|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2394 |
6.11.2026 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/2394
tad-29 ta’ Ottubru 2026
dwar mudelli ta’ termini kuntrattwali mhux vinkolanti dwar l-aċċess u l-użu tad-data u klawżoli kuntrattwali standard mhux vinkolanti għall-kuntratti tal-cloud computing
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2023/2854 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 dwar regoli armonizzati dwar l-aċċess ġust għad-data u l-użu tagħha u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2394 u d-Direttiva (UE) 2020/1828 (l-Att dwar id-Data) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-drittijiet u l-obbligi kuntrattwali ġusti jwasslu għall-fiduċja bejn il-parteċipanti fis-suq u jistgħu jappoġġaw iż-żieda fl-aċċess ġust u fl-użu tad-data kif ukoll suq aktar kompetittiv għas-servizzi tal-ipproċessar tad-data, u b’hekk jinkisbu l-benefiċċji kollha ta’ ekonomija tad-data fl-Unjoni. |
|
(2) |
Sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-ekonomija diġitali u biex jitneħħew l-ostakli għal suq intern tad-data li jiffunzjona tajjeb, ir-Regolament (UE) 2023/2854 stabbilixxa qafas armonizzat li jispeċifika min huwa intitolat li juża data ta’ prodott jew data ta’ servizz relatat, taħt liema kundizzjonijiet u fuq liema bażi. L-għodda ċentrali li r-Regolament (UE) 2023/2854 juża għal dan l-għan huma l-kuntratti. Mill-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament, l-użu tad-data ma għadux ibbażat fuq kontroll de facto fuq id-data, iżda fuq il-kuntratti. Dan isir biex tinħoloq ċertezza legali fir-rigward tad-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet u b’hekk tiġi promossa l-kondiviżjoni tad-data. Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) 2023/2854 ifittex li jiżgura, permezz ta’ kuntratti bbilanċjati, sehem ġust tal-benefiċċji għall-partijiet kollha fil-katina tal-valur tad-data. |
|
(3) |
Ir-Regolament (UE) 2023/2854 jipprevedi d-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet involuti fl-aċċess u l-użu tad-data, jistabbilixxi regoli għall-kondiviżjoni obbligatorja tad-data, filwaqt li jagħmilha possibbli għall-partijiet li jiddeterminaw permezz ta’ kuntratti l-eżerċizzju prattiku tad-drittijiet u l-obbligi tagħhom fir-rigward ta’ tali aċċess u użu tad-data. |
|
(4) |
Is-servizzi tal-ipproċessar tad-data huma faċilitatur fundamentali għat-tranżizzjoni diġitali u fattur ewlieni għall-kompetittività fl-era diġitali. Il-kapaċità ta’ klijent li jaqleb minn servizz għal ieħor, jew li juża s-servizzi ta’ diversi fornituri simultanjament, hija kundizzjoni ewlenija għal suq aktar kompetittiv b’inqas ostakli għad-dħul għal fornituri ġodda. Ir-Regolament (UE) 2023/2854 jistabbilixxi regoli dwar id-drittijiet tal-klijenti li jaqilbu minn fornitur ta’ servizz tal-ipproċessar tad-data għal fornitur ieħor jew għal infrastruttura fuq il-post, u jipprovdi kundizzjonijiet u proċeduri speċifiċi, li jkopru wkoll is-sigurtà u l-kontinwità tal-operat matul il-proċess tal-bdil. Ir-Regolament (UE) 2023/2854 jirrappreżenta wkoll użu parallel ta’ diversi servizzi tal-ipproċessar tad-data, li jappoġġaw l-użu b’suċċess ta’ strateġiji multicloud. Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) 2023/2854 jipprevedi li l-partijiet kollha involuti fil-bdil iridu jikkooperaw in bona fide. |
|
(5) |
Id-drittijiet u l-obbligi tal-klijenti u tal-fornituri ta’ servizzi tal-ipproċessar tad-data huma definiti fil-kuntratti ta’ servizzi tal-ipproċessar tad-data. Ir-Regolament (UE) 2023/2854 jintroduċi obbligu għall-fornituri ta’ servizzi tal-ipproċessar tad-data biex ineħħu l-ostakli li jistgħu jimpedixxu lill-klijenti milli jibdlu, inklużi l-ostakli kuntrattwali. |
|
(6) |
Skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) 2023/2854, il-Kummissjoni għandha l-kompitu li tiżviluppa mudelli ta’ termini kuntrattwali għall-aċċess u l-użu tad-data u klawżoli kuntrattwali standard għall-kuntratti tal-cloud computing, bħala għodda li tappoġġa lill-partijiet fin-negozjar u l-konklużjoni ta’ tali kuntratti u għall-promozzjoni ta’ mudelli li fihom drittijiet u obbligi kuntrattwali ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji. |
|
(7) |
Skont ir-Regolament (UE) 2023/2854, l-għan primarju ta’ dawn il-mudelli huwa li jgħinu lill-intrapriżi, b’mod partikolari lill-SMEs, jabbozzaw, jinnegozjaw u jikkonkludu tali kuntratti. Ir-Regolament (UE) 2023/2854 jiddikjara wkoll li dawn il-mudelli ta’ termini kuntrattwali, meta jintużaw b’mod wiesa’ u integrali, jenħtieġ li jkollhom l-effett ta’ benefiċċju li jinfluwenzaw it-tfassil tal-kuntratti rigward l-aċċess għad-data u l-użu tagħha u għalhekk iwasslu b’mod aktar wiesa’ għal relazzjonijiet kuntrattwali aktar ġusti meta jaċċessaw u jikkondividu d-data. |
|
(8) |
Dawn l-iskopijiet juru li l-mudelli ta’ termini kuntrattwali u l-klawżoli kuntrattwali standard jenħtieġ li jkollhom rwol importanti fl-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/2854 u biex juru kif jistgħu jitfasslu kuntratti bbilanċjati li japplikaw ir-Regolament (UE) 2023/2854, inkluż għall-qrati meta japplikaw il-klawżola ġenerali tal-kontroll tal-inġustizzja stabbilita fir-Regolament (UE) 2023/2854. Barra minn hekk, kif previst fil-premessa 55 tar-Regolament (UE) 2023/2854, il-korpi għas-soluzzjoni tat-tilwim jenħtieġ li jqisu l-mudelli tat-termini kuntrattwali sabiex jiżguraw l-applikazzjoni uniformi tar-Regolament. |
|
(9) |
Il-libertà kuntrattwali hija kunċett essenzjali fir-relazzjonijiet bejn in-negozji u, bħala tali, hija koperta mil-libertà ta’ intrapriża skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni b’dan qed tipprovdi lill-parteċipanti fis-suq b’mudelli għar-relazzjonijiet kuntrattwali tagħhom li mhumiex vinkolanti fin-natura tagħhom u, jekk il-partijiet kontraenti jagħżlu li jużawhom, jistgħu jiġu adattati, kif spjegat ukoll fl-Anness I, bl-introduzzjoni tat-termini mudell u l-klawżoli. Dawn it-termini u l-klawżoli ġew żviluppati primarjament għar-relazzjonijiet bejn in-negozji filwaqt li tqiesu r-Regolament (UE) 2023/2854 u leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. Bħal fil-każ tal-kuntratti kollha, meta l-partijiet jinvolvu ruħhom f’relazzjonijiet kuntrattwali relatati mad-data, jeħtieġ li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet obbligatorji tal-liġi tal-Unjoni, bħar-Regolament (UE) 2023/2854, ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jew id-dispożizzjonijiet obbligatorji tal-liġi tal-konsumatur, kif ukoll mad-dispożizzjonijiet obbligatorji tal-liġi nazzjonali li hija applikabbli għal dak il-kuntratt partikolari. |
|
(10) |
Termini kuntrattwali inġusti jistgħu jagħtu aċċess għad-data jew il-bdil tal-fornituri tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data kummerċjalment inqas vijabbli u xi drabi ekonomikament projbittiv. |
|
(11) |
Ir-Regolament (UE) 2023/2854 jintroduċi kontroll tal-inġustizzja tat-termini kuntrattwali dwar l-aċċess u l-użu tad-data jew ir-responsabbiltà u r-rimedji għall-ksur jew it-terminazzjoni tal-obbligi relatati mad-data, meta jiġu imposti unilateralment minn parti f’kuntratti konklużi bejn l-intrapriżi. It-termini mudell u l-klawżoli standard qiesu wkoll id-dispożizzjonijiet li jittrattaw dan il-kontroll tal-inġustizzja. |
|
(12) |
Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti mudelli ta’ termini kuntrattwali għal diversi kuntratti li jkopru l-aċċess u l-użu tad-data fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitoli II, III u IV tar-Regolament (UE) 2023/2854. L-ewwel mudell ta’ kuntratt rakkomandat jirregola r-relazzjoni legali bejn utent ta’ prodott konness jew servizz relatat, li huwa intitolat skont ir-Regolament (UE) 2023/2854 li jaċċessa u juża d-data, u detentur tad-data (l-Anness II). Filwaqt li dawn it-termini kuntrattwali mudell jistgħu jintużaw bħala kuntratt separat b’mod parallel ma’ kuntratti oħra, jiġifieri a) il-kuntratt għax-xiri, għall-kiri jew għal-lokazzjoni ta’ prodott konness, b) il-kuntratt dwar il-forniment ta’ servizzi relatati jew c) kwalunkwe kuntratt li huwa meħtieġ biex jiġi konkluż skont ir-Regolament (UE) 2016/679 jistgħu jiġu integrati wkoll f’kuntratt ġenerali, pereżempju li jkopri x-xiri tal-prodott konness. It-tieni tip ta’ kuntratt kopert mit-termini kuntrattwali mudell huwa bejn l-utent u riċevitur tad-data (l-Anness III). It-tielet mudell ta’ kuntratt kopert huwa bejn id-detentur tad-data u riċevitur tad-data, li jikkonċerna każijiet fejn detentur tad-data jkollu obbligu legali li jagħmel id-data disponibbli għal parti terza, bħal obbligu li jagħmel disponibbli d-data ta’ prodott konness jew ta’ servizzi relatati għal riċevitur tad-data indikat mill-utent (l-Anness IV). Ir-raba’ mudell ta’ kuntratt kopert huwa konkluż bejn intrapriżi li jikkondividu d-data fuq bażi volontarja u huwa soġġett għall-kontroll tal-inġustizzja skont ir-Regolament (UE) 2023/2854 (l-Anness V). |
|
(13) |
Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti klawżoli kuntrattwali standard li jistgħu jiġu inklużi f’kuntratti ta’ servizzi tal-ipproċessar tad-data biex jirriflettu d-drittijiet u l-obbligi tal-klijenti u tal-fornituri, fid-dawl tal-Kapitolu VI tar-Regolament (UE) 2023/2854 u filwaqt li titqies il-ħtieġa li jitneħħew l-ostakli kuntrattwali għal bdil u li jiġu żgurati drittijiet u obbligi kuntrattwali ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji (l-Annessi VI sa XII). |
|
(14) |
Sabiex jiġi ffaċilitat l-użu tat-termini mudell u tal-klawżoli standard, jenħtieġ li jiġu inklużi gwida u spjegazzjonijiet fil-forma ta’ kaxxi ta’ informazzjoni. Il-gwida u l-ispjegazzjonijiet huma maħsuba biex jappoġġaw lill-partijiet billi jipprovdu referenzi għall-obbligi legali rilevanti, kontroreferenzi bejn it-termini u l-klawżoli u, kull meta jkun meħtieġ, billi jispjegaw il-konsegwenzi tal-għażliet li l-partijiet iridu jagħmlu, kif rifless fid-diversi għażliet għal terminu jew klawżola kuntrattwali partikolari, |
TIRRAKKOMANDA:
|
(1) |
Li l-partijiet kontraenti jużaw il-mudelli tat-termini kuntrattwali dwar l-aċċess u l-użu tad-data kif stabbilit fl-Annessi I sa V. |
|
(2) |
Li l-partijiet kontraenti jużaw il-klawżoli kuntrattwali standard kif stabbilit fl-Annessi I u VI sa XII - għall-kuntratti tal-cloud computing. |
|
(3) |
Li l-Istati Membri jippromwovu l-użu tat-termini kuntrattwali mudell rakkomandati u l-klawżoli kuntrattwali standard, inkluż permezz tal-korpi għas-soluzzjoni tat-tilwim maħtura tagħhom u l-awtoritajiet kompetenti previsti fir-Regolament (UE) 2023/2854. |
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ottubru 2026.
Għall-Kummissjoni
Michael McGRATH
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L, 2023/2854, 22.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2854/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).
ANNESS I
INTRODUZZJONI ĠENERALI
1. Sfond
Fl-2022, il-Kummissjoni stabbiliet Grupp ta’ Esperti ffurmat minn esperti maħtura fil-kapaċità personali tagħhom biex jappoġġaw lill-Kummissjoni sabiex tipprovdi għodod prattiċi lill-parteċipanti fis-suq li se jkunu qegħdin jeżerċitaw drittijiet u obbligi ġodda skont ir-Regolament (UE) 2023/2854 (li hawn taħt jissejjaħ l-Att dwar id-Data). L-esperti abbozzaw mudelli ta’ termini kuntrattwali (MCTs, model contractual terms) għall-aċċess u għall-użu tad-data u klawżoli kuntrattwali standard (SCCs, standard contractual clauses) għas-servizzi tal-ipproċessar tad-data. Dawn l-MCTs u l-SCCs ġew inklużi f’Rapport, ippubblikat f’April 2025, dwar ir-reġistru tal-grupp. Il-Grupp ta’ Esperti kien appoġġat minn sottogrupp magħmul minn kumpaniji u organizzazzjonijiet kummerċjali Ewropej u nazzjonali. Is-sottogrupp ta feedback lill-esperti matul il-proċess tal-abbozzar.
Sabiex jipprovdu kontribut addizzjonali lill-esperti, is-servizzi tal-Kummissjoni organizzaw mhux biss konsultazzjonijiet immirati billi ttestjaw l-abbozzi tal-mudelli ma’ kumpaniji li vvolontarjaw għal dan l-eżerċizzju, iżda wkoll żewġ ċikli ta’ konsultazzjoni pubblika (wieħed fuq il-verżjoni tal-MCTs u tal-SCCs imħejjija mill-esperti u wieħed fuq il-verżjonijiet iffinalizzati inklużi fir-Rapport mill-Grupp ta’ Esperti).
Abbażi tar-Rapport mill-Grupp ta’ Esperti u tal-kontribut riċevut matul l-avvenimenti ta’ konsultazzjoni pubblika u kif meħtieġ skont l-Artikolu 41 tal-Att dwar id-Data, il-Kummissjoni ħejjiet l-MCTs u l-SCCs, inklużi bħala annessi ta’ din ir-Rakkomandazzjoni.
L-MCTs u l-SCCs ma humiex vinkolanti. Huma abbozzati u ġew abbozzati b’tali mod li jistgħu jiġu adattati mill-partijiet skont il-ħtiġijiet kuntrattwali tagħhom. Madankollu, il-partijiet jeħtieġ li jqisu li dawn l-MCTs u l-SCCs ġew abbozzati biex ikunu konformi mad-drittijiet u mal-obbligi pprovduti mill-Att dwar id-Data u tfasslu wkoll biex ikunu konsistenti ma’ xulxin. Dawn jinkludu informazzjoni dwar in-natura volontarja tagħhom u pariri li l-partijiet għandhom jikkunsidraw rigward il-konsegwenzi legali meta jagħmlu l-bidliet. Barra minn hekk, il-korpi għas-soluzzjoni tat-tilwim maħtura skont l-Artikolu 10 tal-Att dwar id-Data għandhom iqisu l-MCTs u l-SCCs.
L-MCTs u l-SCCs ġew abbozzati prinċipalment għar-relazzjonijiet kuntrattwali minn negozju għal negozju. Madankollu, jistgħu jintużaw ukoll fir-relazzjonijiet bejn in-negozji u l-konsumaturi. Madankollu, f’dak il-każ, jeħtieġ li jiżdiedu dispożizzjonijiet addizzjonali biex il-kuntratt jinġieb konformi mar-regoli obbligatorji dwar il-protezzjoni tal-konsumatur (eż. id-dritt ta’ rtirar tal-konsumatur fil-każ ta’ kuntratti konklużi online/mill-bogħod).
L-użu ta’ dawn l-MCTs u l-SCCs ma jeħlisx lill-partijiet mill-obbligu tagħhom li jiżguraw il-konformità ma’ kwalunkwe dispożizzjoni obbligatorja applikabbli tal-liġi tal-Unjoni jew tal-liġi nazzjonali. L-użu tal-MCTs u tal-SCCs huwa fid-diskrezzjoni sħiħa tal-partijiet. Il-Kummissjoni ma hija responsabbli għall-ebda konsegwenza li tirriżulta mill-użu tal-klawżoli.
Il-Kummissjoni tista’ tirrieżamina dawn il-mudelli ta’ termini kuntrattwali u l-klawżoli kuntrattwali standard fid-dawl tal-applikazzjoni u tal-effett tagħhom fuq in-negozji u l-prattiki tas-suq.
2. Mudelli ta’ termini kuntrattwali
L-MCTs stabbiliti fl-Annessi II-V ġew żviluppati biex jgħinu lill-partijiet jabbozzaw u jinnegozjaw kuntratti għall-aċċess għad-data (personali u mhux personali) u għall-użu tagħha. Dawn il-kuntratti għandhom l-għan li jiżguraw drittijiet u obbligi kuntrattwali ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji, inkluż kumpens raġonevoli u l-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali.
Il-partijiet kuntrattwali huma ddefiniti fil-bidu ta’ kull wieħed mill-MCTs, skont, fejn rilevanti, it-termini ddefiniti mill-Att dwar id-Data: id-data, id-detentur tad-data, l-utent, ir-riċevitur tad-data, eċċ.
Liema MCTs għandhom jintużaw għal liema tip ta’ kondiviżjoni tad-data?
L-MCTs fl-Anness II tfasslu għal kuntratti bejn detentur tad-data u utent ta’ prodott konness jew ta’ servizz relatat, fejn id-detentur tad-data jkun jixtieq juża d-data ġġenerata bl-użu tal-prodott/servizz.
L-MCTs fl-Anness III tfasslu għal kuntratti bejn utent ta’ prodott konness jew ta’ servizz relatat u riċevitur tad-data terz, fejn l-utent jitlob lil detentur tad-data biex jagħmel id-data disponibbli għal riċevitur tad-data skont l-Artikolu 5 tal-Att dwar id-Data.
L-MCTs fl-Anness IV tfasslu għal kuntratti bejn detentur tad-data u riċevitur tad-data terz li huwa negozju, fejn detentur tad-data jkun obbligat (skont l-Artikolu 5 tal-Att dwar id-Data) jagħmel id-data disponibbli għal riċevitur meta mitlub jagħmel dan minn utent tal-prodott. Dawn jistgħu jintużaw ukoll b’emendi xierqa meta detentur tad-data jkun obbligat jagħmel id-data disponibbli għal riċevitur tad-data terz skont liġi tal-Unjoni jew leġiżlazzjoni nazzjonali oħra adottata skont il-liġi tal-Unjoni.
L-MCTs fl-Anness V tfasslu għal kuntratti bejn entità li tikkondividi d-data u riċevitur tad-data meta l-entità li tikkondividi d-data tkun tixtieq tagħmel id-data disponibbli lil riċevitur tad-data b’mod volontarju u indipendentement minn kwalunkwe talba minn utent jew parti simili. It-terminu “entità li tikkondividi d-data” ntgħażel biex jitqiesu l-bosta xenarji li huma possibbli hawnhekk.
Il-partijiet għandhom jidentifikaw is-sitwazzjoni proprja tagħhom b’referenza għax-xenarji differenti spjegati hawn fuq u mbagħad jużaw l-MCTs rilevanti.
Valur legali tal-MCTs fir-rigward tal-Att dwar id-Data u liġijiet applikabbli oħra
L-użu tal-MCTs mill-partijiet kontraenti ma jaffettwa l-ebda wieħed mid-drittijiet u l-obbligi li għandhom skont l-Att dwar id-Data jew skont liġi oħra tal-Unjoni jew liġijiet tal-Istati Membri adottati skont il-liġi tal-Unjoni, inklużi l-obbligi tal-kontrollur u d-drittijiet tas-suġġetti tad-data skont ir-Regolament (UE) 2016/679, u skont il-liġi tal-kompetizzjoni.
Il-partijiet għandhom joqogħdu attenti b’mod partikolari meta l-kondiviżjoni tad-data tikkonċerna data personali jew settijiet ta’ data mħallta. B’mod partikolari, id-detenturi tad-data jridu jagħmlu d-data personali disponibbli għall-utenti jew għall-partijiet terzi, kif awtorizzat skont ir-Regolament (UE) 2023/2854, iżda biss sakemm ikun hemm bażi legali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679.
Fir-rigward ta’ kwalunkwe kuntratt, l-użu tal-mudelli tat-termini kuntrattwali mill-partijiet ma jwaqqafx lil qorti jew tribunal kompetenti jew lil kwalunkwe awtorità amministrattiva kompetenti milli jwarrbu l-kuntratt jew xi termini partikolari tiegħu minħabba nonkonformità mal-liġi tal-Unjoni jew mal-liġi tal-Istat Membru.
3. Klawżoli kuntrattwali standard
Dawn l-SCCs huma maħsuba biex jgħinu lill-partijiet bl-implimentazzjoni kuntrattwali tad-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mill-Att dwar id-Data. L-SCCs huma sett ta’ klawżoli modulari, li jikkomplementaw lil xulxin, iżda jistgħu jintużaw ukoll separatament. Huma maħsuba biex jiddaħħlu fi Ftehimiet dwar is-Servizzi tal-Ipproċessar tad-Data.
L-SCCs għandhom l-għan li jgħinu lill-klijenti u lill-fornituri tas-Servizzi tal-Ipproċessar tad-Data kollha li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Att dwar id-Data, kemm jekk pubbliċi, privati jew xi forma oħra, żgħar, ta’ daqs medju jew kbar.
F’konformità mad-definizzjoni ta’ Servizz tal-Ipproċessar tad-Data tal-Att dwar id-Data, dawn l-SCCs japplikaw għall-mudelli kollha ta’ servizzi tal-cloud, inklużi l-Infrastruttura bħala Servizz (IaaS, Infrastructure-as-a-Service), il-Pjattaforma- bħala Servizz (PaaS, Platform-as-a-Service), u s-Software bħala Servizz (SaaS, Software-as-a-Service), fejn juru l-karatteristiċi stabbiliti fl-Artikolu 2(8) tal-Att dwar id-Data.
L-SCCs skont l-Att dwar id-Data ma jinkludix ir-rekwiżiti tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR, General Data Protection Regulation) (1). Għandhom jiġu inklużi dispożizzjonijiet kuntrattwali biex tiġi żgurata l-konformità mal-GDPR fil-ftehim. Il-Kummissjoni adottat klawżoli kuntrattwali standard għar-relazzjoni bejn il-kontrollur u l-proċessur biex tgħin kemm fil-konformità mal-GDPR kif ukoll għat-trasferiment ta’ data personali lil pajjiżi barra miż-ŻEE (2).
