-fjuwil użat.

(455)

Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-Komponent 2 tal-miżura nnotifikata, inklużi s-sub-miżuri tagħha, huwa xieraq biex jindirizza l-falliment tas-suq relatat mal-kostijiet inċerti tal-immaniġġar tal-iskart u tad-dekummissjonar.

8.3.3.4.3.   Komponent 3 tal-adegwatezza

(456)

Il-Kummissjoni tqis li t-teknoloġija nukleari hija partikolarment soġġetta għal waqfien politiku. Għalhekk, kif diġà ġie ddikjarat fil-premessa (306) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni tqis li ftehim dwar il-protezzjonijiet legali huwa xieraq biex jindirizza l-falliment tas-suq relatat mar-riskji politiċi u regolatorji, kif rikonoxxut ukoll mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni fil-każ SA.39487 (152).

8.3.3.4.4.   Konklużjoni dwar l-adegwatezza tal-miżura

(457)

Il-Kummissjoni tqis li l-modifiki dwar il-miżura, inkluża modifika tad-disinn tas-CfD, l-intensifikazzjoni tal-MPRA u limitu massimu fuq l-MOCP, kif ukoll il-kjarifiki addizzjonali dwar it-taħlita ta’ sub-miżuri huma biżżejjed biex iwasslu lill-Kummissjoni tikkonkludi dwar l-adegwatezza tal-Komponent 1. Il-Kummissjoni tikkunsidra wkoll iċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ, li jikkonċerna investiment fl-impjanti nukleari eżistenti abbażi ta’ teknoloġija antika u għal perjodu ta’ żmien limitat. Fir-rigward tal-Komponenti 2 u 3, l-investigazzjoni formali ma ressqitx evidenza biex tiddevja mill-konklużjoni preċedenti tal-Kummissjoni li l-Komponenti 2 u 3 huma xierqa.

(458)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis is-sub-miżuri taħt il-Komponent 1, il-Komponent 2 u l-Komponent 3 bħala mod xieraq biex jiġi appoġġat il-Proġett LTO.

8.3.3.5.   Proporzjonalità

(459)

Sabiex tivvaluta l-proporzjonalità ta’ miżura, il-Kummissjoni trid tivverifika li l-miżura hija limitata għall-minimu li jippermetti t-tlestija b’suċċess tal-Proġett LTO għall-ilħuq tal-objettivi segwiti.

(460)

Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni spjegat li l-valutazzjoni tal-proporzjonalità trid tqis il-kombinament ta’ miżuri ta’ appoġġ proposti mill-awtoritajiet Belġjani, jiġifieri l-kombinament tal-Komponent 1, il-Komponent 2 u l-Komponent 3, inkluż il-kombinament ta’ sub-miżuri fi ħdan kull komponent.

(461)

Fit-taqsimiet ta’ hawn taħt, il-Kummissjoni l-ewwel se tivvaluta jekk il-Komponent 1, il-Komponent 2 u l-Komponent 3 tal-miżura nnotifikata, inklużi d-diversi sub-miżuri tagħhom, humiex proporzjonati. Il-valutazzjoni tal-proporzjonalità kkombinata tal-Komponent 1, il-Komponent 2 u l-Komponent 3, kif ukoll l-effetti kumulattivi potenzjali tagħhom hija pprovduta fit-taqsima 8.3.3.6.

8.3.3.5.1.   Proporzjonalità tal-Komponent 1

(462)

Kif ġie nnotat fil-premessa (331) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-JDA++, il-Ftehim O&M, l-ASA u l-indennifikazzjoni tat-telf mill-kopertura tal-kostijiet f’każ li ma jkunx hemm għeluq, instabu li ġew konklużi bit-termini tas-suq u għalhekk jistgħu jitqiesu bħala proporzjonati. Kif imsemmi fil-premessa (324) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-implimentazzjoni ta’ proċess kompetittiv ta’ sejħa għall-offerti għall-Ftehim O&M tista’ ma tkunx xierqa minħabba s-sensittività u n-natura speċifika tal-Unitajiet LTO, sabiex il-proporzjonalità tagħha tkun tista’ tiġi vvalutata permezz tal-livell ta’ marġni miksub minn Electrabel permezz tal-eżekuzzjoni tal-ftehim, li jenħtieġ li jiġi stabbilit bit-termini tas-suq. Billi l-livelli tal-marġnijiet stabbiliti fil-Ftehim O&M huma allinjati ma’ dawk applikati skont il-Ftehim ta’ Sħubija tal-LTO ma’ Luminus, li huwa ftehim ta’ referenza rilevanti billi jkopri servizzi simili, il-Kummissjoni sabet li l-Ftehim O&M huwa proporzjonat. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda evidenza għall-kuntrarju fir-rigward tal-proporzjonalità tal-JDA++, il-Ftehim O&M, l-ASA u l-indennifikazzjoni tat-telf mill-kopertura tal-kostijiet f’każ li ma jkunx hemm għeluq, matul il-konsultazzjoni pubblika dwar il-każ.

(463)

Il-JV tqieset ukoll bħala proporzjonata fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ billi l-Gvern Belġjan u Electrabel se jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom fuq bażi ugwali: il-governanza tal-JV, kif ukoll il-kostijiet u d-dħul se jiġu kondiviżi b’mod ugwali.

(464)

F’din it-taqsima, il-Kummissjoni tivvaluta l-proporzjonalità tar-rata ta’ redditu interna (IRR) tal-Proġett LTO, kif ukoll is-sub-miżuri finanzjarji li jifdal tal-Komponent 1 (l-MOCP, id-WCF, is-Self tal-SDC, is-Self mill-Azzjonisti). Sabiex tiġi żgurata l-proporzjonalità tal-miżura ta’ għajnuna mill-Istat u jiġi evitat kumpens żejjed, il-miżura ta’ għajnuna mill-Istat trid tiżgura r-rata ta’ redditu minima sabiex il-benefiċjarju jwettaq l-investiment. Fi kliem ieħor, ir-rata minima li tagħlaq id-diskrepanza fil-finanzjament tal-Proġett. Id-diskrepanza fil-finanzjament hija definita bħala d-differenza bejn il-VPN tax-xenarju fattwali u tax-xenarju kontrofattwali, u fl-istess ħin hija l-ammont minimu ta’ għajnuna mill-Istat meħtieġ biex il-miżura jkollha effett ta’ inċentiv fuq id-ditta u l-ammont massimu ta’ għajnuna mill-Istat proporzjonat biex jiskatta l-investiment.

(465)

Il-kunċett tad-diskrepanza fil-finanzjament għandu għeruq fondi fit-teħid ta’ deċiżjonijiet ordinarji tan-negozju. Meta l-kumpaniji li jimmassimizzaw il-profitt jiddeċiedu dwar jekk iwettqux proġett, huma jivvalutaw il-valur iġġenerat mill-proġett inkwistjoni kontra korsijiet ta’ azzjoni alternattivi u jagħżlu dak bl-ogħla redditu mistenni. B’hekk, sabiex il-kumpaniji jkunu lesti li jwettqu proġett li ma huwiex dak bl-ogħla redditu mistenni, huma jista’ jkollhom bżonn jiġu inċentivati permezz ta’ għajnuna mill-Istat li tkopri d-diskrepanza fil-finanzjament.

(466)

Sabiex jiġi identifikat liema parti mit-titjib differenti hija attribwibbli għall-impatt tal-intervent, billi tali titjib jista’ jseħħ mhux biss minħabba l-Proġett LTO, iżda wkoll minħabba fatturi oħrajn, il-Belġju pprovda xenarju kontrofattwali, li ma kienx għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni fiż-żmien tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ (153). F’dak il-każ, ix-xenarju kontrofattwali huwa xenarju fejn ma sseħħ l-ebda estensjoni tat-tul tal-ħajja tal-Unitajiet LTO, li jkun il-każ jekk ma jiġi konkluż l-ebda ftehim mal-Gvern Belġjan. Fl-analiżi kontrofattwali, l-eżiti tal-intervent jitqabblu mal-eżiti li kienu jinkisbu kieku ma ġiex implimentat l-intervent. F’sitwazzjoni bħal din, Electrabel: (i) tkompli topera r-reatturi nukleari sad-dati tat-tmiem legali oriġinali tagħhom u (ii) iżżomm l-obbligazzjonijiet kollha relatati mal-iskart. Il-Gvern Belġjan ipprovda l-finanzi relatati ma’ dan il-punt, jiġifieri l-flussi ta’ flus kontanti ħielsa mhux skontati mbassra u speċifikati (154) relatati mal-operazzjonijiet tal-unitajiet nukleari Belġjani għall-bqija tal-ħajja tagħhom (sad-dati tat-tmiem legali tagħhom fl-2025). Il-Belġju jsostni li l-flussi tal-flus kontanti tal-Unitajiet LTO għall-bqija tal-ħajja legali jibqgħu l-istess bil-Proġett LTO jew mingħajru.

(467)

Kien hemm tliet preokkupazzjonijiet ewlenin b’rabta mal-proporzjonalità tal-Komponent 1 fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, li huma rilevanti għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni:

(a)

l-MOCP u t-termini tad-WCF, tas-Self mill-Azzjonisti u tas-Self tal-SDC (ara t-taqsima 8.3.3.5.1.1);

(b)

l-IRR fil-mira ta’ 7 % sottostanti għall-mudell finanzjarju (ara t-taqsima 8.3.3.5.1.2); kif ukoll

(c)

il-ftehim tal-EMSA (ara t-taqsima 8.3.3.5.1.3).

8.3.3.5.1.1.   Proporzjonalità tal-miżuri ta’ appoġġ finanzjarju tal-Komponent 1

(468)

L-ewwel nett, kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni qieset li l-MOCP fil-fatt jipprovdi garanzija ta’ kontinġenza lill-JV minħabba li kwalunkwe nuqqas ta’ dħul li jirriżulta minn nuqqas ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku li jseħħ matul il-perjodu inizjali u l-perjodu tal-fażi ta’ tħaddim se jkun kopert minn pagament tal-Istat Belġjan, u b’hekk jipproteġi finanzjarjament lill-JV minn kwalunkwe riskju operazzjonali. Il-kwistjoni ewlenija tal-MOCP kienet relatata mal-fatt li setgħet de facto tirrappreżenta għotja kważi bla limitu lil BE-NUC f’każ ta’ perjodi twal mhux ippjanati ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà tal-Unitajiet LTO. Teoretikament, jekk avveniment maġġuri mhux mistenni jew serje ta’ avvenimenti maġġuri mhux mistennija jwasslu biex jipprevjenu lill-Unitajiet LTO milli jipproduċu l-elettriku għad-durata ta’ 10 snin tal-Proġett LTO, l-MOCP jista’ jiġi skattat sa EUR [7 000-8 000] miljun. Il-Belġju pprovda kjarifiki addizzjonali rigward il-probabbiltà mhux negliġibbli li jseħħu tali avvenimenti sinifikanti mhux ippjanati (ara l-premessi (114) sa (118)), u l-konsegwenzi li dan jista’ jinvolvi (ara Tabella 11) u l-Belġju impenja ruħu li jillimita l-ħlas tal-MOCP għal EUR 2 biljun (ara l-premessa (121)). Dan l-ammont, li jidher konformi mal-prattiki tal-industrija fir-rigward tal-livelli ta’ garanzija, jikkorrispondi għal-livell superjuri ta’ xenarju meta ż-żewġ unitajiet LTO ma jkunux disponibbli fl-istess ħin għal sentejn konsekuttivi. Fid-dawl tal-perjodu ta’ estensjoni tal-impjant (limitat għal 10 snin), sentejn tqiesu bħala t-tul massimu ta’ żmien li jista’ jiġi ddedikat għall-identifikazzjoni u s-soluzzjoni ta’ problema jew serje ta’ problemi, f’konformità mas-sinifikat tagħhom, qabel ma tiġi kkunsidrata l-possibbiltà li l-impjant jiġi tterminat. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-ammont limitat tal-MOCP huwa proporzjonat.

(469)

It-tieni, fir-rigward tas-Self tal-SDC, il-Belġju jsostni li, sal-2028, is-Self tal-SDC ikopri l-kostijiet matul il-perjodu meta l-Unitajiet LTO ma jkunux skedati li jiġġeneraw introjtu nett, u jitħallas lura lill-Gvern Belġjan, li jiżgura li l-għajnuna tiġi minimizzata. Kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni kellha tħassib dwar il-ħlas lura tas-Self tal-SDC, billi, fil-prattika, is-Self tal-SDC jikkostitwixxi linja ta’ finanzjament subordinata għas-self l-ieħor kollu, kif ukoll għall-ekwità tal-JV. Dan jimplika li jistgħu ma jitħallsux lura fi tmiem il-perjodu tal-LTO jekk il-ġenerazzjoni tal-elettriku ma tkunx kbira biżżejjed, u b’hekk ikun hemm riskju sostanzjali li r-rata tal-imgħax, stabbilita fl-aktar rata inferjuri tal-OLO (5 snin) (155) fil-Belġju, flimkien ma’ 200 punt bażi u 6 %, tista’ ma tkunx riflessa. Il-Belġju ċċara li s-Self tal-SDC mhux se jitħallas lura biss f’każ ta’ xenarju negattiv ħafna, sabiex ir-riskju li ma jiġix rimborżat lill-Istat Belġjan ikun żgħir ħafna (ara l-premessa (132)). B’mod partikolari, il-Belġju enfasizza li f’xenarju negattiv ħafna bħal dan ma jkun hemm l-ebda redditu fuq il-kontribuzzjoni kapitali. Tabilħaqq, ir-riskji tas-Self tal-SDC huma relatati biss mar-riskji tal-prestazzjoni u l-profittabbiltà tal-proġett, minħabba li s-Self tal-SDC ma jintużax biex jiffinanzja l-ispejjeż kapitali. Fir-rigward tar-rata tal-imgħax, din hija limitata għal-livell massimu li ma jaqbiżx il-medda tal-IRR fil-mira taħt l-MPRA ta’ 6 %-8 %. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li t-termini u l-kundizzjonijiet tas-Self tal-SDC huma proporzjonati. Jekk it-termini u l-kundizzjonijiet finali tas-Self tal-SDC jemendaw il-miżura nnotifikata kif ippreżentata f’din id-Deċiżjoni, il-Belġju jimpenja ruħu li jinnotifikahom lill-Kummissjoni.

(470)

It-tielet, fir-rigward tat-termini tad-WCF u s-Self mill-Azzjonisti, il-Belġju ċċara matul il-proċedura ta’ investigazzjoni formali li dawn se jiġu akkwistati bit-termini tas-suq, b’rati tal-imgħax li għadhom ma ġewx stabbiliti, iżda jiġu stabbiliti b’referenza għar-rati prevalenti tas-suq u kwalunkwe finanzjament komparabbli tad-dejn ta’ parti terza disponibbli fiż-żmien rilevanti. Tħejjiet skeda ta’ termini li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet tas-Self mill-Azzjonisti u tiddeskrivi l-metodoloġija biex tiġi stabbilita r-rata tal-imgħax. Il-Belġju ċċara li din il-metodoloġija hija konsistenti mal-politiki ta’ self għall-ipprezzar tat-trasferimenti ta’ Engie u hija konformi mal-prinċipju BEPS tal-OECD, u tiżgura li r-rata tal-imgħax tiġi stabbilita f’livell ta’ distakkament. B’segwitu għall-iskeda tat-termini, ir-rata tal-imgħax hija mistennija li tkun rata tal-imgħax varjabbli, stabbilita għar-rata EURIBOR ta’ 6 xhur flimkien ma’ marġni mistenni ta’ madwar [0-3] %. Il-Kummissjoni tinnota li l-marġni miżjud mar-rata EURIBOR ta’ 6 xhur se jiġi stmat minn […] li hija għodda rikonoxxuta u użata b’mod wiesa’ biex jiġu stmati l-firxiet tal-marġni abbażi ta’ kriterji bħall-maturità, l-affidabbiltà kreditizja, u l-munita tas-self u l-mutwatarju. Fir-rigward tal-klassifikazzjoni li se tiġi kkunsidrata għall-JV meta tiġi stmata l-firxa tal-marġni, fin-nuqqas ta’ klassifikazzjoni formali għal BE-NUC minn aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, il-Belġju jistmaha billi jikkunsidra l-aktar klassifikazzjoni tal-kreditu baxxa tal-azzjonisti tal-entità. Dawn huma l-Istat Belġjan (il-klassifikazzjoni Aa3 ta’ Moody’s (156) kif ikkonfermata fuq is-sit web tal-gvern Belġjan (157), il-klassifikazzjoni AA ta’ S&P u l-klassifikazzjoni AA- ta’ Fitch kif ikkonfermati fuq is-sit web tal-gvern Belġjan u vverifikati wkoll mill-Kummissjoni Ewropea fuq il-portal S&P Capital IQ Pro (158) fis-16 ta’ Jannar 2025) u minn Electrabel (il-klassifikazzjoni Baa1 ta’ Moody’s (159) skont rapport disponibbli għall-pubbliku tal-10 ta’ Lulju 2024 (160) u l-klassifikazzjoni BBB+ ta’ Fitch skont informazzjoni disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web ta’ Fitch (161)). Dan huwa approċċ standard, b’mod partikolari meta jitqies li l-Unitajiet LTO jikkostitwixxu attività ewlenija ta’ Electrabel, appoġġata aktar minn garanzija mingħajr limitu ta’ kumpanija omm minn Engie (il-klassifikazzjoni Baa1 ta’ Moody’s (162) u l-klassifikazzjoni BBB+ ta’ Fitch (163)), u meta titqies l-istruttura tal-ekwità tal-JV. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li t-termini u l-kundizzjonijiet tad-WCF u tas-Self mill-Azzjonisti huma proporzjonati. Jekk it-termini u l-kundizzjonijiet finali tad-WCF u tas-Self mill-Azzjonisti jemendaw il-miżura nnotifikata kif ippreżentata f’din id-Deċiżjoni, il-Belġju jimpenja ruħu li jinnotifikahom lill-Kummissjoni.

(471)

Minħabba l-inseriment ta’ limitu massimu fuq l-MOCP u l-kjarifiki addizzjonali dwar is-Self tal-SDC u t-termini tad-WCF u tas-Self mill-Azzjonisti, il-Kummissjoni tqis li l-MOCP, id-WCF, is-Self tal-SDC u s-Self mill-Azzjonisti huma proporzjonati.

