31997R2190



Official Journal L 301 , 05/11/1997 P. 0001 - 0002


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KE, Euratom) Nru 2190/97

tat-30 ta' Diċembru 1997

li jemenda r-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-applikazzjoni tat-taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitajiet Ewropej

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi Kunsill Wieħed u Kummissjoni Waħda tal-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-ewwel sub-paragrafu ta' l-Artikolu 28 tiegħu,

Wara li kkonsidra l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitaijiet tal-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikolu 13 tiegħu,

Wara li kkonsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja [2],

Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri [3],

Billi r-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 [4] għandu jkun emendat biex jitqiesu dawn ir-Regolamenti li ġejjin:

- Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KEFA, KEE) Nru 2274/87 tat-23 ta' Lulju 1987 li jintroduċi miżuri speċjali biex jintemm is-servizz ta' persunal temporanju tal-Komunitajiet Ewropej [5];

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1857/89 tal-21 ta' Ġunju 1989 li jintroduċi miżuri speċjali u temporanji biex jintemm is-servizz ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej [6];

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom, KEFA) Nru 2688/95 tas-17 ta' Novembru 1995 li jintroduċi miżuri speċjali biex jintemm is-servizz ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej bħala riżultat ta' l-adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja [7];

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom, KEFA) Nru 2689/95 tas-17 ta' Novembru 1995 li jintroduċi miżuri speċjali biex jintemm is-servizz ta' ħaddiema temporanji tal-Komunitajiet Ewropej [8], bħala riżultat ta' l-adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Fillandja u l-Isvezja,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

- "dawk intitolati għall-allowance għat-terminazzjoni tas-servizz taħt l-Artikolu 4 tar-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 2274/87 [9],

- dawk intitolati għall-allowance għat-terminazzjoni tas-servizz taħt l-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 1857/89 [10],

- dawk intitolati għall-allowance għat-terminazzjoni tas-servizz taħt l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE, Euratom, KEFA) Nru 2688/95 [11],

- dawk intitolati għall-allowance għat-terminazzjoni tas-servizz taħt l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE, Euratom, KEFA) Nru 2689/95 [12],"

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika, fir-rigward ta' kull inċiż miżjud bl-Artikolu 1, mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' kull Regolament imsemmi rispettivament.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul il-Lussemburgu, fit-30 ta' Ottubru 1997.

Għall-Kunsill

Il-President

F. Boden

[1] ĠU C 85, 17 3. 1997, p. 175.

[2] Opinjoni mogħtija fil-11 ta' Novembru 1996.

[3] Opinjoni mogħtija fit-12 ta' Diċembru 1996.

[4] ĠU L 56, 4. 3. 1968, p. 8 Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEFA, KEE, Euratom) Nru 3162/94 (ĠU L 335, 23 12. p. 5).

[5] ĠU L 209, 31. 7. 1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KEE) Nru 2168/89 (ĠU L 208, 20. 7. 1989, p. 4).

[6] ĠU L 181, 28. 6. 1989, p. 2.

[7] ĠU L 280, 23. 11. 1995, p. 1.

[8] ĠU L 280, 23. 11. 1995, p. 4.

[9] ĠU L 209, tal-31.7.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KEE) Nru 2168/89 (ĠU L 208, ta' l-20.7.1989, p. 4).

[10] ĠU L 181, tat-28.6.1989, p. 2.

[11] ĠU L 280, tat-23.11.1995, p. 1.

[12] ĠU L 280, tat-23.11.1995, p. 4.

--------------------------------------------------