|
12.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 150/4 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 642/2007
tal-11 ta’ Ġunju 2007
li jintroduċi denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti Bryndza Podhalańska (DPO)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta’ l-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (1), u partikolarment l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
B'konformità ma’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u skond l-Artikolu 17(2) ta’ l-imsemmi Regolament, l-applikazzjoni tal-Polonja biex id-denominazzjoni “Bryndza Podhalańska” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Billi ebda oġġezzjoni, skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 ma ġiet notifikata lill-Kummissjoni, din id-denominazzjoni għandha għalhekk tkun irreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni li tinsab fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandha tkun irreġistrata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum tal-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:
|
Klassi 1.3 |
Ġobon |
IL-POLONJA
Bryndza Podhalańska (DPO)