Il-klawżoli kuntrattwali standard skont il-GDPR jippermettu lill-entitajiet li jużawhom jiżguraw u juru l-konformità ma’ ċerti rekwiżiti tal-GDPR. Dawk il-klawżoli kuntrattwali standard ma jistgħux jiġu mmodifikati mill-partijiet, jistgħu jiġu inklużi f’kuntratt usa’ jew jintużaw bħala ftehim awtonomu.
Kif jintużaw l-SCCs?
Filwaqt li huwa rrakkomandat li jintuża s-sett kollu tal-SCCs, ta’ min jinnota li dawn l-SCCs ma jikkostitwux il-Ftehim kollu għas-Servizzi tal-Ipproċessar tad-Data li japplikaw bejn klijent u fornitur. Suġġetti oħra li ma humiex indirizzati mill-Att dwar id-Data u l-SCCs jeħtieġ li jkunu parti minn Ftehim bħal dan.
Fl-Anness XII huwa stabbilit sett ta’ “definizzjonijiet” użati fl-SCCs differenti u allinjati mal-Att dwar id-Data. Jekk jintużaw definizzjonijiet oħra għajr dawk proposti fl-SCCs, l-SCCs iridu jiġu adattati kif xieraq. Dan huwa biss eżempju wieħed ta’ adattamenti li huma possibbli filwaqt li jibqa’ jintuża s-sett sħiħ, jew parti mill-SCCs.
Għall-faċilità ta’ referenza, l-SCCs fihom kontroreferenzi li jorbtu ċerti dispożizzjonijiet tal-SCCs mad-dispożizzjonijiet rilevanti fl-Att dwar id-Data jew ma’ SCCs oħrajn.
Jista’ jkun hemm regoli u rekwiżiti addizzjonali applikabbli għas-Servizzi tal-Ipproċessar tad-Data f’setturi speċifiċi li għandhom jitqiesu wkoll (pereżempju, fl-industrija finanzjarja, tas-saħħa, tat-telekomunikazzjoni, tal-enerġija jew fis-settur pubbliku). L-Att dwar id-Data jipprevedi eċċezzjonijiet għal ċerti obbligi relatati mal-SCCs Qlib u Ħruġ. Hemm spjegazzjonijiet ulterjuri fl-SCCs Qlib u Ħruġ.
L-Att dwar id-Data jipprevedi possibbiltajiet speċifiċi biex jiġi indirizzat it-tilwim:
il-klijent u l-fornitur ikollhom aċċess għal korp għas-soluzzjoni tat-tilwim maħtur mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 10(4) tal-Att dwar id-Data; u
kull waħda mill-partijiet tista’ tressaq ilment lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tagħha f’konformità mal-Artikolu 37(5)(b) tal-Att dwar id-Data.
Madankollu, fiż-żmien tal-ħatra, l-Istati Membri jiddefinixxu l-kompiti u s-setgħat tal-awtorità kompetenti kkonċernata, li sa ċertu punt jistgħu jvarjaw bejn Stati Membri differenti. Huwa possibbli li tali awtorità ma tkunx kompetenti biex issolvi t-tilwim kollu bejn il-klijent u l-fornitur. Il-partijiet iridu jivvalutaw l-aktar mod xieraq kif jobbligaw lill-parti l-oħra tissodisfa l-obbligi legali u kuntrattwali tagħha, u kif isolvu t-tilwim.
Il-partijiet jistgħu jaqblu li jkopru diversi servizzi fi Ftehim wieħed, li jista’ jissejjaħ il-“ftehim prinċipali dwar is-servizzi” jew jingħata titolu ieħor (“il-Ftehim”). Din hija raġuni oħra għaliex huwa rrakkomandat li l-SCCs jiżdiedu mal-Ftehim. Jekk dan ikopri s-servizzi kollha, u jekk il-klijent jiddeċiedi li jibdel wieħed mis-servizzi jew numru partikolari minnhom, il-Ftehim jibqa’ fis-seħħ għas-servizzi l-oħra.
Jekk il-partijiet ikun biħsiebhom jużaw dawn l-SCCs parzjalment biss jew jagħmlu bidliet fihom, għandhom jikkunsidraw bir-reqqa kif dan jista’ jaffettwa d-drittijiet u l-obbligi kuntrattwali. Parir legali u professjonali ieħor huwa dejjem rakkomandat f’sitwazzjonijiet bħal dawn.
(1) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).
(2) Publications on the Standard Contractual Clauses (SCCs) - Il-Kummissjoni Ewropea.
ANNESS II
MUDELLI TA’ TERMINI KUNTRATTWALI
għal kuntratti dwar l-aċċess u l-użu tad-data bejn id-detenturi tad-data u l-utenti ta’ prodotti konnessi u servizzi relatati
|
Dawn il-mudelli ta’ termini kuntrattwali (“MCTs”, model contractual terms) huma maħsuba biex jindirizzaw l-aċċess għad-data u l-użu tagħha u l-kwistjonijiet kuntrattwali relatati li jistgħu jinħolqu bejn id-Detentur tad-Data u l-utenti (kif iddefiniti fir-Regolament (UE) 2023/2854 – hawnhekk imsejjaħ l-“Att dwar id-Data”). In-novità ewlenija tal-Att dwar id-Data f’dan ir-rigward hija li:
Dan il-Kuntratt għandu struttura modulari, u filwaqt li jista’ jintuża bħala kuntratt sħiħ, il-Partijiet jistgħu wkoll jagħżlu ċerti klawżoli li jaqblu mas-sitwazzjoni partikolari tagħhom. Jista’ jkun li xi termini ma jkunux rilevanti għall-prodotti kollha u għall-kuntratti kollha, pereżempju dawk li jikkonċernaw il-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali jew l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ protezzjoni teknika. Dawn għandhom jiġu inklużi mill-Partijiet fil-kuntratt biss fejn ikun rilevanti. Bl-istess mod, il-limitazzjonijiet tal-aċċess, tal-użu jew tal-kondiviżjoni tad-data jeħtieġ li jiġu inklużi fil-kuntratti biss fejn ikunu rilevanti, jiġifieri jekk ir-rekwiżiti tas-sigurtà tal-prodott altrimenti jkunu mminati, li jirriżulta f’effett negattiv serju fuq is-saħħa, is-sikurezza jew is-sigurtà tal-persuni fiżiċi. Diversi klawżoli fihom opzjonijiet, u hawnhekk il-Partijiet għandhom jirriflettu fuq il-ħtiġijiet speċifiċi, ir-relazzjoni kummerċjali u l-interessi tagħhom biex jidentifikaw l-opzjoni t-tajba li hija l-aktar adatta għall-kuntratt tagħhom. Xi klawżoli huma mmarkati wkoll (jekk applikabbli) u għandhom jiġu inklużi jekk ikunu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet. Filwaqt li l-MCTs huma rrakkomandati mill-Kummissjoni, dawn ma humiex vinkolanti u dejjem jista’ jkun hemm derogi għalihom mill-Partijiet. |
1. Partijiet u l-Prodott/Servizz(i) Relatat(i)
1.1. Partijiet għall-Kuntratt
Dan il-Kuntratt dwar l-aċċess għad-data u l-użu tagħha huwa konkluż
bejn
(daħħal l-isem, id-dettalji ta’ kuntatt u referenzi ulterjuri) (“Detentur tad-Data”)
|
Skont l-Att dwar id-Data, “detentur tad-data” tfisser “persuna fiżika jew ġuridika li jkollha d-dritt jew l-obbligu, f’konformità mal-Att dwar id-Data, il-liġi tal-Unjoni applikabbli jew il-leġiżlazzjoni nazzjonali adottata f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, li tuża u tagħmel disponibbli data, inkluż, fejn miftiehem kuntrattwalment, data ta’ prodott jew data ta’ servizz relatat li tkun irkuprat jew iġġenerat matul il-forniment ta’ servizz relatat”. Fil-maġġoranza tax-xenarji, id-Detentur tad-Data jista’ jkun il-manifattur tal-prodott jew il-fornitur tas-servizz relatat rilevanti, jew parti oħra li tikkoopera mal-manifattur jew mal-fornitur li tista’ tirkupra d-data mill-prodott jew mis-servizz relatat. Jekk ikun hemm aktar minn parti waħda li tista’ tikkwalifika bħala Detentur tad-Data, dan jista’ jiġi indirizzat b’modi differenti, pereżempju:
Liema miż-żewġ possibbiltajiet tkun ippreferuta f’każ partikolari jiddependi fuq ħafna fatturi. Il-partijiet jaf ikunu jixtiequ jikkunsidraw, pereżempju, jekk l-Utenti jippreferux li jkollhom sieħeb kontraenti wieħed u Kuntratt wieħed biss. Il-partijiet għandhom ikunu konxji li hemm rabta mill-qrib fl-opzjoni bejn iż-żewġ opzjonijiet u l-mod kif il-Partijiet jabbozzaw il-klawżola 3.2.1. |
u
[OPZJONI 1] [(daħħal l-isem, id-dettalji ta’ kuntatt u referenzi ulterjuri) (“Utent”)]
[OPZJONI 2] [kwalunkwe Parti li tidentifika ruħha bħala l-Utent skont it-tifsira tal-Att dwar id-Data u tiddikjara l-kunsens tagħha għat-termini ta’ dan il-Kuntratt billi tieħu l-passi li ġejjin: (daħħal il-passi tekniċi li għandhom jittieħdu minn kwalunkwe parti li tikkwalifika bħala Utent, bħall-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta u l-konferma li għandha ssir permezz ta’ interfaċċa tal-utent) (“Utent”)]
f’dan il-Kuntratt imsejħa kollettivament “il-Partijiet” u individwalment “il-Parti”.
|
Skont l-Att dwar id-Data, “utent” tfisser “persuna fiżika jew ġuridika li tkun is-sid ta’ prodott konness jew li lilha jkunu ġew ittrasferiti kuntrattwalment drittijiet temporanji għall-użu ta’ dak il-prodott konness, jew li tirċievi servizzi relatati”. Dan il-Kuntratt jista’ jsir rilevanti f’firxa wiesgħa ta’ xenarji differenti. Fuq naħa waħda tal-ispettru, insibu xenarji fejn l-Utent ikun magħruf mid-Detentur tad-Data u fejn l-avukati fuq kull naħa jinnegozjaw kuntratt personalizzat dwar l-aċċess u l-użu tad-data (eż. linja tal-ajru li tixtri l-ajruplani mingħand manifattur tal-ajruplani). Fuq in-naħa l-oħra, insibu xenarji fejn il-prodotti u s-servizzi tal-massa jiġu varati lil miljuni ta’ konsumaturi li ma humiex magħrufa individwalment (u li jista’ jkun li lanqas ma jixtiequ jikxfu l-identità tagħhom għal raġunijiet ta’ protezzjoni tad-data) u fejn in-negozjati individwali huma sempliċiment impossibbli (eż. magni tal-kafe konnessi). Għal xenarji ta’ dan l-aħħar tip, u ħafna xenarji oħra bejn l-estremitajiet, jista’ jkun utli li l-Utent jiġi identifikat mhux bl-isem iżda bil-passi meħuda (bħall-ħolqien ta’ kont tal-utent jew sempliċiment li tiġi pplaggjata magna tal-kafe konnessa u l-qbil mat-termini u l-kundizzjonijiet mogħtija billi wieħed jikklikkja “OK” fuq l-iskrin). Il-Partijiet għandhom ikunu konxji li, b’mod partikolari f’każijiet fejn ikunu involuti l-konsumaturi, il-qrati jivvalutaw jekk il-proċedura hijiex imfassla b’mod li jikkonforma mar-regoli tad-dritt kuntrattwali u d-dritt tal-konsumatur ġenerali applikabbli, li skonthom jista’ jkun li jkollhom jiġu inklużi termini u kundizzjonijiet fil-kuntratt. |
|
1.2. |
Prodott/Servizz(i) Relatat(i) |
Dan il-Kuntratt huwa konkluż fir-rigward ta’:
|
(a) |
il-prodott(i) konness(i) li ġej/ġejjin (“il-Prodott”): (daħħal l-isem u l-ispeċifikazzjonijiet ulterjuri tal-prodott konness speċifiku jew tat-tip ta’ prodotti koperti minn dan il-kuntratt); |
|
(b) |
is-servizz(i) relatat(i) li ġej/ġejjin (“is-Servizz(i) Relatat(i)”): (daħħal l-isem u l-ispeċifikazzjonijiet ulterjuri tas-servizzi relatati speċifiċi jew tat-tip ta’ servizzi relatati koperti minn dan il-kuntratt, jekk applikabbli). |
|
1.2.1. |
L-Utent jiddikjara jew li huwa s-sid tal-Prodott jew li huwa kuntrattwalment intitolat li juża l-Prodott taħt kuntratt ta’ kiri, lokazzjoni jew kuntratt simili u/jew li jirċievi s-Servizz(i) Relatat(i) taħt kuntratt ta’ servizz.
[OPZJONI 1] [L-Utent jimpenja ruħu li jipprovdi, fuq talba debitament issostanzjata lid-Detentur tad-Data, kwalunkwe dokumentazzjoni rilevanti biex jappoġġa dawn id-dikjarazzjonijiet, fejn meħtieġ.] [OPZJONI 2] [Id-dokumentazzjoni li ssostni dawn id-dikjarazzjonijiet kif ukoll id-dettalji dwar min għandu jitqies bħala l-Utent skont dan il-Kuntratt huma stabbiliti fl-Appendiċi 9.]
|
2. Data koperta mill-Kuntratt
Id-data koperta minn dan il-Kuntratt tikkonsisti minn kwalunkwe Data ta’ Prodott jew Data ta’ Servizz(i) Relatat(i) faċilment disponibbli skont it-tifsira tal-Att dwar id-Data, u tinkludi kemm data mhux personali kif ukoll data personali (“id-Data”).
Id-Detentur tad-Data jelenka d-Data fl-Appendiċi 1, b’deskrizzjoni tat-tip jew tan-natura, tal-volum stmat, tal-frekwenza tal-ġbir, tal-post tal-ħżin u tat-tul ta’ żmien li għalih tinżamm id-Data.
Jekk, matul dan il-Kuntratt, ikollha ssir disponibbli għall-Utent Data għajr dik speċifikata fl-Appendiċi 1, l-Appendiċi 1 jiġi emendat kif xieraq.
|
Skont l-Att dwar id-Data, “Data ta’ Prodott” tfisser “data ġġenerata mill-użu ta’ prodott konness li l-manifattur iddiżinja biex tkun tista’ tiġi rkuprata, permezz ta’ servizz ta’ komunikazzjoni elettronika, konnessjoni fiżika jew aċċess fuq l-apparat, minn utent, detentur tad-data jew parti terza, inkluż, fejn rilevanti, il-manifattur”. “Data ta’ Servizzi Relatati” tfisser “data li tirrappreżenta d-diġitalizzazzjoni tal-azzjonijiet tal-utent jew tal-avvenimenti relatati mal-prodott konness, irreġistrata intenzjonalment mill-utent jew iġġenerata bħala prodott sekondarju tal-azzjoni tal-utent matul il-forniment ta’ servizz relatat mill-fornitur”. Id-Data ta’ Prodotti u ta’ Servizzi Relatati tista’ tkun kemm data personali kif ukoll data mhux personali. Din tinkludi “data f’forma mhux ipproċessata” kif ukoll “data li tkun ġiet ipproċessata minn qabel bl-għan li tinftiehem u tkun tista’ tintuża qabel ipproċessar […] ulterjuri”. Iżda teskludi “l-informazzjoni inferita jew derivata minn tali data, li hija l-eżitu ta’ investimenti addizzjonali fl-assenjazzjoni ta’ valuri jew għarfien mid-data” (il-Premessa (15)). “Data Faċilment Disponibbli” tkopri “data ta’ prodott u data ta’ servizz relatat li detentur tad-data jikseb legalment jew jista’ jikseb legalment mill-prodott konness jew servizz relatat, mingħajr sforz sproporzjonat li jmur lil hinn minn operazzjoni sempliċi”. Kif huwa spjegat fil-premessi, din id-definizzjoni teskludi “data ġġenerata mill-użu ta’ prodott konness fejn id-disinn tal-prodott konness ma jipprevedix li tali data tinħażen jew tiġi trażmessa barra mill-komponent li fih tiġi ġġenerata jew il-prodott konness kollu kemm hu” (il-Premessa (20)). “L-għażliet tad-disinn tal-manifatturi, u, fejn rilevanti, il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali li tindirizza l-ħtiġijiet speċifiċi għas-settur u l-objettivi jew id-deċiżjonijiet rilevanti tal-awtoritajiet kompetenti, jenħtieġ li jiddeterminaw liema data prodott konness huwa kapaċi jagħmel disponibbli.” (il-Premessa (14)). |
3. Użu u kondiviżjoni tad-Data mid-Detentur tad-Data
3.1. Użu miftiehem ta’ Data mhux personali mid-Detentur tad-Data
|
3.1.1. |
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dritt legali għall-użu tad-Data, id-Detentur tad-Data jimpenja ruħu li juża d-data li hija Data mhux personali biss għall-finijiet maqbula mal-Utent kif ġej:
|
|
3.1.2. |
Id-Detentur tad-Data jimpenja ruħu li ma jużax id-Data:
L-ebda wieħed mill-użi tad-Data maqbula skont il-klawżola 3.1.1 ma jista’ jkun f’kunflitt ma’ din il-klawżola, u d-Detentur tad-Data jimpenja ruħu li jiżgura, b’mezzi kuntrattwali, organizzattivi u tekniċi xierqa, li l-ebda parti terza, fi ħdan l-organizzazzjoni tad-Detentur tad-Data, ma twettaq tali użu tad-Data. |
3.2. Kondiviżjoni ta’ Data mhux personali ma’ partijiet terzi u użu ta’ servizzi tal-ipproċessar
|
3.2.1. |
Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti legali skont il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali biex Detentur tad-Data jagħmel id-data disponibbli, id-Detentur tad-Data jista’ jikkondividi ma’ partijiet terzi d-Data li hija Data mhux personali, jekk:
[OPZJONI] [Aktar dettalji, inkluż fir-rigward tal-identità jew tal-kategoriji ta’ partijiet terzi li magħhom tista’ tiġi kondiviża d-Data, ir-restrizzjonijiet fuq l-użu tad-Data minn partijiet terzi, kif ukoll kundizzjonijiet u miżuri protettivi ulterjuri, huma stabbiliti fid-dettall fl-Appendiċi 5.] |
|
3.2.2. |
Minkejja l-klawżola 3.2.1, id-Detentur tad-Data jista’ juża servizzi tal-ipproċessar, eż. servizzi tal-cloud computing (inkluża l-infrastruttura bħala servizz, pjattaforma bħala servizz u software bħala servizz), servizzi ta’ hosting, jew servizzi simili biex jikseb, għan-nom tiegħu stess u taħt ir-responsabbiltà proprja tiegħu, il-finijiet maqbula skont il-klawżola 3.1.1. Il-partijiet terzi jistgħu jużaw ukoll tali servizzi biex jiksbu, għan-nom tagħhom u taħt ir-responsabbiltà proprja tagħhom, il-finijiet maqbula skont il-klawżola 3.2.1(a). |
3.3. Użu u kondiviżjoni ta’ data personali mid-Detentur tad-Data
|
3.3.1. |
Id-Detentur tad-Data jista’ juża, jikkondividi ma’ partijiet terzi jew jipproċessa b’mod ieħor kwalunkwe Data li tkun Data personali, biss jekk ikun hemm bażi legali prevista u skont il-kundizzjonijiet permessi skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR, General Data Protection Regulation)) u, fejn rilevanti, id-Direttiva 2002/58/KE (id-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjonijiet elettroniċi). |
3.4. Miżuri ta’ protezzjoni meħuda mid-Detentur tad-Data
|
3.4.1. |
Id-Detentur tad-Data jimpenja ruħu li japplika l-miżuri ta’ protezzjoni biex jipprevjeni t-telf tad-Data u l-aċċess mhux awtorizzat għad-Data [OPZJONI 1] [li huma raġonevoli u xierqa fiċ-ċirkostanzi, meta wieħed iqis l-istat tax-xjenza u t-teknoloġija, id-dannu potenzjali mġarrab mill-Utent u l-kostijiet assoċjati mal-miżuri protettivi.] [OPZJONI 2] [li huma stabbiliti fid-dettall fl-Appendiċi 6.]
|
4. (jekk applikabbli) l-aċċess għad-data mill-Utent fuq talba
|
Dawn il-klawżoli 4 japplikaw jekk l-Utent ma jkunx jista’ jaċċessa d-Data direttament mill-Prodott jew mis-Servizz Relatat f’konformità mal-Artikolu 3 tal-Att dwar id-Data. F’dak il-każ, l-Utent huwa intitolat li jikseb aċċess għad-Data mid-Detentur fuq talba, f’konformità mal-Artikolu 4 tal-Att dwar id-Data. Jekk l-Utent irid jagħti aċċess għad-Data lil Riċevitur tad-Data, japplikaw il-klawżoli 7 hawn taħt. |
4.1. Obbligu li d-Data ssir disponibbli
|
4.1.1. |
Id-Data, flimkien mal-metadata rilevanti meħtieġa għall-interpretazzjoni u l-użu ta’ dik id-Data, trid issir aċċessibbli għall-Utent mid-Detentur tad-Data, fuq talba tal-Utent jew ta’ parti li taġixxi f’ismu. It-talba tista’ tiġi kkomunikata permezz ta’ (iddeskrivi l-proċedura għal talba sempliċi permezz ta’ mezzi elettroniċi fejn teknikament fattibbli). Għall-fini tal-verifika li t-talba ssir mill-Utent, id-Detentur tad-Data ma għandu jirrikjedi l-ebda informazzjoni lil hinn minn dak li huwa meħtieġ. (jekk applikabbli) [Jekk it-talba ssir minn Parti li taġixxi f’isem l-Utent, l-evidenza tal-mandat tagħha tiġi mehmuża mat-talba.]
|
|
4.1.2. |
Meta l-Utent ma jkunx is-suġġett tad-data, id-Detentur tad-Data għandu jagħmel id-Data li hija Data personali disponibbli biss għall-Utent, meta jkun hemm bażi legali valida biex id-Data personali ssir disponibbli skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/679 u biss, fejn rilevanti, meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9 ta’ dak ir-Regolament u tal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2002/58/KE (id-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika).
F’dak ir-rigward, meta l-Utent ma jkunx is-suġġett tad-data, l-Utent irid jindika lid-Detentur tad-Data, f’kull talba ppreżentata skont il-klawżola preċedenti, il-bażi legali għall-ipproċessar skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/679 (u, fejn rilevanti, id-deroga applikabbli skont l-Artikolu 9 ta’ dak ir-Regolament u l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2002/58/KE) li fuqha tintalab id-disponibbiltà tad-Data personali. |
4.2. Karatteristiċi tad-Data u arranġamenti ta’ aċċess
|
4.2.1. |
Id-Detentur tad-Data jrid jagħmel id-Data disponibbli għall-Utent, mingħajr ħlas għall-Utent, bid-Data tkun tal-anqas tal-istess kwalità bħal meta ssir disponibbli għad-Detentur tad-Data, u fi kwalunkwe każ f’format komprensiv, strutturat, użat b’mod komuni u li jinqara mill-magni.