8.3.3.5.1.2.   Proporzjonalità tar-redditu fil-mira ta’ 7 % (li fuqu huwa bbażat is-CfD)

(472)

Bħala parti mill-RA, se japplika CfD bidirezzjonali bejn il-partijiet. Il-Kummissjoni vvalutat il-metodoloġija għall-iffissar tal-prezz tal-eżerċitar, inkluż billi vverifikat il-parametri mdaħħla fil-mudell finanzjarju li jiddetermina l-livell tal-prezz tal-eżerċitar. Kif imsemmi fil-premessa (71), fix-xenarju bażi tal-Mudell Finanzjarju tal-Iffirmar li fuqu huwa bbażat il-Ftehim ta’ Implimentazzjoni ffirmat fit-13 ta’ Diċembru 2023, il-Belġju jassumi li l-kostijiet għall-immodernizzar taż-żewġ reatturi jammontaw għal EUR [2-2,5] biljun ta’ nefqiet kapitali, li jirriżultaw fi prezz tal-eżerċitar ta’ EUR [80-90] għal kull MWh biex tiġi żgurata rata ta’ redditu interna ta’ 7 % matul il-ħajja tal-Unitajiet LTO. Fi kliem ieħor, l-iskontar tal-flussi ta’ flus kontanti ħielsa b’rata ta’ wara t-taxxa ta’ 7 % jirriżulta f’VPN ta’ żero, li juri l-proporzjonalità tal-IRR u jnaqqas id-diskrepanza fil-finanzjament. Barra minn hekk, il-Belġju jsostni li l-RA jinkludi mekkaniżmu għall-kondiviżjoni tat-telf/tal-qligħ (MPRA) li permezz tiegħu Engie tikkondividi parzjalment ir-riskji mal-Istat Belġjan meta l-prezzijiet tas-suq jirriżultaw li jkunu aktar baxxi jew ogħla milli mistenni fix-xenarju bażi. Bi prezzijiet aktar baxxi, ir-redditu fil-mira (fil-forma ta’ prezz tal-eżerċitar aktar baxx) jonqos minn 7 % għal 6 %, filwaqt li bi prezzijiet ogħla, ir-redditu fil-mira (fil-forma ta’ prezz tal-eżerċitar ogħla) jiżdied għal 8 %.

(473)

Matul il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Belġju pprovda spjegazzjonijiet addizzjonali għaliex ir-rata ta’ redditu fil-mira ta’ 7 % u l-medda ta’ 6 sa 8 % huma proporzjonati, u dan juri li l-ammont ta’ għajnuna huwa limitat għall-minimu meħtieġ biex titnaqqas id-diskrepanza fil-finanzjament.

(474)

L-ewwel nett, il-Belġju mmodifika d-disinn tas-CfD biex b’hekk il-produzzjoni tal-elettriku mill-Unitajiet LTO tkun aktar konformi mas-sinjali tas-suq u ma jingħata l-ebda inċentiv lis-sieħeb tal-EMSA biex ibigħ l-elettriku bi prezzijiet negattivi. Kif imsemmi fit-taqsima 8.3.3.4.1, il-Kummissjoni tqis li d-disinn modifikat tas-CfD huwa tabilħaqq xieraq.

(475)

It-tieni, il-Belġju aġġorna l-eżerċizzju ta’ parametraġġ referenzjarju sabiex jikkonkludi li l-medda ta’ profittabbiltà ta’ 6 %-8 % hija konformi mal-parametri referenzjarji tal-industrija, jiġifieri l-IRR ta’ 7 % tikkorrispondi għal primjum ta’ madwar 4 % ogħla mir-rata mingħajr riskju ta’ madwar 3 % (ara t-taqsima 3.3.1.3.1.1). L-analiżi tal-parametru referenzjarju internazzjonali li ġiet ipprovduta mill-Belġju tuża, sa fejn ikun possibbli, kumpaniji u proġetti komparabbli. Minħabba li s-settur nukleari jiddependi fuq finanzjament speċifiku ħafna u mfassal apposta, spiss b’involviment qawwi tal-gvern, il-proposta ta’ parametru referenzjarju ta’ mekkaniżmi eżattament ekwivalenti tidher mhux realistika. Fil-fatt, il-Belġju rrikonoxxa li l-varjetà ta’ oqfsa regolatorji u tas-suq, profili tar-riskju, kif ukoll karatteristiċi tal-kumpaniji u tal-proġetti, ifixklu l-iżvilupp ta’ sett ta’ kumpaniji jew proġetti kompletament komparabbli. Madankollu, l-eżempji proposti mill-Belġju jistgħu jitqiesu rilevanti minħabba li jiddependu fuq kumpaniji u proġetti li għandhom assi nukleari f’diversi ġeografiji, li jimmobilizzaw mekkaniżmi ta’ finanzjament li huma l-eqreb għal dawk tal-Proġett. Fir-rigward tal-IRR ta’ 6 % sa 8 %, jidher li, bħal fil-biċċa l-kbira tal-proġetti kemm b’meded komparabbli kif ukoll b’miżuri ta’ protezzjoni finanzjarja, il-parametri miżmuma mill-Belġju huma fit-tarf ta’ isfel tal-iskala.

(476)

It-tielet, il-Belġju mmodifika l-mekkaniżmu tal-MPRA, sabiex l-aġġustament tal-IRR iseħħ aktar malajr f’konformità maċ-ċirkostanzi tas-suq (ara t-taqsima 3.3.1.3.2). Bl-aġġustament tal-passi tal-MPRA minn 30 % għal 20 %, li jwassal għal intensifikazzjoni tal-mekkaniżmu, dan se jirriżulta f’moviment ’l isfel aktar mgħaġġel tal-IRR meta l-prezz tas-suq ikun aktar baxx mill-prezz tal-eżerċitar, jew f’moviment ’il fuq aktar mgħaġġel tal-IRR meta l-prezz tas-suq ikun ogħla mill-prezz tal-eżerċitar. Jekk kollox jibqa’ l-istess, dan iwassal għal impatt aktar b’saħħtu fuq l-IRR tal-JV f’każ ta’ bidliet fil-prezzijiet tas-suq fil-medda tal-prezzijiet.

(477)

Ir-raba’, abbażi tal-MPRA aġġornat u l-projezzjonijiet kurrenti tal-prezzijiet tas-suq, il-Belġju kkalkula r-rata ta’ redditu reali li BE-NUC tikseb illum, li tammonta għal 6,5 %, li hija 0,5 punti bażi inqas mir-rata fil-mira ta’ 7 %, u li tinsab fit-tarf ta’ isfel tal-medda ta’ 6 %-8 %. Din il-valutazzjoni hija bbażata fuq l-evoluzzjoni tas-swieq tal-elettriku mill-iffirmar tal-ftehim (2023), u l-fatt li l-projezzjonijiet għall-2025-2035 kienu jonqsu. Il-Kummissjoni tinnota li dawn il-valutazzjonijiet huma konformi mal-kwotazzjonijiet kurrenti tal-EEX. Mis-16 ta’ Jannar 2025, il-projezzjonijiet medji tal-prezzijiet huma dawn li ġejjin: 79,72 EUR/MWh fl-2025, 80,23 EUR/MWh fl-2026, 75,75 EUR/MWh fl-2027, 64,99 EUR/MWh fl-2028 (164).

(478)

Il-ħames, il-Belġju qabbel l-IRR fil-mira mal-kost teoretiku tal-kapital, abbażi ta’ żewġ metodoloġiji aċċettati b’mod wiesa’, jiġifieri l-kost medju ponderat tal-kapital (WACC) u l-kost tal-ekwità (CoE mhux ingranat). Il-Belġju kkalkula d-WACC, li jinsab fil-medda ta’ 6,2 %-7,4 %, u s-CoE mhux ingranat, li jinsab fil-medda ta’ 6,2 %-7,5 %. F’dan il-kuntest, sabiex tkompli tikkonferma jekk l-IRR fil-mira hijiex proporzjonata, il-Kummissjoni qabblet id-WACC fil-mira tal-Belġju ma’ medda ta’ WACC ibbażata fuq is-suq (165). IRR fil-mira ogħla mill-medda tfisser redditu sproporzjonatament għoli, IRR fil-mira aktar baxxa mill-medda tfisser redditu sproporzjonatament baxx (jiġifieri redditu li investitur tas-suq ma jaċċettax). Sabiex tistma medda teoretika ta’ WACC abbażi tad-data tas-suq, il-Kummissjoni tiddependi fuq il-formula standard tad-WACC, użata wkoll mill-Belġju u deskritta fit-taqsima 3.3.1.3.1.2.1.

(479)

Għas-CoE, il-Kummissjoni ddependiet fuq il-formula standard tas-CAPM, użata wkoll mill-Belġju u deskritta fit-taqsima 3.3.1.3.1.2.2, billi stmat kull wieħed mill-komponenti tagħha abbażi tad-data tas-suq kif spjegat hawn taħt.

(480)

Għar-rata mingħajr riskju, f’konformità mal-approċċ Belġjan, il-Kummissjoni tiddependi fuq ir-rendimenti fuq il-bond tal-gvern Belġjan ta’ 10 snin (OLOs) li jistgħu japprossimaw tajjeb il-fattur mingħajr riskju denominat f’Euro fil-klassifikazzjoni tal-kreditu sovrana tal-Belġju u jkunu konsistenti mad-durata tal-proġett ta’ 10 snin. Fir-rigward tal-perjodu tal-medja, il-Kummissjoni kkunsidrat kemm medja ta’ tnaqqis ta’ 6 xhur kif ukoll waħda ta’ 12-il xahar li jammontaw għal, rispettivament, 3,01 % u 3,03 % minn Settembru 2024 (166). Għalhekk, il-medda stmata tar-rata mingħajr riskju taqa’ fi ħdan l-istimi inferjuri u superjuri kkomputati mill-Belġju ta’ 2,8 % u 3,11 % (abbażi tal-medja ta’ tnaqqis ta’ 12-il xahar għal nofs l-2023 u l-aħħar tal-2023, rispettivament). Dawn l-istimi huma wkoll konformi mar-rati medji mingħajr riskju użati fil-Belġju skont id-data ta’ Fernandez et al. (167) għall-bidu tal-2024.

(481)

Għall-primjum tar-riskju tas-suq, il-Belġju jassumi medda ta’ bejn 5,27 % u 5,75 %, abbażi tad-data ta’ Damodaran u Kroll (ara Tabella 8). Dawn il-bażijiet tad-data huma rikonoxxuti u invokati b’mod wiesa’ fid-dinja tal-finanzi u tan-negozju. Il-Kummissjoni ssib li dawn is-sorsi huma affidabbli u tassumi fix-xenarju baxx tagħha l-medja tad-data ta’ Damodaran (5,27 %) u fix-xenarju għoli tagħha ċ-ċifra konservattiva tal-Belġju ta’ 5,75 %. Għax-xenarju bażi tagħha, il-Kummissjoni qieset it-tielet sors ta’ data rikonoxxut u invokat b’mod wiesa’, jiġifieri d-data tal-istħarriġ annwali ppubblikata minn Fernandez et al (168), li stmat il-primjum tar-riskju tas-suq għal 5,7 % fil-bidu tal-2024. Għal raġunijiet ta’ konservattività, il-Kummissjoni tikkunsidra l-medja tat-tliet sorsi (Damodaran, Kroll, u Fernandez), li hija ta’ 5,57 %, għax-xenarju bażi tagħha.

(482)

Għall-beta mhux ingranata, il-Kummissjoni vvalutat iż-żewġ metodoloġiji mressqa mill-Belġju li huma bbażati fuq il-medja sempliċi u l-medjan tal-ingranaġġ ta’ ħames kumpaniji ta’ utilità bejn il-pari (dejn/ekwità) u l-betas stmati bħala medji ta’ tnaqqis fuq 5 snin minn nofs l-2023 bi frekwenza ta’ kuljum. Il-Kummissjoni tqis li din il-metodoloġija u s-sors tad-data (Bloomberg) huma konformi ma’ metodoloġiji rikonoxxuti b’mod wiesa’ (169). Għax-xenarju bażi tagħha, il-Kummissjoni tieħu l-medja tal-istimi inferjuri ([0,40-1,00]) u superjuri ([0,40-1,00]) għax-xenarju bażi tagħha ([0,40-1,00]). Għall-proċess tat-tneħħija tal-ingranaġġ u l-ingranaġġ tal-istimi tal-beta, f’konformità mal-Belġju, il-Kummissjoni tiddependi wkoll fuq l-approċċ Hamada (kif deskritt fi Tabella 6) u tuża, għal raġunijiet ta’ konservattività, il-livell inferjuri tal-istima tal-Belġju għall-ingranaġġ fil-mira (dejn/ekwità) ta’ 53 %.

(483)

Għall-ingranaġġ (170), il-Kummissjoni tinnota li l-medda ta’ 34,6 %-35,2 % (ara Tabella 6) hija derivata mill-ingranaġġ fil-mira li jvarja minn 53 % u 54,5 % abbażi ta’ kumpaniji pari użati għall-istimi tal-beta kif deskritt fil-premessa (482). Għal raġunijiet ta’ konservattività, il-Kummissjoni tuża l-livell inferjuri tal-istimi fix-xenarju bażi tagħha (171).

(484)

Għall-kost qabel it-taxxa tal-istimi tad-dejn, il-Belġju juża metodoloġija rikonoxxuta b’mod wiesa’ li tikkonsisti fiż-żieda mar-rata mingħajr riskju ta’ firxa korporattiva (ibbażata fuq l-industrija operazzjonali tal-kumpanija). F’konformità ma’ din il-metodoloġija, għax-xenarju bażi tagħha, il-Kummissjoni żżid mar-rata mingħajr riskju ta’ 3,03 % (Xenarju bażi) il-medja tal-firxiet korporattivi fil-bidu tal-2023 u fil-bidu tal-2024 ta’, rispettivament, 2,69 % u 2,17 % (172).

(485)

Il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar id-WACC huma murija fi Tabella 17 hawn taħt. It-tabella turi tliet xenarji tad-WACC, li huma r-riżultat ta’ tliet settijiet ta’ suppożizzjonijiet: “Belġju Baxx”, xenarju “Bażi” tal-Kummissjoni, u “Belġju Għoli”.

Tabella 17

preżentazzjoni ta’ tliet xenarji tad-WACC

Xenarji (*4)

Belġju Baxx

Xenarju Bażi tal-Kummissjoni

Belġju Għoli

Rata mingħajr riskju

2,8 %

3,0 %

3,1 %

Primjum tar-riskju tas-suq

5,3 %

5,6 %

5,8 %

Beta Ingranata

[0,40 -1,00 ]

[1,00 -1,60 ]

[1,00 -1,60 ]

Kost tad-dejn qabel it-taxxa

5,5 %

5,5 %

5,3 %

Ingranaġġ

34,6 %

34,6 %

35,2 %

Rata tat-taxxa

25 %

25 %

25 %

WACC

6,5 %

7,0 %

7,2 %

(486)

Il-parametri tad-WACC murija fi Tabella 17 jirriżultaw f’WACC ta’ madwar 7,0 % taħt ix-xenarju Bażi tal-Kummissjoni u fil-medda stmata mill-Belġju taħt ix-xenarju Baxx u x-xenarju Għoli. L-IRR fil-mira ta’ 7 % tinsab f’din il-medda. Jenħtieġ li jiġi nnotat li:

(a)

dawn iċ-ċifri ma jinkludu l-ebda primjum speċifiku tar-riskju nukleari jew primjums oħrajn bħal primjum ta’ illikwidità biex jirriflettu l-mitigazzjoni tar-riskju pprovduta mill-miżuri differenti deskritti fit-taqsimiet ta’ hawn fuq (173).

(b)

l-istima tal-beta u l-istima tal-ingranaġġ fix-xenarju “Baxx” Belġjan huma bbażati fuq il-medja sempliċi tal-kumpaniji pari magħżula. Madankollu, b’mod partikolari fir-rigward tal-beta, fl-ispjegazzjonijiet addizzjonali tagħha dwar il-medda tal-istimi tal-kost tal-kapital ipprovduti f’Diċembru 2024 kif diskuss fit-taqsima 3.3.1.3.1.2, il-Belġju jenfasizza li medja sempliċi ta’ betas komparabbli tissottovaluta r-riskji tas-suq ta’ utilità esposta għal xi ġenerazzjoni nukleari, minħabba li tassenja l-istess piż lil kumpaniji b’diversi kompożizzjonijiet tal-portafoll (174). Għal din ir-raġuni, il-Belġju ssottometta stimi kemxejn riveduti tal-beta mhux ingranata billi ħa l-medja sempliċi tal-pari kollha, ħlief dak bl-inqas taħlita ta’ ġenerazzjoni nukleari fl-assi tiegħu, li tagħti l-valur ta’ [0,40-1,00] u billi ħa l-medja bejn il-betas mhux ingranati ta’ żewġ kumpaniji bl-ogħla skopertura nukleari, li tagħti l-valur ta’ [0,40-1,00]. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-validità tar-rimarki mqajma mill-Belġju. Jekk il-medja ([0,40-1,00]) taż-żewġ stimi tal-beta mhux ingranata tiġi kkunsidrata għad-WACC taħt ix-xenarju bażi tal-Kummissjoni, id-WACC jirriżulta fi stima kemxejn ogħla ta’ 7,12 %.

(c)

skont il-projezzjonijiet riveduti tal-prezz tas-suq (tal-elettriku) kif imsemmi fit-taqsima 3.3.1.3.1.3, l-IRR realizzata stmata hija fil-fatt ta’ 6,5 %.

(487)

Fl-aħħar nett, kif imsemmi fil-premessa (318) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-proporzjonalità tas-sub-miżuri finanzjarji tal-Komponent 1 hija marbuta mal-adegwatezza tagħhom. Kif imsemmi fit-taqsima 8.3.3.4.1, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-pakkett ta’ sub-miżuri finanzjarji tal-Komponent 1 jista’ jitqies xieraq biex jindirizza l-fallimenti tas-suq u r-riskji relatati mal-investimenti nukleari.

(488)

Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-Belġju wera b’mod suffiċjenti l-proporzjonalità tad-disinn tas-CfD u l-IRR sottostanti.

8.3.3.5.1.3.   Il-proporzjonalità tal-ftehim tal-EMSA

(489)

Fl-aħħar nett, il-Belġju kkonferma matul il-proċedura ta’ investigazzjoni formali li se tiġi organizzata offerta għall-għażla tas-sieħeb tal-EMSA u ċċara f’aktar dettall il-kriterji u l-kundizzjonijiet tal-għażla li japplikaw għas-sieħeb tal-EMSA (ara t-taqsima 3.3.1.5.1). Il-Kummissjoni tqis li l-proċess tal-offerti huwa kompetittiv, jiġifieri miftuħ, ċar, trasparenti, mhux diskriminatorju, u bbażat fuq kriterji oġġettivi li ġew definiti ex ante f’konformità mal-objettiv tal-miżura u l-minimizzazzjoni tar-riskju ta’ offerti strateġiċi. Il-kriterji tal-għażla ġew ippubblikati wkoll fuq il-pjattaformi rilevanti tal-Belġju u tal-UE u biżżejjed qabel l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet biex jippermettu kompetizzjoni effettiva. Tabilħaqq, il-Belġju implimenta dispożizzjonijiet u salvagwardji addizzjonali biex jiżgura li l-objettivi tal-EMSA jintlaħqu u li s-servizzi mistennija jingħataw b’mod adegwat (pereżempju, RFI, RFC, kif spjegat fit-taqsima 3.3.1.5.1).

(490)

Il-Belġju ħa wkoll miżuri biex jidentifika u jipprevjeni b’mod effettiv kwalunkwe kunflitt ta’ interess potenzjali ma’ Engie matul it-twaqqif tal-proċedura ta’ sejħa għall-offerti.

(491)

Sabiex iwieġeb għat-tħassib tal-Kummissjoni fil-premessa (328) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Belġju mmodifika wkoll id-disinn tas-CfD billi ta l-awtorità tat-teħid tad-deċiżjonijiet rigward il-modulazzjonijiet ekonomiċi lis-sieħeb tal-EMSA, li għandu - permezz tal-formula ta’ remunerazzjoni modifikata - l-inċentivi t-tajbin biex jieħu deċiżjonijiet ta’ modulazzjoni ekonomika f’konformità maċ-ċirkostanzi tas-suq, filwaqt li jiżgura d-dispaċċ u l-manutenzjoni ottimali tal-Unitajiet LTO, kif ukoll inċentivi mnaqqsa għall-produzzjoni fi żminijiet ta’ prezzijiet negattivi (ara t-taqsima 8.3.3.4.1). Bħala konsegwenza, il-Kummissjoni tqis li s-sieħeb tal-EMSA mhux se jiġi inċentivat biex joffri l-kapaċità sħiħa tal-Unitajiet LTO fuq id-DAM bl-aktar prezz baxx permess.

