|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/5863 |
26.9.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11634 — MASDAR / TERNA)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/5863)
1.
Fis-16 ta’ Settembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Abu Dhabi Future Energy Company PJSC (“Masdar”, l-Emirati Għarab Magħquda), li hi kkontrollata minn Abu Dhabi Development Holding Company PJSC (“ADQ”, l-Emirati Għarab Magħquda), |
|
— |
Terna Energy Industrial Commercial Technical SA (“Terna”, il-Greċja), li hija kkontrollata biss minn GEK Terna Holdings, Real Estate Constructions Société Anonyme (“GEK Terna”, il-Greċja). |
Masdar se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani tat-totalità ta’ Terna.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Masdar hija inkorporata fl-Emirati Għarab Magħquda u hija kumpanija tal-enerġija rinnovabbli u tas-sostenibbiltà li tiżviluppa soluzzjonijiet fl-enerġija, l-ilma, l-iżvilupp urban u t-teknoloġiji nodfa fl-EGħM u madwar id-dinja, |
|
— |
Terna hija kumpanija Griega elenkata fil-Borża ta’ Ateni u hija sussidjarja ta’ GEK TERNA. Hija attiva fl-enerġija rinnovabbli fil-Greċja u hija preżenti wkoll fil-Polonja u fil-Bulgarija. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11634 – MASDAR / TERNA
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Id-dettalji ta’ kuntatt huma:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5863/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)