Id-Detentur tad-Data u l-Utent jistgħu jużaw is-servizzi ta’ parti terza (inkluża parti terza li tipprovdi Servizzi ta’ Intermedjazzjoni tad-Data kif iddefiniti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2022/868 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2)) biex jippermettu l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Utent skont il-klawżola 4.1 ta’ dan il-Kuntratt. Tali parti terza ma titqiesx bħala Riċevitur tad-Data skont l-Att dwar id-Data u tali servizzi jistgħu jiġu offruti minn fornitur meqjus bħala gwardjan skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2022/1925, sakemm ma tipproċessax id-Data għall-finijiet kummerċjali proprji tagħha.
|
|
4.2.2. |
L-Utent irid jirċievi aċċess għad-data mitluba:
(jekk applikabbli) [(c) kontinwament u f’ħin reali]. |
|
4.2.3. |
Sabiex jissodisfa r-rekwiżiti tal-klawżoli 4.2.1 u 4.2.2, id-Detentur tad-Data jispeċifika dawn l-arranġamenti ta’ aċċess fl-Appendiċi 1.
|
|
4.2.4. |
Id-Detentur tad-Data jrid jipprovdi lill-Utent, mingħajr ebda kost addizzjonali, l-informazzjoni meħtieġa biex jaċċessa d-Data f’konformità mal-Artikolu 4 tal-Att dwar id-Data.
Dan jinkludi, b’mod partikolari, l-għoti ta’ informazzjoni faċilment disponibbli għad-Detentur tad-Data rigward kwalunkwe dritt li partijiet terzi jista’ jkollhom fir-rigward tad-Data, bħad-drittijiet tas-suġġetti tad-data li jirriżultaw skont ir-Regolament (UE) 2016/679, jew fatti li jistgħu jwasslu għal tali drittijiet. Id-Detentur tad-Data jispeċifika din l-informazzjoni fl-Appendiċi 1.
|
|
4.2.5. |
Id-Detentur tad-Data jimpenja ruħu li ma jżomm l-ebda informazzjoni dwar l-aċċess tal-Utent għad-data mitluba lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għal:
|
4.3. Ċirku vizzjuż
Jekk l-Utent jidentifika inċident relatat mal-klawżola 2 dwar id-Data koperta mill-Kuntratt, mar-rekwiżiti tal-klawżoli 4.2.1 jew 4.2.2 jew tal-Appendiċi 1 dwar il-karatteristiċi tad-Data u l-arranġamenti ta’ aċċess u jekk l-Utent jipprovdi lid-Detentur tad-Data b’deskrizzjoni dettaljata tal-inċident, id-Detentur tad-Data u l-Utent iridu jikkooperaw in bona fide biex jidentifikaw ir-raġuni għall-inċident.
Jekk l-inċident kien ikkawżat minn nuqqas mid-Detentur tad-Data li jikkonforma mal-obbligi tiegħu, dan irid jirrimedja l-ksur mingħajr dewmien żejjed. Jekk id-Detentur tad-Data ma jagħmilx dan, dan jitqies bħala nuqqas ta’ eżekuzzjoni fundamentali u l-Utent jista’ jinvoka l-klawżola 12 ta’ dan il-Kuntratt). Jekk l-Utent iqis li d-dritt ta’ aċċess tiegħu skont l-Artikolu 4(1) tal-Att dwar id-Data jkun inkiser, l-Utent ikun intitolat ukoll li jressaq ilment lill-awtorità kompetenti, maħtura f’konformità mal-Artikolu 37(5)(b) tal-Att dwar id-Data.
|
Din il-klawżola tagħti lid-Detentur tad-Data opportunità li jirrettifika kwalunkwe ksur tal-obbligi legali jew kuntrattwali tiegħu. Jekk id-Detentur tad-Data jonqos milli jagħmel dan mingħajr dewmien żejjed, dan jippermetti lill-utent juża r-rimedji kuntrattwali previsti mill-Kuntratt f’każ ta’ nuqqas fundamentali ta’ eżekuzzjoni tal-Kuntratt. Jekk l-Utent iqis li d-dritt ta’ aċċess tiegħu skont l-Artikolu 4(1) tal-Att dwar id-Data jkun inkiser, l-Utent ikun intitolat ukoll li jressaq ilment lill-awtorità kompetenti, maħtura f’konformità mal-Artikolu 37(5), il-punt (b), tal-Att dwar id-Data. Madankollu, l-Utent għandu jkun konxju li l-kompiti u s-setgħat preċiżi tal-awtoritajiet kompetenti maħtura f’konformità mal-Artikolu 37 jistgħu jvarjaw bejn Stat Membru u ieħor. L-Utent dejjem għandu d-dritt li jfittex rimedju effettiv quddiem il-qorti kompetenti jew li jirreferi t-tilwima lil kwalunkwe korp għas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim. Għalhekk, l-Utent irid jivvaluta bir-reqqa x’inhu l-aktar mod xieraq kif id-Detentur tad-Data jiġi obbligat jikkonforma mal-obbligi legali u kuntrattwali tiegħu. |
4.4. Bidliet unilaterali mid-Detentur tad-Data
|
4.4.1. |
Id-Detentur tad-Data jista’ jbiddel unilateralment l-ispeċifikazzjonijiet tal-karatteristiċi tad-Data jew l-arranġamenti ta’ aċċess għad-Data ddikjarati fl-Appendiċi 1, jekk dan ikun iġġustifikat b’mod oġġettiv mit-twettiq normali tan-negozju tad-Detentur tad-Data, pereżempju permezz ta’ modifika teknika minħabba vulnerabbiltà immedjata għas-sigurtà fil-linja tal-prodotti jew tas-servizzi relatati jew bidla fl-infrastruttura tad-Detentur tad-Data. Kwalunkwe bidla trid tissodisfa r-rekwiżiti tal-klawżoli 4.2.1 u 4.2.2.
Id-Detentur tad-Data jrid jagħti avviż bil-quddiem lill-Utent dwar il-bidla mill-inqas (indika perjodu ta’ żmien raġonevoli) qabel ma l-bidla tidħol fis-seħħ. Perjodu ta’ avviż iqsar jista’ jkun biżżejjed:
|
5. (jekk id-Data magħmula disponibbli mid-Detentur tad-Data fuq talba tal-Utent trid tiġi protetta bħala sigrieti kummerċjali) Protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali
|
||||||||||||||||||||
|
(4) Id-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni ta’ konoxxenza u ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom (ĠU L 157, 15.6.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2016/943/oj). |
5.1. Applikabbiltà tal-arranġamenti tas-sigrieti kummerċjali
|
5.1.1. |
Il-miżuri protettivi maqbula fil-klawżoli 5.2. U 5.3 ta’ dan il-Kuntratt, kif ukoll id-drittijiet relatati maqbula fil-klawżola 5.4, japplikaw esklużivament għad-Data jew għall-metadata inkluża fid-Data li għandha ssir disponibbli mid-Detentur tad-Data lill-Utent, li hija protetta bħala sigriet kummerċjali (kif iddefinit fid-Direttiva dwar is-Sigrieti Kummerċjali, miżmuma mid-Detentur tad-Data jew minn Detentur tas-Sigriet Kummerċjali ieħor (kif definit f’dik id-Direttiva). |
|
5.1.2. |
L-identifikazzjoni tad-Data protetta bħala sigrieti kummerċjali u l-identità tad-Detentur(i) tas-Sigriet Kummerċjali huma stabbiliti fl-Appendiċi 4.
Id-Detentur tad-Data jiddikjara lill-Utent li għandu d-drittijiet rilevanti kollha minn kwalunkwe detentur ta’ sigrieti kummerċjali ta’ parti terza biex jidħol f’dan il-Kuntratt fir-rigward tad-Data protetta bħala sigrieti kummerċjali.
|
|
5.1.3. |
Jekk, matul dan il-Kuntratt, issir disponibbli għall-Utent Data ġdid li tkun protetta bħala sigrieti kummerċjali kif stabbilit fil-klawżola 5.1.1, fuq talba tad-Detentur tad-Data, l-Appendiċi 4 jiġi emendat kif xieraq.
Sakemm l-Appendiċi 4 jiġi emendat u maqbul bejn il-Partijiet, id-Detentur tad-Data jista’ jżomm jew jissospendi temporanjament il-kondiviżjoni tad-data l-ġdida protetta bħala sigrieti kummerċjali. F’każ bħal dan, id-deċiżjoni tad-detentur tad-data għandha tiġi debitament sostanzjata u pprovduta bil-miktub lill-utent mingħajr dewmien żejjed. Id-detentur tad-data għandu jinnotifika wkoll lill-awtorità kompetenti maħtura skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2023/2854 li huwa żamm jew issospenda l-kondiviżjoni tad-data u jidentifika liema miżuri ma jkunux ġew maqbula jew implimentati. |
|
5.1.4. |
L-obbligi stabbiliti fil-klawżoli 5.2 u 5.3 jibqgħu fis-seħħ wara kwalunkwe terminazzjoni tal-Kuntratt, sakemm ma jkunx maqbul mod ieħor mill-Partijiet. |
5.2. Miżuri protettivi meħuda mill-Utent
|
5.2.1. |
L-Utent irid japplika l-miżuri protettivi stabbiliti fl-Appendiċi 4 (minn hawn ’il quddiem: “Miżuri ta’ Protezzjoni tal-Utent”).
|
|
5.2.2. |
Jekk l-Utent jitħalla jagħmel id-Data disponibbli għal parti terza, l-Utent jista’ jikkondividi Data protetta bħala sigrieti kummerċjali, jekk:
|
|
5.2.3. |
[OPZJONI] [Sabiex jiġi vverifikat jekk u sa liema punt l-Utent implimenta u qed iżomm il-Miżuri ta’ Protezzjoni tal-Utent, l-Utent jaqbel li jew (i) jikseb kull sena, bi spejjeż tal-Utent, rapport ta’ verifika tal-valutazzjoni tal-konformità tas-sigurtà minn parti terza indipendenti magħżula mill-Utent; jew li (ii) kull sena jippermetti, bi spejjeż tad-Detentur tad-Data, verifika tal-valutazzjoni tal-konformità tas-sigurtà minn parti terza indipendenti magħżula mid-Detentur tad-Data, soġġett għal li tali parti terza indipendenti tkun iffirmat ftehim ta’ kunfidenzjalità kif ipprovdut mill-Utent. Tali rapport tal-verifika tas-sigurtà jrid juri l-konformità tal-Utent mal-klawżoli 5 u mal-Appendiċi 4 kif applikabbli f’dak iż-żmien. Ir-riżultati tar-rapporti tal-verifika jiġu ppreżentati liż-żewġ Partijiet mingħajr dewmien żejjed.
L-Utent jista’ jagħżel bejn (i) u (ii). Jekk Parti tqis li r-rapport tal-verifika tas-sigurtà miksub bi spiża tal-Parti l-oħra ma huwiex korrett, hija żżomm id-dritt li tikseb rapport tal-verifika tas-sigurtà minn parti terza indipendenti oħra bi spejjeż tagħha. Jekk dan id-dritt jiġi eżerċitat, iż-żewġ awdituri indipendenti ta’ partijiet terzi, flimkien mal-Partijiet, jiddiskutu kwalunkwe differenza bejn dawk iż-żewġ rapporti u jimmiraw li jsolvu kwalunkwe kwistjoni pendenti in bona fide.]
|
5.3. Miżuri protettivi meħuda mid-Detentur tas-Sigriet Kummerċjali
|
5.3.1. |
Id-Detentur tad-Data jista’ japplika l-miżuri maqbula fl-Appendiċi 4 biex tiġi ppreservata l-kunfidenzjalità tad-Data protetta bħala sigriet kummerċjali (minn hawn ’il quddiem: “Miżuri ta’ Protezzjoni tad-Detentur tad-Data”). |
|
5.3.2. |
Id-Detentur tad-Data jista’, b’mod unilaterali, jimplimenta soluzzjonijiet ta’ protezzjoni tekniċi u organizzattivi xierqa, bħal aġġornament tas-software, jekk ma jaffettwawx b’mod negattiv lill-Utent taħt dan il-Kuntratt. |
|
5.3.3. |
L-Utent jimpenja ruħu li ma jibdilx u ma jneħħix il-miżuri ta’ protezzjoni tad-Detentur tad-Data u lanqas il-miżuri meħuda f’konformità mal-klawżola 5.3.2, sakemm ma jkunx maqbul mod ieħor mill-Partijiet. |
5.4. Obbligu ta’ kondiviżjoni u dritt ta’ rifjut, ta’ żamma jew ta’ terminazzjoni
|
5.4.1. |
Meta l-Miżuri ta’ Protezzjoni tal-Utent u l-Miżuri ta’ Protezzjoni tad-Detentur tad-Data Identifikati ma jkunux materjalment biżżejjed biex jipproteġu b’mod adegwat parti partikolari mid-Data protetta bħala sigriet kummerċjali, id-Detentur tad-Data jista’, billi javża minn qabel lill-Utent b’deskrizzjoni dettaljata tal-inadegwatezza tal-miżuri, jitlob li jiġu maqbula miżuri ta’ protezzjoni addizzjonali; jekk ma jkun hemm l-ebda ftehim dwar il-miżuri addizzjonali meħtieġa wara perjodu ta’ żmien raġonevoli u jekk il-ħtieġa ta’ tali miżuri tkun debitament issostanzjata, eż. f’rapport tal-verifika tas-sigurtà, id-Detentur tad-Data jista’ jżomm jew jissospendi l-kondiviżjoni tad-Data speċifika inkwistjoni; f’każ bħal dan, id-Detentur tad-Data jrid javża lill-Utent; l-avviż irid ikun debitament sostanzjat, irid jindika liema miżuri ma jkunux ġew maqbula, fejn rilevanti, is-sigrieti kummerċjali kkonċernati, u jingħata bil-miktub mingħajr dewmien żejjed; id-Detentur tad-Data jrid ikompli jaqsam kwalunkwe Data protetta bħala sigrieti kummerċjali għajr din id-Data speċifika. |
|
5.4.2. |
Jekk, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, ikun ferm probabbli li d-Detentur tad-Data se jġarrab dannu ekonomiku serju mill-iżvelar ta’ Data partikolari protetta bħala sigriet kummerċjali lill-Utent minkejja li jkunu ġew implimentati l-Miżuri ta’ Protezzjoni tal-Utent u l-Miżuri ta’ Protezzjoni tad-Detentur tad-Data, id-Detentur tad-Data jista’ jirrifjuta li jikkondividi jew jissospendi l-kondiviżjoni tad-Data speċifika inkwistjoni.
Id-Detentur tad-Data jrid jagħti avviż bil-quddiem debitament sostanzjat mingħajr dewmien żejjed lill-Utent u lill-awtorità kompetenti maħtura skont l-Artikolu 37 tal-Att dwar id-Data. Madankollu, id-Detentur tad-Data jrid ikompli jaqsam kwalunkwe Data protetta bħala sigrieti kummerċjali għajr din id-Data speċifika.
|
|
5.4.3. |
Jekk l-Utent jonqos milli jimplimenta u jżomm il-Miżuri ta’ Protezzjoni tal-Utent tiegħu u jekk dan in-nuqqas ikun debitament sostanzjat mid-Detentur tad-Data, eż. f’rapport tal-verifika tas-sigurtà, id-Detentur tad-Data jkun intitolat li jżomm jew jissospendi l-kondiviżjoni tas-Sigrieti Kummerċjali Identifikati speċifiċi sakemm l-Utent ikun solva l-inċident.
F’dan il-każ, id-Detentur tad-Data jrid jagħti, mingħajr dewmien żejjed, avviż bil-quddiem debitament sostanzjat bil-miktub lill-Utent u lill-awtorità kompetenti maħtura skont l-Artikolu 37 tal-Att dwar id-Data. |
|
5.4.4. |
Il-klawżola 5.4.1 ma tagħtix id-dritt lid-Detentur tad-Data li jittermina dan il-Kuntratt.
Il-klawżoli 5.4.2 jew 5.4.3 jippermettu lid-Detentur tad-Data jittermina dan il-Kuntratt biss fir-rigward tas-Sigrieti Kummerċjali Identifikati speċifiċi, u jekk:
|
5.5. Tmiem il-produzzjoni u qerda ta’ oġġetti ta’ ksur
Mingħajr preġudizzju għal rimedji oħra disponibbli għad-Detentur tad-Data f’konformità ma’ dan il-Kuntratt jew mal-liġi applikabbli, jekk l-Utent jibdel jew ineħħi miżuri ta’ protezzjoni teknika applikati mid-Detentur tad-Data jew ma jżommx il-miżuri tekniċi u organizzattivi meħuda minnu bi qbil mad-Detentur tad-Data f’konformità mal-klawżoli 5.2 u 5.3, id-Detentur tad-Data jista’ jitlob lill-Utent:
|
(a) |
iħassar id-data magħmula disponibbli mid-Detentur tad-Data jew kwalunkwe kopja tagħha; u/jew |
|
(b) |
itemm il-produzzjoni, l-offerta, jew l-introduzzjoni fis-suq jew l-użu ta’ oġġetti, data derivattiva jew servizzi prodotti abbażi tal-għarfien miksub permezz tas-Sigrieti Kummerċjali Identifikati, jew l-importazzjoni, l-esportazzjoni jew il-ħżin ta’ oġġetti ta’ ksur għal dawk il-finijiet, u jeqred kwalunkwe oġġett ta’ ksur, fejn ikun hemm riskju serju li l-użu illegali ta’ dik id-data jikkawża dannu sinifikanti lid-Detentur tad-Data jew lid-Detentur tas-Sigriet Kummerċjali jew fejn tali miżura ma tkunx sproporzjonata fid-dawl tal-interessi tad-Detentur tad-Data jew tad-Detentur tas-Sigriet Kummerċjali; u/jew |
|
(c) |
jikkumpensa lil parti li ġarrbet dannu mill-użu ħażin jew mill-iżvelar ta’ dik id-data li sar aċċess għaliha jew intużat illegalment. |
5.6. Żamma ta’ Data protetta bħala Sigrieti Kummerċjali Identifikati
|
5.6.1. |
Meta d-Detentur tad-Data jeżerċita d-dritt li jirrifjuta, iżomm jew jissospendi l-kondiviżjoni tad-Data mal-Utent f’konformità mal-klawżoli 5.4.1, 5.4.2 u 5.4.3, dawn ikollhom jiżguraw li d-Data inkwistjoni tinżamm, sabiex dik id-Data ssir disponibbli għall-Utent:
Dan l-obbligu ta’ żamma jintemm meta awtorità jew qorti kompetenti f’deċiżjoni vinkolanti tippermetti t-tħassir ta’ tali Data miżmuma jew meta jintemm il-Kuntratt. |
|
5.6.2. |
Id-Detentur tad-Data jġarrab il-kostijiet meħtieġa għaż-żamma tad-Data skont il-klawżola 5.6.1. Madankollu, l-Utent ikopri dawn il-kostijiet sal-punt li ż-żamma jew is-sospensjoni tal-kondiviżjoni tad-Data jseħħu f’konformità mal-klawżola 5.4.3. |
6. (jekk id-Data ssir disponibbli mid-Detentur tad-Data fuq talba tal-Utent) Użu tad-Data mill-Utent
6.1. Użu permissibbli u kondiviżjoni tad-Data
|
6.1.1. |
L-Utent jista’ juża d-Data magħmula disponibbli mid-Detentur tad-Data fuq talba tiegħu għal kwalunkwe skop legali u/jew, sa fejn id-data tiġi ttrasferita lill-Utent jew tista’ tiġi rkuprata minnu, jista’ jikkondividi d-Data liberament soġġett għal-limitazzjonijiet fil-klawżola 6.2. |
6.2. Restrizzjonijiet fuq l-użu u l-kondiviżjoni tad-Data
|
6.2.1. |
L-Utent jimpenja ruħu li ma jwettaqx dan li ġej:
|
|
6.2.2. |
[OPZJONI] [Barra minn hekk u f’konformità mal-Artikolu 4(2) tal-Att dwar id-Data, l-Utent u d-Detentur tad-Data jaqblu li jirrestrinġu jew jipprojbixxu kif ġej l-ipproċessar li ġej (speċifika l-ipproċessar ikkonċernat: l-aċċess, l-użu u/jew il-kondiviżjoni ulterjuri tad-Data), li bħala konsegwenza jimmina r-rekwiżiti tas-sigurtà għall-Prodott, kif stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni (speċifika r-rekwiżit legali tas-sigurtà legali kkonċernat), li jirriżulta f’effett serju fuq is-saħħa, is-sikurezza jew is-sigurtà tal-persuni fiżiċi.
L-Utent jimpenja ruħu li ma jagħmilx (speċifika r-restrizzjonijiet jew il-projbizzjonijiet rilevanti relatati mal-ipproċessar imsemmi hawn fuq).] |
7. Kondiviżjoni tad-Data fuq talba tal-Utent ma’ Riċevitur tad-Data
7.1. Disponibbiltà tad-Data għal Riċevitur tad-Data
|
7.1.1. |
Id-Data, flimkien mal-metadata rilevanti meħtieġa għall-interpretazzjoni u l-użu ta’ dik id-Data, trid issir disponibbli għal Riċevitur tad-Data mid-Detentur tad-Data, mingħajr ħlas għall-Utent, fuq talba mressqa mill-Utent jew minn parti li taġixxi f’ismu. It-talba tista’ ssir permezz tal-formola speċifikata fl-Appendiċi 3, mibgħuta lil (iddeskrivi l-proċedura għal talba sempliċi permezz ta’ mezzi elettroniċi fejn teknikament fattibbli). Għall-fini tal-verifika li t-talba ssir mill-Utent, id-Detentur tad-Data ma għandu jkun meħtieġ jipprovdi l-ebda informazzjoni lil hinn minn dak li huwa meħtieġ. |
|
7.1.2. |
Meta l-Utent ma jkunx is-suġġett tad-data, id-Detentur tad-Data għandu jagħmel id-Data li hija data personali disponibbli biss għal parti terza wara talba mill-Utent, meta jkun hemm bażi legali valida biex id-data personali ssir disponibbli skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/679 (GDPR) u biss, fejn rilevanti, meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9 ta’ dak ir-Regolament u fl-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2002/58/KE (id-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjonijiet elettroniċi).