(492)

Il-formula ta’ remunerazzjoni modifikata tas-sieħeb tal-EMSA tieħu wkoll il-bilanċ it-tajjeb bejn ir-riskji akbar ta’ għeluq u ż-żamma tal-inċentivi t-tajbin biex is-sieħeb tal-EMSA jistinka biex ikun bilanċjat. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-offerta tal-EMSA se tattira biżżejjed offerenti.

(493)

Barra minn hekk, il-Belġju ċċara li ġew previsti dispożizzjonijiet u miżuri speċifiċi fil-każ tal-parteċipazzjoni u l-għażla ta’ GEMS fl-offerta jew f’każ li GEMS tkun trid taġixxi temporanjament bħala sieħeb tal-EMSA f’każ ta’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti li ma tirnexxix (ara t-taqsima 3.3.1.5.3). Il-Kummissjoni tqis li dawn il-miżuri huma biżżejjed biex jiżguraw l-indipendenza tas-sieħeb tal-EMSA fiċ-ċirkostanzi kollha.

(494)

Għar-raġunijiet stabbiliti hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-Belġju wera b’mod suffiċjenti l-proporzjonalità tal-EMSA.

8.3.3.5.2.   Proporzjonalità tal-Komponent 2

(495)

Sabiex jiġi ddeterminat jekk it-trasferiment tal-obbligazzjonijiet tal-iskart nukleari u tal-fjuwil użat huwiex proporzjonat, il-Kummissjoni vverifikat jekk it-termini li bihom iseħħ it-trasferiment tal-obbligazzjonijiet tal-iskart nukleari u tal-fjuwil użat humiex definiti b’tali mod li kemm ir-riskju ta’ kostijiet akbar milli ppjanati li jaffettwaw lill-Istat, kif ukoll l-inċertezza relatata jitnaqqsu kemm jista’ jkun. Minħabba n-natura tal-immaniġġar tal-iskart radjuattiv u l-inċertezza li jifdal fir-rigward tal-għażla tas-sit u l-kostijiet tar-rimi, dan jista’ ma jasalx sal-punt li jeskludi għalkollox kwalunkwe possibbiltà ta’ kostijiet akbar milli ppjanati, kif rikonoxxut f’deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni dwar l-obbligazzjonijiet tal-iskart nukleari u tal-fjuwil użat (ara n-nota 149 f’qiegħ il-paġna).

(496)

Il-Kummissjoni indikat ukoll f’każijiet preċedenti li l-immaniġġar tal-iskart radjuattiv huwa kkaratterizzat minn skedi ta’ żmien twal, li jistgħu jeħtieġu xi forma ta’ intervent mill-Istat. Il-Belġju jsostni wkoll li l-ħtieġa għal intervent mill-Istat biex jiġi żgurat l-immaniġġar responsabbli u sikur tal-iskart radjuattiv hija stabbilita fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/70/Euratom, li jipprevedi r-responsabbiltà aħħarija tal-Istat f’dan ir-rigward, kif ukoll fil-Konvenzjoni Konġunta dwar is-Sikurezza tal-Immaniġġar tal-Fjuwil Użat u dwar is-Sikurezza tal-Immaniġġar tal-Iskart Radjuattiv. Il-Belġju jargumenta li l-intervent mill-Istat jista’ jkun ġustifikat sabiex jiġi evitat ir-riskju ta’ piż futur akbar fuq l-Istat jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni.

(497)

Il-Belġju sostna wkoll li, f’konformità mal-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas” stabbilit fir-Rakkomandazzjoni tal-Euratom 2006/851, l-operatur nukleari Belġjan warrab riżorsi finanzjarji adegwati għall-kost tal-immaniġġar tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv matul il-ħajja produttiva tas-seba’ reatturi nukleari. Sar rieżami regolari tal-adegwatezza ta’ dawn ir-riżorsi finanzjarji mis-CPN/CNV. Barra minn hekk, il-Belġju jargumenta li l-ftehim kurrenti dwar l-iskart ikompli jirrispetta l-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas” u jissodisfa r-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 4(3), il-punt (e), u 5(1), il-punt (f), u l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2011/70/Euratom, għar-raġunijiet li ġejjin:

(a)

L-operatur nukleari jibqa’ responsabbli għall-obbligi u l-attivitajiet ta’ dekummissjonar biex l-iskart radjuattiv u l-fjuwil nukleari użat isiru konformi mal-kriterji tat-trasferiment kuntrattwali. Barra minn hekk, il-Belġju jargumenta li dawn is-CTC jistgħu jitqiesu bħala stretti ħafna, u dan ikompli jillimita r-riskju meħud mill-Istat Belġjan. L-Istat lanqas ma għandu responsabbiltà finanzjarja jew responsabbiltà oħra għall-parti tal-ġestjoni ta’ qabel it-trasferiment, li ssir mill-operatur nukleari.

(b)

Il-volum tal-iskart ġie definit minn qabel u l-operatur nukleari jġorr ir-riskju tal-volum jekk jiġi prodott aktar skart milli miftiehem, permezz tat-tariffa għall-aġġustament tal-volum, filwaqt li ma tingħata l-ebda rifużjoni jekk jinħoloq inqas skart.

(c)

Ġie inkluż primjum tar-riskju fil-ħlas ta’ somma f’daqqa biex ikopri inċertezzi li għalihom, f’konformità mal-IAS 37 (Standards Internazzjonali tal-Kontabilità), ma kien għad irid isir l-ebda provvediment.

(d)

Il-ħlas tas-somma f’daqqa ta’ EUR 15-il biljun minn Electrabel iseħħ immedjatament minflok fuq perjodu ta’ diversi deċennji u huwa ġestit u investit minn korp pubbliku indipendenti (Hedera), li jiżgura l-fondi għall-iskop maħsub tagħhom u jikkontrolla l-kostijiet b’rabta mal-obbligazzjonijiet ittrasferiti, it-tnejn taħt il-kontroll ta’ korp governattiv indipendenti (CPN/CNV). Dan jiżgura li r-riżorsi finanzjarji jkunu disponibbli meta r-rimi finali tal-iskart radjuattiv isir operattiv, u jnaqqas ir-riskji relatati mal-insolvenza potenzjali ta’ Electrabel. Permezz tal-ħlas bil-quddiem ta’ somma f’daqqa tal-Ammonti Limitati, l-Istat Belġjan diġà se jkollu r-riżorsi finanzjarji għad-dispożizzjoni tiegħu u mhux se jibqa’ jiddependi fuq l-eżistenza ta’ operatur nukleari privat f’futur imbiegħed.

(498)

Il-Kummissjoni rrikonoxxiet fil-premessi (337) sa (340) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ il-fatt li hemm ħafna karatteristiċi pożittivi li jikkaratterizzaw il-ftehim dwar l-iskart maqbul bejn il-Belġju u Engie, bħal: (i) il-ħlas immedjat fi flus kontanti, ibbażat fuq il-provvedimenti nukleari kurrenti (iċċertifikati minn kontabilisti internazzjonali) u inkluż primjum tar-riskju, li jassigura lill-Istat Belġjan kontra l-insolvenza potenzjali tal-operatur nukleari, (ii) l-inklużjoni tat-tariffa tal-aġġustament tal-volum f’każ li l-ammont ta’ skart nukleari jkun ogħla milli previst bħalissa, u (iii) l-inklużjoni ta’ kriterji stretti ta’ trasferiment kuntrattwali.

(499)

Il-Kummissjoni tqis li t-trasferiment tal-obbligazzjonijiet tal-iskart nukleari lill-fond Hedera, korp pubbliku segregat li jiżgura l-fondi għall-iskop maħsub tagħhom u li jikkontrolla l-kostijiet b’rabta mal-obbligazzjonijiet ittrasferiti, it-tnejn taħt il-kontroll ta’ korp governattiv indipendenti (CPN/CNV), jiġġustifika r-rilaxx tal-assi mhux Ewropej ta’ Electrabel mill-perimetru ta’ Electrabel (u l-monitoraġġ ta’ akkumpanjament tas-CPN/CNV), u jiżgura l-proporzjonalità tat-trasferiment tal-obbligazzjonijiet ittrasferiti rigward l-iskart radjuattiv u l-fjuwil użat, minħabba li ġie vvalutat li mill-inqas EUR 4 biljun f’assi jinsabu fl-għeluq tat-tranżazzjoni fil-perimetru ta’ Electrabel. Barra minn hekk, kif diġà ssemma fil-premessa (334) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, ir-rilaxx jista’ jitqies bħala proporzjonat billi Engie tagħti garanzija bla limitu u mhux kanċellabbli lill-kumpanija omm li tkopri: (i) l-obbligi ta’ dekummissjonar ta’ Electrabel (li jinkludu wkoll ir-riskju li l-valur tad-dispożizzjonijiet ma jkunx biżżejjed), (ii) ir-riskju tal-volum skont il-ftehim dwar il-Limitu Massimu tal-Iskart, u (iii) il-ħlas lura tas-self ma’ Synatom.

(500)

Fl-aħħar nett, il-Belġju ċċara wkoll li l-Mudell Finanzjarju tal-Iffirmar jikkunsidra l-kostijiet tal-immaniġġar jew tal-back-end tal-Iskart LTO u tal-Fjuwil Użat LTO, stmati għal madwar EUR 0,9 miljun għal kull assemblaġġ (fil-valuri tal-2022) (ara l-premessa (177)), sabiex b’hekk dawn il-valuri tal-iskart jistgħu jiġu attribwiti biss għall-perjodu ta’ estensjoni tat-tul tal-ħajja u ma humiex ikkunsidrati fil-ftehim dwar l-iskart.

(501)

Kien hemm tliet kwistjonijiet pendenti ewlenin b’rabta mal-proporzjonalità tal-Komponent 2 fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, li huma rilevanti għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni:

(a)

l-għoli tar-rata ta’ skont biex jiġi kkalkolat il-valur preżenti tal-obbligazzjonijiet ittrasferiti ta’ skart nukleari, li potenzjalment ma jirriflettix ir-riskji fit-tul ħafna relatati ma’ trasferiment sħiħ tal-obbligazzjonijiet kollha tal-iskart lill-Istat Belġjan (kif imsemmi mis-CPN/CNV fil-parir tagħha);

(b)

l-għoli tal-primjum tar-riskju; kif ukoll

(c)

il-valur tat-trasferiment ta’ obbligazzjonijiet addizzjonali ta’ dekummissjonar li jirriżultaw mill-Proġett LTO, li kien għadu mhux magħruf fil-ħin tal-valutazzjoni fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ.

(502)

L-ewwel nett, sabiex jiġi kkalkolat il-valur preżenti tal-obbligazzjonijiet tal-iskart nukleari u tal-fjuwil użat, il-Belġju għażel fattur ta’ skont nominali uniku ta’ 3 %, ibbażat fuq rata ta’ inflazzjoni ta’ 2 % u rata reali ta’ 1 %, b’kuntrast mal-parir tas-CPN/CNV li jiġi applikat approċċ f’żewġ stadji, fejn tintuża rata ta’ skont ta’ 3,17 % għall-ewwel 30 sena (abbażi tar-rata OLO ta’ 30 sena) u tintuża rata ta’ skont ta’ 2,17 % għall-perjodu ta’ wara (abbażi tar-rata mingħajr riskju). Il-Kummissjoni staqsiet għaliex il-Belġju ddevja mill-approċċ tas-CPN/CNV.

(503)

Kif spjegat fit-taqsima 3.3.2.3.1, il-Belġju spjega li r-rata ta’ skont ta’ 3 % hija rata konservattiva fit-tul, billi qabbilha mar-rata unika simulata ekwivalenti għall-approċċ f’żewġ stadji tas-CPN/CNV (ikkalkolata f’punti differenti fiż-żmien) u r-Rata Forward Aħħarija (“UFR” Ultimate Forward Rate) tal-EIOPA. Kif muri fi Tabella 14, meta r-rata ta’ skont ta’ 3 % titqabbel ma’ dawn ir-rati ta’ referenza l-oħrajn meħuda f’punti differenti fiż-żmien minn meta ġie ffirmat il-Ftehim ta’ Implimentazzjoni, ir-rata ta’ 3 % tinsab fit-tarf ta’ isfel tal-medda ta’ referenzi.

(504)

Ir-rata ta’ 3 % hija wkoll konformi mar-rata Belġjana tal-OLO ta’ 30 sena u tkun l-aħjar stima disponibbli, f’konformità mal-prattika tas-suq, minħabba l-perjodu ta’ żmien estiż u minħabba li r-rata ta’ 3 % hija diġà fuq il-livell inferjuri tad-diversi stimi. Hija wkoll konsiderevolment aktar baxxa mir-rata ta’ skont ta’ 4,58 % użata mill-Ġermanja f’każ simili u approvata mill-Kummissjoni fil-każ SA.45296.

(505)

Fil-kalkolu tal-Limitu Massimu tal-Iskart, il-Belġju jassumi rata ta’ inflazzjoni kostanti ta’ 2 %, li hija l-mira ta’ inflazzjoni fit-tul tal-BĊE. Is-CPN/CNV esprimiet tħassib li l-inflazzjoni reali tal-kostijiet tal-kostruzzjoni nukleari (abbażi tal-indiċi ABEX) tista’ tkun ogħla mill-mira ta’ inflazzjoni ta’ 2 % tal-BĊE (ara l-premessa (278)). Il-Belġju jargumenta li l-mira ta’ inflazzjoni tal-BĊE ta’ 2 % hija l-indikatur korrett tal-inflazzjoni għall-kalkolu tal-Limitu Massimu tal-Iskart, billi: (i) l-indiċi ABEX huwa biss indikatur dgħajjef għall-kostijiet tal-kostruzzjoni nukleari minħabba li jkopri biss il-kostruzzjoni residenzjali u (ii) ix-xejriet strutturali sottostanti tal-indiċi ABEX u l-indiċi CPI huma simili. Il-Kummissjoni taqbel mar-raġunament tal-Belġju li jqis bħala rata ta’ inflazzjoni rilevanti r-rata fil-mira tal-BĊE ta’ 2 % f’konformità mal-prattika tas-suq.

(506)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li rata ta’ skont ta’ 3 % tista’ titqies bħala konservattiva u għalhekk proporzjonata.

(507)

It-tieni, fir-rigward tal-għoli tal-primjum tar-riskju, il-Belġju ċċara li mal-ammont bażi ta’ EUR 9 815-il miljun żdied primjum tar-riskju addizzjonali sinifikanti ta’ EUR 5 185 miljun biex ikopri l-inċertezzi li fadal, abbażi ta’ nota teknika minn ONDRAF/NIRAS.

(508)

Il-Belġju ċċara matul il-fażi ta’ investigazzjoni formali kif l-inċertezzi u r-riskji assoċjati mat-trasferiment tar-responsabbiltà finanzjarja għall-immaniġġar tal-iskart radjuattiv u tal-fjuwil użat mis-seba’ impjanti tal-enerġija nukleari Belġjani lill-Istat Belġjan, kif identifikati fin-nota ta’ ONDRAF/NIRAS, ġew ikkunsidrati fil-kalkolu tal-primjum tar-riskju (ara Tabella 15).

(509)

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li ma huwiex sempliċi li tikkwantifika dawn ir-riskji kollha u li tivvaluta l-probabbiltà tagħhom. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li l-primjum tar-riskju fil-ftehim dwar il-Limitu Massimu tal-Iskart huwa maħsub biex ikopri r-riskji kollha “inqas probabbli milli le” kif identifikati fin-nota ta’ ONDRAF/NIRAS u, għalhekk, tqis il-primjum tar-riskju ta’ EUR 5 185 miljun bħala proporzjonat.

(510)

It-tielet, fir-rigward tal-kalkolu tal-ammont ta’ dissinerġiji tad-dekummissjonar, il-Kummissjoni tieħu nota tal-parir mis-CPN/CNV biex tnaqqas l-ammont propost minn Engie għal EUR [100-500] miljun (f’termini nominali) (ara l-premessa (200)) u tqis dan l-ammont bħala proporzjonat.

(511)

Fid-dawl tar-raġunament ta’ hawn fuq u l-kjarifiki addizzjonali pprovduti mill-Belġju, il-Kummissjoni tqis li l-Komponent 2 tal-miżura huwa proporzjonat.

8.3.3.5.3.   Proporzjonalità tal-Komponent 3

(512)

Id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjonijiet legali konklużi ma’ Engie jipprevedu li l-Istat Belġjan se jindennizza lil Engie għat-telf dirett li fil-fatt iġġarrab, kull meta jiġu adottati regolamenti ġodda dwar l-operaturi nukleari fil-Belġju jew l-attivitajiet nukleari ta’ Electrabel li jkollhom impatt negattiv fuq it-termini tat-tranżazzjoni.

(513)

Fil-każ ta’ att unilaterali mill-Istat Belġjan li jirriżulta fl-għeluq prematur tar-reatturi nukleari Doel 4 u Tihange 3 jew il-modifika tal-parametri ekonomiċi stabbiliti fil-ftehimiet, is-sidien tal-impjanti tal-enerġija nukleari jistgħu jattivaw il-klawżoli ta’ kumpens inklużi fil-ftehimiet u japplikaw għal kumpens quddiem qorti jew tribunal tal-arbitraġġ. Ir-rikorrent irid jagħti prova tat-talba tiegħu u l-ammont ta’ kumpens ma jiġix iddeterminat mill-Istat Belġjan jew mis-sidien tar-reatturi nukleari, iżda minn parti terza.

(514)

Kif diġà ssemma fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-proċedura quddiem qorti jew tribunal tal-arbitraġġ biex jiġi ddeterminat l-ammont ta’ dannu li jrid jiġi kkumpensat jenħtieġ li tiżgura li l-ammont ta’ għajnuna jinżamm għal minimu u, għalhekk, ikun proporzjonat.

8.3.3.5.4.   Konklużjoni dwar il-proporzjonalità tal-miżura

(515)

Il-Kummissjoni tqis li l-modifiki dwar il-miżura, inkluża modifika tad-disinn tas-CfD, l-intensifikazzjoni tal-MPRA u limitu massimu fuq l-MOCP, kif ukoll il-kjarifiki addizzjonali dwar it-taħlita ta’ sub-miżuri huma biżżejjed biex il-Kummissjoni tkun tista’ tikkonkludi dwar il-proporzjonalità tal-Komponent 1. B’dan, il-Kummissjoni tqis ukoll iċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ, li jikkonċernaw investiment f’impjanti nukleari eżistenti bbażat fuq teknoloġija antika u għal perjodu limitat ta’ 10 snin. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis il-kjarifiki addizzjonali dwar il-komputazzjoni tar-rata ta’ skont u l-primjum tar-riskju bħala suffiċjenti biex tkun tista’ tikkonkludi dwar il-proporzjonalità tal-Komponent 2 tal-miżura. Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-Komponent 3, l-investigazzjoni formali ma ressqitx evidenza biex tiddevja mill-konklużjoni preċedenti tal-Kummissjoni li l-Komponent 3 huwa proporzjonat.

