7.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

126


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-15 ta' Novembru 2004

li taħtar 4 membri Taljani u tliet membri supplenti Taljani tal-Kumitat tar-Reġjuni

(2004/783/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Taljan,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Jannar 2002 (1), li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni,

(2)

erba’ postijiet ta’ membri u tliet postijiet ta’ membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni saru vakanti wara r-riżenja tas-Sur Paolo AGOSTINACCHIO (IT), is-Sur Gianfranco LAMBERTI (IT), is-Sur Salvatore TATARELLA (IT) u s-Sur Riccardo VENTRE (IT), membri, u tas-Sur Gabriele BAGNASCO (IT), is-Sur Marcello MEROI (IT) u s-Sur Roberto PELLA (IT), membri supplenti, notifikati lill-Kunsill fis-7 ta’ Ottubru 2004,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu uniku

Huma b’dan maħtura għall-Kumitat tar-Reġjuni

a)

bħala membri:

1.

Is-Sur Giancarlo GABBIANELLI

Sindaco di Viterbo

biex jieħu post is-Sur Paolo AGOSTINACCHIO

2.

Is-Sur Paolo FONTANELLI

Sindaco di Pisa

biex jieħu post is-Sur Gianfranco LAMBERTI

3.

Is-Sur Savino Antonio SANTARELLA

Sindaco di Candela

biex jieħu post is-Sur Salvatore TATARELLA

4.

Is-Sur Roberto PELLA

Consigliere comunale di Cossato

biex jieħu post is-Sur Riccardo VENTRE

b)

bħala membri supplenti:

1.

Is-Sur Sergio CUCCO

Consigliere comunale di Vercelli

biex jieħu post is-Sur Gabriele BAGNASCO

2.

Is-Sur Vincenzo ZACCHEO

Sindaco di Latina

biex jieħu post is-Sur Marcello MEROI

3.

Is-Sur Errico BORRELLI

Sindaco di Belmonte del Sannio

biex jieħu post is-Sur Roberto PELLA

għall-bqija tal-mandat tagħhom, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2006.

Magħmula fi Brussel, nhar il-15 ta’ Novembru 2004.

Għall-Kunsill,

Il-President

M. VAN DER HOEVEN


(1)   ĠU L 24 tas-26.1.2002, p. 38