F’dak ir-rigward, meta l-Utent ma jkunx is-suġġett tad-data, l-Utent irid jindika lid-Detentur tad-Data, f’kull talba ppreżentata skont il-klawżola preċedenti, il-bażi legali għall-ipproċessar skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/679 (u, fejn rilevanti, id-deroga applikabbli skont l-Artikolu 9 ta’ dak ir-Regolament u l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2002/58/KE) li fuqha tintalab id-disponibbiltà tad-data personali. |
|
7.1.3. |
Id-Detentur tad-Data jrid jagħmel id-Data disponibbli għal Riċevitur tad-Data, bid-Data tkun tal-anqas tal-istess kwalità bħal meta saret disponibbli għad-Detentur tad-Data, u fi kwalunkwe każ f’format komprensiv, strutturat, użat b’mod komuni u li jinqara mill-magni, faċilment u b’mod sigur. |
|
7.1.4. |
Meta l-Utent jissottometti talba bħal din, id-Detentur tad-Data jaqbel mar-Riċevitur tad-Data dwar l-arranġamenti biex id-Data ssir disponibbli f’konformità mal-Kapitoli III u IV tal-Att dwar id-Data. |
|
7.1.5. |
L-Utent jirrikonoxxi li talba skont il-klawżola 7.1.1 ma tistax tibbenefika lil parti terza meqjusa bħala gwardjan skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2022/1925 [OPZJONI] [u ma tistax issir fil-kuntest tal-ittestjar ta’ prodotti konnessi, sustanzi jew proċessi ġodda li għadhom ma ġewx introdotti fis-suq]. |
|
7.1.6. |
L-Utent jirrikonoxxi li l-parti terza għandha tipproċessa biss id-Data magħmula disponibbli għaliha skont il-klawżola 7.1.1 għall-finijiet u skont il-kundizzjonijiet miftiehma mal-Utent. Id-Detentur tad-Data ma jistax jinżamm responsabbli lejn l-Utent għan-nuqqas ta’ tali ftehim bejn l-Utent u l-parti terza, sakemm id-Detentur tad-Data ma kienx jaf jew kellu jkun jaf dwar dan in-nuqqas. |
8. [OPZJONI jekk l-Utent ikun entità tan-negozju] Limitazzjonijiet fuq id-drittijiet tal-Utent
L-utent jaqbel ma’ (speċifika l-għan, in-natura u t-tul tal-limitazzjoni tad-dritt tal-Utent li juża jew jikkondividi d-Data u identifika l-parti tad-Data kkonċernata minn tali limitazzjonijiet).
|
F’konformità mal-Artikolu 7(2) tal-Att dwar id-Data, “Kwalunkwe terminu kuntrattwali li, għad-detriment tal-utent, jeskludi l-applikazzjoni ta’, jidderoga minn jew ivarja l-effett tad-drittijiet tal-utent skont [il-Kapitolu II] ma għandux ikun vinkolanti fuq l-utent”. Dan għandu jinqara fid-dawl tal-premessa (25) li tispeċifika li “ma [t]ipprevjenix lill-utenti, fil-każ ta’ relazzjonijiet bejn in-negozji, milli jagħmlu d-data disponibbli għal partijiet terzi jew għad-detenturi tad-data taħt kwalunkwe terminu kuntrattwali legali, inkluż billi jaqblu li jillimitaw jew jirrestrinġu l-kondiviżjoni ulterjuri ta’ tali data, jew milli jiġu kkumpensati b’mod proporzjonat, pereżempju bi skambju għar-rifjut tad-dritt tagħhom li jużaw jew jikkondividu tali data”. Għalhekk tali limitazzjonijiet ikunu validi biss jekk ma jikkawżaw l-ebda detriment għall-Utent, li jfisser li l-limitazzjonijiet ma għandhomx ikunu ta’ dannu għall-interessi leġittimi tal-Utent. Barra minn hekk, din il-klawżola ma għandhiex tintuża biex l-Utent jiġi miċħud għalkollox mid-drittijiet legali tiegħu skont l-Artikoli 4 u 5 tal-Att dwar id-Data, pereżempju billi l-Utent iċedi għalkollox id-dritt tiegħu li jaċċessa d-Data. L-Utent jista’ jaqbel biss mal-limitazzjonijiet fuq id-drittijiet tiegħu, meta dawn ikunu limitati fil-ambitu u fiż-żmien. Dawn ma humiex għad-detriment tal-Utent. Dan jista’, pereżempju, ikun limitazzjonijiet speċifiċi fuq l-użu tad-Data li tkun ġiet aċċessata, jew jinvolvi l-qbil li d-Data ma tiġix kondiviża ulterjorment ma’ parti terza kif indikat fil-Premessa 25, jew li r-Riċevitur tad-Data ma jibqax jikkondividi d-Data ma’ parti terza. Din il-klawżola tista’ tintuża meta l-Utent ikollu interess f’tali limitazzjonijiet, pereżempju, meta d-Detentur tad-Data u l-Utent jipparteċipaw fi proġett industrijali konġunt. Din tista’ tapplika wkoll jekk l-Utent jiġi kkumpensat. Iżda s-sempliċi riċevuta ta’ kumpens ma tkunx biżżejjed fiha nnifisha biex tqis li l-limitazzjonijiet ma humiex ta’ detriment għall-Utent. Dan il-kumpens għandu jkun proporzjonat għal-limitazzjonijiet. L-Utent jista’, fid-diskrezzjoni unika tiegħu, jaċċetta jew jirrifjuta l-limitazzjoni(jiet) skont din il-klawżola. |
9. Kumpens lill-Utent
9.1. Kumpens
Id-Detentur tad-Data jimpenja ruħu li jikkumpensa lill-Utent kif stabbilit fid-dettall fl-Appendiċi 7, (jekk applikabbli) inkluż għal-limitazzjonijiet tad-drittijiet tal-Utent f’konformità mal-klawżola 8.
|
Il-Partijiet jistgħu jaqblu dwar il-kumpens għall-użu u għall-kondiviżjoni tad-data mid-Detentur tad-Data, kull meta jaħsbu li dan huwa ġust u raġonevoli. Pereżempju, huma jistgħu jikkunsidraw tali kumpens jekk id-Detentur tad-Data juża d-Data biex jiżviluppa prodotti jew servizzi ġodda jew jekk id-Detentur tad-Data joħloq data aggregata jew derivata għal finijiet kummerċjali. Min-naħa l-oħra, jekk pereżempju d-Data tintuża esklużivament għall-ħtiġijiet ta’ kwalunkwe ftehim konkluż mal-Utent jew biex jiġu żgurati l-funzjonament, is-sikurezza u s-sigurtà tal-Prodott jew tas-Servizz Relatat, il-kumpens jaf ma jiġix inkluż. Madankollu, il-Partijiet għandhom ikunu konxji li, pereżempju, jekk l-Utent jillimita d-drittijiet tiegħu f’konformità mal-klawżola 8, l-Utent għandu jiġi kkumpensat, kif spjegat fil-kaxxa ta’ spjegazzjoni taħt il-klawżola 8, u l-kumpens għandu jkun proporzjonat għall-gravità tal-limitazzjoni. Bl-istess mod, jista’ jkun meħtieġ kumpens biex jiġi żgurat it-trattament ġust tal-Utent, jekk l-Utent jaqbel li d-Detentur tad-Data jista’ jbigħ id-Data lil partijiet terzi f’konformità mal-klawżola 3.2.1(a)(iii). Jekk ikun dovut kumpens, il-Partijiet iridu jaqblu dwar in-natura tiegħu, li tista’ tkun monetarja jew mhux monetarja. |
9.2. (applikabbli għall-kumpens monetarju) Imgħax f’każ ta’ pagamenti tard
Jekk il-ħlas tal-kumpens jiġi ttardjat, id-Detentur tad-Data għandu jħallas lill-Utent l-imgħax fuq il-kumpens imħallas tard mill-mument meta l-pagament ikun dovut sal-mument tal-ħlas kif stabbilit fil-liġi applikabbli.
10. Trasferiment tal-użu u utenti multipli
|
L-Utent Inizjali jista’ jittrasferixxi b’mod permanenti s-sjieda tal-Prodott jew id-dritt tiegħu li juża l-Prodott lil Utent Sussegwenti, pereżempju meta l-utent ibigħ il-Prodott (trasferiment tal-użu). L-Utent Inizjali jista’ jagħti wkoll id-drittijiet tal-użu tal-Prodott u/jew li jirċievi s-servizzi relatati lil Utenti Addizzjonali, filwaqt li jżomm ir-rwol tiegħu bħala Utent (utenti multipli), pereżempju meta:
Dritt tad-Detentur tad-Data li juża d-Data F’każijiet bħal dawn, id-Detentur tad-Data jrid jikkonkludi Kuntratt mal-Utenti Sussegwenti jew Addizzjonali biex ikun jista’ juża d-data ġġenerata mill-użu tal-Prodott jew tas-Servizzi Relatati minn tali utenti. Il-klawżoli ta’ hawn taħt jipproponu soluzzjonijiet possibbli għall-konklużjoni ta’ tali Kuntratt, sabiex il-Partijiet ikunu jistgħu jagħżlu s-soluzzjoni li hija l-aktar adattata għall-ispeċifiċitajiet tas-sitwazzjoni. Fil-każ ta’ trasferiment, il-Partijiet jistgħu, pereżempju, jaqblu li l-Utent Inizjali jinnotifika lid-Detentur tad-Data dwar it-trasferiment, l-identità u d-dettalji ta’ kuntatt tal-Utent Sussegwenti sabiex id-Detentur tad-Data jkun jista’ jikkuntattja lill-Utent Sussegwenti u jikkonkludi kuntratt miegħu. Fil-każ ta’ utenti multipli, tali soluzzjoni tista’ tkun wisq ta’ piż għad-Detentur tad-Data. Jekk l-Utent Inizjali jkun f’pożizzjoni li jaġixxi f’isem id-Detentur tad-Data, possibbiltà waħda għalhekk hija li l-Utent inizjali jikseb il-qbil ta’ Utenti Addizzjonali mal-kundizzjonijiet għall-aċċess u għall-użu tad-data stabbiliti f’dan il-Kuntratt. F’sitwazzjonijiet oħra, xorta jista’ jkun fattibbli u jkun ippreferut li l-Utent Inizjali jinnotifika lid-Detentur tad-Data bid-dettalji ta’ kuntatt ta’ Utent Addizzjonali, b’tali mod li d-Detentur tad-Data jkun jista’ jikkonkludi kuntratt direttament mal-Utent Addizzjonali. Huwa possibbli wkoll li d-Detentur tad-Data ma jkunx jeħtieġ li jiġi nnotifikat dwar Utent Sussegwenti jew Addizzjonali mill-Utent Inizjali sabiex jikkonkludi kuntratt, minħabba li ċ-ċirkostanzi jkunu tali li jkunu jistgħu jikkonkludu kuntratt mingħajr ebda azzjoni mill-Utent Inizjali. Pereżempju, jista’ jiġri li l-ħolqien ta’ kont li jidentifika l-utent ikun meħtieġ għall-użu tal-Prodott u/jew tas-Servizz Relatat. Jekk dan ikun il-każ, id-Detentur tad-Data jkun f’pożizzjoni li jikkonkludi kuntratt mal-Utent Sussegwenti jew Addizzjonali meta dawn joħolqu l-kontijiet tagħhom stess. Madankollu, dan jista’ jirrikjedi li l-Utent Inizjali jiżgura li l-Utent Sussegwenti jew Addizzjonali ma jużax il-kont tiegħu. Drittijiet ta’ aċċess tal-Partijiet fir-rigward tat-trasferiment tal-użu u ta’ bosta utenti Fil-każ ta’ trasferiment tal-użu jew ta’ bosta utenti, il-Kuntratt għandu jagħti ċertezza dwar min jista’ jaċċessa d-Data u taħt liema kundizzjonijiet. Pereżempju, meta kumpanija (l-Utent Inizjali) tikri makkinarju agrikolu konness lil bdiewa individwali (Utenti Addizzjonali) fuq bażi ta’ kuljum jew ta’ kull ġimgħa, id-data ġġenerata mill-magni agrikoli tista’ tiżvela informazzjoni sensittiva dwar in-negozju tal-bdiewa individwali. Il-manifattur (id-Detentur tad-Data) ma jistax sempliċement jagħmel kwalunkwe data taħt il-klawżola 4 ta’ dan il-Kuntratt aċċessibbli għall-Utent Inizjali (il-kumpanija li hija s-sid tal-magni) mingħajr ma jiżgura li, billi jagħmel dan, ma jkun hemm ksur tal-ebda informazzjoni jew dritt kunfidenzjali tal-bdiewa individwali (l-Utenti Addizzjonali). Id-drittijiet ta’ aċċess tal-Utent Addizzjonali jew Sussegwenti jistgħu jiddependu b’mod partikolari fuq kategorizzazzjoni kuntrattwali tad-Data, pereżempju:
Id-Detentur tad-Data għandu jirranġa d-Data f’dawn il-kategoriji, b’mod partikolari fl-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2) u (3) tal-Att dwar id-Data, f’dan il-Kuntratt (pereżempju, fl-Appendiċi 1) jew fid-dokumentazzjoni relatata mal-Prodott jew mas-Servizz Relatat. Din il-kawżola 10 tiffoka fuq l-Att dwar id-Data; ma taffettwa l-ebda leġiżlazzjoni addizzjonali, inkluża leġiżlazzjoni settorjali, li tista’ tirregola t-trasferiment ta’ prodott konness jew ta’ servizz relatat (eż. l-ipproċessar mill-ġdid ta’ apparat mediku). |
10.1. Trasferiment tal-użu
Meta l-Utent jittrasferixxi kuntrattwalment (i) is-sjieda tal-Prodott, jew (ii) id-drittijiet temporanji tiegħu li juża l-Prodott, u/jew (iii) id-drittijiet tiegħu li jirċievi Servizzi Relatati lil persuna sussegwenti (“Utent Sussegwenti”) u jitlef l-istatus ta’ utent wara t-trasferiment, il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’din il-klawżola.
[OPZJONI 1] [L-Utent Inizjali jrid jinnotifika lid-Detentur tad-Data dwar it-trasferiment, u jipprovdi d-dettalji ta’ kuntatt meħtieġa tal-Utent Sussegwenti, sabiex id-Detentur tad-Data jkun jista’ jikkonkludi kuntratt miegħu rigward l-użu tad-Data mid-Detentur tad-Data.]
[OPZJONI 2] [id-Detentur tad-Data jieħu l-passi meħtieġa biex jikkonkludi Kuntratt mal-Utent Sussegwenti rigward l-użu tad-Data mid-Detentur tad-Data. (jekk applikabbli) L-Utent inizjali jrid jiżgura li l-Utent Sussegwenti ma jkunx jista’ juża l-kont tal-Utent Inizjali.]
Id-drittijiet tad-Detentur tad-Data li juża d-Data ta’ Prodott jew id-Data ta’ Servizzi Relatati ġġenerata qabel it-trasferiment ma jiġux affettwati minn trasferiment, jiġifieri d-drittijiet u l-obbligi relatati mad-Data ttrasferita skont il-Kuntratt qabel it-trasferiment se jkomplu wara t-trasferiment.
10.2. Bosta utenti
Meta l-Utent Inizjali jagħti dritt tal-użu tal-Prodott u/jew tas-Servizz(i) Relatat(i) lil parti oħra (“Utent Addizzjonali”) filwaqt li jżomm l-istatus tiegħu bħala Utent, il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’din il-klawżola.
|
10.2.1. |
Il-qbil tal-Utent Addizzjonali għall-użu u għall-kondiviżjoni tad-Data mid-Detentur tad-Data
[OPZJONI 1] [Fil-Kuntratt bejn l-Utent Inizjali u l-Utent Addizzjonali, l-Utent Inizjali jinkludi, f’isem id-Detentur tad-Data, klawżoli li jirriflettu sostanzjalment il-kontenut ta’ dan il-Kuntratt bejn l-Utent Inizjali u d-Detentur tad-Data u b’mod partikolari l-klawżola 3 dwar l-użu u l-kondiviżjoni tad-Data ta’ Prodott u/jew ta’ Servizz Relatat mid-Detentur tad-Data, għat-tul ta’ żmien kollu tal-użu temporanju tal-Prodott u/jew tas-Servizz Relatat.] [OPZJONI 2] [L-Utent Inizjali jinnotifika lid-Detentur tad-Data dwar l-eżistenza u t-tul ta’ żmien tad-drittijiet tal-Utent Addizzjonali tal-użu tal-Prodott u/jew tas-Servizz Relatat u d-dettalji ta’ kuntatt tiegħu, sabiex id-Detentur tad-Data jkun jista’ jikkonkludi ftehim mal-Utent Addizzjonali dwar l-użu u l-kondiviżjoni ta’ dik id-Data mid-Detentur tad-Data.] [OPZJONI 3] [Id-Detentur tad-Data jieħu l-passi meħtieġa biex jikkonkludi ftehim mal-Utent Addizzjonali. (jekk applikabbli) L-Utent inizjali jrid jiżgura li l-Utent Addizzjonali ma jkunx jista’ juża l-kont tal-Utent Inizjali.] |
|
10.2.2. |
Aċċess għad-Data mill-Utent Addizzjonali
[OPZJONI] [L-Utent Inizjali jaġixxi bħala l-ewwel punt ta’ kuntatt għall-Utent Addizzjonali, jekk l-Utent Addizzjonali jagħmel talba għall-aċċess għad-Data skont l-Artikoli 4 jew 5 tal-Att dwar id-Data. Id-Detentur tad-Data jrid jikkollabora mal-Utent Inizjali biex tiġi indirizzata t-talba, kif speċifikat fl-Appendiċi 10.] |
10.3. Responsabbiltà tal-Utent Inizjali
Sal-punt li n-nuqqas tal-Utent Inizjali li jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont il-klawżoli 10.1 u 10.2 iwassal għall-użu u għall-kondiviżjoni ta’ Data ta’ Prodott jew ta’ Servizzi Relatati mid-Detentur tad-Data fin-nuqqas ta’ Kuntratt mal-Utent Sussegwenti jew Addizzjonali, l-Utent Inizjali jindennizza lid-Detentur tad-Data fir-rigward ta’ kwalunkwe talba għad-danni mill-Utent Sussegwenti jew Addizzjonali lejn id-Detentur tad-Data għall-użu tiegħu tad-Data wara t-trasferiment jew l-użu temporanju tal-Prodott u/jew tas-Servizz(i) Relatat(i).
11. Data tal-applikazzjoni, durata tal-Kuntratt u terminazzjoni
11.1. Data tal-applikazzjoni u durata
|
Dan il-Kuntratt normalment ma jkunx jeżisti bħala kuntratt awtonomu, iżda jiġi konkluż b’mod parallel mal-kuntratt li jittrasferixxi s-sjieda tal-Prodott lill-Utent, li jagħtih drittijiet temporanji biex juża l-prodott u/jew mal-kuntratt għal Servizz Relatat. Dan il-Kuntratt ġeneralment irid jibqa’ fis-seħħ sakemm dan il-kuntratt l-ieħor jippermetti lill-Utent juża l-Prodott jew is-Servizz Relatat. Bl-istess mod, la d-Detentur tad-Data u lanqas l-Utent ma għandhom ikunu jistgħu jitterminaw dan il-Kuntratt ħlief meta jkun hemm ksur sostantiv tal-obbligi mill-Parti l-oħra, peress li dan kieku jirriżulta f’sitwazzjoni li fiha l-Utent juża l-prodott u/jew is-Servizz Relatat mingħajr l-ebda qafas Kuntrattwali rigward id-drittijiet u l-obbligi skont l-Att dwar id-Data. |
|
11.1.1. |
Dan il-Kuntratt [OPZJONI 1] [jidħol fis-seħħ minnufih] [OPZJONI 2] [jidħol fis-seħħ minn (speċifika d-data)]. |
|
11.1.2. |
Il-Kuntratt jiġi konkluż għal [OPZJONI 1] [perjodu indeterminat] [OPZJONI 2] [terminu fiss ta’ (speċifika)], soġġett għal kwalunkwe raġuni għall-iskadenza jew għat-terminazzjoni skont dan il-Kuntratt. |
11.2. Terminazzjoni
Irrispettivament mill-perjodu tal-kuntratt miftiehem skont il-klawżola 11.1, dan il-kuntratt jittermina:
|
(a) |
mal-qerda tal-Prodott jew mal-waqfien permanenti tas-Servizz Relatat, jew meta l-Prodott jew is-Servizz Relatat jitlef il-kapaċità tiegħu li jiġġenera d-Data b’mod irriversibbli; jew |
|
(b) |
malli l-Utent jitlef is-sjieda tal-Prodott jew meta d-drittijiet tal-Utent fir-rigward tal-Prodott taħt ftehim ta’ kiri, lokazzjoni jew simili jew id-drittijiet tal-utent fir-rigward tas-servizz relatat jintemmu; jew |
|
(c) |
meta ż-żewġ Partijiet jaqblu dwar dan. |
Il-punti (b) u (c) għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal li l-kuntratt jibqa’ fis-seħħ bejn id-Detentur tad-Data u kwalunkwe Utent Sussegwenti jew Addizzjonali.
11.3. Effetti tal-iskadenza u tat-terminazzjoni
|
11.3.1. |
L-iskadenza tal-perjodu tal-kuntratt jew it-terminazzjoni ta’ dan il-Kuntratt jeħilsu liż-żewġ Partijiet mill-obbligu tagħhom li jwettqu u li jirċievu l-eżekuzzjoni futura iżda ma taffettwax id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet li jkunu akkumulaw sal-mument tat-terminazzjoni.
L-iskadenza jew it-terminazzjoni ma taffettwa l-ebda dispożizzjoni f’dan il-kuntratt li għandha topera anki wara li l-kuntratt ikun intemm, b’mod partikolari l-klawżola 13.1 dwar il-kunfidenzjalità, il-klawżola 13.4 dwar il-liġi applikabbli u l-klawżola 13.6 dwar is-soluzzjoni tat-tilwim. |
|
11.3.2. |
It-terminazzjoni jew l-iskadenza tal-Kuntratt se jkollha l-effetti li ġejjin:
|
12. Rimedji għall-ksur tal-kuntratt
|
Il-Partijiet jaf ikunu jixtiequ li jaqblu mhux biss dwar id-drittijiet u l-obbligi speċifiċi għad-data (li ħafna minnhom diġà jsegwu mill-Att dwar id-Data) iżda wkoll dwar kwistjonijiet tad-dritt kuntrattwali ġenerali, bħad-drittijiet u r-rimedji ta’ parti kontraenti fejn ikun hemm nuqqas ta’ eżekuzzjoni min-naħa tal-parti kontraenti l-oħra. Għal tali kwistjonijiet tad-dritt kuntrattwali ġenerali, il-Partijiet jaf ikunu jixtiequ jiddependu fuq regoli statutorji prestabbiliti, jew fuq mudelli oħra tal-kuntratti. Jekk ikunu jixtiequ jużaw dawn il-mudelli ta’ termini kuntrattwali, huma għandhom jiżguraw li dawn ikunu kompatibbli ma’ kwalunkwe liġi nazzjonali obbligatorja li tista’ tkun applikabbli għall-Kuntratt. |
12.1. Każijiet ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni
|
12.1.1. |
Nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ obbligu minn Parti huwa fundamentali għal dan il-Kuntratt jekk:
|
|
12.1.2. |
In-nuqqas ta’ eżekuzzjoni minn Parti jiġi skużat jekk ikun dovut għal impediment lil hinn mill-kontroll tagħha u li dik il-Parti ma setgħetx b’mod raġonevoli tkun mistennija li tqis l-impediment fiż-żmien tal-konklużjoni ta’ dan il-Kuntratt, jew li tevita jew tegħleb l-impediment jew il-konsegwenzi tiegħu.