(516)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis is-sub-miżuri taħt il-Komponent 1, il-Komponent 2 u l-Komponent 3 bħala mod proporzjonat biex tappoġġa l-Proġett LTO.

8.3.3.6.   Taħlita tat-tliet komponenti u l-effetti kumulattivi potenzjali

(517)

Il-Belġju sostna, bħala reazzjoni għad-Deċiżjoni tal-Ftuħ (ara t-taqsima 4.4.4), li l-Komponenti 1, 2 u 3 tal-miżura, għalkemm iservu l-istess skop tal-estensjoni tat-tul tal-ħajja tal-Unitajiet LTO u wara li jkunu ġew konklużi fl-istess mument, ivarjaw f’termini ta’ suġġett u natura, skop u benefiċjarji, sabiex b’hekk il-komponenti u s-sub-komponenti kollha tal-miżura jkunu jistgħu jitqiesu bħala komplementari għal xulxin, u dan jillimita kwalunkwe effett kumulattiv potenzjali li jista’ jinqala’.

(518)

Fir-rigward tal-affermazzjonijiet magħmula mill-Belġju (ara l-premessi (517) u (419)) li kull wieħed mit-tliet komponenti tal-Proġett LTO jittratta riskju speċifiku jew sett speċifiku ta’ riskji u fallimenti speċifiċi tas-suq kif imsemmi fil-premessa (418), il-Kummissjoni rrikonoxxiet f’deċiżjonijiet preċedenti dwar l-enerġija nukleari li t-taħlita ta’ dawk ir-riskji speċifiċi u l-fallimenti tas-suq hija unika għat-teknoloġija nukleari (175), u tikkostitwixxi karatteristika ġenerali tas-swieq kollha tal-UE, inkluż is-suq tal-elettriku Belġjan.

(519)

Il-Kummissjoni tqis li kull wieħed mit-tliet komponenti tal-miżura jkopri riskju separat u falliment tas-suq u li ma hemm l-ebda sovrapożizzjoni f’dan ir-rigward bejn it-tliet komponenti. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li sabiex jiġu koperti r-riskji identifikati kollha relatati mat-teknoloġija nukleari (riskji tekniċi u tal-ġestjoni tal-proġetti, riskji tas-suq u tal-investiment, riskji fit-tul relatati mal-immaniġġar tal-iskart nukleari u d-dekummissjonar u ż-żarmar tal-impjanti tal-enerġija nukleari, riskji regolatorji u ta’ politika), it-taħlita tat-tliet komponenti tal-miżura (il-Komponent 1, il-Komponent 2 u l-Komponent 3) hija neċessarja u xierqa.

(520)

Fir-rigward tal-proporzjonalità tas-sett ikkombinat ta’ miżuri, il-Kummissjoni qieset fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ li l-Belġju ma kienx wera biżżejjed l-impatt tat-tliet komponenti tal-miżura fuq xulxin, b’mod partikolari fir-rigward tal-proporzjonalità tas-sett ikkombinat tas-sub-miżuri kollha.

(521)

Il-Belġju ċċara matul l-investigazzjoni formali li, minn naħa waħda, il-mudell finanzjarju li fuqu huma bbażati l-miżuri ta’ appoġġ finanzjarju tal-Komponent 1, jinkludi l-kostijiet addizzjonali relatati mal-iskart operattiv u l-fjuwil użat prodotti mill-Unitajiet LTO matul il-Perjodu LTO, kif ukoll l-ammont ta’ dissinerġiji tad-dekummissjonar (imġarrba mill-Istat Belġjan), filwaqt li, min-naħa l-oħra, il-ftehim dwar l-iskart jikkonċerna mhux biss l-Unitajiet LTO, iżda s-seba’ reatturi nukleari kollha fil-Belġju, u jqis il-provvedimenti nukleari kollha li jridu jsiru sad-dati tat-tmiem legali oriġinali tas-seba’ reatturi nukleari (ara t-taqsima 3.3.2.5). Għalhekk, il-Kummissjoni taqbel li, fejn meħtieġ, il-kostijiet tal-iskart nukleari u tal-fjuwil użat ġew ikkunsidrati fil-mudell finanzjarju tal-Komponent 1 li fuqu hija bbażata l-kalibrazzjoni tas-sub-miżuri finanzjarji tal-Komponent 1, filwaqt li l-akbar parti tal-ftehim dwar l-iskart fil-Komponent 2 (meta jitqies it-trasferiment tal-obbligazzjonijiet relatati mal-iskart nukleari u l-fjuwil użat sad-data tat-tmiem legali oriġinali tas-seba’ reatturi nukleari) ma tikkoinċidix mas-sub-miżuri finanzjarji fil-Komponent 1. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-impatt tas-sub-miżuri tal-Komponent 2 tqies b’mod korrett fl-analiżi tal-proporzjonalità tal-Komponent 1.

(522)

Il-Belġju jirrikonoxxi li l-Komponenti 2 u 3 tal-miżura (potenzjalment) ibiddlu l-profil tar-riskju ta’ Electrabel. Madankollu, skont il-Belġju, il-Komponenti 2 u 3 ma jbiddlux il-profil tar-riskju ta’ BE-NUC, il-benefiċjarja ewlenija tal-Komponent 1. Għalhekk, il-profil tar-riskju ta’ BE-NUC jikkostitwixxi l-fattur rilevanti biex tiġi vvalutata l-proporzjonalità tal-Komponent 1. Kif imsemmi fit-taqsima 3.4, il-Kummissjoni taqbel li l-benefiċjarji tat-tliet Komponenti tal-miżura huma kull darba kemxejn differenti u li l-impatt ta’ kull Komponent tal-miżura jeħtieġ li jiġi vvalutat fil-livell tal-benefiċjarju rilevanti. Madankollu, BE-NUC u Electrabel huma l-benefiċjarji ewlenin tal-Komponenti 1 u 3. Il-profil ta’ riskju mnaqqas ta’ Electrabel u BE-NUC permezz tal-miżuri ta’ protezzjoni legali tal-Komponent 3 ġie kkunsidrat fil-valutazzjoni tas-sub-miżuri finanzjarji tal-Komponent 1, pereżempju, billi l-IRR fil-mira tal-Proġett LTO hija kkunsidrata li tinsab fit-tarf ta’ isfel tal-ispettru fl-eżerċizzju aġġornat ta’ parametraġġ referenzjarju (ara t-taqsima 3.3.1.3.1.1), u b’hekk toqrob lejn il-profittabbiltà tal-kumpaniji bi profil ta’ riskju mnaqqas. Barra minn hekk, ma żdied l-ebda primjum addizzjonali għar-riskju nukleari (jew primjum tal-likwidità), f’konformità mal-profil ta’ riskju mnaqqas (ara l-premessa (486)(a)). Fl-aħħar nett, filwaqt li l-IRR fil-mira hija ta’ 7 %, l-IRR realizzata mistennija hija ta’ 6,5 %, u tista’ saħansitra tkun ħafna aktar baxxa meta jitqies li x’aktarx iseħħu avvenimenti mhux mistennija fuq bażi annwali li jkollhom impatt negattiv fuq ir-redditi tal-proġett (ara t-taqsima 3.3.1.3.1.3).

(523)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-effett kumulattiv tat-tliet komponenti tal-miżura ġie kkunsidrat fejn meħtieġ fil-valutazzjoni tal-proporzjonalità u, għalhekk, tikkonkludi li anke t-taħlita tat-tliet komponenti tal-miżura hija proporzjonata.

8.3.3.7.   Evitar ta’ effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ u t-test tal-ibbilanċjar

(524)

Sabiex il-miżura tkun kompatibbli mas-suq intern, l-effetti negattivi tal-miżura f’termini ta’ distorsjonijiet bla bżonn tal-kompetizzjoni u l-impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri jridu jkunu limitati u megħluba mill-effetti pożittivi tal-għajnuna.

(525)

Sabiex tanalizza l-impatt fuq is-suq, il-Kummissjoni eżaminat l-impatt fuq il-kompetizzjoni kkawżat mill-fatt li l-operatur eżistenti u uniku taż-żewġ Unitajiet LTO, Electrabel, u t-tieni kumpanija (f’termini ta’ ishma mis-suq) fis-suq tal-elettriku Belġjan, Luminus, kienu l-benefiċjarji ewlenin tal-miżura nnotifikata. Minħabba l-pożizzjoni b’saħħitha ta’ Electrabel fis-suq tal-elettriku Belġjan ikkonċentrat ħafna (ara t-taqsima 2.5), l-għażla ta’ Electrabel bħala l-benefiċjarja ewlenija tal-għajnuna qajmet dubji rigward distorsjoni potenzjali bla bżonn tal-istruttura tas-suq.

(526)

Fit-taqsima 4.3.3.1 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni vvalutat il-fatt li Electrabel (bħala benefiċjarja importanti tal-Proġett LTO u operatur uniku tal-Unitajiet LTO) intgħażlet mingħajr offerta, proċess ta’ għażla, jew sejħa pubblika għal espressjoni ta’ interess. Għalhekk, ma kienx ċar jekk kinux ġew ikkunsidrati operaturi potenzjali oħrajn, u dan qajjem il-mistoqsija dwar jekk Electrabel kinitx se tkun l-aktar operatur effiċjenti u fuq liema bażi teknika jew ekonomika ntgħażlet Electrabel.

(527)

Il-Kummissjoni qieset l-argumenti li ġejjin fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ sabiex tikkonkludi li l-għażla ta’ Electrabel, mingħajr offerta, ma twassal għall-ebda distorsjoni potenzjali bla bżonn tal-istruttura tas-suq:

(a)

Electrabel dejjem kienet l-uniku operatur ta’ impjanti tal-enerġija nukleari fil-Belġju u, għalhekk, għandha l-esperjenza meħtieġa fl-operat tal-impjanti tal-enerġija nukleari eżistenti Belġjani, kif ukoll il-liċenzji meħtieġa. Għalhekk, ma hemm l-ebda operatur alternattiv li jkun entità aktar adattata biex taġixxi bħala l-operatur tar-reatturi nukleari (ara l-premessa (22)).

(b)

F’każijiet oħrajn, li jinvolvu l-kostruzzjoni ta’ reatturi nukleari ġodda (pereżempju, Paks II (176)), il-benefiċjarju tal-għajnuna fir-rigward tal-operat tal-impjanti ma ntgħażilx permezz ta’ offerta.

(c)

L-appoġġ jingħata għal perjodu limitat (10 snin) u jappoġġa biss it-tħaddim kontinwu taż-żewġ impjanti nukleari u l-ebda investiment ġdid.

(528)

Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni rreferiet ukoll għall-pożizzjoni b’saħħitha ta’ Engie fis-suq tal-elettriku Belġjan u esprimiet tħassib dwar distorsjonijiet potenzjali bla bżonn tal-istruttura tas-suq minħabba l-miżura ta’ għajnuna li qed tiġi diskussa. Il-Kummissjoni kellha tħassib u mistoqsijiet f’dan ir-rigward, b’mod partikolari relatati ma’

(a)

id-disinn tas-CfD,

(b)

l-indipendenza tas-sieħeb tal-EMSA, maħtur biex ibigħ l-elettriku nukleari,

(c)

l-ispostament potenzjali ta’ investimenti alternattivi minħabba l-miżura.

(529)

L-ewwel nett, kif spjegat f’aktar dettall fit-taqsima 3.3.1.3.2 u vvalutat fit-taqsima 8.3.3.4.1, il-Belġju emenda d-disinn tas-CfD, billi ta s-setgħa tat-teħid tad-deċiżjonijiet biex jimmodula lis-sieħeb tal-EMSA, li huwa - permezz tal-formula ta’ remunerazzjoni modifikata - inċentivat biex jitlob modulazzjonijiet ekonomiċi meta l-prezzijiet tas-suq ikunu aktar baxxi u mhux biex jitlob modulazzjonijiet ekonomiċi meta l-prezzijiet tas-suq ikunu ogħla (b’kuntrast mad-disinn inizjali tas-CfD fejn kien hemm inċentivi għall-operatur nukleari biex jipproduċi l-ħin kollu). Il-Kummissjoni qajmet ukoll mistoqsijiet dwar l-użu tad-DAM bħala MRP fil-formula tas-CfD. Il-Belġju ma biddilx l-MRP, u argumenta f’dan ir-rigward li l-użu ta’ prodott fit-tul fis-CfD huwa inqas adattat, minħabba l-produzzjoni mnaqqsa matul il-Fażi tal-Bidu mill-Ġdid tal-Proġett LTO (meta fl-istess ħin ix-xogħlijiet LTO se jkunu għaddejjin), ir-riskju ta’ indisponibilitajiet matul il-ħajja kollha tal-Proġett LTO, filwaqt li fl-istess ħin il-flotta nukleari se titnaqqas minn 7 għal 2 reatturi nukleari (ara l-premessa (98)). Il-Belġju għandu l-flessibbiltà li jirrevedi l-għażla tal-MRP wara 3,5 snin (ara l-premessa (100)). Il-Belġju jikkonferma wkoll li l-kontroparti tas-CfD (BE-WATT) se tiżviluppa strateġija ta’ ġestjoni tar-riskju għall-pożizzjoni miftuħa tagħha, kif previst legalment, u li l-implimentazzjoni tagħha se tikkontribwixxi għal-likwidità fis-swieq forward tal-elettriku (ara l-premessa (99)).

(530)

It-tieni, il-Belġju kkonferma li l-ftehim tal-EMSA se jingħata permezz ta’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti miftuħa u kompetittiva, sabiex jintgħażel sieħeb indipendenti tal-EMSA biex ibigħ l-elettriku prodott mill-Unitajiet LTO. L-organizzazzjoni ta’ offerta ssolvi d-dubju tal-Kummissjoni dwar il-proċedura biex jingħata l-ftehim tal-EMSA. Fir-rigward tat-tħassib tal-Kummissjoni dwar l-indipendenza tas-sieħeb tal-EMSA, b’mod partikolari f’każ li l-offerta ma tkunx konklużiva u GEMS, it-taqsima kummerċjali ta’ Engie, tkopri l-bejgħ tal-elettriku matul l-ewwel sena, jew f’każ li GEMS tintgħażel bħala sieħeb tal-EMSA permezz tal-offerta, il-Belġju ċċara f’aktar dettall is-salvagwardji addizzjonali li se jittieħdu f’dawk il-każijiet (ara t-taqsima 3.3.1.5.3).

(531)

Fl-aħħar nett, kif diġà ssemma fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni kienet imħassba li l-Proġett LTO kien se jħalli ftit wisq lok għal proġetti oħrajn ta’ investiment fis-settur tal-enerġija. L-implikazzjonijiet negattivi potenzjali tal-Proġett LTO għall-investimenti fl-enerġija rinnovabbli, b’mod partikolari, ġew enfasizzati wkoll minn xi wħud mill-kummenti ta’ partijiet terzi (ara t-taqsima 6.2.3.1). Il-Kummissjoni tqis li l-affermazzjonijiet minn partijiet terzi ma kinux issostanzjati biżżejjed u tqis li l-Proġett LTO mhux se jassorbi bis-sħiħ il-kapaċità ta’ ġenerazzjoni insuffiċjenti għall-elettriku matul il-perjodu 2025-2035, għar-raġunijiet li ġejjin:

(a)

Fl-aħħar studju tagħha dwar l-adegwatezza tar-riżorsi (NRAA tal-2023), Elia semmiet li l-kapaċità addizzjonali ta’ 2 GW tal-Unitajiet LTO mhux se tkun biżżejjed biex tissodisfa ż-żieda mistennija fid-domanda għall-elettriku fl-10 snin li ġejjin.

(b)

Permezz tal-mekkaniżmu ta’ kapaċità Belġjan, teknoloġiji ta’ ġenerazzjoni ġodda u eżistenti oħrajn (b’mod partikolari l-ġenerazzjoni termali, ir-rispons għad-domanda u l-ħżin) għandhom aċċess għal finanzjament għal perjodu ta’ żmien qasir jew itwal (il-kuntratti tas-CM jingħataw għal sena, 3 snin, 8 snin jew 15-il sena). Għalhekk, il-Proġett LTO mhux se jaffettwa bla bżonn is-sitwazzjoni ta’ teknoloġiji ta’ ġenerazzjoni oħrajn fil-Belġju u mhux se jiskoraġġixxi kwalunkwe investiment f’installazzjonijiet termali ġodda, rispons għad-domanda u ħżin sal-2035.

(c)

Ma hemm l-ebda indikazzjoni li l-Belġju se jieqaf jappoġġa l-iżvilupp ta’ kapaċità ta’ ġenerazzjoni ġdida minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli. Pereżempju, fl-2024, il-Kummissjoni approvat il-pjanijiet tal-Belġju għall-iżvilupp ta’ parks eoliċi fil-Baħar tat-Tramuntana, permezz tal-proġett eoliku lil hinn mill-kosta Princess Elisabeth (ara n-nota 148 f’qiegħ il-paġna).

(532)

Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni ma għandha l-ebda indikazzjoni li l-Proġett LTO se jipprevjeni lil atturi ġodda milli jidħlu fis-suq biex jipproduċu l-elettriku fil-Belġju u/jew jipprevjeni lil atturi oħrajn milli jiżviluppaw kapaċitajiet ta’ ġenerazzjoni ġodda. Konsegwentement, l-impatt tal-Proġett LTO fuq is-suq tal-bejgħ bl-imnut huwa mistenni li jibqa’ limitat ukoll.

(533)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva wkoll li l-konċentrazzjoni tas-suq tal-enerġija Belġjan kienet qed tonqos xi ftit f’dawn l-aħħar snin (ara t-taqsima 2.5), u d-dekummissjonar parallel tar-reatturi nukleari l-oħrajn ta’ Engie fil-Belġju jista’ jkompli din ix-xejra.

(534)

Fir-rigward tal-Komponent 2, il-Kummissjoni osservat fil-premessa (372) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ li t-trasferiment tal-obbligazzjonijiet tal-iskart nukleari u tal-fjuwil użat mhux se jkollu l-effett immedjat li jtejjeb is-sitwazzjoni kompetittiva tal-benefiċjarji vis-à-vis il-kompetituri tagħhom. Għall-ewwel, dan il-komponent tal-miżura se jġiegħel lill-operatur nukleari jħallas ammont ta’ flus kontanti ogħla minn dak li ġie akkumulat bħalissa fuq il-karti tal-bilanċ. It-tariffa għall-aġġustament tal-volum, li tiżgura li l-operatur nukleari jħallas ammont addizzjonali f’każ li jiġi prodott aktar skart nukleari milli kien previst oriġinarjament, taġixxi bħala salvagwardja. Barra minn hekk, wara l-investigazzjoni formali, il-Kummissjoni tikkonkludi - abbażi tal-elementi addizzjonali pprovduti mill-Belġju kif spjegat fit-taqsima 3.3.2.3 - li l-ħlas bil-quddiem tas-somma f’daqqa ta’ EUR 15-il biljun se jnaqqas biżżejjed ir-riskju meħud mill-Istat Belġjan meta jieħu f’idejh l-obbligazzjonijiet tal-iskart nukleari mingħand Electrabel u, għalhekk, huwa proporzjonat. Bl-istess mod, is-sub-miżuri l-oħrajn tal-Komponent 2 instabu wkoll li huma proporzjonati (ara t-taqsima 8.3.3.5.2). Għalhekk, is-sub-miżuri tal-Komponent 2 ma għandhom l-ebda effett negattiv potenzjali fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(535)

Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-Komponent 3, kif imsemmi fil-premessa (373) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-klawżoli ta’ protezzjoni legali, jekk u meta applikabbli, huma sempliċiment ta’ natura kumpensatorja. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li ma għandhom l-ebda effett negattiv potenzjali fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(536)

Bħala konklużjoni, fid-dawl tal-modifiki fid-disinn tas-CfD, l-organizzazzjoni ta’ sejħa għall-offerti dwar il-ftehim tal-EMSA (u l-modifiki fir-remunerazzjoni tas-sieħeb tal-EMSA) u l-garanziji dwar l-indipendenza tas-sieħeb tal-EMSA, in-nuqqas ta’ indikazzjonijiet li l-Proġett LTO se jxekkel l-iżvilupp ta’ teknoloġiji oħrajn li jiġġeneraw l-elettriku fil-Belġju, kif ukoll il-proporzjonalità tal-obbligazzjonijiet ittrasferiti tal-iskart nukleari u tal-fjuwil użat u l-protezzjonijiet legali, il-Kummissjoni tqis li d-distorsjonijiet potenzjali bla bżonn fuq is-suq Belġjan se jibqgħu limitati.

