European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/6047

18.11.2026

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-każ M.12645 — STANDARD LIFE / CVC / PRUDENTIAL FINANCIAL / STANDARD LIFE ASSURANCE)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2026/6047)

1.   

Fid-9 ta’ Novembru 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Standard Life plc (“Standard Life”, ir-Renju Unit),

—

CVC Capital Partners plc (“CVC plc”, Jersey),

—

Prudential Financial, Inc. (“Prudential Financial”, l-Istati Uniti).

Standard Life, CVC plc, u Prudential Financial se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Standard Life Assurance Limited (“OpCo”, ir-Renju Unit), li bħalissa hija sussidjarja proprjetà sħiħa ta’ Standard Life.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Standard Life hija speċjalista tal-irtirar iffukata kompletament fuq it-tfaddil għall-irtirar u l-introjtu, prinċipalment fir-Renju Unit. Hija toffri lill-klijenti tagħha firxa ta’ prodotti permezz tad-ditti tagħha tal-pensjonijiet, tat-tfaddil u tal-assigurazzjoni tal-ħajja,

—

CVC timmaniġġja l-investimenti, f’isem ċerti fondi u veikoli ta’ investiment (“il-Fondi CVC”). Il-Fondi CVC għandhom interessi f’diversi kumpaniji attivi f’varjetà ta’ industriji madwar id-dinja, inkluż fis-servizzi finanzjarji, fis-sustanzi kimiċi, fl-utilitajiet, fil-manifattura, il-bejgħ bl-imnut u d-distribuzzjoni,

—

Prudential Financial huwa grupp ta’ ġestjoni tas-servizzi finanzjarji u tal-investiment mingħajr azzjonist kontrollanti. Huwa attiv fl-assigurazzjoni, l-annwalitajiet, il-prodotti tal-irtirar u l-ġestjoni tal-investiment fl-Istati Uniti, l-Asja, l-Ewropa u l-Amerika Latina.

3.   

L-impriża konġunta se tiffoka fuq it-trasferiment tar-riskju tal-pensjoni, inklużi l-annwalitajiet tax-xiri bl-ingrossa, primarjament fir-Renju Unit.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12645 — STANDARD LIFE / CVC / PRUDENTIAL FINANCIAL / STANDARD LIFE ASSURANCE

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/6047/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)