Meta l-impediment ikun biss temporanju, l-iskuża tgħodd għall-perjodu li matulu jkun jeżisti l-impediment. Madankollu, jekk id-dewmien jammonta għal nuqqas ta’ eżekuzzjoni fundamentali, il-Parti l-oħra tista’ tqisu bħala tali. Il-Parti inadempjenti trid tiżgura li l-avviż tal-impediment u tal-effett tiegħu fuq il-kapaċità tagħha tal-eżekuzzjoni jiġi rċevut mill-Parti l-oħra mingħajr dewmien żejjed wara li l-Parti inadempjenti tkun saret taf jew tista’ tkun raġonevolment mistennija li tkun saret taf b’dawn iċ-ċirkostanzi. Il-Parti l-oħra hija intitolata għad-danni ekonomiċi li jirriżultaw min-nuqqas ta’ riċevuta ta’ tali avviż. |
12.2. Rimedji
|
12.2.1. |
F’każ ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni minn Parti, il-Parti l-oħra għandu jkollha r-rimedji elenkati fil-klawżoli li ġejjin, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju disponibbli skont il-liġi applikabbli. |
|
12.2.2. |
Ir-rimedji li ma humiex inkompatibbli jistgħu jiġu akkumulati. |
|
12.2.3. |
Parti ma tistax tirrikorri għal rimedju sal-punt li tikkawża n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-Parti l-oħra, bħal meta nuqqas fl-infrastruttura tad-data tagħha stess ma ppermettiex lill-Parti l-oħra twettaq l-obbligi tagħha kif xieraq. Lanqas ma tista’ Parti tinvoka talba għad-danni mġarrba sal-punt li setgħet naqqset id-dannu billi tieħu passi raġonevoli. |
|
12.2.4. |
Il-Parti leża tista’:
|
|
12.2.5. |
Id-Detentur tad-Data jista’ wkoll jissospendi l-kondiviżjoni tad-data mal-Utent sakemm l-Utent jikkonforma mal-obbligi jew mar-restrizzjonijiet tiegħu, billi jagħti avviż debitament sostanzjat lill-Utent mingħajr dewmien żejjed:
|
|
12.2.6. |
L-Utent jista’ wkoll:
|
|
12.2.7. |
[OPZJONI] [Meta Parti tonqos milli twettaq l-obbligi tagħha skont dan il-Kuntratt hija għandha, fi kwalunkwe każ, tħallas il-penali stabbiliti fid-dettall fl-Appendiċi 8, li l-Partijiet iqisu bħala danni skont it-tifsira tal-klawżola 12.2.4(c). Il-Parti inadempjenti għandha d-dritt li titlob li l-penali titnaqqas għal ammont raġonevoli fejn tkun kapaċi turi li l-penali hija ferm eċċessiva fir-rigward tad-dannu li jirriżulta min-nuqqas ta’ eżekuzzjoni.]
|
13. Dispożizzjoni Ġenerali
13.1. Kunfidenzjalità
|
13.1.1. |
L-informazzjoni li ġejja titqies bħala kunfidenzjali:
|
|
13.1.2. |
Iż-żewġ Partijiet jaqblu li jieħdu l-miżuri raġonevoli kollha biex jaħżnu l-informazzjoni kunfidenzjali b’mod sigur u li ma jagħmlux din l-informazzjoni disponibbli għal kwalunkwe parti terza, sakemm
|
|
13.1.3. |
Dawn l-obbligi ta’ kunfidenzjalità jibqgħu applikabbli wara t-terminazzjoni tal-Kuntratt għal perjodu ta’ (speċifika l-perjodu). |
|
13.1.4. |
Dawn l-obbligi ta’ kunfidenzjalità ma jneħħu l-ebda obbligu aktar strett skont (i) ir-Regolament (UE) 2016/679 (GDPR), (ii) id-dispożizzjonijiet li jimplimentaw id-Direttiva 2002/58/KE jew id-Direttiva (UE) 2016/943, jew (iii) kwalunkwe liġi oħra tal-Unjoni jew liġi tal-Istati Membri (iv) (jekk applikabbli) il-klawżola 6 ta’ dan il-Kuntratt. |
13.2. Mezzi ta’ komunikazzjoni
Kwalunkwe notifika jew komunikazzjoni oħra meħtieġa minn dan il-Kuntratt trid tkun bil-miktub u tista’ tiġi kkonsenjata bl-idejn, mibgħuta bil-posta mħallsa minn qabel, jew trażmessa b’mezzi elettroniċi, inkluża l-posta elettronika, dment li l-mittent iżomm prova tat-trażmizzjoni lill-indirizzi elenkati hawn taħt:
|
Parti |
Persuna ta’ Kuntatt |
Posta elettronika |
Telefown |
Indirizz |
|
Utent |
[Isem]/[Kariga] |
[Posta elettronika] |
[Telefown] |
[Indirizz] |
|
Riċevitur tad-Data |
[Isem]/[Kariga] |
[Posta elettronika] |
[Telefown] |
[Indirizz] |
Kwalunkwe tali avviż jew komunikazzjoni titqies li tkun ġiet riċevuta:
|
(a) |
jekk tiġi kkonsenjata bl-idejn, fid-data tal-konsenja; |
|
(b) |
jekk tintbagħat bil-posta mħallsa minn qabel, fit-tielet jum ta’ xogħol wara li tintbagħat; |
|
(c) |
jekk tintbagħat b’mezzi elettroniċi, fid-data tat-trażmissjoni, dment li l-mittent ma jkun irċieva l-ebda messaġġ ta’ żball li jindika n-nuqqas ta’ konsenja. |
13.3. Kuntratt sħiħ, modifiki u separabbiltà
|
13.3.1. |
Dan il-Kuntratt (flimkien mal-appendiċijiet tiegħu u kwalunkwe dokument ieħor imsemmi f’dan il-Kuntratt) jikkostitwixxi l-Kuntratt sħiħ bejn il-Partijiet fir-rigward tas-suġġett ta’ dan il-Kuntratt u jissostitwixxi l-kuntratti jew il-ftehimiet u l-qbil preċedenti kollha tal-Partijiet, bil-fomm u bil-miktub, fir-rigward tas-suġġett ta’ dan il-Kuntratt. |
|
13.3.2. |
Kwalunkwe modifika ta’ dan il-Kuntratt għandha tkun valida biss jekk tiġi maqbula bil-miktub, inkluż fi kwalunkwe forma elettronika. |
|
13.3.3. |
Jekk kwalunkwe dispożizzjoni ta’ dan il-Kuntratt tinstab li hija bla effett, invalida, annullabbli jew mhux infurzabbli għal kwalunkwe raġuni, u jekk din id-dispożizzjoni tkun tista’ tiġi sseparata mit-termini li jifdal tal-kuntratt, dawn id-dispożizzjonijiet li jifdal jibqgħu validi u infurzabbli. Kwalunkwe lakuna jew ambigwità li tirriżulta f’dan il-Kuntratt għandha tiġi ttrattata skont il-klawżola 13.5. |
13.4. Liġi applikabbli
|
13.4.1. |
Dan il-Kuntratt huwa rregolat bil-liġi ta’ (speċifika l-Istat Membru). |
13.5. Interpretazzjoni
|
13.5.1. |
Dan il-Kuntratt huwa konkluż mill-Partijiet fl-isfond tad-drittijiet u l-obbligi tal-Partijiet skont l-Att dwar id-Data. Kwalunkwe dispożizzjoni f’dan il-Kuntratt trid tiġi interpretata sabiex tikkonforma mal-Att dwar id-Data u ma’ liġi tal-Unjoni jew ma’ leġiżlazzjoni nazzjonali oħra adottata f’konformità mal-liġi tal-Unjoni kif ukoll ma’ kwalunkwe liġi nazzjonali applikabbli li hija kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni u ma tistax issir deroga minnha bi ftehim. |
|
13.5.2. |
Jekk ikun hemm xi lakuna jew ambigwità f’dan il-kuntratt li ma tistax tiġi solvuta bil-mod imsemmi fil-klawżola 13.5.1, dan il-kuntratt irid jiġi interpretat fid-dawl tar-regoli ta’ interpretazzjoni previsti mil-liġi applikabbli (ara l-klawżola 13.4). |
13.6. Soluzzjoni tat-tilwim
|
13.6.1. |
Il-Partijiet jaqblu li jagħmlu l-almu tagħhom biex isolvu t-tilwim amikevolment u, qabel ma jressqu kawża quddiem qorti jew tribunal, jissottomettu t-tilwima tagħhom lil (daħħal l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt ta’ korp partikolari għas-soluzzjoni tat-tilwim; għal tilwim fi ħdan il-kompetenzi tagħhom kif iddefiniti fl-Artikolu 10(1) tal-Att dwar id-Data, dan jista’ jkun kwalunkwe korp għas-soluzzjoni tat-tilwim fi Stat Membru li jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 10 tal-Att dwar id-Data). |
|
13.6.2. |
Is-sottomissjoni ta’ tilwima lil korp għas-soluzzjoni tat-tilwim skont il-klawżola 13.6.1, madankollu, ma taffettwax id-dritt tal-Utent li jressaq ilment mal-awtorità nazzjonali kompetenti maħtura f’konformità mal-Artikolu 37 tal-Att dwar id-Data, jew id-dritt ta’ kwalunkwe Parti li tfittex rimedju effettiv quddiem qorti jew tribunal fi Stat Membru. |
|
13.6.3. |
[OPZJONI, jekk l-utent huwa negozju] [Il-qrati ta’ (speċifika l-Istat Membru) ikollhom ġuriżdizzjoni esklużiva biex jisimgħu l-kawża dwar dan il-Kuntratt.]
Appendiċi 1 Dettalji tad-data koperta minn dan il-Kuntratt u tal-arranġamenti ta’ aċċess
A. Speċifikazzjoni tal-kontenut tad-data L-appendiċi l-ewwel għandu jagħżel u jelenka d-Data ta’ Prodott u d-Data ta’ Servizz Relatat koperta mill-Kuntratt, bl-indikazzjoni tal-kontenut tad-Data u tal-frekwenza tal-ġbir, sabiex l-Utent jiġi infurmat b’mod preċiż dwar l-informazzjoni li tinsab fid-Data (lista strutturata ta’ punti ta’ data jew kategoriji preċiżi ta’ data). B. Durata taż-żamma L-appendiċi mbagħad għandu jindika d-durata taż-żamma, sabiex l-Utent jiġi infurmat dwar id-durata tad-disponibbiltà tad-Data. Dan jista’ jsir b’mod granulari għal kull punt ta’ data jew grupp ta’ punti ta’ data. C. Reġim tad-data L-appendiċi għandu jispeċifika hawnhekk jekk id-Data kollha jew parti minnha hijiex data partikolari rregolata minn reġim speċifiku. L-appendiċi jista’, pereżempju, jindika jekk id-Data tikkwalifikax bħala data personali u liema data tikkwalifika. D. Struttura u format tad-data L-appendiċi għandu jispeċifika hawnhekk f’liema format strutturat, użat b’mod komuni u li jinqara mill-magni għandha ssir disponibbli d-data. E. Politika ta’ aċċess Jista’ jiġri li l-Utent jittrasferixxi d-drittijiet tiegħu li juża l-Prodott jew li jirċievi s-Servizzi Relatati lil Utent Sussegwenti jew li bosta utenti jikkondividu dawn id-drittijiet. F’każijiet bħal dawn, il-partijiet għandhom jispeċifikaw hawnhekk id-drittijiet ta’ aċċess għad-Data f’każ ta’ trasferiment tal-użu tal-prodott jew f’każ ta’ bosta utenti. L-appendiċi jista’ b’mod partikolari jelenka
F. Mezz ta’ Trasferiment/Aċċess L-appendiċi għandu jindika hawnhekk permezz ta’ liema mezz elettroniku konvenjenti sigur tista’ ssir disponibbli d-Data mid-Detentur tad-Data għall-Utent, permezz ta’ trasferiment jew aċċess. G. Informazzjoni meħtieġa għall-eżerċitar tad-drittijiet ta’ aċċess tal-Utent L-appendiċi jista’ jispeċifika hawnhekk l-informazzjoni li hija meħtieġa għall-eżerċitar tad-drittijiet ta’ aċċess tal-Utent. Din tista’ tinkludi persuna ta’ kuntatt biex issolvi kwistjonijiet tekniċi, min-naħa tad-Detentur tad-Data kif ukoll min-naħa tal-Utent. Appendiċi 2 Kontenut ta’ talba għall-aċċess mill-Utent
Appendiċi 3 Formola għal talba għal aċċess mill-Utent biex id-data ssir disponibbli għal parti terza
Appendiċi 4 Dettalji tal-miżuri għall-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali (għandu jiġi abbozzat mill-partijiet) [OPZJONI] Appendiċi 5 Dettalji dwar il-kondiviżjoni tad-data ma’ partijiet terzi (għandu jiġi abbozzat mill-partijiet) Appendiċi 6 Dettalji tal-miżuri ta’ protezzjoni (għandu jiġi abbozzat mill-partijiet) [OPZJONI] Appendiċi 7 Dettalji dwar il-kumpens tal-Utent (għandu jiġi abbozzat mill-partijiet) [OPZJONI] Appendiċi 8 Dettalji dwar il-penali (għandu jiġi abbozzat mill-partijiet) [OPZJONI] Appendiċi 9 Dokumentazzjoni dwar is-sjieda tal-Prodott jew id-drittijiet kuntrattwali għall-użu tal-Prodott jew tas-Servizzi Relatati (Id-dokumentazzjoni għandha tiġi mehmuża mill-partijiet) [OPZJONI] Appendiċi 10 Dettalji dwar l-arranġamenti għall-aċċess għad-data minn Utenti Addizzjonali (għandu jiġi abbozzat mill-partijiet) |
(1) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).
(2) Ir-Regolament (UE) 2022/868 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2022 dwar il-governanza Ewropea tad-data u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1724 (Att dwar il-Governanza tad-Data) (ĠU L 152, 3.6.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/868/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) 2022/1925 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2022 dwar swieq kontestabbli u ġusti fis-settur diġitali u li jemenda d-Direttivi (UE) 2019/1937 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar is-Swieq Diġitali) (ĠU L 265, 12.10.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/1925/oj).
(4) Id-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni ta’ konoxxenza u ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom (ĠU L 157, 15.6.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2016/943/oj).
ANNESS III
MUDELL TA’ TERMINI KUNTRATTWALI
għall-Kuntratti bejn l-Utenti u r-Riċevituri tad-Data
|
Dawn il-mudelli ta’ termini kuntrattwali tfasslu għal Kuntratti bejn Utent ta’ prodott konness u/jew ta’ servizz relatat u Riċevitur tad-Data li miegħu l-Utent jeħtieġ jew jixtieq jikkondividi d-data tiegħu skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2023/2854 (hawnhekk imsejjaħ l-“Att dwar id-Data”). In-novità ewlenija tal-Att dwar id-Data f’dan ir-rigward hija li:
Dan il-Kuntratt spiss isegwi l-kuntratt li jiġi konkluż bejn id-detentur tad-data u l-utent, u jippreċedi l-kuntratt li jeħtieġ li jiġi konkluż ukoll bejn id-Detentur tad-Data u r-Riċevitur tad-Data. Dan il-Kuntratt għandu struttura modulari u filwaqt li jista’ jeżisti bħala Kuntratt awtonomu billi jintużaw il-klawżoli kollha (meta l-kondiviżjoni tad-data tkun l-għan ewlieni tal-Kuntratt), il-Partijiet jistgħu jagħżlu wkoll ċerti klawżoli li jissodisfaw is-sitwazzjoni partikolari tagħhom. Jekk il-kondiviżjoni tad-data kienet biss prekundizzjoni għat-twettiq ta’ kuntratt konkluż għal għan ieħor, eż. kuntratt għat-tiswija u għall-manutenzjoni ta’ magna industrijali, jista’ jkun biżżejjed li jintużaw il-klawżoli 1.2, 1.3, 2, 3 u 4 (ħlief għall-klawżola 4.1.1(b)), peress li l-kontenut tal-klawżoli li jifdal f’dan il-Kuntratt x’aktarx ikun kopert mill-kuntratt tat-tiswija u l-manutenzjoni. |
1. Partijiet u l-Prodott/Servizz(i) Relatat(i)
1.1. Partijiet għall-Kuntratt
Dan il-Kuntratt dwar l-aċċess għad-data u l-użu tagħha huwa konkluż bejn
(daħħal l-isem, id-dettalji ta’ kuntatt u referenzi ulterjuri) (“Utent”)
u
(daħħal l-isem, id-dettalji ta’ kuntatt u referenzi ulterjuri) (“Riċevitur tad-Data”)
f’dan il-Kuntratt imsejħa kollettivament “il-Partijiet” u individwalment “il-Parti”.
|
“Utent” huwa persuna fiżika jew ġuridika li tkun is-sid ta’ prodott konness jew li lilha jkunu ġew ittrasferiti kuntrattwalment drittijiet temporanji għall-użu ta’ dak il-prodott konness, jew li tirċievi servizzi relatati. “Riċevitur tad-Data” huwa parti terza magħżula mill-Utent. Tista’ tkun persuna fiżika jew ġuridika, li taġixxi għal finijiet li huma relatati mal-kummerċ, man-negozju, mas-sengħa jew mal-professjoni ta’ dik il-persuna, minbarra l-Utent ta’ prodott konness jew servizz relatat, li d-Detentur tad-Data jagħmel id-data disponibbli lilha, inkluż parti terza wara talba mill-Utent lid-Detentur tad-Data jew f’konformità ma’ obbligu legali skont il-liġi tal-Unjoni jew il-leġiżlazzjoni nazzjonali adottata f’konformità mal-liġi tal-Unjoni. Tali Riċevitur tad-Data jista’ jkun f’kompetizzjoni mad-Detentur tad-Data rilevanti. Madankollu, gwardjan ma huwiex eliġibbli li jsir jew ikun Riċevitur tad-Data. |
1.2. Eliġibbiltà tar-Riċevitur tad-Data
Ir-Riċevitur tad-Data jiddikjara li ma huwiex maħtur bħala gwardjan skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2022/1925 (1) (“l-Att dwar is-Swieq Diġitali”).
1.3. Talba lid-Detentur tad-Data u kooperazzjoni tal-Partijiet
|
1.3.1. |
Il-Partijiet jaqblu li
[OPZJONI 1] [l-Utent se jitlob (daħħal l-isem, id-dettalji ta’ kuntatt u referenzi ulterjuri) (“Detentur tad-Data”) jagħmlu d-Data speċifikata fil-klawżola 2 disponibbli għar-Riċevitur tad-Data.] [OPZJONI 2] [l-Utent jagħti mandat lir-Riċevitur tad-Data biex jitlob (daħħal l-isem, id-dettalji ta’ kuntatt u referenzi ulterjuri) (“Detentur tad-Data”) f’isem l-Utent li d-Data speċifikata fil-klawżola 2 issir disponibbli għar-Riċevitur tad-Data.] |
|
1.3.2. |
L-Utent u r-Riċevitur tad-Data se jikkooperaw in bona fide biex jagħmlu arranġamenti għal kuntatt u involviment adegwati mad-Detentur tad-Data. B’mod partikolari, ir-Riċevitur tad-Data se jidħol fi ftehim kuntrattwali separat mad-Detentur tad-Data (“Kuntratt H2R”, holder-to-recipient), [OPZJONI: f’konsultazzjoni mill-qrib mal-Utent] u f’konformità mal-liġi applikabbli inkluż iżda mhux limitata għall-Att dwar id-Data. Ir-Riċevitur tad-Data jrid jiżgura li l-Kuntratt H2R jikkonforma ma’ dan il-Kuntratt. |
|
1.3.3. |
Dan il-Kuntratt huwa konkluż fir-rigward ta’:
L-Utent jiddikjara li huwa jew is-sid tal-Prodott jew kuntrattwalment intitolat li juża l-Prodott taħt kuntratt ta’ kiri, lokazzjoni jew kuntratt simili u/jew li jirċievi s-Servizz(i) Relatat(i) taħt kuntratt ta’ servizz. [OPZJONI 1] [L-Utent jimpenja ruħu li jipprovdi, fuq talba debitament issostanzjata lir-Riċevitur tad-Data, kwalunkwe dokumentazzjoni rilevanti biex jappoġġa din id-dikjarazzjoni, fejn meħtieġ.] [OPZJONI 2] [Id-dokumentazzjoni li ssostni din id-dikjarazzjoni kif ukoll id-dettalji dwar min għandu jitqies bħala l-Utent skont dan il-Kuntratt huma stabbiliti fl-Appendiċi 5.] |
2. Data koperta mill-Kuntratt
Id-Data koperta minn dan il-Kuntratt tikkonsisti fid-Data kollha tal-Prodott jew tas-Servizz(i) Relatat(i) faċilment disponibbli iġġenerata mill-użu tal-Prodott jew tas-Servizzi Relatati:
[OPZJONI 1] [skont it-tifsira tal-Att dwar id-Data.]
[OPZJONI 2] [skont it-tifsira tal-Att dwar id-Data, kif elenkat fl-Appendiċi 1.]
[OPZJONI 3] [skont it-tifsira tal-Att dwar id-Data, kif meħtieġ għall-finijiet maqbula skont il-klawżola 3 u elenkati ulterjorment mir-Riċevitur tad-Data fl-Appendiċi 2 tal-Kuntratt H2R.]