8.3.4.   L-ippeżar tal-effetti pożittivi tal-għajnuna kontra l-effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ

(537)

Wara l-valutazzjoni fit-taqsima 8.3.2 ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-miżura hija mmirata lejn il-promozzjoni ta’ investiment fl-enerġija nukleari u, għalhekk, tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ attività ekonomika, jiġifieri l-ġenerazzjoni tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija nukleari, filwaqt li tikkontribwixxi wkoll għas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku, kif ukoll tnaqqas id-dipendenza tal-Belġju fuq il-fjuwils fossili (u b’hekk tikkontribwixxi wkoll għall-objettivi ta’ dekarbonizzazzjoni tal-Belġju).

(538)

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li mingħajr l-għajnuna, inklużi t-tliet komponenti kollha li jikkostitwixxu l-miżura, l-investiment ma setax ikun mistenni li jiġi implimentat. Għalhekk, l-għajnuna hija meħtieġa għall-iżvilupp ta’ din l-attività ekonomika u tipprovdi effett ta’ inċentiv.

(539)

Il-Kummissjoni sabet li s-CfD bidirezzjonali, ikkumplimentat mill-miżuri finanzjarji l-oħrajn biex jappoġġa l-vijabbiltà finanzjarja tal-JV, il-ftehim dwar it-trasferiment tal-obbligazzjonijiet tal-iskart nukleari u tal-fjuwil użat, kif ukoll il-protezzjonijiet legali huma strumenti xierqa. L-investigazzjoni formali ma ressqitx evidenza li miżuri oħrajn kienu jkunu ugwalment effettivi b’effetti ta’ distorsjoni aktar baxxi, b’mod partikolari minħabba ċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ li jikkonċerna estensjoni tat-tul tal-ħajja tal-assi eżistenti u dan għal perjodu ta’ żmien limitat.

(540)

L-għajnuna se tingħata b’mod proporzjonat, hekk kif il-benefiċjarju mhux se jżomm profitti żejda lil hinn minn dak li huwa strettament neċessarju biex jiġu żgurati l-operat ekonomiku u l-vijabbiltà tal-impjant tal-enerġija nukleari. Id-disinn modifikat tas-CfD u l-formula ta’ remunerazzjoni modifikata tas-sieħeb tal-EMSA (li l-parametri tagħhom huma soġġetti għal rieżami fi żmien 3 snin), kif ukoll il-limitu massimu fuq l-MOCP, jiżguraw li l-Unitajiet LTO jipproduċu l-elettriku f’konformità mas-sinjali tas-suq, li l-operatur nukleari u l-JV huma aktar esposti għar-riskju tas-suq, filwaqt li l-iskopertura tal-Istat Belġjan tnaqqset.

(541)

Ir-rieżami regolari ta’ sett definit b’mod ċar ta’ valuri tal-input għall-mudell finanzjarju, li jippermetti aġġustament ’il fuq u ’l isfel, jiżgura li l-inċertezzi sinifikanti li jeżistu bħalissa fir-rigward tal-kostijiet kapitali u operattivi ma jirriżultawx f’kumpens żejjed tal-benefiċjarji. L-applikazzjoni ta’ mekkaniżmu (intensifikat) għall-kondiviżjoni tat-telf/tal-qligħ tiżgura wkoll li jkun hemm inċentivi biex l-Unitajiet LTO jitħaddmu bl-aktar mod effiċjenti possibbli, filwaqt li l-piż jinqasam ukoll mal-Istat Belġjan f’każ li l-prezzijiet tas-suq ikunu ogħla jew aktar baxxi milli mistenni.

(542)

Ir-rata ta’ redditu fuq l-ekwità fil-medda ta’ bejn 6 % u 8 % (b’rata fil-mira ta’ 7 %) tinsab fit-tarf ta’ isfel meta mqabbla mal-proġetti ta’ riferiment u f’konformità mal-kost tal-kapital u, għalhekk, titqies bħala proporzjonata. Dan huwa partikolarment minnu minħabba ċ-ċirkostanzi tal-Proġett LTO, li jikkonċerna estensjoni tat-tul tal-ħajja tal-assi eżistenti abbażi ta’ teknoloġija antika u għal perjodu limitat ta’ 10 snin.

(543)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li la Electrabel u lanqas BE-NUC ma huma se jikkontrollaw il-bejgħ tal-elettriku ġġenerat mill-Unitajiet LTO, iżda li sieħeb indipendenti tal-EMSA se jbigħ l-elettriku kollu fis-suq. Dan se jikkontribwixxi biex jiġi żgurat li l-pożizzjoni ta’ Engie fis-suq ma tissaħħaħx fis-suq Belġjan.

(544)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma għandha l-ebda indikazzjoni li l-Proġett LTO se jipprevjeni lil atturi ġodda milli jidħlu fis-suq għall-produzzjoni tal-elettriku fil-Belġju u/jew jipprevjeni lil atturi oħrajn milli jiżviluppaw kapaċitajiet ta’ ġenerazzjoni ġodda, u tikkonkludi li, b’mod ġenerali, id-distorsjonijiet potenzjali bla bżonn tal-kompetizzjoni huma limitati, abbażi tal-kunsiderazzjonijiet fit-taqsima 8.3.3.

(545)

Wara bbilanċjar bir-reqqa u b’kunsiderazzjoni tal-impenji offruti, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li d-distorsjonijiet bla bżonn tal-kompetizzjoni li jirriżultaw mill-miżura jinżammu għall-minimu neċessarju u jiġu kkumpensati mill-effetti pożittivi tal-miżura.

8.3.5.   Konklużjoni dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna

(546)

Abbażi tal-valutazzjoni mwettqa f’din id-Deċiżjoni u fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ dan il-każ, jiġifieri l-estensjoni tat-tul tal-ħajja tar-reatturi nukleari eżistenti bbażata fuq teknoloġija antika bi flessibbiltà limitata u dan għal perjodu ta’ żmien limitat ta’ 10 snin, il-Kummissjoni ssib li l-pakkett ta’ miżuri nnotifikati u sussegwentement emendati mill-awtoritajiet Belġjani, inklużi l-possibbiltajiet ta’ rieżami u l-impenji pprovduti, huwa kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-TFUE.

9.   KONKLUŻJONI

(547)

Il-miżura kif emendata hija kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-TFUE.

(548)

Il-Kummissjoni tinnota li l-Ftehim ta’ Implimentazzjoni u d-dokumenti li jakkumpanjawh ġew ipprovduti, għall-valutazzjoni, flimkien mat-termini tal-EMSA u l-Mudell Finanzjarju tal-Iffirmar. Il-Belġju jimpenja ruħu li l-ftehimiet li għalihom it-termini u l-kundizzjonijiet finali għadhom ma ġewx stabbiliti (pereżempju, it-termini tal-ASA, is-Self mill-Azzjonisti, is-Self tal-SDC, id-WCF) se jkun fihom klawżoli standard li kwalunkwe investitur ifittex għal proġett simili u li t-termini se jiġu stabbiliti b’mod distakkat. Jekk it-termini u l-kundizzjonijiet finali ta’ dawk id-dokumenti jemendaw il-miżura nnotifikata kif ippreżentata f’din id-Deċiżjoni, il-Belġju jimpenja ruħu li jinnotifikahom lill-Kummissjoni.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-miżura li l-Belġju qed jippjana li jimplimenta biex jappoġġa l-estensjoni tat-tul tal-ħajja ta’ żewġ reatturi nukleari fil-Belġju, jiġifieri Doel 4 u Tihange 3, hija kompatibbli mas-suq intern.

L-implimentazzjoni tal-miżura hija għaldaqstant awtorizzata.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2025.

Għall-Kummissjoni

Teresa RIBERA

Viċi President Eżekuttiv


(1)  Għajnuna mill-Istat — Il-Belġju — Għajnuna mill-Istat SA.106107 (2024/N) — Estensjoni tat-tul tal-ħajja ta’ żewġ reatturi nukleari (Doel 4 u Tihange 3) — Stedina biex jintbagħtu l-kummenti skont l-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU C, C/2024/4921, 8.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4921/oj).

(2)   Cf. in-nota f’qiegħ il-paġna nru. 1.

(3)  Ċertu input tekniku, finanzjarju, ekonomiku jew operazzjonali tħejja abbażi tal-informazzjoni pprovduta minn Electrabel.

(4)  Ir-Regolament Nru. 1 li jiddetermina l-lingwi li jridu jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU 17, 6.10.1958, p. 385, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1958/1(1)/oj).

(5)  Doel 1, Doel 2 u Tihange 1 fl-1975; Doel 3 u Tihange 2 fl-1982 u fl-1983, rispettivament; Doel 4 u Tihange 3 fl-1985.

(6)  EDF Belgium u Luminus huma entitajiet legali separati. It-tnejn huma parti mill-Grupp EDF. EDF Belgium hija azzjonista ta’ 68,6 % ta’ Luminus. L-azzjonisti l-oħrajn ta’ Luminus huma Ethias, Publilec, Socofe u Nethys.

(7)  Sors: Assoċjazzjoni Nukleari Dinjija (https://www.world-nuclear.org/country/default.aspx/Belgium).

(8)  Sors: Studju dwar l-adegwatezza u l-flessibbiltà għall-Belġju (2024-2034) minn Elia Group - Issuu (p. 42).

(9)  Sors: Assoċjazzjoni Nukleari Dinjija (https://www.world-nuclear.org/country/default.aspx/Belgium).

(10)  Sors: Studju dwar l-adegwatezza u l-flessibbiltà għall-Belġju (2024-2034) minn Elia Group - Issuu (p. 42).

(11)  Sors: J.D. Jenkins, Z. Zhou, R. Ponciroli, R.B. Vilim, F. Ganda, F. de Sisternes, A. Botterud, “The benefits of nuclear flexibility in power system operations with renewable energy”, Applied Energy, Volum 222, 2018, pp. 872-884.”

(12)  Il-vireg ta’ kontroll tar-reatturi “suwed” (li huma magħmula mill-karbur tal-boron) jassorbu n-newtroni tal-inċidenti kollha. Dawn huma ddisinjati biex jitfu r-reattur u, għalhekk, jistgħu joħolqu gradjent termali qawwi u stress fl-elementi tal-fjuwil waqt modulazzjoni. Il-vireg ta’ kontroll “griżi” (li huma magħmula mill-fidda-indju-kadmju) jassorbu biss parti min-newtroni tal-inċidenti u huma ddisinjati biex jipprovdu output flessibbli tal-potenza tar-reattur, minħabba li jikkawżaw depressjonijiet ferm iżgħar fil-fluss tan-newtroni u fid-distribuzzjoni tal-enerġija fil-viċinanza tal-vireg u, għalhekk, ma jippreżentawx l-istess problemi ta’ tisħin żejjed tal-fjuwil.

(13)  Agence Fédérale de Contrôle Nucléaire (AFCN) / Federaal Agentschap voor Nucleaire Controle (FANC).

(14)  Tali talbiet ta’ modulazzjoni minn Elia jistgħu jinqasmu f’żewġ kategoriji skont il-kritikalità tas-sitwazzjoni: “fażi ta’ allert”: modulazzjoni mitluba minn Elia bi twissija ta’ ġimgħa bil-quddiem minħabba li tistenna sitwazzjoni kritika fuq il-grilja; “fażi ta’ emerġenza”: modulazzjoni mitluba minn Elia direttament lill-kamra ta’ kontroll tal-unitajiet nukleari sabiex tittaffa minnufih il-grilja.

(15)  Sors: Femke Flachet, Jinzhao Zhang, Ruben Van Parys, Daniel Vantroyen, Christophe Schneidesch, ‘Core and fuel feasibility study for improved flexibility on the Belgian Nuclear Power Plants’, fi Proceedings of WRFPM, 2014, Dokument Nru. 100136, Sendai, il-Ġappun, Settembru 14-17.

(16)  Fil-prattika, ġeneralment tiġi offruta kapaċità sa 400 MW għal modulazzjonijiet ekonomiċi fuq talba tal-operaturi tal-impjanti, aktar milli kapaċità ta’ 500 MW (50 % tal-potenza nominali) li teħtieġ aktar operazzjonijiet manwali u, b’hekk, iżżid ir-riskju ta’ tifi awtomatiku.

(17)  Ara, Operational procedure, Fleet procedure nuclear modulation, ZST.10010883175.000_06, Anness Q1, taqsimiet 3.1 u 3.2, pp. 4-6.

(18)  Il-Belġju pprovda l-awtorizzazzjonijiet tal-maniġer ġenerali minn BelV, organizzazzjoni sussidjarja tal-AFNC/FANC, għal modulazzjonijiet ekonomiċi sa 30 darba għal kull ċiklu:

Għal Doel 4, ara BelV, 3078/2739/POI.851, ‘Kerncentrale Doel - Eenheid Doel 4 - Gedeeltelijke keuring voor ontvangst van wijziging aan de vergunde installaties’, is-26 ta’ Lulju 2017.

Għal Tihange 3, ara BelV, 2018-0330, ‘Approbation MNI O3/14/03, Modulations de puissance étendues’, it-28 ta’ Awwissu 2018.

(19)  Ara, pereżempju, (i) SFEN/RGN, “9. Parc nucléaire : la manoeuvrabilité au détriment de la performance?’, 25 juillet 2023; (ii) C. Cany, C. Mansilla, G. Mathonnière, P. da Costa, ‘Nuclear power supply: Going against the misconceptions. Evidence of nuclear flexibility from the French experience’, Energy, Volum 151, 2018, pp. 289-296; (iii) Alexey Lokhov, ‘Suivi de charge dans les centrales nucléaires’, AEN Infos, 2011, n°29.2.

(20)  Ara n-nota 18 f’qiegħ il-paġna.

(21)  Ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa (ĠU L 326, 8.12.2011, p. 1) art. 2(1)(b).

(22)  Il-link li ġejja tipprovdi l-UMM kollha ta’ Tihange 3 u Doel 4 fil-futur: https://umm.nordpoolgroup.com/#/messages?publicationDate=all&eventDate=custom&eventDateStart=2024-01-01&eventDateStop=2124-08-01&units=22WTIHANG000242R&units=22WDOELX40000793.

(23)  Ara, il-31 ta’ Jannar 2003, Wet houdende de geleidelijke uitstap uit kernenergie voor industriële elektriciteitsproductie/Loi sur la sortie progressive de l'énergie nucléaire à des fins de production industrielle d'électricité. Skont il-liġi dwar l-Eliminazzjoni Gradwali tal-Enerġija Nukleari, id-dati tal-għeluq tal-impjanti nukleari fil-Belġju kienu jkunu l-15 ta’ Frar 2015 (Doel 1), l-1 ta’ Diċembru 2015 (Doel 2), l-1 ta’ Ottubru 2022 (Doel 3), l-1 ta’ Lulju 2025 (Doel 4), l-1 ta’ Ottubru 2015 (Tihange 1), l-1 ta’ Frar 2023 (Tihange 2) u l-1 ta’ Settembru 2025 (Tihange 3).

(24)  Fil-5 ta’ Marzu 2020, il-liġi tat-28 ta’ Ġunju 2015 ġiet annullata mill-Qorti Kostituzzjonali (Kawża 34/2020) - wara deċiżjoni preliminari tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Kawża C 411/17) - minħabba li l-obbligi rigward il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali ma ġewx irrispettati, filwaqt li l-effetti tal-liġi baqgħu jinżammu sal-31 ta’ Diċembru 2022. Fil-11 ta’ Ottubru 2022, wara valutazzjoni tal-impatt ambjentali, ġiet mgħoddija “Liġi dwar it-Tiswija” li biddlet id-dati tad-diżattivazzjoni. Il-Liġi dwar it-Tiswija pposponiet id-diżattivazzjoni ta’ Doel 1, Doel 2 u Tihange 1 sal-2025.

(25)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17.3.2017, SA.39487 (2016/NN), il-Belġju, L-estensjoni tat-tul tal-ħajja tal-impjanti tal-enerġija nukleari Tihange 1, Doel 1 u Doel 2 (ĠU C/2017/142, 5.5.2017, p. 1).

(26)  Ara l-evidenza fin-noti 7 u 8 f’qiegħ il-paġni tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ.

(*1)  Id-data riveduta tad-diżattivazzjoni meta r-reatturi nukleari jkunu qed joperaw fl-1 ta’ Novembru 2025; l-aħħar data possibbli għad-diżattivazzjoni hija l-31 ta’ Diċembru 2037.

(27)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29.9.2023, SA.104336 (2023/N), il-Belġju, Emendi għall-Mekkaniżmu ta’ Remunerazzjoni tal-Kapaċità (ĠU C/2023/265, 18.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/265/oj).

(28)  Ara l-evidenza fin-nota 10 f’qiegħ il-paġna tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ.

(29)  Fl-10 ta’ Mejju 2024, l-ewwel ftehim ta’ emenda kien jikkonċerna s-suġġetti li ġejjin: modifika ta’ ċerti termini tal-RFP tal-espert tal-valwazzjoni, posponiment tad-Data tal-Għeluq fil-Mira, ċerti konfermi, modifiki tekniċi, korrezzjoni ta’ żball fl-SPA (“Ftehim dwar ix-Xiri tal-Ishma”, “Share Purchase Agreement”) II, żmien addizzjonali għall-konklużjoni tal-ASA u tal-EMSA. Fil-15 ta’ Lulju 2024, it-tieni ftehim ta’ emenda kien jikkonċerna s-suġġetti li ġejjin: posponiment tad-Data Finali sal-21 ta’ Frar 2025, ftehim dwar it-termini tal-proċess tal-offerti tal-EMSA, ċerti konfermi, modifika teknika tal-SPA I.

(30)   “Rikonċiljazzjoni” hija proċess li jintuża biex jiġi żgurat li l-kontijiet u r-rekords kollha jkunu akkurati u bilanċjati. Dan jinvolvi t-tqabbil taċ-ċifri stmati jew inizjali maċ-ċifri reali u finali, u t-twettiq tal-aġġustamenti meħtieġa.

(31)   “Indisponibilitajiet Skedati tal-LTO” huma l-indisponibilitajiet ippjanati li huma meħtieġa biex l-Unitajiet LTO jinġiebu f’konformità mar-rekwiżiti tal-Awtorità tas-Sikurezza.

