|
5.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 170/100 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1409
tal-4 ta’ Lulju 2023
li tagħti struzzjonijiet lill-Amministratur Ċentrali tar-Reġistru tal-Unjoni biex jirritorna l-eċċess tal-Unjoni lill-Istati Membri u lir-Renju Unit, fi tmiem it-tieni perjodu ta’ impenn tal-Protokoll ta’ Kjoto
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1339 tat-13 ta’ Lulju 2015 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Emenda ta’ Doha għall-Protokoll ta’ Kjoto għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima u t-twettiq konġunt tal-impenji taħtha (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Unjoni kkonkludiet l-Emenda ta’ Doha għall-Protokoll ta’ Kjoto għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima. L-emenda ta’ Doha stabbiliet it-tieni perjodu ta’ impenn tal-Protokoll ta’ Kjoto, li jibda fl-1 ta’ Jannar 2013 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2020. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1339, l-unitajiet kollha tal-ammont assenjat maħruġa għat-tieni perjodu ta’ impenn li jkunu disponibbli fir-reġistru tal-Unjoni wara li l-Unjoni tkun ikkonformat mal-obbligu tagħha stabbilit fl-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u wara li jkun sar kwalunkwe trasferiment tal-unitajiet tal-ammont assenjat skont l-atti ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 10(7) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 (“eċċess tal-Unjoni”) għandhom jiġu rritornati lill-Istati Membri fi tmiem it-tieni perjodu ta’ impenn. |
|
(3) |
Wara t-trasferiment tas-sehem applikabbli ta’ rikavati lill-Fond ta’ Adattament, l-eċċess nett tal-Unjoni fir-Reġistru tal-Unjoni tela’ għal 2 215 147 885 unità tal-ammont assenjat. Dawn l-unitajiet jenħtieġ li jiġu rritornati lill-Istati Membri u lir-Renju Unit (3) f’konformità mar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1339. |
|
(4) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħti struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali tar-Reġistru tal-Unjoni biex jirritorna l-unitajiet lill-Istati Membri u lir-Renju Unit, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Il-Kummissjoni tagħti struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali tar-Reġistru tal-Unjoni biex jirritorna l-unitajiet tal-ammont assenjat stabbiliti fl-Anness fil-kontijiet tal-Awstrija, tal-Belġju, tal-Bulgarija, tal-Kroazja, ta’ Ċipru, taċ-Ċekja, tad-Danimarka, tal-Estonja, tal-Finlandja, ta’ Franza, tal-Ġermanja, tal-Greċja, tal-Ungerija, tal-Irlanda, tal-Italja, tal-Latvja, tal-Litwanja, tal-Lussemburgu, ta’ Malta, tan-Netherlands, tal-Polonja, tal-Portugall, tar-Rumanija, tas-Slovakkja, tas-Slovenja, ta’ Spanja, tal-Iżvezja u tar-Renju Unit.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Lulju 2023.
Għall-Kummissjoni
Frans TIMMERMANS
Viċi President Eżekuttiv
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u għar-rapportar ta’ informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 13)
ANNESS
|
Stat Membru |
Unitajiet tal-ammont assenjat tal-eċċess tal-Unjoni allokati |
|
L-Awstrija |
13 779 438 |
|
Il-Belġju |
21 010 620 |
|
Il-Bulgarija |
129 595 427 |
|
Il-Kroazja |
7 379 327 |
|
Ċipru |
1 611 575 |
|
Iċ-Ċekja |
136 916 575 |
|
Id-Danimarka |
13 496 692 |
|
L-Estonja |
52 162 070 |
|
Il-Finlandja |
8 895 367 |
|
Franza |
102 390 482 |
|
Il-Ġermanja |
200 540 800 |
|
Il-Greċja |
16 329 385 |
|
L-Ungerija |
110 193 391 |
|
L-Irlanda |
11 665 373 |
|
L-Italja |
81 862 104 |
|
Il-Latvja |
41 199 008 |
|
Il-Litwanja |
72 359 623 |
|
Il-Lussemburgu |
2 472 803 |
|
Malta |
315 853 |
|
In-Netherlands |
31 245 242 |
|
Il-Polonja |
306 866 601 |
|
Il-Portugall |
13 660 512 |
|
Ir-Rumanija |
503 842 880 |
|
Is-Slovakkja |
77 068 229 |
|
Is-Slovenja |
3 376 854 |
|
Spanja |
60 009 461 |
|
L-Iżvezja |
13 580 833 |
|
Ir-Renju Unit |
181 321 357 |