L-Utent ma huwiex responsabbli għall-kwalità, għall-karatteristiċi u għall-kwantità tad-Data u għall-idoneità tagħha għal skop partikolari.
|
Skont l-Att dwar id-Data, “data ta’ prodott” tfisser “data ġġenerata mill-użu ta’ prodott konness li l-manifattur iddiżinja biex tkun tista’ tiġi rkuprata, permezz ta’ servizz ta’ komunikazzjoni elettronika, konnessjoni fiżika jew aċċess fuq l-apparat, minn Utent, Detentur tad-Data jew parti terza, inkluż, fejn rilevanti, il-manifattur. “Data ta’ servizzi relatati” tfisser data li tirrappreżenta d-diġitalizzazzjoni tal-azzjonijiet tal-Utent jew tal-avvenimenti relatati mal-prodott konness, irreġistrata intenzjonalment mill-Utent jew iġġenerata bħala prodott sekondarju tal-azzjonijiet tal-Utent matul il-forniment ta’ servizz relatat mill-fornitur. Id-data ta’ prodotti u ta’ servizzi relatati tista’ tkun kemm data personali kif ukoll data mhux personali. “Data faċilment disponibbli” tkopri “data ta’ prodott u data ta’ servizz relatat li detentur tad-data jikseb legalment jew jista’ jikseb legalment mill-prodott konness jew servizz relatat, mingħajr sforz sproporzjonat li jmur lil hinn minn operazzjoni sempliċi”. Kif hu spjegat fil-premessi, din id-definizzjoni teskludi “data ġġenerata mill-użu ta’ prodott konness fejn id-disinn tal-prodott konness ma jipprevedix li tali data tinħażen jew tiġi trażmessa barra mill-komponent li fih tiġi ġġenerata jew il-prodott konness kollu kemm hu” (il-Premessa (20)). “L-għażliet tad-disinn tal-manifatturi, u, fejn rilevanti, il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali li tindirizza l-ħtiġijiet speċifiċi għas-settur u l-objettivi jew id-deċiżjonijiet rilevanti tal-awtoritajiet kompetenti, jenħtieġ li jiddeterminaw liema data prodott konness huwa kapaċi jagħmel disponibbli.” (il-Premessa (14)). |
3. Użu tad-data mir-Riċevitur tad-Data
|
Il-ftehimiet dwar il-kondiviżjoni tad-data bejn l-Utenti u r-Riċevituri tad-Data jistgħu, pereżempju, ikunu relazzjoni ġdida jew jistgħu jkunu żieda ma’ relazzjoni eżistenti bejn il-Partijiet, kemm jekk għal finijiet ta’ kondiviżjoni tad-data kummerċjali kif ukoll jekk le. Tali ftehimiet għandhom ikunu nonesklużivi, ħlief għal każijiet li huma delimitati sew, speċifiċi għad-data, speċifiċi għas-suq, speċifiċi għall-għan, limitati fiż-żmien u remunerati tajjeb. |
3.1. Użu maqbul tad-Data
|
Huwa f’idejn l-Utent li jqis liema parti mid-Data tiegħu u għal liema għan jippermetti lir-Riċevitur tad-Data juża d-Data u b’mod partikolari sa liema punt ir-Riċevitur tad-Data għandu jitħalla jikkondividi d-Data ma’ partijiet terzi oħra. Pereżempju, l-Utent jista’ jitlob lir-Riċevitur tad-Data jimmonitorja l-funzjonament tal-Prodott jew tas-servizz relatat u jaġixxi bħala intermedjarju li jinnotifika pretensjonijiet ta’ garanzija lill-bejjiegħ tat-tagħmir f’isem l-Utent. L-Utent għandu jqis ukoll jekk għandux jippermetti lir-Riċevitur jikkondividi d-Data ma’ entitajiet kummerċjali jew mhux kummerċjali. Il-kondiviżjoni tad-data mhux kummerċjali tista’ tinkludi kondiviżjoni u użu altruwistiċi jew b’xi mod ieħor mingħajr skop ta’ qligħ għall-finijiet ta’ interess pubbliku, xjentifiċi, statistiċi jew finijiet analitiċi oħra ta’ riċerka (fejn applikabbli u meħtieġa, jew mhux applikabbli jew meħtieġa iżda previsti f’konformità mal-Artikolu 89 tal-GDPR, mad-Direttiva dwar id-Data Miftuħa (UE) 2019/1024, mar-Regolament dwar Settijiet ta’ Data ta’ Valur Għoli (UE) 2023/138, mal-Att dwar il-Governanza tad-Data (UE) 2022/868, mar-Regolament dwar Spazji tad-Data tas-Saħħa (UE) 2025/327, u simili), mir-Riċevitur tad-Data jew permezz tiegħu mal-komunitajiet, il-muniċipalitajiet, ir-reġjuni, in-nazzjonijiet, l-NGOs u organizzazzjonijiet mhux kummerċjali oħrajn rilevanti. Għall-kondiviżjoni tad-data kummerċjali, huwa rrakkomandat li ma ssirx referenza għat-terminu “bejgħ” jew li dan ma jintużax peress li dan għal xi partijiet ikkonċernati jista’ jimplika li t-titolu/il-kontroll tad-Data rilevanti jiġi ttrasferit, jew li tali Data rilevanti b’xi mod ieħor tiġi ttrasferita lir-Riċevitur tad-Data b’mod esklużiv. Dan la huwa meħtieġ u lanqas rakkomandat, speċjalment peress li d-Data hija kemm assi diġitali kif ukoll mezz diġitali, u tista’ tintuża għal ħafna skopijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħha – anki għal għanijiet kummerċjali multipli – filwaqt li xorta tagħti vantaġġ fis-suq lir-Riċevitur tad-Data jew toħloq valur ieħor li wkoll jiġġustifika remunerazzjoni ġusta lill-Utent għall-għoti ta’ tali liċenzja biex juża (mill-ġdid) id-data. L-Utent għandu jivvaluta l-konsegwenzi tal-għoti lir-Riċevitur tad-Data tad-dritt li juża, u jekk applikabbli, jikkondividi d-data u jqis ukoll jekk tali drittijiet għandhomx jingħataw bi skambju għal kumpens. |
|
3.1.1. |
Ir-Rriċevitur tad-Data jista’ juża d-Data biss għall-finijiet li ġejjin, li ma jistgħux ikunu f’kunflitt mal-prattiki elenkati fil-klawżola 3.2: (daħħal il-finijiet maqbula).
|
|
3.1.2. |
Ir-Riċevitur tad-Data jrid iħassar id-Data meta d-Data ma tibqax meħtieġa għall-finijiet maqbula. |
3.2. Użu mhux awtorizzat tad-Data
Ir-Riċevitur tad-Data ma jistax juża d-Data:
|
(a) |
għal kwalunkwe fini oħra għajr il-finijiet miftiehma fil-klawżola 3.1; |
|
(b) |
għal kwalunkwe fini li tikser il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali applikabbli; |
|
(c) |
għat-tfassil ta’ profili ta’ persuni fiżiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 4(4) tal-GDPR, sakemm ma jkunx meħtieġ biex jiġi pprovdut is-servizz mitlub mill-utent; |
|
(d) |
biex jiżviluppa prodott li jikkompeti mal-Prodott; |
|
(e) |
biex jidderiva għarfien dwar is-sitwazzjoni ekonomika, l-assi u l-metodi ta’ produzzjoni tal-Utent, jew dwar l-użu tal-Prodott jew tas-Servizz Relatat mill-Utent bi kwalunkwe mod li jista’ jimmina l-pożizzjoni kummerċjali tal-Utent fis-swieq li fihom huwa attiv l-Utent, sakemm l-Utent ma jkunx ta permess għal tali użu; |
|
(f) |
b’mod li jkollu impatt negattiv fuq is-sigurtà tal-Prodott jew ta’ kwalunkwe Servizz Relatat; |
|
(g) |
[OPZJONI] [oħrajn: (speċifika, b’mod partikolari, l-użi li huma ta’ detriment sinifikanti għall-interessi leġittimi tal-Utent)]. |
3.3. Użu ta’ data personali mir-Riċevitur tad-Data
Ir-Riċevitur tad-Data għandu juża jew jipproċessa b’mod ieħor kwalunkwe Data li tkun data personali biss jekk ikun hemm bażi legali prevista għal dan u biss skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/679 (GDPR) u, fejn rilevanti, id-Direttiva 2002/58/KE (id-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjonijiet elettroniċi).
|
Fir-regolamentazzjoni tal-ipproċessar tad-data personali f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data (inkluż iżda mhux limitat għar-Regolament (UE) 2016/679), il-Partijiet iridu jikkunsidraw jekk l-Utent huwiex is-suġġett tad-data tad-data personali kollha jew ta’ parti minnha li tinsab fid-Data. |
3.4. Applikazzjoni ta’ miżuri protettivi
Ir-Riċevitur tad-Data jimpenja ruħu li japplika l-miżuri ta’ protezzjoni biex jipprevjeni t-telf tad-Data u l-aċċess mhux awtorizzat għad-Data [OPZJONI 1] [li huma raġonevoli fiċ-ċirkostanzi, meta wieħed iqis l-istat tax-xjenza u t-teknoloġija, id-dannu potenzjali mġarrab mill-Utent u l-kostijiet assoċjati mal-miżuri protettivi.] [OPZJONI 2] [kif stabbilit fid-dettall fl-Appendiċi 2.]
|
Il-Partijiet għandhom jikkunsidraw jekk jixtiqux jinkludu, f’Appendiċi separat, id-dettalji kollha ta’ kif l-interessi importanti tal-Utent jistgħu jiġu protetti b’mod effettiv. Il-miżuri jistgħu jkunu kemm ta’ natura teknika (eż. kriptaġġ, firewalls, ħżin mifrud) kif ukoll ta’ natura organizzazzjonali (eż. l-involviment ta’ parti terza fdata). Peress li l-miżuri jeħtieġ li jkunu proporzjonati, il-kontenut tagħhom se jvarja ħafna, skont in-natura tad-Data u l-interessi involuti. |
4. Kondiviżjoni tad-data ma’ partijiet terzi u użu ta’ servizzi tal-ipproċessar tad-data
|
F’konformità mal-Artikolu 6(2)(c) tal-Att dwar id-Data, ir-Riċevitur tad-Data ma jistax “[j]agħmel id-data li [j]irċievi disponibbli għal parti terza oħra, sakemm id-data ssir disponibbli abbażi ta’ kuntratt mal-utent, u dment li l-parti terza l-oħra tieħu l-miżuri kollha neċessarji miftiehma bejn id-detentur tad-data u l-parti terza biex tippreserva l-kunfidenzjalità tas-sigrieti kummerċjali”. Għalhekk, jekk l-Utent jagħżel li jagħti lir-Riċevitur tad-Data dan id-dritt, għandha tiddaħħal din il-klawżola, possibbilment bi skambju għal kumpens. |
4.1. Kundizzjonijiet għall-kondiviżjoni tad-data
|
4.1.1. |
Ir-Riċevitur tad-Data jista’ jikkondividi Data li ma hijiex personali ma’ partijiet terzi jekk:
|
|
4.1.2. |
Aktar dettalji, inkluża l-identità tal-partijiet terzi, ir-restrizzjonijiet fuq l-użu tad-data minn partijiet terzi, kif ukoll kundizzjonijiet u miżuri protettivi ulterjuri, huma stabbiliti fid-dettall fl-Appendiċi 3. |
|
4.1.3. |
Minkejja l-klawżoli 4.1.1 sa 4.1.2, ir-Riċevitur tad-Data jista’ juża servizzi tal-ipproċessar, eż. servizzi tal-cloud computing (inkluża l-Infrastruttura bħala Servizz, Pjattaforma bħala Servizz u Software bħala Servizz), servizzi ta’ hosting, jew servizzi simili biex jikseb, għan-nom tiegħu stess u taħt ir-responsabbiltà proprja tiegħu, il-finijiet maqbula skont il-klawżola 3.2.1(a). Il-partijiet terzi jistgħu jużaw ukoll tali servizzi biex jilħqu l-finijiet maqbula skont il-klawżola 4.1.1(a), għan-nom tagħhom u taħt ir-responsabbiltà proprja tagħhom. Ir-Riċevitur tad-Data għandu jikkondividi ma’ partijiet terzi jew jipproċessa b’mod ieħor kwalunkwe Data li tkun data personali biss jekk ikun hemm bażi legali prevista għal dan u skont il-kundizzjonijiet permessi fir-Regolament (UE) 2016/679 (GDPR) u, fejn rilevanti, id-Direttiva 2002/58/KE (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjonijiet elettroniċi). |
5. Kumpens
Ir-Riċevitur tad-Data jimpenja ruħu li jikkumpensa lill-Utent kif stabbilit fid-dettall fl-Appendiċi 4.
|
Il-Partijiet jistgħu jaqblu dwar il-kumpens għall-użu u għall-kondiviżjoni tad-data mir-Riċevitur tad-Data, kull meta jaħsbu li dan huwa ġust u raġonevoli. Pereżempju, huma jistgħu jikkunsidraw tali kumpens jekk ir-Riċevitur tad-Data juża d-Data biex jiżviluppa prodotti jew servizzi ġodda jew jekk ir-Riċevitur tad-Data joħloq data aggregata jew derivata għal finijiet kummerċjali. Min-naħa l-oħra, jekk pereżempju d-Data tintuża esklużivament għall-ħtiġijiet ta’ kwalunkwe ftehim konkluż mal-Utent, il-kumpens jaf ma jiġix inkluż. Bl-istess mod, jista’ jkun meħtieġ kumpens biex jiġi żgurat it-trattament ġust tal-Utent, jekk l-Utent jaqbel li r-Riċevitur tad-Data jista’ jbigħ id-Data lil partijiet terzi f’konformità mal-klawżola 4.1.1(a)(iii). Jekk ikun dovut kumpens, il-Partijiet iridu jaqblu dwar in-natura tiegħu, li tista’ tkun monetarja jew mhux monetarja. |
6. Data tal-applikazzjoni, durata tal-Kuntratt u terminazzjoni
6.1. Data tal-applikazzjoni u durata
|
6.1.1. |
Dan il-Kuntratt [OPZJONI 1] [jidħol fis-seħħ minnufih] [OPZJONI 2] [jidħol fis-seħħ minn (speċifika d-data)]. |
|
6.1.2. |
[OPZJONI] [Dan il-Kuntratt jiġi konkluż għal [OPZJONI 1] [perjodu indeterminat] [OPZJONI 2] [perjodu fiss ta’ (speċifika)], soġġett għal kwalunkwe raġuni għall-iskadenza jew għat-terminazzjoni skont dan il-Kuntratt.] |
6.2. Terminazzjoni
|
6.2.1. |
Ir-Riċevitur tad-Data jista’ jittermina dan il-Kuntratt billi jagħti avviż (speċifika l-perjodu ta’ avviż) minn qabel lill-Utent jekk il-Kuntratt H2R ikun ġie tterminat. |
|
6.2.2. |
Jekk l-Utent jitlef l-istatus tiegħu bħala Utent, dan il-Kuntratt jiġi tterminat. L-Utent jagħti avviż (speċifika l-perjodu ta’ avviż) minn qabel lir-Riċevitur tad-Data. |
|
6.2.3. |
[OPZJONI f’każ ta’ perjodu indeterminat jew jekk il-Partijiet ikunu jixtiequ jippermettu t-terminazzjoni għall-konvenjenza] [Kwalunkwe Parti tista’ tittermina dan il-Kuntratt fi kwalunkwe mument qabel il-bidu tal-perjodu tal-kuntratt jew matul billi tagħti avviż (speċifika l-perjodu) minn qabel lill-Parti l-oħra.] [OPZJONI] Jekk l-Utent jittermina dan il-Kuntratt skont din il-klawżola qabel (daħħal il-punt fiż-żmien jew il-perjodu minimu tal-kuntratt), l-Utent għandu jikkumpensa lill-Parti l-oħra għall-kostijiet imġarrba fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Kuntratt, kif ġej: (speċifika kif xieraq).
|
6.3. Effetti tal-iskadenza jew tat-terminazzjoni
|
6.3.1. |
L-iskadenza tal-perjodu tal-kuntratt jew it-terminazzjoni ta’ dan il-Kuntratt jeħilsu liż-żewġ Partijiet mill-obbligu tagħhom li jwettqu u li jirċievu l-prestazzjoni futura iżda ma taffettwax id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet li jkunu akkumulaw sal-mument tal-iskadenza jew tat-terminazzjoni.
L-iskadenza jew it-terminazzjoni ma taffettwa l-ebda dispożizzjoni li għandha topera anke wara li l-Kuntratt ikun intemm, b’mod partikolari kwalunkwe limitazzjoni fuq l-użu u l-kondiviżjoni permissibbli tad-Data mir-Riċevitur tad-Data skont il-klawżoli 3 u 4, il-klawżola 8.1 dwar il-kunfidenzjalità, il-klawżola 8.3 dwar il-liġi applikabbli u l-klawżola 8.6 dwar is-soluzzjoni tat-tilwim. |
|
6.3.2. |
B’mod partikolari, it-terminazzjoni jew l-iskadenza tal-Kuntratt ikollha l-effetti li ġejjin:
|
7. Rimedji għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni
7.1. Każijiet ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni
|
7.1.1. |
Nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ obbligu minn Parti huwa fundamentali jekk:
|
|
7.1.2. |
In-nuqqas ta’ eżekuzzjoni minn Parti jiġi skużat jekk ikun dovut għal impediment lil hinn mill-kontroll tagħha u jekk dik il-Parti ma setgħetx b’mod raġonevoli tkun mistennija li tqis l-impediment fiż-żmien tal-konklużjoni ta’ dan il-Kuntratt, jew li tevita jew tegħleb l-impediment jew il-konsegwenzi tiegħu. |
|
7.1.3. |
Meta l-impediment ikun biss temporanju, l-iskużar tan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni mill-Parti jgħodd għall-perjodu li matulu jkun jeżisti l-impediment. Madankollu, jekk id-dewmien jammonta għal nuqqas ta’ eżekuzzjoni fundamentali, il-Parti l-oħra tista’ tqisu bħala tali.
Il-Parti inadempjenti trid tiżgura li l-avviż tal-impediment u tal-effett tiegħu fuq il-kapaċità tagħha tal-eżekuzzjoni jiġi rċevut mill-Parti l-oħra mingħajr dewmien żejjed wara li l-Parti inadempjenti tkun saret taf jew tista’ tkun raġonevolment mistennija li tkun saret taf b’dawn iċ-ċirkostanzi. Il-Parti l-oħra hija intitolata għad-danni ekonomiċi li jirriżultaw min-nuqqas ta’ riċevuta ta’ tali avviż. |
7.2. Rimedji għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni
|
7.2.1. |
F’każ ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni minn Parti, il-Parti l-oħra għandu jkollha r-rimedji elenkati fil-klawżoli li ġejjin, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju disponibbli skont il-liġi applikabbli. |
|
7.2.2. |
Ir-rimedji li ma humiex inkompatibbli jistgħu jiġu akkumulati. |
|
7.2.3. |
Parti ma tistax tirrikorri għal rimedju sal-punt li tikkawża n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-Parti l-oħra, bħal meta nuqqas fl-infrastruttura tad-data tagħha stess ma ppermettiex lill-Parti l-oħra twettaq l-obbligi tagħha kif xieraq. Lanqas ma tista’ Parti tinvoka talba għad-danni mġarrba sal-punt li setgħet naqqset id-dannu billi tieħu passi raġonevoli. |
|
7.2.4. |
Il-Parti leża tista’:
|
8. Dispożizzjonijiet ġenerali
8.1. Kunfidenzjalità
|
8.1.1. |
L-informazzjoni li ġejja trid titqies bħala kunfidenzjali:
|
|
8.1.2. |
Iż-żewġ Partijiet jaqblu li jieħdu l-miżuri raġonevoli kollha biex jaħżnu b’mod sigur u jżommu għalkollox kunfidenzjali l-informazzjoni msemmija fil-klawżola 8.1.1. u li ma jiżvelawx jew ma jagħmlux disponibbli tali informazzjoni lil kwalunkwe parti terza, sakemm:
|
|
8.1.3. |
Fi kwalunkwe każ, l-Utent u r-Riċevitur tad-Data jistgħu jiżvelaw jew jagħmlu disponibbli tali informazzjoni lid-Detentur tad-Data kif ikun meħtieġ biex jiġi identifikat jew ikkuntattjat ir-Riċevitur tad-Data jew l-Utent sabiex jidħol fil-Kuntratt H2R kif imsemmi fil-klawżola 1.3.2. |
|
8.1.4. |
Dawn l-obbligi ta’ kunfidenzjalità jibqgħu applikabbli wara t-terminazzjoni tal-Kuntratt għal perjodu ta’ (speċifika l-perjodu). |
|
8.1.5. |
Dawn l-obbligi ta’ kunfidenzjalità ma jneħħu l-ebda obbligu aktar strett skont (i) ir-Regolament (UE) 2016/679 (GDPR), (ii) id-dispożizzjonijiet li jimplimentaw id-Direttiva 2002/58/KE jew id-Direttiva (UE) 2016/943, jew (iii) kwalunkwe liġi oħra tal-UE jew tal-Istati Membri. |
8.2. Mezzi ta’ komunikazzjoni
Kwalunkwe notifika jew komunikazzjoni oħra meħtieġa jew permessa li tiġi pprovduta skont dan il-Kuntratt trid tkun bil-miktub u tista’ tiġi kkonsenjata bl-idejn, mibgħuta bil-posta mħallsa minn qabel, jew trażmessa b’mezzi elettroniċi, inkluża l-posta elettronika, dment li l-mittent iżomm prova tat-trażmizzjoni lill-indirizzi elenkati hawn taħt:
|
Parti |
Persuna ta’ Kuntatt |
Posta elettronika |
Telefown |
Indirizz |
|
Utent |
[Isem]/[Kariga] |
[Posta elettronika] |
[Telefown] |
[Indirizz] |
|
Riċevitur tad-Data |
[Isem]/[Kariga] |
[Posta elettronika] |
[Telefown] |
[Indirizz] |
Kwalunkwe tali avviż jew komunikazzjoni titqies li tkun ġiet riċevuta:
|
(a) |
jekk tiġi kkonsenjata bl-idejn, fid-data tal-konsenja; |
|
(b) |
jekk tintbagħat bil-posta mħallsa minn qabel, fit-tielet jum ta’ xogħol wara li tintbagħat; |
|
(c) |
jekk tintbagħat b’mezzi elettroniċi, fid-data tat-trażmissjoni, dment li l-mittent ma jkun irċieva l-ebda messaġġ ta’ żball li jindika n-nuqqas ta’ konsenja. |
8.3. Kuntratt sħiħ, emendi u separabbiltà
|
8.3.1. |
Dan il-Kuntratt (flimkien mal-Appendiċijiet tiegħu u kwalunkwe dokument ieħor imsemmi fih) jikkostitwixxi l-Kuntratt sħiħ bejn il-Partijiet fir-rigward tas-suġġett ta’ dan il-Kuntratt u jissostitwixxi l-ftehimiet jew il-kuntratti u l-qbil preċedenti kollha bejn il-Partijiet, bil-fomm jew bil-miktub, fir-rigward tas-suġġett ta’ dan il-Kuntratt. |
|
8.3.2. |
Kwalunkwe emenda ta’ dan il-Kuntratt se tkun valida biss jekk tiġi maqbula bejn il-Partijiet bil-miktub, inkluż fi kwalunkwe forma elettronika. |
|
8.3.3. |
Jekk kwalunkwe dispożizzjoni ta’ dan il-Kuntratt tinstab li hija bla effett, invalida, annullabbli jew mhux infurzabbli għal kwalunkwe raġuni, u jekk din id-dispożizzjoni tkun tista’ tiġi sseparata mit-termini li jifdal tal-Kuntratt, dawn id-dispożizzjonijiet li jifdal ma jiġux affettwati minn dan u jibqgħu validi u infurzabbli, sakemm id-dispożizzjoni ma tkunx tista’ tiġi sseparata mid-dispożizzjonijiet li jifdal ta’ dan il-Kuntratt. Kwalunkwe lakuna jew ambigwità li tirriżulta f’dan il-Kuntratt trid tiġi ttrattata skont il-klawżola 8.4. |
8.4. Liġi applikabbli
Dan il-Kuntratt huwa rregolat mil-liġi ta’ (speċifika l-Istat Membru).