(32)   “Indisponibilitajiet Skedati mhux marbuta mal-LTO” huma l-indisponibilitajiet normali annwali (prinċipalment għal skopijiet ta’ riforniment) li jiġu kkontemplati sa mis-Sena 1, is-Sena 2 u s-Sena 3 wara d-Data tal-Bidu mill-Ġdid tal-LTO għal Doel 4 u Tihange 3, rispettivament, sa sena qabel it-tmiem tal-operazzjonijiet għal Doel 4 u sal-aħħar sena tal-operazzjonijiet għal Tihange 3.

(33)  Il-Mudell Finanzjarju tal-Iffirmar huwa l-mudell finanzjarju li fuqu huwa bbażat il-Ftehim ta’ Remunerazzjoni ffirmat fit-13 ta’ Diċembru 2023.

(34)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27.8.2021, SA.54915 (2020/C) (ex 2019/N), il-Belġju, Mekkaniżmu ta’ Remunerazzjoni tal-Kapaċità (ĠU L/2022/117, 19.4.2022, p. 40). L-ewwel deċiżjoni ta’ emenda: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29.9.2023, SA.104336 (2023/N), il-Belġju, Emendi għall-Mekkaniżmu ta’ Remunerazzjoni tal-Kapaċità (ĠU C/2023/265, 18.10.2023, p. 1). It-tieni deċiżjoni ta’ emenda: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17.9.2024, SA.114003 (2024/N), il-Belġju, It-tieni sett ta’ emendi għall-Mekkaniżmu ta’ Remunerazzjoni tal-Kapaċità (ĠU C, C/2024/6138, 14.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6138/oj).

(35)  Ħarsa Ġenerali lejn id-Data tal-Enerġija Belġjana (SPF Economie 2024). Aktar dettalji dwar is-suq tal-elettriku bl-ingrossa u bl-imnut fil-Belġju u l-pożizzjoni fis-suq tal-atturi ewlenin (abbażi tad-data tal-2022), huma pprovduti fit-taqsimiet 2.2.1 u 2.2.2 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ.

(36)  L-Indiċi Herfindahl-Hirschman huwa kejl għall-konċentrazzjoni tas-suq, ikkalkolat billi s-sehem mis-suq ta’ kull ditta li tikkompeti fis-suq jiġi kwadrat u mbagħad jingħaddu flimkien in-numri li jirriżultaw. Swieq b’HHI ’l fuq minn 2 500 ġeneralment jitqiesu bħala swieq ikkonċentrati ħafna. Il-valuri tal-HHI jittieħdu mir-rapporti annwali ta’ CREG u huma bbażati fuq il-kapaċità installata u l-ġenerazzjoni minn installazzjonijiet konnessi fil-livell tal-grilja tat-trażmissjoni.

(37)  Rapport Annwali ta’ CREG (2024).

(38)  Rapport Annwali ta’ CREG (2024).

(39)  Rapport Commun sur l’évolution des marchés de l’électricité et du gaz naturel en Belgique (CREG, CWaPE, Brugel, VREG 2024).

(40)  Deskrizzjoni aktar dettaljata tal-fallimenti tas-suq tista’ tinstab fil-premessi (23) u (24) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ.

(41)  Ara l-Assoċjazzjoni Nukleari Dinjija, “Il-Finanzjament tal-Enerġija Nukleari”, it-2 ta’ Mejju 2024, https://world-nuclear.org/information-library/economic-aspects/financing-nuclear-energy.

(42)  Il-mudelli ta’ RAB ġew deskritti b’mod estensiv mil-letteratura. Ara, pereżempju, Meshkat, Mustafa. “Building and Upgrading of Nuclear Power Plant Projects: Evaluation of Engineering, Procurement, Construction (EPC) and Regulated Asset Base (RAB) Models”, Rieżami tad-Dritt Komparattiv, 14.2 (2023): pp. 1001-1022; Thomas, Steve, & al. ‘The proposed RAB financing method’, Nuclear Consult (2019).

(43)  Il-Belġju jsostni li l-banek kummerċjali ma humiex lesti u l-investituri spiss isibuha bi tqila, anke fejn ikun hemm arranġamenti ta’ kondiviżjoni tar-riskji fis-seħħ mal-Istat, biex jiksbu skopertura għall-assi nukleari, jiġifieri jieħdu r-riskju assoċjat ma’ investimenti kbar fis-settur nukleari fil-kuntest ta’ politika u regolamenti inċerti, u riskji teknoloġiċi.

(44)  L-attivitajiet ta’ żvilupp, deskritti fl-Iskeda 1 tal-JDA++, jikkonċernaw studji tekniċi prinċipalment b’rabta mal-konċepiment u t-tiqdim tal-installazzjonijiet, it-titjib fid-disinn, il-kompetenzi tal-programmi ta’ ġestjoni, ittestjar u spezzjoni, il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali (inkluża t-tħejjija tad-dokumenti meħtieġa tal-liċenzjar u tal-ħruġ ta’ permessi) u r-rieżamijiet perjodiċi tas-sikurezza tal-Unitajiet LTO.

(45)  Li jikkorrispondu għal 89,807 % (jiġifieri l-perċentwal tas-sjieda tal-Unitajiet LTO) tal-kost totali, u Luminus iġġorr l-10,193 % li jifdal.

(46)  BEPS tfisser Erożjoni tal-Bażi tat-Taxxa (it-tnaqqis tal-introjtu taxxabbli (jew tal-bażi tat-taxxa) f’pajjiż) u Trasferiment tal-Profitti (it-trasferiment tal-profitti lejn pajjiżi fejn it-taxxi huma ħafna aktar baxxi jew ineżistenti). Il-prinċipji ta’ BEPS tal-OECD jirreferu għal sett ta’ linji gwida internazzjonali mfassla biex jindirizzaw l-evitar tat-taxxa minn kumpaniji multinazzjonali. Huma jiżguraw li l-kumpaniji jħallsu t-taxxi fejn effettivament jagħmlu profitti u jwettqu l-attivitajiet kummerċjali reali tagħhom, minflok ma jittrasferixxu l-profitti lejn pajjiżi b’taxxi baxxi.

(47)  Eskluża l-VAT. Iċ-ċifri tal-Mudell Finanzjarju tal-Iffirmar ma jinkludux il-VAT.

(48)  F’xi każijiet, id-deċiżjoni regolatorja tal-kumpanija/proġett ikkonċernati tirreferi għar-rata ta’ redditu fil-mira (pereżempju, għall-iskop li jiġi ddeterminat il-prezz tal-eżerċitar tas-CfD) jew id-WACC (pereżempju, kif ikkunsidrat fil-mudell ta’ RAB biex jiġi ddeterminat id-dħul permess). Għal kull kumpanija/proġett ikkunsidrati, jiġu ppreżentati jew ir-rata ta’ redditu jew id-WACC ikkunsidrati fir-reġim regolatorju rispettiv. Is-sena fil-parentesi tirreferi għas-sena meta saret il-valutazzjoni jew ittieħdet id-deċiżjoni dwar ir-rata ta’ redditu fil-mira/WACC.

(49)  Għall-iskop ta’ komparabbiltà tar-riżultati, aħna niffokaw fuq il-primjum fuq ir-rata mingħajr riskju, jiġifieri d-differenza bejn ir-rata ta’ redditu fil-mira/WACC ivvalutata wara t-taxxa u r-rata mingħajr riskju kontemporanja (primjum fuq ir-rata mingħajr riskju mill-mument li tittieħed id-deċiżjoni tal-valutazzjoni/tar-regolatur relatata mal-assi/kumpanija kkunsidrata).

(50)  Id-WACC ta’ wara t-taxxa ġie kkalkolat abbażi tad-WACC reali ta’ qabel it-taxxa speċifiku għat-teknoloġija (propost minn CREG u Elia, stabbilit mill-ministru tal-enerġija) kif applikat biex jiddetermina l-parametri tal-irkant tas-CM.

(*2)  Compass Lexecon jinnota li ma jistgħux japprezzaw il-profil tar-riskju eżatt ibbażat fuq il-qafas regolatorju għall-utilitajiet tal-Istati Uniti u tal-Kanada, minħabba li ma hemmx informazzjoni dettaljata disponibbli għalihom.

(51)  Il-mudell CAPM huwa rikonoxxut u aċċettat b’mod wiesa’ fil-letteratura akkademika u mill-prattikanti tal-industrija bħala approċċ robust għall-istima tal-kost tal-ekwità.

(*3)  Il-medda tikkorrispondi għall-evoluzzjoni storika mill-bidu sal-aħħar tal-2023.

(52)  Għall-kuntrarju tal-“beta Ingranata”, imsejħa wkoll sempliċiment “beta”, li tqabbel il-volatilità tar-redditi tad-dejn u tal-ekwità ta’ kumpanija ma’ dawk tas-suq usa’ (pereżempju, kumpanija b’beta ta’ 1,4 għandha redditi li huma 140 % volatili daqs is-suq li qed titqabbel miegħu), il-“beta Mhux Ingranata”, imsejħa wkoll “beta tal-assi” tkejjel ir-riskju tas-suq tal-kumpanija mingħajr l-impatt tad-dejn biex tiżola r-riskju dovut biss għall-assi tal-kumpanija.

Is-CoE mhux ingranat ġeneralment jintuża biex jiġu vvalutati proġetti jew investimenti li huma ffinanzjati biss bl-ekwità. Bħala tali, it-tqabbil tad-WACC u tal-kost mhux ingranat tal-kapital jipprovdi għarfien dwar l-impatt tad-dejn fuq il-kost tal-kapital ta’ kumpanija.

(53)  OLO tfisser “Obligation Linéaire/Lineaire Obligatie”.

(54)  Mhux dejjem ikun fattibbli li jiġu espressi r-riskji possibbli kollha tas-suq fi ħdan parametru wieħed, speċjalment għal investimenti privati li l-beta tagħhom tista’ tiġi stmata biss minn grupp ta’ assi bejn il-pari b’komparabbiltà limitata.

(55)  Skont il-Belġju, ir-redditu stmat mill-analiżi bbażata fuq is-CAPM mis-sett ta’ komparaturi partikolari mhux se jippremja r-riskji għal: (i) in-natura privata tal-investiment fil-JV; (ii) riskji speċifiċi għall-ġenerazzjoni nukleari; u (iii) il-profil tar-riskju speċifikat mill-RA.

(56)  Ara, pereżempju, CEER, 2017: pp. 115-119: “ Il-primjums fuq il-kost tal-kapital għan-networks tal-enerġija varjaw bejn 0,6 % u 3,5 %, skont l-età tal-investiment (jiġifieri investiment ġdid) u l-kwalità tal-provvista” . Elia, Studju dwar l-Adegwatezza u l-Flessibbiltà għall-Belġju 2024–2034, p. 382: Fl-istudju dwar il-flessibbiltà tal-adegwatezza għall-Belġju, l-imġiba tal-investituri ġiet immudellata b’approċċ avvers għar-riskju billi mad-WACC żdied primjum ta’ ostaklu ta’ 3.0–8.0 % biex jagħmel tajjeb għar-riskji addizzjonali. B’mod partikolari għal proġetti nukleari, Oxera stmat primjum addizzjonali ta’ 2,0-4,0 %, li nofshom jistgħu jkunu attribwibbli għall-kost tal-ekwità għal kwalunkwe ġeneratur “minħabba swieq tal-elettriku liberalizzati” u n-nofs l-ieħor għal “riskji teknoloġiċi u tal-kostruzzjoni” (Oxera, 2005:4). Engie teħtieġ IRR mhux ingranata realizzata medja ta’ [0-5] % ’il fuq mid-WACC tagħhom. Fortum teħtieġ primjum ta’ [0-5]-[0-5] % skont it-teknoloġija. Il-firxa fil-mira ta’ Iberdrola għad-WACC hija stabbilita għal [0-5] %.

(57)  Il-kummerċjabbiltà jew il-likwidità ta’ assi tirreferi għall-grad sa fejn dan jista’ jiġi kkonvertit fi flus kontanti malajr mingħajr ma jiġġarrbu kostijiet kbar tat-tranżazzjonijiet jew konċessjonijiet tal-prezzijiet. Skont il-Belġju, l-illikwidità hija importanti għall-investituri, minħabba li dawn jitolbu redditi ogħla minn assi inqas likwidi milli minn assi aktar likwidi simili b’mod ieħor. Fi kliem ieħor, huma meħtieġa redditi ogħla bħala kumpens għall-kost tal-opportunità li ma jsirx investiment f’assi kummerċjabbli u li jinġarr ir-riskju ta’ telf fuq l-investiment illikwidu.

(58)  L-evidenza minn studji akkademiċi turi li l-investituri jeħtieġu redditi għal-livell ta’ illikwidità ta’ investiment. L-Istat Belġjan ipprovda referenzi akkademiċi estensivi dwar din il-kwistjoni, fosthom Nair and Radcliffe (1998), Damodaran (2005), Ibbotson (2013), Pemberton (2017), Torchio and Surata (2014), Ilmanen, Chandra, and McQuinn (2020), BNP Paribas (2023).

(59)  Ir-regolaturi Belġjani żiedu primjum ta’ illikwidità fl-għoti tar-redditu għall-assi tal-gass regolati. Aktar reċentement, minħabba l-illikwidità u n-nuqqas ta’ elenkar tal-operatur tal-faċilità tal-LNG, CREG applikat fattur ta’ 1,2 għar-rata mingħajr riskju u l-primjum tar-riskju għall-perjodu regolatorju 2020-2023.

(60)  Datati t-tielet trimestru u r-raba’ trimestru tal-2022, skont il-fornitur.

(61)  Il-prezzijiet barra l-kuritur jimplikaw l-istess aġġustament bħall-eqreb livell estern tal-kuritur. Dan l-aġġustament jallinja ma’ IRR fil-mira, bil-livell superjuri tal-kuritur stabbilit għal 8 % u l-livell inferjuri għal 6 %.

(62)  Compass Lexecon, Memo tat-28 ta’ Mejju 2024, “ Analiżi tal-prezz ta’ referenza tas-suq u bbilanċjar tal-allokazzjoni tal-kostijiet, u kumment dwar il-parir ta’ CREG”.

(63)  F’dak ir-rigward, BE-NUC għandha tissottometti rapport ta’ rikonċiljazzjoni annwali. Jekk l-ammont f’dan ir-rapport ikun inqas mill-ammonti aggregati tal-kostijiet operatorji minimi, allura l-Kontroparti tal-RA tħallas lil BE-NUC ammont ugwali għall-valur assolut tan-nuqqas rilevanti. Se jsir ħlas ekwivalenti lil Luminus.

(64)   “Avveniment sinifikanti ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà mhux ippjanat” huwa definit bħala kwalunkwe avveniment mhux ippjanat li jirriżulta f’nuqqas ta’ disponibbiltà tal-impjant ta’ aktar minn 30 % fis-sena, ekwivalenti għal 3,6 xhur.

(65)  Informazzjoni dettaljata dwar ir-Rieżami Perjodiku tas-Sikurezza komprensiv li qed isir kull 10 snin hija disponibbli fuq is-sit web tal-FANC/AFCN: https://afcn.be/fr/dossiers/centrales-nucleaires-en-belgique/surete/revisions-decennales.

(66)  Standards tas-Sikurezza tal-IAEA, Rieżami Perjodiku tas-Sikurezza għall-Impjanti tal-Enerġija Nukleari, STI/PUB/1588.

(67)  Il-Belġju pprovda ħarsa ġenerali dettaljata lejn id-drittijiet ta’ terminazzjoni skont l-RA, u ddikjara li l-RA jinkludi wkoll, minbarra d-drittijiet ta’ terminazzjoni, “Protokoll ta’ Unità LTO Unika” li jirrifletti r-reġim tad-drittijiet ta’ terminazzjoni b’ħafna modi, iżda japplika biss għat-tneħħija ta’ Unità LTO unika mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-RA qabel id-Data tal-Bidu mill-Ġdid tal-LTO.

(68)  Pereżempju, Crystal River 3 ingħalqet b’mod permanenti fl-2013, 3,5 snin wara li ġiet skoperta kwistjoni serja. Bl-istess mod, San Onofre 2 u 3 ingħalqu fl-2013, 1,5 snin wara l-iskoperta ta’ kwistjoni serja.

(69)  Dan ikun il-każ biss jekk ikun hemm diversi snin ta’ indisponibbiltà sostanzjali, pereżempju, inqas minn 60 % f’kull sena mill-2029 sal-2035.

(70)  Luminus hija l-proprjetarja tas-sehem tagħha (10,193 %) tal-elettriku prodott mill-Unitajiet LTO. Luminus timmaniġġa l-bejgħ tal-elettriku b’mod indipendenti u ma hijiex marbuta mal-EMSA, li l-iskop tagħha huwa li tbigħ is-sehem ta’ BE-NUC tal-produzzjoni tal-Unitajiet LTO.

(71)  Loi relative aux marches publics. Disponibbli fuq: https://etaamb.openjustice.be/fr/loi-du-17-juin-2016_n2016021053.html. Il-liġi tas-17 ta’ Ġunju 2016 dwar il-kuntratti pubbliċi tittrasponi d-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE.

(72)  F’konformità mal-artikolu 120 tal-liġi Belġjana dwar l-akkwist pubbliku tas-17 ta’ Ġunju 2016.

(73)  Bulletin der Aanbestedingen / Bulletin des Adjudications.

(74)  Suppliment għal Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(75)  Dawn is-suġġetti jinkludu, fost l-oħrajn, il-profil tar-riskju, il-garanziji b’rabta mal-kontroparti u r-riskju tal-kontroparti, il-mekkaniżmu tal-prezz, it-termini tal-ħlas, il-frekwenza tal-fatturazzjoni u l-imgħaxijiet għall-ħlas tard, il-BIS, ir-riżervi għall-ibbilanċjar tal-portafoll intern, il-qasma tal-offerta f’żewġ lottijiet (wieħed għal kull Assi tal-Enerġija), l-istruttura tal-kreditu u tal-garanzija assoċjata, u l-akkomunament tal-Parti Responsabbli għall-Bilanċ (“BRP”, Balance Responsible Party).

(76)  L-Istat Belġjan identifika b’mod attiv il-parteċipanti tas-suq rilevanti li jixtieq jikkuntattja u jinkoraġġixxi biex jieħdu sehem fl-RFI, kif ukoll il-proċedura tal-offerti sussegwenti.

(77)  Il-kriterju ta’ 1000 MW jiżgura li l-parteċipanti kwalifikati/magħżula jkunu finanzjarjament kapaċi jittrattaw it-talbiet li se jiġu allokati, li se jvarjaw bejn 1000 u 2000 MW.

(78)  Il-ġestjoni ta’ punti importanti u uniċi ta’ falliment fis-suq teħtieġ struttura operazzjonali speċifika b’taħriġ iddedikat tal-persunal. Filwaqt li f’approċċ standard għal assi deċentralizzati ta’ daqs iżgħar, speditur, kull meta tinqala’ problema, sempliċiment jiġi ordnat jakkwista l-volum nieqes mill-aktar fis possibbli fis-suq tal-istess ġurnata, tali approċċ ma huwiex adegwat għal assi ta’ daqs akbar.

(79)  Dan il-kriterju jiżgura li l-kontroparti tkun tista’ twettaq operazzjonijiet għal parti terza u jkollha qafas kuntrattwali robust fis-seħħ.

(80)  Il-kriterju huwa introdott biex jiżgura kapaċità raġonevolment b’saħħitha tas-sieħeb tal-EMSA għall-ħlas tal-impenji finanzjarji tiegħu.

