|
22.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 395/10 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9590 — Oaktree/RAFI)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 395/08)
1.
Fil-15 ta’ Novembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Oaktree Capital Group, LLC (“Oaktree”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
RAFI GmbH & Co. KG (“RAFI”, il-Ġermanja). |
Oaktree takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet, il-kontroll ta’ RAFI.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Oaktree: il-kumpanija ta’ ġestjoni tal-investiment iffokata fuq il-kreditu korporattiv, l-ekwità privata, il-proprjetà immobbli u l-ekwità kkwotata fil-Borża. L-investimenti ta’ Oaktree huma marbuta ma’ diversi industriji bħalma huma l-produzzjoni, il-kura tas-saħħa, it-tessuti, l-ivvjaġġar, il-minjieri u l-media. Oaktree hija kkontrolla bi sħab minn Oaktree Capital Group Holdings, L.P. u Brookfield Asset Management Inc.; |
|
— |
RAFI: żviluppatur u manifattur ta’ komponenti elettroniċi u soluzzjonijiet interfaċċja bejn il-bniedem u l-magni kif ukoll fornitur ta’ servizzi ta’ manifattura elettronika. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi partijiet interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9590 — Oaktree/RAFI
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email:COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks+32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).