8.5. Interpretazzjoni
|
8.5.1. |
Dan il-Kuntratt huwa konkluż mill-Partijiet fl-isfond tad-drittijiet u l-obbligi tal-Partijiet skont l-Att dwar id-Data. Kwalunkwe dispożizzjoni f’dan il-Kuntratt trid tiġi interpretata sabiex tikkonforma mal-Att dwar id-Data u mal-liġi tal-Unjoni jew leġiżlazzjoni nazzjonali oħra adottata f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, kif ukoll ma’ kwalunkwe liġi nazzjonali applikabbli li hija kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni u ma tistax issir deroga minnha bi ftehim. |
|
8.5.2. |
Jekk ikun hemm xi lakuna jew ambigwità f’dan il-Kuntratt li ma tistax tiġi solvuta bil-mod imsemmi fil-klawżola 8.5.1, dan il-Kuntratt irid jiġi interpretat fid-dawl tar-regoli ta’ interpretazzjoni previsti mil-liġi applikabbli (ara l-klawżola 8.4). |
8.6. Soluzzjoni tat-tilwim
|
8.6.1. |
Il-Partijiet jaqblu li jagħmlu l-almu tagħhom biex isolvu t-tilwim amikevolment u, qabel ma jressqu kawża quddiem qorti jew tribunal, jissottomettu t-tilwima tagħhom lil (daħħal l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt ta’ korp partikolari għas-soluzzjoni tat-tilwim; għal tilwim fi ħdan il-ġuriżdizzjoni tagħhom kif iddefiniti fl-Artikolu 10(1) tal-Att dwar id-Data, dan jista’ jkun kwalunkwe korp għas-soluzzjoni tat-tilwim fi Stat Membru li jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 10 tal-Att dwar id-Data). |
|
8.6.1. |
[OPZJONI, jekk l-Utent huwa negozju] [Il-qrati ta’ (speċifika l-Istat Membru) ikollhom ġuriżdizzjoni esklużiva biex jisimgħu l-kawża dwar dan il-Kuntratt.]
L-Appendiċi 1 fih deskrizzjoni tad-Data [Għandu jiġi abbozzat mill-Partijiet] L-Appendiċi 2 jelenka l-miżuri protettivi li għandhom jittieħdu mir-Riċevitur tad-Data [Għandu jiġi abbozzat mill-Partijiet] L-Appendiċi 3 fih informazzjoni dwar il-kondiviżjoni tad-Data mir-Riċevitur tad-Data ma’ partijiet terzi [Għandu jiġi abbozzat mill-Partijiet] L-Appendiċi 4 fih informazzjoni dwar il-kumpens lill-Utent għall-użu u l-kondiviżjoni tad-Data mir-Riċevitur tad-Data [Għandu jiġi abbozzat mill-Partijiet] L-Appendiċi 5 fih dokumentazzjoni dwar is-sjieda tal-Prodott jew id-drittijiet kuntrattwali għall-użu tal-Prodott jew tas-Servizzi Relatati [Għandu jiġi abbozzat mill-Partijiet] [OPZJONI] L-Appendiċi 6 fih dettalji dwar il-penali [Għandu jiġi abbozzat mill-Partijiet] |
(1) Ir-Regolament (UE) 2022/1925 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2022 dwar swieq kontestabbli u ġusti fis-settur diġitali u li jemenda d-Direttivi (UE) 2019/1937 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar is-Swieq Diġitali) (ĠU L 265, 12.10.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/1925/oj).
ANNESS IV
MUDELLI TA’ TERMINI KUNTRATTWALI
għal Kuntratti bejn id-Detenturi tad-Data u r-Riċevituri tad-Data dwar il-provvista tad-data fuq talba tal-Utenti ta’ prodotti konnessi u servizzi relatati
|
Dawn il-mudelli ta’ termini kuntrattwali tfasslu għal Kuntratti bejn Detentur tad-Data u Riċevitur tad-Data li huwa negozju, fejn Detentur tad-Data jkun obbligat (skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2023/2854 – hawnhekk imsejjaħ l-“Att dwar id-Data”) li jagħmel id-Data minn prodott konness u/jew minn servizz relatat disponibbli għal Riċevitur tad-Data meta jintalab jagħmel dan mill-Utent. In-novità ewlenija tal-Att dwar id-Data f’dan ir-rigward hija li:
Dan il-Kuntratt għandu struttura modulari, u filwaqt li jista’ jintuża bħala kuntratt sħiħ, il-Partijiet jistgħu wkoll jagħżlu ċerti klawżoli li jaqblu mas-sitwazzjoni partikolari tagħhom. Diversi klawżoli fihom opzjonijiet, u hawnhekk il-Partijiet għandhom jirriflettu fuq il-ħtiġijiet speċifiċi, ir-relazzjonijiet kummerċjali u l-interessi tagħhom biex jidentifikaw l-opzjoni t-tajba li hija l-aktar adatta għall-Kuntratt tagħhom. Xi klawżoli huma mmarkati wkoll (jekk applikabbli) u għandhom jiġu inklużi jekk ikunu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet. Filwaqt li l-mudelli ta’ termini kuntrattwali huma rrakkomandati mill-Kummissjoni, dawn ma humiex vinkolanti u dejjem jista’ jkun hemm derogi għalihom mill-Partijiet. Dawn il-mudelli ta’ termini kuntrattwali jistgħu jintużaw ukoll b’emendi xierqa meta Detentur tad-Data jkun obbligat jagħmel id-Data disponibbli għal Riċevitur tad-Data skont liġi tal-Unjoni jew leġiżlazzjoni nazzjonali oħra adottata f’konformità mal-liġi tal-Unjoni. |
1. Partijiet, Utent Rikjedenti u l-Prodott/Servizz(i) Relatat(i)
1.1. Partijiet għall-Kuntratt
Dan il-Kuntratt dwar l-aċċess għad-data u l-użu tagħha huwa konkluż
bejn
(daħħal l-isem, id-dettalji ta’ kuntatt u referenzi ulterjuri) (“Detentur tad-Data”)
u
(daħħal l-isem, id-dettalji ta’ kuntatt u referenzi ulterjuri) (“Riċevitur tad-Data”)
f’dan il-Kuntratt imsejħa kollettivament “il-Partijiet” u individwalment “il-Parti”.
|
Il-Partijiet iridu jidentifikaw hawnhekk min huwa d-Detentur tad-Data u min huwa r-Riċevitur tad-Data, skont it-tifsira tal-Artikolu 2(13) u (14) tal-Att dwar id-Data. Skont l-Att dwar id-Data, “detentur tad-data” tfisser “persuna fiżika jew ġuridika li jkollha d-dritt jew l-obbligu, f’konformità mal-Att dwar id-Data, il-liġi tal-Unjoni applikabbli jew il-leġiżlazzjoni nazzjonali adottata f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, li tuża u tagħmel disponibbli data, inkluż, fejn miftiehem kuntrattwalment, Data ta’ Prodott jew Data ta’ Servizz Relatat li tkun irkuprat jew iġġenerat matul il-forniment ta’ servizz relatat. Skont l-Att dwar id-Data, “riċevitur tad-data” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, li taġixxi għal finijiet li huma relatati mal-kummerċ, man-negozju, mas-sengħa jew mal-professjoni ta’ dik il-persuna, minbarra l-Utent ta’ prodott konness jew servizz relatat, li d-Detentur tad-Data jagħmel id-Data disponibbli lilha, inkluż parti terza, wara talba mill-Utent lid-Detentur tad-Data jew f’konformità ma’ obbligu legali skont il-liġi tal-Unjoni jew il-leġiżlazzjoni nazzjonali adottata f’konformità mal-liġi tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 1(3)(d) tal-Att dwar id-Data, id-detenturi tad-data huma obbligati biss li jagħmlu d-Data disponibbli għar-“riċevituri tad-data fl-Unjoni”. Ma humiex obbligati jagħmlu dan għar-Riċevituri tad-Data li l-post tal-istabbiliment tagħhom ma huwiex fl-Unjoni. |
1.2. Utent Rikjedenti, Prodott/Servizz(i) Relatat(i)
|
1.2.1. |
Dan il-Kuntratt huwa bbażat fuq is-suppożizzjoni konġunta tal-Partijiet li d-Detentur tad-Data huwa obbligat skont l-Artikolu 5 tal-Att dwar id-Data li jagħmel id-data disponibbli għar-Riċevitur tad-Data meta jintalab jagħmel dan minn jew f’isem
(daħħal l-isem, id-dettalji ta’ kuntatt u referenzi ulterjuri) (“Utent Rikjedenti”) u li l-Utent Rikjedenti jkun Utent (skont it-tifsira tal-Artikolu 2(12) tal-Att dwar id-Data): tal-Prodott li ġej: (daħħal l-isem u l-ispeċifikazzjonijiet ulterjuri tal-prodott konness speċifiku jew tat-tip ta’ prodotti kopert mill-Kuntratt); u/jew tas-Servizz(i) Relatati(i) li ġej/ġejjin: (daħħal l-isem u l-ispeċifikazzjonijiet ulterjuri tas-servizz(i) relatati speċifiċi jew tat-tip ta’ servizz(i) relatat(i) koperti minn dan il-Kuntratt, jekk applikabbli).
|
2. Bażi tal-Kuntratt
2.1. Kwalità tal-Utent Rikjedenti u l-eżistenza ta’ talba valida
|
2.1.1. |
Kull Parti tiddikjara li, sa fejn taf hi, l-Utent Rikjedenti huwa Utent (skont it-tifsira tal-Artikolu 2(12) tal-Att dwar id-Data) tal-Prodott u tas-Servizz(i) Relatat(i) speċifikati fil-klawżola 1.2.1. |
|
2.1.2. |
Kull Parti tiddikjara li l-Utent Rikjedenti talab li d-Detentur tad-Data jagħmel disponibbli għar-Riċevitur tad-Data d-Data speċifikata fil-klawżola 3.1. L-evidenza tat-talba hija mehmuża ma’ dan il-Kuntratt fl-Appendiċi 1. |
|
2.1.3. |
(Jekk applikabbli) Kull Parti tiddikjara li, sa fejn taf hi, il-Parti li qed taġixxi f’isem l-Utent Rikjedenti rċeviet l-awtorità meħtieġa mingħand l-Utent Rikjedenti biex tissottometti din it-talba f’konformità mal-liġi applikabbli. L-evidenza tal-awtorizzazzjoni hija mehmuża ma’ dan il-Kuntratt fl-Appendiċi 1.
|
|
2.1.4. |
Kull Parti tiddikjara li, sa fejn taf hi, it-talba hija valida skont il-liġi applikabbli, ma ġietx irtirata u ma skadietx.
|
2.2. Eliġibbiltà tar-Riċevitur tad-Data
|
2.2.1. |
Ir-Riċevitur tad-Data jiddikjara li hemm kuntratt fis-seħħ bejnu u l-Utent Rikjedenti li jippermettilhom jużaw id-Data u li, skont dan il-kuntratt, id-Data se tintuża esklużivament għal (daħħal il-fini(jiet) skont il-kuntratt bejn ir-Riċevitur tad-Data u l-Utent Rikjedenti):
(jekk id-Data tista’ tiżvela sigrieti kummerċjali) Ir-Riċevitur tad-Data jiddikjara li d-Data hija strettament meħtieġa biex jintlaħaq dan l-iskop.
|
|
2.2.2. |
Ir-Riċevitur tad-Data jiddikjara li ma huwiex maħtur bħala “gwardjan” skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2022/1925 (“l-Att dwar is-Swieq Diġitali”). |
2.3. Konformità mal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data
|
2.3.1. |
Sa fejn id-Data tikkwalifika bħala data personali, kull Parti tiddikjara li tikkonforma mar-Regolament (UE) 2016/679 u, fejn rilevanti, mad-Direttiva 2002/58/KE. |
|
2.3.2. |
B’mod partikolari, meta l-Utent Rikjedenti ma jkunx is-suġġett tad-data, id-Detentur tad-Data jista’ jagħmel id-Data li hija data personali disponibbli għar-Riċevitur tad-Data biss sa fejn ikun permess skont ir-Regolament (UE) 2016/679 u, fejn rilevanti, id-Direttiva 2002/58/KE.
|
2.4. Ineżattezza tad-dikjarazzjonijiet
|
2.4.1. |
Kwalunkwe Parti li ssir konxja li kwalunkwe dikjarazzjoni msemmija fil-klawżoli 2.1 sa 2.3 ma hijiex, jew ma tkunx għadha, akkurata, jew ma hijiex se tibqa’ akkurata fil-futur prevedibbli, jeħtiġilha, mingħajr dewmien żejjed, tavża lill-Parti l-oħra, sakemm il-Parti l-oħra ma tkunx diġà konxja jew suppost konxja mill-fatt.
|
|
2.4.2. |
Meta ssir konxja minn din is-sitwazzjoni, il-Parti kkonċernata trid tieħu azzjoni xierqa u tirrettifika l-ineżattezza tad-dikjarazzjoni, sa fejn ikun possibbli. Skont iċ-ċirkostanzi, dan jista’ jinkludi n-notifika tal-Utent Rikjedenti jew ta’ kwalunkwe parti terza protetta li tkun affettwata jew is-sospensjoni temporanja tad-Data li tkun qed issir disponibbli mid-Detentur tad-Data jew l-użu tad-Data mir-Riċevitur tad-Data, jekk li d-Data ssir disponibbli jew l-użu tad-Data jkun sar illegali. |
|
2.4.3. |
Jekk is-sitwazzjoni ma tkunx u ma tistax tiġi rrettifikata, dan il-Kuntratt irid jiġi tterminat permezz ta’ avviż ta’ terminazzjoni bil-miktub li jsemmi r-raġunijiet għat-terminazzjoni mogħtija minn kwalunkwe Parti lill-oħra.
It-terminazzjoni għandha effett immedjat. Fejn l-ineżattezza taffettwa biss parti mid-Data koperta minn dan il-Kuntratt, it-terminazzjoni trid tidħol fis-seħħ biss għall-parti rilevanti. L-effetti tat-terminazzjoni huma rregolati mill-klawżola 7.3. |
3. Li d-Data ssir disponibbli
3.1. Data koperta mill-Kuntratt
|
3.1.1. |
Id-Data koperta minn dan il-Kuntratt tikkonsisti mid-Data ta’ Prodott jew Data ta’ Servizz(i) Relatat(i) faċilment disponibbli skont it-tifsira tal-Att dwar id-Data identifikata fit-talba magħmula mill-Utent Rikjedenti f’konformità mal-Artikolu 5 tal-Att dwar id-Data, u tinkludi kemm data mhux personali kif ukoll data personali (“id-Data”).
Id-Data hija elenkata fid-dettall fl-Appendiċi 2. Jekk, matul dan il-Kuntratt, ikollha ssir disponibbli għar-Riċevitur tad-Data data għajr dik elenkata fl-Appendiċi 2, l-Appendiċi 2 jiġi emendat kif xieraq.
|
3.2. Karatteristiċi tad-Data u arranġamenti ta’ aċċess
|
3.2.1. |
Id-Detentur tad-Data jrid jagħmel id-Data disponibbli għar-Riċevitur tad-Data, bid-Data tkun tal-anqas tal-istess kwalità bħal meta saret disponibbli għad-Detentur tad-Data, u fi kwalunkwe każ f’format komprensiv, strutturat, użat b’mod komuni u li jinqara mill-magni, kif ukoll il-metadata rilevanti meħtieġa biex dik id-data tiġi interpretata u użata.
|
|
3.2.2. |
Ir-Riċevitur tad-Data jrid jirċievi aċċess għad-Data
(jekk applikabbli) (c) kontinwament u f’ħin reali. |
|
3.2.3. |
Sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-klawżoli 3.2.1 u 3.2.2, il-Partijiet jaqblu fuq l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi 2.
|
|
3.2.4. |
Jekk id-Data ssir disponibbli f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet fl-Appendiċi dwar il-karatteristiċi tad-data u l-arranġamenti ta’ aċċess, u jekk jidher li l-ispeċifikazzjonijiet maqbula ma humiex biżżejjed biex jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija fil-klawżoli 3.2.1 u 3.2.2, il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jidħlu f’negozjati in bona fide u jadattaw l-ispeċifikazzjonijiet sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti maqbula. |
|
3.2.5. |
Id-Detentur tad-Data jrid jipprovdi lir-Riċevitur tad-Data l-informazzjoni meħtieġa biex jaċċessa jew jirċievi d-Data f’konformità mal-Artikolu 5 tal-Att dwar id-Data.
Dan jinkludi, b’mod partikolari, l-għoti ta’ informazzjoni faċilment disponibbli għad-Detentur tad-Data rigward l-oriġini tad-Data u kwalunkwe dritt li partijiet terzi jista’ jkollhom fir-rigward tad-Data, bħad-drittijiet tas-suġġetti tad-data li jirriżultaw skont ir-Regolament (UE) 2016/679 (GDPR), jew fatti li jistgħu jwasslu għal tali drittijiet. Id-Detentur tad-Data jispeċifika din l-informazzjoni fl-Appendiċi 2.
|
|
3.2.6. |
Id-Detentur tad-Data jimpenja ruħu li ma jżomm l-ebda informazzjoni dwar l-aċċess tar-Riċevitur tad-Data għad-Data mitluba lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għal:
|
3.3. Ċirku vizzjuż
|
3.3.1. |
Jekk ir-Riċevitur tad-Data jidentifika inċident relatat mal-klawżola 3.1 dwar id-Data koperta mill-Kuntratt jew mal-klawżola 3.2 dwar il-karatteristiċi tad-Data u l-arranġamenti ta’ aċċess u jekk ir-Riċevitur tad-Data jipprovdi lid-Detentur tad-Data b’deskrizzjoni dettaljata tal-inċident, id-Detentur tad-Data u Riċevitur tad-Data jridu jikkooperaw in bona fide biex jidentifikaw ir-raġuni għall-inċident. Jekk l-inċident kien ikkawżat minn nuqqas min-naħa tad-Detentur tad-Data li jikkonforma mal-obbligi tiegħu, dan irid jirrimedja l-ksur mingħajr dewmien żejjed. Jekk id-Detentur tad-Data ma jagħmilx dan, dan jitqies bħala ksur fundamentali u r-Riċevitur tad-Data jkun intitolat li jinvoka l-klawżola 8 ta’ dan il-Kuntratt (rimedji għal ksur tal-kuntratt). |
|
3.3.2. |
Jekk kwalunkwe waħda mill-ispeċifikazzjonijiet maqbula f’konformità mal-klawżola 3.2 tkun impossibbli jew wisq ta’ piż biex tintlaħaq minħabba bidla eċċezzjonali fiċ-ċirkostanzi li sseħħ wara l-konklużjoni tal-Kuntratt, id-Detentur tad-Data jrid jipprovdi lir-Riċevitur tad-Data b’deskrizzjoni dettaljata ta’ dan u l-Partijiet jidħlu fin-negozjati in bona fide u jadattaw l-ispeċifikazzjonijiet sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’dawn il-klawżoli. B’mod partikolari, kull Parti trid tipprovdi lill-oħra b’informazzjoni suffiċjenti biex tiġi vvalutata, diskussa u solvuta s-sitwazzjoni partikolari. Din il-klawżola ma taffettwax id-dritt tar-Riċevitur tad-Data li jinvoka rimedji f’konformità mal-klawżola 8. |
3.4. Bidliet unilaterali mid-Detentur tad-Data
|
3.4.1. |
Id-Detentur tad-Data jista’ jbiddel unilateralment dettalji dwar l-ispeċifikazzjonijiet tal-karatteristiċi tad-Data u l-arranġamenti ta’ aċċess għad-Data, jekk dan ikun iġġustifikat b’mod oġġettiv mit-twettiq normali tan-negozju tad-Detentur tad-Data – pereżempju permezz ta’ modifika teknika minħabba vulnerabbiltà immedjata għas-sigurtà fil-linja tal-prodotti jew tas-servizzi relatati offruti mid-Detentur tad-Data jew bidla fl-infrastruttura tad-Detentur tad-Data. Kwalunkwe bidla trid tissodisfa r-rekwiżiti tal-klawżola 3.2. |
|
3.4.2. |
Id-Detentur tad-Data jrid jagħti avviż bil-quddiem lir-Riċevitur tad-Data dwar il-bidla mill-inqas (indika perjodu ta’ żmien raġonevoli) qabel ma l-bidla tidħol fis-seħħ.
Perjodu ta’ avviż iqsar jista’ jkun biżżejjed:
|
|
3.4.3. |
Fejn il-bidla taffettwa b’mod negattiv l-aċċess u l-użu tad-data mir-Riċevitur tad-Data, ir-Riċevitur tad-Data jkun intitolat li jittermina l-Kuntratt (jew il-parti rilevanti tiegħu) mingħajr ma jkun dovut ebda kumpens lid-Detentur tad-Data, bla ħsara għal kwalunkwe dritt jew rimedju ieħor li jista’ jkollu r-Riċevitur tad-Data. |
4. (jekk id-Data trid tiġi protetta bħala sigriet kummerċjali) Protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali
|
4.1. Applikabbiltà tal-arranġamenti tas-sigrieti kummerċjali
|
4.1.1. |
Il-miżuri protettivi maqbula fil-klawżoli 4.2. u 4.3 ta’ dan il-Kuntratt, kif ukoll id-drittijiet relatati maqbula fil-klawżola 4.4, japplikaw esklużivament għad-Data jew għall-metadata inkluża fid-Data li għandha ssir disponibbli mid-Detentur tad-Data lir-Riċevitur tad-Data, li hija protetta bħala sigriet kummerċjali (kif iddefinit fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva dwar is-Sigrieti Kummerċjali, miżmuma mid-Detentur tad-Data jew minn Detentur tas-Sigriet Kummerċjali ieħor (kif iddefinit fl-Artikolu 2(2) ta’ dik id-Direttiva). |
|
4.1.2. |
L-identifikazzjoni tad-data protetta bħala sigrieti kummerċjali u l-identità tad-Detentur tas-Sigriet Kummerċjali huma stabbiliti fl-Appendiċi 4.
Id-Detentur tad-Data jiddikjara lir-Riċevitur tad-Data li għandu d-drittijiet rilevanti kollha minn kwalunkwe detentur ta’ sigrieti kummerċjali ta’ parti terza biex jidħol f’dan il-Kuntratt fir-rigward tad-Data protetta bħala sigrieti kummerċjali.
|
|
4.1.3. |
Jekk, matul dan il-Kuntratt, issir disponibbli għar-Riċevitur tad-Data data ġdida li tkun protetta bħala sigrieti kummerċjali kif stabbilit fil-klawżola 4.1.1, fuq talba tad-Detentur tad-Data, l-Appendiċi 4 jiġi emendat kif xieraq.