(81)  Is-sħubija ta’ Nemo (Epexspot u Nord Pool fil-Belġju), jiġifieri organizzazzjoni li għandha l-mandat li tmexxi s-swieq tal-elettriku integrati ta’ ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata, tiżgura l-aċċess għas-swieq tal-elettriku. Dan il-kriterju jiżgura li l-kandidat ikun jista’ jaċċessa s-swieq tan-negozjar fil-ħin u jkollu esperjenza suffiċjenti u aġġornata bil-funzjonament tas-suq Ewropew.

(82)  Il-maniġers tal-enerġija jużaw sistemi ta’ reġistrazzjoni ta’ ftehimiet u ġestjoni tal-pożizzjonijiet biex jissimplifikaw il-flussi tax-xogħol, li jinkludu t-tbassir, l-ottimizzazzjoni, l-offerti f’irkantijiet, id-dispaċċ f’ħin reali u s-saldu tat-tranżazzjonijiet. B’mod speċifiku, dawn is-sistemi jirreġistraw it-tranżazzjonijiet kollha bejn BE-NUC u s-sieħeb tal-EMSA, kif ukoll il-bejgħ u l-iskambji relatati mas-suq mat-TSO. Id-data rreġistrata tiġi pproċessata permezz ta’ modulu ta’ saldu, li jikkonverti l-volumi tat-tranżazzjonijiet f’saldi finanzjarji bl-użu ta’ formuli kuntrattwali predefiniti. Id-dikjarazzjonijiet iġġenerati mis-sistema jiġu sottomessi b’mod elettroniku lil BE-NUC għal rieżami. BE-NUC tista’ tagħmel kontroverifika ta’ dan u, jekk ikun meħtieġ, titlob aġġustamenti.

(83)  B’mod partikolari, il-beta se tammonta għal 100 % f’sitwazzjonijiet ta’ “ġenerazzjoni ta’ karga bażika”, 20 % f’sitwazzjonijiet ta’ “modulazzjoni ekonomika”, jiġifieri sa 30 darba fis-sena, u 8 % f’avvenimenti ta’ għeluq mhux ippjanati, jiġifieri f’każ ta’ avvenimenti eċċezzjonali b’impatt kbir, li tipikament iseħħu inqas minn darba fis-sena u għal kull unità.

(84)  Dan huwa relatat mar-restrizzjonijiet tekniċi b’rabta mal-modulazzjonijiet (ara l-premessa (13)).

(85)  L-EMSA tista’ tiġi tterminata b’mod unilaterali minn BE-NUC wara 3,5 snin (42 xahar) wara d-data tal-bidu mill-ġdid tal-ewwel unità nukleari. BE-NUC tista’ sussegwentement tidħol fi ftehim ġdid wara sejħa għall-offerti ġdida taħt termini differenti.

(86)  L-evalwazzjoni tal-parametri alfa u beta se tkun ibbażata fuq: (i) valutazzjoni tal-parteċipazzjoni fis-sejħa għall-offerti u l-eżitu tagħha (l-indikaturi jistgħu jkunu: l-għadd u t-tip ta’ offerenti, l-eżitu tal-offerta f’termini ta’ prezz/kostijiet, eċċ.), valutazzjoni tad-deċiżjonijiet (mhux) ta’ modulazzjoni, inklużi l-konsegwenzi (finanzjarji) tagħhom għall-partijiet involuti, meta jitqiesu l-kundizzjonijiet tas-suq (mistennija u realizzati) u r-restrizzjonijiet operazzjonali jew ta’ modulazzjoni, u (iii) valutazzjoni tad-deċiżjonijiet ta’ negozjar fis-suq tad-DA u tal-istess ġurnata, kif ukoll l-iżbilanċi li jirriżultaw fil-perimetru tal-BRP. L-informazzjoni sottostanti għal din l-evalwazzjoni se tkun ibbażata fuq id-data miġbura mis-sieħeb tal-EMSA matul il-kuntratt tal-EMSA, kif ukoll id-data mill-operatur Electrabel permezz ta’ BE-NUC u l-Ftehim O&M, u kwalunkwe informazzjoni pubblika/tas-suq rilevanti relatata ma’ dan ta’ hawn fuq.

(87)  L-Artikolu 4(3), il-punt (e), tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom tad-19 ta’ Lulju 2011 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv (ĠU L 199, 2.8.2011, p. 48), li jirrikjedi li “l-ispejjeż tal-ġestjoni ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv għandhom jitħallsu minn dawk li ġġeneraw dawk il-materjali” .

(88)  L-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2011/70/Euratom.

(89)  Id-dispożizzjonijiet għall-iskart operazzjonali jiġu awditjati mill-awdituri esterni ta’ Engie (Deloitte) bħala parti mir-rieżami annwali tal-awditjar tagħhom.

(90)  F’din id-Deċiżjoni, “Ftehim dwar il-Limitu Massimu tal-Iskart” jirreferi għal-limitu massimu fuq ir-responsabbiltà fit-tul tal-produtturi tal-iskart radjuattiv li jirriżulta mill-produzzjoni tal-elettriku permezz tal-enerġija nukleari, filwaqt li “ftehim dwar l-iskart” jirreferi għall-kombinament tas-sub-miżuri kollha skont il-Komponent 2, jiġifieri, inkluż ukoll il-ftehim dwar iż-żarmar u d-dekummissjonar, eċċ.

(91)  Tali Tariffi tal-Aġġustament tal-Volum ta’ Skart LTO indiċjati għandhom jitħallsu lil Electrabel hekk kif jiġi prodott Pakkett ta’ Skart LTO jew meta l-produzzjoni tiegħu tkun saret ċerta. Tali tariffa se tkopri l-ħżin tal-Iskart LTO. It-Tariffa tal-Aġġustament tal-Iskart LTO għal kull kategorija ta’ skart hija diġà prevista fl-Artikoli 16 sa 18 tal-Liġi Phoenix.

(92)  Din it-tariffa tinkludi: (i) il-kostijiet kollha tal-ħżin fuq il-post imġarrba minn Electrabel sal-2050 qabel ma s-sit jiġi ttrasferit lill-Istat Belġjan u (ii) il-kostijiet kollha relatati ma’ ONDRAF/NIRAS wara t-trasferiment pagabbli lil Hedera. Il-kostijiet għall-ħżin fuq il-post diġà ġew stmati għal kull assemblaġġ u t-Tariffa tal-Aġġustament tal-Volum għall-Fjuwil Użat ġiet stabbilita u hija prevista fl-Artikoli minn 16 sa 18 tal-Liġi Phoenix.

(93)  Applikazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2006/851/Euratom tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ġestjoni ta’ riżorsi finanzjarji għad-dekummissjonar ta’ installazzjonijiet nukleari, fjuwil użat u skart radjuattiv u l-Konvenzjoni Konġunta dwar is-Sikurezza tal-Immaniġġar tal-Fjuwil Użat u dwar is-Sikurezza tal-Immaniġġar tal-Iskart Radjuattiv.

(94)  Sabiex jiġi żgurat li s-somma f’daqqa tikber biżżejjed maż-żmien, jiġi stabbilit kumitat ta’ investiment (bi tliet esperti finanzjarji indipendenti, il-president tal-kumitat ta’ ġestjoni tal-SPF Economy, l-uffiċjal tal-investiment ta’ Hedera, rappreżentant tal-Aġenzija Belġjana tad-Dejn, u rappreżentant tal-SPFIM) fi ħdan Hedera biex jagħti pariri lill-kumitat ta’ ġestjoni ta’ Hedera dwar, fost l-oħrajn, l-istrateġija ta’ investiment u l-ġestjoni tar-riskju.

(95)  Kull 5 snin, ONDRAF/NIRAS trid tissottometti pjan għall-approvazzjoni lil Hedera, li jistabbilixxi s-servizzi li għalihom Hedera assumiet ir-responsabbiltà finanzjarja, ir-riżorsi u l-investimenti li jeħtieġu biex ikunu jistgħu jimplimentaw dan il-pjan, flimkien mal-kalkoli tal-kostijiet li jakkumpanjawh. Hedera tanalizza l-pjan, titlob pariri mingħand is-CPN/CNV u tapprova (jew le) il-pjan ta’ 5 snin. Kull sena (għad-durata ta’ tali pjan ta’ 5 snin) ONDRAF/NIRAS tissottometti pjan annwali dettaljat għas-sena kalendarja ta’ wara lil Hedera għall-approvazzjoni. Hedera tapprova l-pjan, għal darb’oħra wara li tirċievi pariri mingħand is-CPN/CNV. Barra minn hekk, Hedera se tħallas biss il-fatturi indirizzati lilha minn ONDRAF/NIRAS taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin: (i) l-ammonti ddikjarati jkunu konformi mal-pjan ta’ 5 snin applikabbli u mal-pjan annwali dettaljat, (ii) l-ammonti ddikjarati jkunu ġġustifikati mill-prestazzjoni reali, u (iii) l-ammonti ddikjarati jkunu relatati mal-kostijiet reali tal-attivitajiet imwettqa.

(96)  Kif meħtieġ mid-Direttiva 2011/70/Euratom. Din id-Direttiva tirrikjedi li l-Istati Membri jippjanaw għall-edukazzjoni u t-taħriġ, kif ukoll għall-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp, sabiex ikopru l-ħtiġijiet tal-programm nazzjonali għall-immaniġġar tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv biex jiksbu, iżommu u jiżviluppaw aktar l-għarfien espert u l-ħiliet meħtieġa u, b’hekk, jippermettu mmaniġġar fit-tul sikur u sigur tal-iskart nukleari u tal-fjuwil użat.

(97)  Il-provvedimenti għaż-żarmar huma skontati b’rata ta’ skont ta’ 2,5 % minħabba l-perjodu ta’ żmien iqsar tagħhom (tul ta’ 11,4 snin). Bil-maqlub, il-provvedimenti għall-fjuwil użat huma soġġetti għal rata ta’ skont ogħla ta’ 3 % biex iqisu perjodu ta’ żmien itwal (tul ta’ 30 sena).

(98)  Parir mis-CPN/CNV lill-Ministru tal-Enerġija tas-7 ta’ Marzu 2023, pp. 4-6 (‘ Advies van de Commissie voor Nucleaire Voorzieningen aan de Minister van Energie betreffende de overdracht van de financiële verantwoordelijkheid van ENGIE aan de Belgische staat van het beheer van het radioactief afval en de verbruikte splijtstof van de zeven Belgische kerncentrales ’).

(99)  L-EIOPA tippubblika l-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju kull xahar. Din tintuża mill-kumpaniji tal-assigurazzjoni fiż-ŻEE biex jivvalutaw l-obbligazzjonijiet tagħhom skont il-qafas regolatorju ta’ Solvenza II. Il-kurva tal-EIOPA hija l-kurva tar-rendiment tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju għal maturitajiet sa 150 sena għall-pajjiżi taż-ŻEE. Ir-rati għall-maturitajiet sa 20 sena jiġu kkalkolati abbażi tar-rati ta’ swap (jiġifieri r-rati fissi li bihom l-atturi tas-suq huma lesti li jiskambjaw obbligi b’rata tal-imgħax varjabbli). Ir-rati għal maturità itwal jiġu estrapolati u jikkonverġu lejn ir-Rata Forward Aħħarija (UFR) fit-tul ħafna.

(100)  Ara n-nota mħejjija minn Compass Lexecon tat-28 ta’ Novembru 2024 – “ Reazzjoni għat-tħassib tal-KE dwar ir-rata ta’ skont - 281124 ”.

(101)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16.6.2017, SA.45296 (2017/N), il-Ġermanja, It-Trasferiment tal-Obbligazzjonijiet ta’ Skart Radjuattiv u Fjuwil Nukleari Użat fil-Ġermanja (ĠU C/2017/254, 4.8.2017, p. 1).

(102)  L-approċċ tal-EIOPA jipprovdi l-kundizzjonijiet tas-suq biss għal maturitajiet qosra (sa 20 sena). Wara din il-maturità, il-metodoloġija ma hijiex ibbażata fuq ir-rati ta’ swap, iżda fuq medji storiċi li mhux neċessarjament jirriflettu r-realtà ekonomika kurrenti, li jistgħu jwasslu għal sottovalutazzjoni sinifikanti ta’ obbligazzjonijiet aktar fit-tul. Għalhekk, l-UFR hija indikatur tar-rata mingħajr riskju fit-tul ħafna f’termini nominali adattati għall-fondi tal-pensjonijiet. Madankollu, fid-dawl tad-durata tal-obbligazzjonijiet nukleari u l-fatt li jitħallas primjum inizjali biex ikopri dawn l-obbligazzjonijiet mingħajr l-ebda aspettattiva ta’ kontribuzzjonijiet addizzjonali (għall-kuntrarju tal-fondi tal-pensjonijiet), din mhux bilfors hija rilevanti għall-każ inkwistjoni.

(103)  Fid-dokument ta’ reġistrazzjoni universali 2023 (p. 354), EDF tinnota li r-rata ta’ redditu mistennija ta’ dan il-portafoll għall-20 sena li ġejjin hija ogħla mir-rata ta’ 4,5 % użata mill-EDF għall-iskont tal-obbligazzjonijiet nukleari tagħhom, li hija 1,5 punti perċentwali ogħla mir-rata ta’ skont miżmuma mill-Belġju.

(104)  NIRAS/ONDRAF, Nota Teknika (kunfidenzjali) ta’ Marzu 2023, ‘ Note technique documentant une analyse des incertitudes et des risques associés au transfert de la responsabilité financière de la gestion des déchets radioactifs et du combustible usé des sept centrales nucléaires belges d’Engie à l’État belge ’.

(105)  Il-Belġju jsostni li l-impatt tal-Proġett LTO fuq il-programm ta’ dekummissjonar eżistenti jista’ jkun negattiv (dissinerġija) jew pożittiv (sinerġija). L-ammont globali ġie kkalkolat bħala negattiv (dissinerġiji), għalkemm ġew ikkunsidrati wkoll impatti pożittivi.

(106)  Jekk l-għeluq tat-tranżazzjoni jseħħ f’data aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2024, l-ammont jiżdied b’EUR [0-0,500] miljun fix-xahar biex jagħmel tajjeb għaż-żieda korrispondenti ta’ [0-5] % fuq bażi annwali.

(107)  Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, pp. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2011/92/oj).

(108)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġi (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1992/43/oj).

(109)  Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/147/oj).

(110)  Aktar informazzjoni dwar dawn in-notifiki transfruntiera indirizzati lil Stati Membri oħrajn tal-UE f’konformità mal-Artikolu 7 tad-Direttiva dwar il-VIA (inklużi r-reazzjonijiet kollha riċevuti) tista’ tinstab fuq il-paġna ddedikata tal-FPS Economy.

(111)  Compass Lexecon, Memo CfD Design, it-22 ta’ Awwissu 2024.

(112)  Compass Lexecon, Memo - Nota supplimentari dwar is-Self tal-SDC u l-MOCP, it-22 ta’ Awwissu 2024.

(113)  CPN/CNV, “ Parir lill-Ministru tal-Enerġija dwar it-trasferiment tar-responsabbiltà finanzjarja minn ENGIE lill-Istat Belġjan tal-immaniġġar tal-iskart radjuattiv u tal-fjuwil użat mis-seba’ impjanti tal-enerġija nukleari tal-Belġju ”, is-7 ta’ Marzu 2023.

(114)  Compass Lexecon, Memo - Analiżi tat-tħassib tal-Kummissjoni tal-UE dwar id-disinn tal-limitu massimu tal-iskart nukleari, it-30 ta’ Awwissu 2024.

(115)  Dan il-valur ġie sostitwit mill-analiżi ta’ Compass Lexecon imwettqa fuq data aktar dettaljata fid-dokument “CL – Rispons għat-tħassib tal-KE dwar ir-rata ta’ skont – 291124”, ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2024, li jagħti rata ekwivalenti ta’ 2,8 %.

(116)  Dan il-valur ġie sostitwit mill-analiżi ta’ Compass Lexecon imwettqa fuq data aktar dettaljata fid-dokument “CL – Rispons għat-tħassib tal-KE dwar ir-rata ta’ skont – 291124”, ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2024, li jagħti rata ekwivalenti ta’ 3,1 %.

(117)  Din ġiet ikkompletata bit-tweġiba għall-mistoqsija 5.4 tal-RFI tal-1 ta’ Ottubru. Fil-prattika, biex tiħħeġġa kontra r-riskju tal-inflazzjoni, Hedera se tiffoka fuq ġestjoni dinamika tal-assi u l-obbligazzjonijiet, ibbażata fuq portafoll diversifikat li jinkludi assi li jippermettu lill-fond jiħħeġġa kontra l-inflazzjoni. Pereżempju, Hedera tista’ tfassal portafoll ibbażat fuq (iżda mhux limitat għal) bonds u strumenti ta’ dejn, ekwità, proprjetà immobbli, u derivattivi, bil-għan fit-tul li tikseb redditu ta’ 1 % f’terminu reali, filwaqt li timminimizza r-riskju ta’ volatilità.

(118)  AFCN/FANC, it-28 ta’ Novembru 2021, ‘ Position de l’AFCN sur le projet LTO pour Doel 4 et Tihange 3 ’, p. 5, (traduzzjoni ta’ konvenjenza), disponibbli fuq: https://afcn.fgov.be/fr/system/files?file=2021-11-28-afcn-position-lto-final-fr.pdf. “ Is-sitwazzjoni ta’ Doel 4 u Tihange 3 ma tistax titqabbel ma’ dik tal-unitajiet Doel 1 u 2 (li għalihom, fl-2014, id-deċiżjoni li jingħataw LTO ttieħdet biss fl-aħħar minuta). L-unitajiet Doel 1 u 2 setgħu jerġgħu jibdew jaħdmu relattivament malajr matul ix-xitwa tal-2015, minħabba li: (i) il-fajl tal-LTO għal dawn ir-reatturi kien tfassal u ġie approvat sa mill-2012, sabiex il-modifiki meħtieġa għall-bidu mill-ġdid (relatati mal-kwalifika tat-tagħmir u l-ġestjoni tat-tiqdim) kienu magħrufa perfettament, u (ii) l-Artikolu 30 tad-Digriet Irjali tal-PSIN kien għadu ma daħalx fis-seħħ u, b’riżultat ta’ dan, il-modifiki fid-disinn tas-sikurezza setgħu jinfirxu fuq id-diversi għeluq skedati bejn l-2015 u l-2020. […] L-estensjoni tat-tħaddim sikur tar-reatturi nukleari Doel 4 u Tihange 3 teħtieġ pjan ta’ azzjoni estiż, li prinċipalment jittratta l-elementi responsabbli biex jiggarantixxu s-sikurezza nukleari. Dan il-pjan ta’ azzjoni jkopri d-disinn, il-kontroll u l-kostruzzjoni/fabbrikazzjoni/installazzjoni ta’ għadd potenzjalment kbir ta’ komponenti. Għalhekk, it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-modifiki meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti l-ġodda tas-sikurezza se jieħdu s-snin. ”

(119)  Engie rreferiet hawnhekk għas-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 1998, BP Chemicals vs Il-Kummissjoni, T-11/95: “ Meta l-interventi konsekuttivi jkunu tant marbuta ma’ xulxin mill-qrib, speċjalment wara li jiġu kkunsidrati l-kronoloġija tagħhom, l-iskop tagħhom u ċ-ċirkostanzi tal-impriża meta saru dawk l-interventi, li huma inseparabbli, huma jistgħu jitqiesu bħala “intervent uniku” ”.

(120)  B’riżultat ta’ dan, fl-2020, Engie naqqset l-assi nukleari tagħha. Engie, Dokument ta’ reġistrazzjoni universali tal-2020, it-taqsima 1.4.1, p. 13. Disponibbli fuq: www.engie.com/sites/default/files/assets/documents/2021-03/ENGIE_URD_2020_0.pdf.

(121)  Ara, pereżempju, AFCN/FANC, it-28 ta’ Novembru 2021, “ Position de l’AFCN sur le projet LTO pour Doel 4 et Tihange 3” , p. 5 (traduzzjoni ta’ konvenjenza), disponibbli fuq: https://afcn.fgov.be/fr/system/files?file=2021-11-28-afcn-position-lto-final-fr.pdf. “[L-]operatur Electrabel ħabbar f’Novembru 2020 li l-Gvern Belġjan kien għażel b’mod ċar fil-ftehim tal-gvern tiegħu eliminazzjoni gradwali sħiħa tal-enerġija nukleari sal-2025. B’inqas minn 5 snin qabel dik id-data, l-operatur tal-impjanti tal-enerġija nukleari Doel u Tihange ddeċieda li ma kienx għadu possibbli li jħejji għal estensjoni possibbli tal-operat tal-unitajiet Doel 4 u Tihange 3 tiegħu. Għalhekk, Electrabel iddeċidiet li tiddedika r-riżorsi kollha tagħha biex tħejji għall-għeluq finali u għaż-żarmar tas-seba’ reatturi nukleari kollha fis-siti ta’ Doel u Tihange. Għalhekk, il-proġett “LTO G2 Preparation” twaqqaf mill-operatur f’dak il-punt. ”

(122)  Ara, pereżempju, AFCN/FANC, is-17 ta’ Jannar 2022, “Résumé et analyse des actions nécessaires pour l’activation du plan B - Long Term Operation Doel 4 & Tihange 3” , p. 9, (traduzzjoni ta’ konvenjenza), disponibbli fuq: https://afcn.fgov.be/fr/system/files?file=20220118-note-afcn-liste-analyse-actions-late-lto-vf.pdf. “[…] Electrabel tixtieq li jkollha ċertezza qabel ma tieħu passi waħedha. Jekk il-Gvern ikun jixtieq jattiva l-Pjan B [l-operat fit-tul ta’ Doel 4 u Tihange 3], huwa jkollu jagħti prijorità lid-diskussjonijiet ma’ Electrabel dwar il-kundizzjonijiet u ċ-ċertezzi meħtieġa qabel ma jkompli bl-iżvilupp tal-Pjan B (kompitu 1). L-AFCN terġa’ tiġbed l-attenzjoni tal-Gvern għall-fatt li kważi l-azzjonijiet kollha fil-Pjan B li jaqgħu taħt il-mandat tal-AFCN (l-istabbiliment tal-fajl LTO) jeħtieġu l-kooperazzjoni ta’ Electrabel. Skont Electrabel, kwalunkwe diskussjoni dwar LTO possibbli hija kundizzjonali fuq l-eżistenza ta’ qafas regolatorju ċar, stabbli u koerenti għas-sikurezza nukleari. L-AFCN tifhem din il-fehma u, għalhekk, qed tippjana li tkompli l-ħidma fuq il-kjarifika tal-qafas regolatorju relatat mas-sikurezza nukleari matul l-ewwel trimestru tal-2022”.

(123)  Pereżempju, fl-2024, huwa mistenni li jiġu nnegozjati biss 9 TWh ta’ elettriku fis-suq tas-sena ta’ qabel, filwaqt li l-Unitajiet LTO huma stmati li jipproduċu 14-il TWh kull sena.

(124)  Il-prodotti forward huma fil-biċċa l-kbira f’qafas ta’ kalendarju, flimkien mat-trimestru li jmiss u x-xahar li jmiss. Madankollu, minħabba x-xejra tal-produzzjoni varjabbli u inċerta tal-Unitajiet LTO minħabba l-indisponibilitajiet ippjanati (saħansitra aktar aggravati matul ix-xogħol tal-LTO sal-2029 u inċertezzi dwar ix-xogħol u l-ippjanar) u n-nuqqas ta’ disponibbiltà mhux ippjanat, l-użu ta’ prodott fit-tul bħala MRP iwassal għal riskju ta’ volum sostanzjali u kost sinifikanti biex jitneħħew il-ħeġġijiet bil-quddiem f’każ ta’ nuqqas ta’ produzzjoni, u dan ikompli jpoġġi f’riskju l-ġenerazzjoni tal-fluss tal-flus u l-vijabbiltà finanzjarja ta’ BE-NUC.

(125)  Engie ffaċċjat sitwazzjoni bħal din fl-2018, meta diversi unitajiet ma kinux disponibbli fl-istess ħin, u dan ħalla lill-kumpanija b’medja ta’ 52 % biss tal-kapaċità nominali tagħha fl-operat. Engie kellha tixtri lura l-ħeġġijiet bil-quddiem tagħha f’kuntest fejn il-prezzijiet Belġjani kienu żdiedu b’mod konsiderevoli u l-kapaċitajiet ta’ interkonnessjoni kienu saturati, u b’hekk is-sena ntemmet b’telf ta’ EUR [0-0,5] biljun fl-EBITDA għall-attivitajiet nukleari tagħha (imqabbel ma’ profitt ta’ EUR [0-0,5] biljun fis-sena ta’ qabel).

(126)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2014/87/Euratom tat-8 ta’ Lulju 2014 li temenda d-Direttiva 2009/71/Euratom li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sikurezza nukleari ta’ installazzjonijiet nukleari (ĠU L 219, 25.7.2014, p. 42, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/87/oj).

(127)  Memorandum ta’ Compass Lexecon datat it-22 ta’ Awwissu 2024 “ Nota supplimentari dwar l-MOCP u s-Self tal-SDC ”, il-paragrafu 1.12.

(128)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom tad-19 ta’ Lulju 2011 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv (ĠU L 199, 2.8.2011, p. 48, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2011/70/oj).

(129)  Il-Konvenzjoni tal-UNECE dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid tad-Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali, ġeneralment magħrufa bħala l-Konvenzjoni ta’ Aarhus. Il-Konvenzjoni ta’ Aarhus hija ftehim ambjentali multilaterali li permezz tiegħu l-opportunitajiet għaċ-ċittadini biex jaċċessaw l-informazzjoni ambjentali jiżdiedu u jkunu trasparenti, u tiġi żgurata proċedura ta’ regolamentazzjoni affidabbli.

(130)  Sentenza tad-19 ta’ Marzu 2013, Bouygues u Bouygues Télécom vs Il-Kummissjoni u Oħrajn, il-Kawżi Magħquda C-399/10 P u C-401/10 P, EU:C:2013:175, il-punt 104; Sentenza tat-13 ta’ Settembru 2010, Il-Greċja u Oħrajn vs Il-Kummissjoni, il-Kawżi Magħquda T-415/05, T-416/05 u T-423/05, EU:T:2010:386, il-punt 177; Sentenza tal-15 ta’ Settembru 1998, BP Chemicals vs Il-Kummissjoni, T-11/95, EU:T:1998:199, il-punti 170 u 171.

(131)  Sentenza tal-15 ta’ Diċembru 2021, Oltchim SA vs Il-Kummissjoni, T-565/19, EU:T:2021:904, il-punti 93 sa 197.

(132)  Sentenza tat-22 ta’ Settembru 2022, L-Awstrija vs Il-Kummissjoni, C-594/18 P, EU:C:2020:742, il-punti 20 u 24.

(133)   Ibid., il-punt 63.

(134)   Ibid., il-punt 32.

(135)  Sentenza tat-22 ta’ Settembru 2022, L-Awstrija vs Il-Kummissjoni, C-594/18 P EU:C:2020:742, il-punti 44 u 45.

(136)  Sentenza tat-22 ta’ Settembru 2022, L-Awstrija vs Il-Kummissjoni, C-594/18 P EU:C:2020:742, il-punti 48 u 49.

(137)   Ibid., il-punt 49.

(138)  Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2011/92/oj).

(139)  Ara s-Sentenza tat-3 ta’ Diċembru 2014, Castelnou Energía, il-Kawża T-57/11, EU:T:2014:1021, il-punti 181-184. Sentenza tat-30 ta’ Novembru 2022, L-Awstrija vs Il-Kummissjoni, T-101/18 EU:T:2022:728, il-punt 30.

(140)  Is-Sentenza tat-30 ta’ Novembru 2022, L-Awstrija vs Il-Kummissjoni, T-101/18, EU:T:2022:728, il-punt 32.

(141)  Is-Sentenza tat-30 ta’ Novembru 2022, L-Awstrija vs Il-Kummissjoni, T-101/18, EU:T:2022:728, il-punt 37. Ir-raġunament dwar il-ħtieġa għal “rabta indissolubbli” biex il-Kummissjoni tivvaluta l-kompatibbiltà tad-Dritt tal-UE ta’ ċerti modalitajiet ta’ għajnuna ġie approvat mill-Qorti tal-Ġustizzja fi Braesch. Ara s-Sentenza tal-31 ta’ Jannar 2023, Il-Kummissjoni vs Braesch u Oħrajn, C-284/21 P, EU:C:2023:58, il-punti 96 sa 99.

(142)  Ir-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar is-suq intern tal-elettriku (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 54, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/943/oj), kif emendat bir-Regolament (UE) 2024/1747 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jemenda r-Regolamenti (UE) 2019/942 u (UE) 2019/943 fir-rigward tat-titjib tat-tfassil tas-suq tal-elettriku tal-Unjoni (ĠU L, 26.6.2024, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1747/oj).).

(143)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/139/oj).

(144)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13.1.2015, SA.34947 (2013/C) (ex 2013/N), ir-Renju Unit, Appoġġ għall-impjant tal-enerġija nukleari Hinkley Point C (ĠU L/2015/109, 28.4.2015, p. 44), il-premessi 382 sa 385.

(145)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13.1.2015, SA.34947 (2013/C) (ex 2013/N), ir-Renju Unit, Appoġġ għall-Impjant tal-Enerġija Nukleari Hinkley Point C (ĠU L/2015/109, 28.4.2015, p. 44); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24.7.2017, SA.38454 (2017/C) (ex 2015/N), l-Ungerija, L-iżvilupp ta’ żewġ reatturi nukleari fl-impjant tal-enerġija nukleari Paks II (ĠU L/2017/317, 1.12.2017, p. 45); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17.3.2017, SA.39487 (2016/NN), il-Belġju, L-estensjoni tat-tul tal-ħajja tal-impjanti tal-enerġija nukleari Tihange 1, Doel 1 u Doel 2 (ĠU C/2017/142, 5.5.2017, p. 1); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16.6.2017, SA.45296 (2017/N), il-Ġermanja, It-Trasferiment tal-Obbligazzjonijiet ta’ Skart Radjuattiv u Fjuwil Nukleari Użat fil-Ġermanja (ĠU C/2017/254, 4.8.2017, p. 1).

(146)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13.1.2015, SA.34947 (2013/C) (ex 2013/N), ir-Renju Unit, L-Appoġġ għall-Impjant tal-Enerġija Nukleari Hinkley Point C (ĠU L/2015/109, 28.4.2015, p. 44), il-premessi (382) u (383).

(147)  F’dak il-każ ingħataw biss protezzjonijiet legali kontra r-riskju ta’ waqfien politiku (simili għall-protezzjonijiet legali mogħtija permezz tal-Komponent 3 tal-miżura kurrenti).

(148)  Ara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13.9.2024, SA.107336 (2024/N), il-Belġju, Mekkaniżmu ta’ appoġġ għal-lott 1 taż-Żona lil hinn mill-kosta Princess Elisabeth (ĠU C/2024/5754, 25.9.2024, p. 1).

(149)  Ara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16.6.2017, SA.45296 (2017/N), il-Ġermanja, It-Trasferiment tal-Obbligazzjonijiet ta’ Skart Radjuattiv u Fjuwil Nukleari Użat fil-Ġermanja (ĠU C/2017/254, 4.8.2017, p. 1); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20.4.2016, SA.34962 (2015/N), ir-Renju Unit, Kuntratt għat-Trasferiment tal-Iskart għal Impjanti tal-Enerġija Nukleari Ġodda (ĠU C/2016/161, 4.5.2016, p. 1).

(150)  Ara wkoll il-premessi (384) sa (385) fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ SA.34947 (ara n-nota 144 f’qiegħ il-paġna).

(151)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17.3.2017, SA.39487 (2016/NN), il-Belġju, L-estensjoni tat-tul tal-ħajja tal-impjanti tal-enerġija nukleari Tihange 1, Doel 1 u Doel 2 (ĠU C/2017/142, 5.5.2017, p. 1).

(152)  Ara wkoll il-premessa (103) fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ SA.39487 (ara n-nota 25 f’qiegħ il-paġna).

(153)  L-analiżi kontrofattwali msemmija fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tirreferi għax-xenarju li fih Engie twettaq il-Proġett LTO mingħajr ma tkun laħqet ftehim mal-Gvern Belġjan.

(154)  Il-flussi tal-flus kontanti ħielsa ma ġewx skontati minħabba li għad fadal inqas minn sena ta’ operat sad-data tat-tmiem legali.

(155)  Din taqbel mad-durata stmata tas-Self tal-SDC (5 snin).

(156)  Ekwivalenti għal AA- bl-użu tat-terminoloġija tal-klassifikazzjonijiet ta’ S&P u ta’ Fitch.

(157)  Ara https://www.debtagency.be/en/datafederalstaterating.

(158)  Il-klassifikazzjonijiet ta’ S&P u ta’ Fitch biss, meta jkunu disponibbli, jintwerew fuq il-portal S&P Capital IQ Pro aċċessibbli mill-Kummissjoni Ewropea.

(159)  Ekwivalenti għal BBB+ bl-użu tat-terminoloġija tal-klassifikazzjonijiet ta’ S&P u ta’ Fitch.

(160)  Ara https://www.engie.com/sites/default/files/assets/documents/2024-07/Credit_Opinion-Electrabel-SA-Update-to-credit-10Jul2024-PBC_1410170.pdf.

(161)  Ara https://www.fitchratings.com/entity/electrabel-sa-96533890.

(162)  Baa1 hija ekwivalenti għal BBB+ skont it-terminoloġija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ S&P u ta’ Fitch. https://www.engie.com/sites/default/files/assets/documents/2024-07/Credit_Opinion-ENGIE-SA-Update-to-credit-03Jul2024-PBC_1409724.pdf.

(163)  Ara https://www.fitchratings.com/entity/engie-sa-80361337.

(164)  Ara https://www.eex.com/en/market-data.

(165)  Minħabba li l-parametri tas-suq użati għas-CoE mhux ingranat u għad-WACC huma l-istess, il-Kummissjoni se tiffoka fuq il-kalkolu tad-WACC f’din it-taqsima.

(166)   Data miksuba minn S&P Capital IQ Pro fl-4 ta’ Settembru 2024.

(167)  Sors tad-data rikonoxxut b’mod wiesa’. Prof. Fernandez et al. jippubblikaw stħarriġ dwar il-primjum tar-riskju tas-suq u r-rata mingħajr riskju użati għal ħafna pajjiżi fuq bażi annwali. L-istħarriġ tal-2024 disponibbli hawnhekk, li juri rata medja mingħajr riskju ta’ 3,1 %. Stħarriġ: Primjum tar-Riskju tas-Suq u Rata Mingħajr Riskju użati għal 96 pajjiż fl-2024 minn Pablo Fernandez, Diego Garcia de la Garza, Lucía Fernández Acín - https://papers.ssrn.com/sol3/papers.cfm?abstract_id=4754347.

(168)  Sors tad-data rikonoxxut b’mod wiesa’. Prof. Fernandez et al. jippubblikaw stħarriġ dwar il-primjum tar-riskju tas-suq u r-rata mingħajr riskju użati għal ħafna pajjiżi fuq bażi annwali. Stħarriġ tal-2024 disponibbli hawnhekk, li juri primjum medju tar-riskju tas-suq ta’ 5,7 %: Stħarriġ: Primjum tar-Riskju tas-Suq u Rata Mingħajr Riskju użati għal 96 pajjiż fl-2024 minn Pablo Fernandez, Diego Garcia de la Garza, Lucía Fernández Acín: SSRN.

(169)  L-użu ta’ medja ta’ tnaqqis fuq 5 snin bi frekwenza ta’ kuljum jippermetti li tittaffa l-volatilità fuq perjodu ta’ żmien qasir u jipprovdi kejl aktar stabbli tar-riskju.

(170)  L-ingranaġġ (dejn/kapital totali) huwa derivat mill-ingranaġġ fil-mira użat fil-proċess tat-tneħħija tal-ingranaġġ u l-ingranaġġ tal-istima tal-beta kif deskritt fit-taqsima 3.3.1.3.1.2. L-ingranaġġ jiġi kkalkolat bħala (ingranaġġ fil-mira/(1+ingranaġġ fil-mira)).

(171)  L-ingranaġġ huwa wkoll ġeneralment konformi mal-informazzjoni tal-industrija pprovduta minn Damodaran, li tistma ingranaġġ medju ta’ 39,25 % għas-settur tal-enerġija għall-2023 (ċifri ppubblikati f’Jannar 2024, disponibbli fuq https://pages.stern.nyu.edu/~adamodar/New_Home_Page/dataarchived.html#capstru).

(172)  Mis-sit web ta’ Damodaran, paġna “ Data arkivjata” (https://pages.stern.nyu.edu/~adamodar/New_Home_Page/dataarchived.html#discrate), fajls għal 1/24 u 1/23 għall-Ewropa taħt it-taqsima “Il-Kost tal-Kapital skont l-Industrija”.

(*4)   Numri mqarrba għall-ewwel pożizzjoni deċimali

(173)  Konformi mad-deċiżjoni ta’ Dukovany.

(174)  Ara l-Belġju, Diċembru 2024, “SA.106107 Nota supplimentari - Spjegazzjonijiet addizzjonali dwar il-medda tal-istimi tal-kost tal-kapital”: Pereżempju, Iberdrola (b’beta mhux ingranata ta’ [0,00-0,60]) kellha 5 % tal-kapaċità installata tagħha fl-assi nukleari u 14 % tal-ġenerazzjoni tagħha kienet ġejja mill-enerġija nukleari. Fl-istess ħin, 53 % tal-ġenerazzjoni totali ta’ Fortum kienet nukleari, u l-beta tagħha kienet ta’ [0,40-1,00].

(175)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13.1.2015, SA.34947 (2013/C) (ex 2013/N), ir-Renju Unit, Appoġġ għall-Impjant tal-Enerġija Nukleari Hinkley Point C (ĠU L/2015/109, 28.4.2015, p. 44), il-premessa 385; Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24.7.2017, SA.38454 (2017/C) (ex 2015/N), l-Ungerija, L-iżvilupp ta’ żewġ reatturi nukleari fl-impjant tal-enerġija nukleari Paks II (ĠU L/2017/317, 1.12.2017, p. 45), il-premessa 322; Id-Deċiżjoni tal-Ftuħ tat-30.6.2022, SA.58207 (2021/N), iċ-Ċekja, Appoġġ għal Dukovany II, impjant tal-enerġija nukleari ġdid fiċ-Ċekja (ĠU C/2022/299, 5.8.2022, p. 5), il-premessi 182-184.

(176)  Ara n-nota 145 f’qiegħ il-paġna.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2370/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)