Sakemm l-Appendiċi 4 jiġi emendat u maqbul bejn il-Partijiet, id-Detentur tad-Data jista’ jżomm jew jissospendi temporanjament il-kondiviżjoni tad-data l-ġdida protetta bħala sigrieti kummerċjali. F’każ bħal dan, id-deċiżjoni tad-detentur tad-data għandha tiġi debitament sostanzjata u pprovduta bil-miktub lill-utent mingħajr dewmien żejjed. Id-Detentur tad-Data għandu jinnotifika wkoll lill-awtorità kompetenti maħtura skont l-Artikolu 37 tal-Att dwar id-Data li huwa żamm jew issospenda l-kondiviżjoni tad-data u jidentifika liema miżuri ma jkunux ġew maqbula jew implimentati. |
|
4.1.4. |
L-obbligi stabbiliti fil-klawżoli 4.2 u 4.3 jibqgħu fis-seħħ wara kwalunkwe terminazzjoni tal-Kuntratt, sakemm ma jkunx maqbul mod ieħor mill-Partijiet. |
4.2. Miżuri protettivi meħuda mir-Riċevitur tad-Data
|
4.2.1. |
Ir-Riċevitur tad-Data jrid japplika l-miżuri protettivi stabbiliti fl-Appendiċi 4 (minn hawn ’il quddiem: “Miżuri ta’ Protezzjoni tar-Riċevitur tad-Data”).
|
|
4.2.2. |
Jekk ir-Riċevitur tad-Data jitħalla, f’dan il-Kuntratt u fil-Kuntratt konkluż mir-Riċevitur tad-Data mal-Utent, jagħmel id-Data disponibbli għal parti terza, ir-Riċevitur tad-Data jista’ jikkondividi d-Data protetta bħala sigrieti kummerċjali, jekk:
|
|
4.2.3. |
[OPZJONI] [Sabiex jiġi vverifikat jekk u sa liema punt ir-Riċevitur tad-Data implimenta u qed iżomm il-Miżuri ta’ Protezzjoni tar-Riċevitur tad-Data, ir-Riċevitur tad-Data jaqbel li jew (i) jikseb kull sena rapport ta’ valutazzjoni tal-konformità tas-sigurtà minn parti terza indipendenti magħżula mir-Riċevitur tad-Data, jew (ii) kull sena jippermetti li ssir verifika tal-valutazzjoni tal-konformità tas-sigurtà minn parti terza indipendenti magħżula mid-Detentur tad-Data – soġġett għal li tali parti terza indipendenti tkun iffirmat ftehim ta’ kunfidenzjalità kif ipprovdut mir-Riċevitur tad-Data. Tali rapport tal-verifika tas-sigurtà jrid juri l-konformità tar-Riċevitur tad-Data mal-klawżola 4 u mal-Appendiċi 4, kif applikabbli f’dak iż-żmien. Ir-riżultati tar-rapporti tal-verifika jiġu ppreżentati liż-żewġ Partijiet mingħajr dewmien żejjed.
Ir-Riċevitur tad-Data jista’ jagħżel bejn (i) u (ii). Jekk Parti tqis li r-rapport tal-verifika tas-sigurtà ma huwiex korrett, hija żżomm id-dritt li tikseb rapport tal-verifika tas-sigurtà minn parti terza indipendenti oħra. Jekk dan id-dritt jiġi eżerċitat, iż-żewġ awdituri indipendenti ta’ partijiet terzi, flimkien mal-Partijiet, jiddiskutu kwalunkwe differenza bejn dawk iż-żewġ rapporti u jimmiraw li jsolvu kwalunkwe kwistjoni pendenti in bona fide.] Il-kostijiet ta’ dawn ir-rapporti tal-verifika se jiġġarrbu kif ġej: (speċifika l-arranġamenti għall-ħlas ta’ dawn il-kostijiet).
|
4.3. Miżuri protettivi meħuda mid-Detentur tas-Sigriet Kummerċjali
|
4.3.1. |
Id-Detentur tad-Data jista’ japplika l-miżuri maqbula fl-Appendiċi 4 biex tiġi ppreservata l-kunfidenzjalità tad-Data protetta bħala sigrieti kummerċjali (minn hawn ’il quddiem: “Miżuri ta’ Protezzjoni tad-Detentur tas-Sigriet Kummerċjali”). |
|
4.3.2. |
Id-Detentur tad-Data jista’ jimplimenta wkoll b’mod unilaterali soluzzjonijiet ta’ protezzjoni tekniċi u organizzattivi xierqa, bħal aġġornamenti tas-software, jekk ma jaffettwawx b’mod negattiv lir-Riċevitur tad-Data taħt dan il-Kuntratt. |
|
4.3.3. |
Ir-Riċevitur tad-Data jimpenja ruħu li ma jibdilx u ma jneħħix il-Miżuri ta’ Protezzjoni tad-Detentur tas-Sigriet Kummerċjali u lanqas il-miżuri meħuda f’konformità mal-klawżola 4.3.2, sakemm ma jkunx maqbul mod ieħor mill-Partijiet. |
4.4. Obbligu ta’ kondiviżjoni u dritt ta’ rifjut, ta’ żamma jew ta’ terminazzjoni
|
4.4.1. |
Meta l-Miżuri ta’ Protezzjoni tar-Riċevitur tad-Data u l-Miżuri ta’ Protezzjoni tad-Detentur tas-Sigriet Kummerċjali ma jkunux materjalment biżżejjed biex jipproteġu b’mod adegwat parti partikolari mid-Data protetta bħala sigriet kummerċjali, id-Detentur tad-Data jista’, billi javża minn qabel lir-Riċevitur tad-Data b’deskrizzjoni dettaljata tal-inadegwatezza tal-miżuri, jitlob li jiġu maqbula miżuri tekniċi jew organizzazzjonali addizzjonali meħtieġa; jekk ma jkun hemm l-ebda ftehim dwar tali miżuri wara perjodu ta’ żmien raġonevoli u jekk il-ħtieġa ta’ tali miżuri tkun debitament issostanzjata, eż. f’rapport tal-verifika tas-sigurtà, id-Detentur tad-Data jista’ jżomm jew jissospendi l-kondiviżjoni tad-Data speċifika inkwistjoni; f’tali każ, id-Detentur tad-Data jrid javża lir-Riċevitur tad-Data u lill-awtorità kompetenti maħtura skont l-Artikolu 37 tal-Att dwar id-Data; l-avviż irid ikun debitament sostanzjat, irid jindika liema miżuri ma jkunux ġew maqbula, fejn rilevanti, is-sigrieti kummerċjali kkonċernati, u jingħata bil-miktub mingħajr dewmien żejjed; id-Detentur tad-Data jrid ikompli jaqsam kwalunkwe Data protetta bħala sigriet kummerċjali għajr din id-Data speċifika. |
|
4.4.2. |
Jekk, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, id-Detentur tad-Data jkun kapaċi juri li huwa probabbli ħafna li se jġarrab dannu ekonomiku serju mill-iżvelar ta’ Data partikolari protetta bħala sigriet kummerċjali lir-Riċevitur tad-Data minkejja li jkunu ġew implimentati l-Miżuri ta’ Protezzjoni tar-Riċevitur tad-Data u, jekk applikabbli, il-Miżuri ta’ Protezzjoni tad-Detentur tas-Sigriet Kummerċjali, id-Detentur tad-Data jista’ jissospendi l-kondiviżjoni tad-Data speċifika inkwistjoni.
Jista’ jagħmel dan biss jekk javża b’mod debitament sostanzjat lir-Riċevitur tad-Data u lill-awtorità kompetenti maħtura skont l-Artikolu 37 tal-Att dwar id-Data. Madankollu, id-Detentur tad-Data jrid ikompli jaqsam kwalunkwe Data protetta bħala sigriet kummerċjali għajr dik id-Data speċifika.
|
|
4.4.3. |
Jekk ir-Riċevitur tad-Data jonqos milli jimplimenta u jżomm il-Miżuri ta’ Protezzjoni tar-Riċevitur tad-Data tiegħu u jekk dan in-nuqqas ikun debitament sostanzjat mid-Detentur tad-Data, eż. f’rapport tal-verifika tas-sigurtà, id-Detentur tad-Data jkun intitolat li jżomm jew jissospendi l-kondiviżjoni tas-Sigrieti Kummerċjali Identifikati speċifiċi sakemm ir-Riċevitur tad-Data jkun solva l-inċident.
F’dan il-każ, id-Detentur tad-Data jrid jagħti, mingħajr dewmien żejjed, avviż bil-quddiem debitament sostanzjat bil-miktub lir-Riċevitur tad-Data u lill-awtorità kompetenti maħtura skont l-Artikolu 37 tal-Att dwar id-Data. |
|
4.4.4. |
Il-klawżola 4.4.1 ma tagħtix id-dritt lid-Detentur tad-Data li jittermina l-Kuntratt. Il-klawżoli 4.4.2 jew 4.4.3 jippermettu lid-Detentur tad-Data jittermina l-Kuntratt biss fir-rigward tas-Sigrieti Kummerċjali Identifikati speċifiċi, u jekk:
|
4.5. Żamma ta’ Data protetta bħala Sigriet Kummerċjali Identifikat
|
4.5.1. |
Meta d-Detentur tad-Data jeżerċita d-dritt li jżomm jew jissospendi l-kondiviżjoni tad-Data f’konformità mal-klawżoli 4.4.1, 4.4.2 u 4.4.3, dan ikollu jiżgura li d-Data inkwistjoni tinżamm, sabiex dik id-Data ssir disponibbli għar-Riċevitur tad-Data:
Dan l-obbligu ta’ żamma jintemm meta awtorità jew qorti kompetenti f’deċiżjoni vinkolanti tippermetti t-tħassir ta’ tali data miżmuma jew meta jintemm il-Kuntratt f’konformità mal-klawżola 4.4.4. |
|
4.5.2. |
Id-Detentur tad-Data jġarrab il-kostijiet meħtieġa għaż-żamma tad-Data skont il-klawżola 4.5.1. Madankollu, ir-Riċevitur tad-Data jkopri dawn il-kostijiet sal-punt li ż-żamma jew is-sospensjoni tal-kondiviżjoni tad-Data jseħħu f’konformità mal-klawżola 4.4.3. |
5. Użu tad-Data u kondiviżjoni ma’ partijiet terzi
5.1. Użu permissibbli mir-Riċevitur tad-Data
Ir-Riċevitur tad-Data jimpenja ruħu li jipproċessa d-data magħmula disponibbli għalih taħt il-Kuntratt biss għall-finijiet u taħt il-kundizzjonijiet maqbula mal-Utent Rikjedenti.
Ir-Riċevitur tad-Data jrid iħassar id-Data meta din ma tibqax neċessarja għall-iskop miftiehem, sakemm ma jkunx ġie miftiehem mod ieħor mal-Utent Rikjedenti fir-rigward tad-Data li ma hijiex personali.
5.2. Kondiviżjoni tad-Data ma’ partijiet terzi
|
5.2.1. |
Ir-Riċevitur tad-Data ma jistax jagħmel id-Data disponibbli għal parti terza oħra, sakemm dan ma jkunx maqbul kuntrattwalment mal-Utent Rikjedenti, kompatibbli ma’ kwalunkwe miżura ta’ protezzjoni maqbula mad-Detentur tad-Data u kompatibbli mal-liġi applikabbli tal-UE jew dik nazzjonali.
Fi kwalunkwe każ, ir-Riċevitur tad-Data ma jistax jagħmel id-Data li jirċievi disponibbli għal impriża maħtura bħala gwardjan skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2022/1925 (l-Att dwar is-Swieq Diġitali). |
|
5.2.2. |
Meta r-Riċevitur tad-Data jitħalla jagħmel id-Data disponibbli għal parti terza, ir-Riċevitur tad-Data jrid jieħu miżuri kuntrattwali, tekniċi u organizzattivi xierqa biex jiżgura li:
|
|
5.2.3. |
Minkejja l-klawżoli 5.2.1 u 5.2.2, ir-Riċevitur tad-Data jista’ juża servizzi tal-ipproċessar, eż. servizzi tal-cloud computing (inkluża l-Infrastruttura bħala Servizz, Pjattaforma bħala Servizz u Software bħala Servizz), servizzi ta’ hosting, jew servizzi simili biex jikseb, għan-nom tiegħu stess u taħt ir-responsabbiltà proprja tiegħu, il-finijiet maqbula skont il-klawżola 5.1. Il-partijiet terzi jistgħu jużaw ukoll tali servizzi biex jiksbu, għan-nom tagħhom u taħt ir-responsabbiltà proprja tagħhom, il-finijiet li għalihom ġiet kondiviża magħhom id-Data. |
5.3. Użu jew kondiviżjoni mhux awtorizzati tad-Data
|
5.3.1. |
Ir-Riċevitur tad-Data ma jistax:
Jekk ir-Riċevitur tad-Data jagħmel xi waħda minn dawn l-affarijiet, dan jikkostitwixxi nuqqas ta’ eżekuzzjoni fundamentali kif deskritt fil-klawżola 8.1.1 u għandu l-konsegwenzi addizzjonali deskritti fil-klawżola 5.3.2. |
|
5.3.2. |
Fil-każijiet imsemmija fil-klawżola 5.3.1, ir-Riċevitur tad-Data jrid jikkonforma, mingħajr dewmien żejjed, mat-talbiet mid-Detentur tad-Data jew mill-Utent Rikjedenti biex:
|
6. Kumpens għall-għoti ta’ aċċess għad-data
|
Il-Partijiet għandhom, fil-Kuntratt innifsu jew f’Appendiċi separat, jiddeterminaw id-dettalji tal-kumpens. Għandhom jaqblu, tal-inqas, dwar dan li ġej:
|
6.1. (Applikabbli jekk ir-Riċevitur tad-Data jikkwalifika bħala SME/organizzazzjoni ta’ riċerka mingħajr skop ta’ qligħ)
|
6.1.1. |
Ir-Riċevitur tad-Data jiddikjara li huwa SME, kif iddefinit fir-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE, jew organizzazzjoni ta’ riċerka mingħajr skop ta’ qligħ. Jiddikjara wkoll li ma għandux kumpaniji sħab jew assoċjati (“intrapriżi”) kif iddefinit fl-Artikolu 3 tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE li ma jikkwalifikawx bħala SME.
[OPZJONI] [L-evidenza ta’ dan ta’ hawn fuq hija pprovduta fl-Appendiċi 3.] |
|
6.1.2. |
Il-Partijiet jaqblu li r-Riċevitur tad-Data se jikkumpensa lid-Detentur tad-Data [OPZJONI 1] [kif ġej: (speċifika)] [OPZJONI 2] [kif speċifikat fl-Appendiċi 3]. |
|
6.1.3. |
Id-Detentur tad-Data jiddikjara li l-kumpens maqbul ma jaqbiżx il-kostijiet direttament relatati mal-provvista tad-data lir-Riċevitur tad-Data u li huma attribwibbli għat-talba. Dawn il-kostijiet jinkludu l-kostijiet meħtieġa għar-riproduzzjoni u d-disseminazzjoni b’mezzi elettroniċi u l-ħżin tad-data, iżda mhux għall-ġbir jew il-produzzjoni tad-data.
Tiġi pprovduta informazzjoni mid-Detentur tad-Data fl-Appendiċi 3 li tistabbilixxi l-bażi għall-kalkolu tal-kumpens, li tippermetti lir-Riċevitur tad-Data jivverifika li dawn ir-rekwiżiti huma ssodisfati. |
|
6.1.4. |
Ir-Riċevitur tad-Data jinforma lid-Detentur tad-Data immedjatament bi kwalunkwe bidla li tqajjem dubji dwar il-kategorizzazzjoni tiegħu bħala SME.
Meta r-Riċevitur tad-Data ma jibqax jikkwalifika bħala SME, il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jidħlu f’negozjati dwar l-ammont ta’ kumpens raġonevoli. Jekk ma jkun hemm l-ebda ftehim wara perjodu ta’ żmien raġonevoli, id-Detentur tad-Data jista’ jissospendi l-kondiviżjoni tad-Data billi javża lir-Riċevitur tad-Data. F’dan il-każ, id-Detentur tad-Data jrid jiżgura li d-Data tinżamm, sabiex dik id-Data tkun disponibbli għar-Riċevitur tad-Data ladarba jintlaħaq qbil dwar il-kumpens jew tinħareġ deċiżjoni vinkolanti minn awtorità jew qorti kompetenti li tirrikjedi lid-Detentur tad-Data jipprovdi d-Data lir-Riċevitur tad-Data. Id-Detentur tad-Data jġarrab il-kostijiet meħtieġa għaż-żamma tad-Data. Madankollu, ir-Riċevitur tad-Data jrid jikkumpensa lid-Detentur tad-Data għal kwalunkwe dannu ekonomiku mġarrab minħabba li r-Riċevitur tad-Data naqas milli jinforma lid-Detentur tad-Data. |
6.2. (Applikabbli jekk ir-Riċevitur tad-Data ma jikkwalifikax bħala SME/organizzazzjoni ta’ riċerka mingħajr skop ta’ qligħ)
|
6.2.1. |
Il-Partijiet jaqblu li r-Riċevitur tad-Data se jikkumpensa lid-Detentur tad-Data [OPZJONI 1] [kif ġej: (speċifika)] [OPZJONI 2] [kif speċifikat fl-Appendiċi 3].
Tiġi pprovduta informazzjoni mid-Detentur tad-Data fl-Appendiċi 3 li tistabbilixxi l-bażi għall-kalkolu tal-kumpens, li tippermetti lir-Riċevitur tad-Data jivverifika li dawn ir-rekwiżiti huma ssodisfati. |
|
6.2.2. |
(applikabbli fil-każ ta’ kumpens monetarju) Jekk il-ħlas tal-kumpens jiġi ttardjat, ir-Riċevitur tad-Data għandu jħallas lid-Detentur tad-Data l-interess fuq il-kumpens imħallas tard mill-mument meta l-pagament ikun dovut sal-mument tal-ħlas, kif meħtieġ fil-liġi applikabbli. |
|
6.2.3. |
Jekk ir-Riċevitur tad-Data jibda jikkwalifika bħala SME u jinforma lid-Detentur tad-Data kif xieraq, il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jimmodifikaw l-ammont tal-kumpens raġonevoli f’konformità mal-Artikolu 9(4) tal-Att dwar id-Data |
7. Data tal-applikazzjoni, durata tal-Kuntratt u terminazzjoni
7.1. Data tal-applikazzjoni u durata
|
7.1.1. |
Dan il-Kuntratt [OPZJONI 1] [jidħol fis-seħħ minnufih] [OPZJONI 2] [jidħol fis-seħħ minn (speċifika d-data)]. |
|
7.1.2. |
[OPZJONI] [Dan il-Kuntratt jiġi konkluż għal [OPZJONI 1] [perjodu indeterminat] [OPZJONI 2] [perjodu fiss ta’ (speċifika)], soġġett għal kwalunkwe raġuni għall-iskadenza jew għat-terminazzjoni skont dan il-Kuntratt.]
|
|
7.1.3. |
[OPZJONI] [Id-Detentur tad-Data jrid jibda jagħmel id-Data disponibbli għar-Riċevitur tad-Data [OPZJONI 1] [mingħajr dewmien żejjed wara li l-Kuntratt ikun daħal fis-seħħ] [OPZJONI 2] [fi (speċifika d-data u, fejn applikabbli, aktar dettalji dwar iż-żmien)].]
|
7.2. Terminazzjoni
|
7.2.1. |
Irrispettivament mill-perjodu tal-kuntratt maqbul skont il-klawżola 7.1.1, u mingħajr preġudizzju għall-klawżola 2.4.3, dan il-Kuntratt jittermina:
|
|
7.2.2. |
Ir-Riċevitur tad-Data jista’ jittermina l-Kuntratt fi kwalunkwe mument matul il-perjodu tal-kuntratt billi javża lid-Detentur tad-Data (daħħal il-perjodu) minn qabel. Ir-Riċevitur tad-Data jrid jinnotifika lill-Utent Rikjedenti li l-Kuntratt ġie tterminat.
[OPZJONI] Meta r-Riċevitur tad-Data jittermina l-Kuntratt skont din il-klawżola qabel (daħħal il-punt fiż-żmien jew il-perjodu minimu tal-Kuntratt), dan irid jikkumpensa lid-Detentur tad-Data għall-kostijiet imġarrba mid-Detentur tad-Data biex jagħmel id-Data disponibbli, kif ġej: (speċifika).
|
7.3. Effetti tal-iskadenza u tat-terminazzjoni
|
7.3.1. |
L-iskadenza tal-perjodu tal-kuntratt jew it-terminazzjoni ta’ dan il-Kuntratt jeħilsu liż-żewġ Partijiet mill-obbligu tagħhom li jwettqu u li jirċievu l-prestazzjoni futura iżda ma taffettwax id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet li jkunu akkumulaw sal-mument tal-iskadenza jew tat-terminazzjoni.
L-iskadenza jew it-terminazzjoni ma taffettwa l-ebda dispożizzjoni li għandha topera anke wara li l-Kuntratt ikun intemm, b’mod partikolari kwalunkwe limitazzjoni fuq l-użu u l-kondiviżjoni permissibbli tad-Data mir-Riċevitur tad-Data skont il-klawżola 5, il-klawżola 4 dwar is-sigrieti kummerċjali, il-klawżola 9.1 dwar il-kunfidenzjalità, il-klawżola 9.5 dwar il-liġi applikabbli u l-klawżola 9.7 dwar is-soluzzjoni tat-tilwim. |
|
7.3.2. |
[OPZJONI 1] [Id-Detentur tad-Data jrid jieħu l-miżuri xierqa ta’ appoġġ għall-ħruġ li r-Riċevitur tad-Data jista’ raġonevolment jistenna.] [OPZJONI 2] [Id-Detentur tad-Data jrid jieħu l-miżuri ta’ appoġġ għall-ħruġ li ġejjin: (speċifika)]
|
8. Rimedji għall-ksur tal-kuntratt
|
Il-Partijiet jaf ikunu jixtiequ li jaqblu mhux biss dwar id-drittijiet u l-obbligi speċifiċi għad-data (li ħafna minnhom diġà jsegwu mill-Att dwar id-Data) iżda wkoll dwar kwistjonijiet tad-dritt kuntrattwali ġenerali– bħad-drittijiet u r-rimedji ta’ parti kontraenti fejn ikun hemm nuqqas ta’ eżekuzzjoni min-naħa tal-parti kontraenti l-oħra. Għal kwistjonijiet bħal dawn tad-dritt kuntrattwali ġenerali, il-Partijiet jaf ikunu jixtiequ jiddependu fuq regoli statutorji prestabbiliti, jew fuq mudelli oħra tal-kuntratti. Jekk ikunu jixtiequ jużaw dawn il-mudelli ta’ termini kuntrattwali, huma għandhom jiżguraw li dawn ikunu kompatibbli ma’ kwalunkwe liġi nazzjonali obbligatorja li tista’ tkun applikabbli għall-Kuntratt. |
8.1. Każijiet ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni
|
8.1.1. |
Nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ obbligu minn Parti huwa fundamentali jekk:
|
|
8.1.2. |
In-nuqqas ta’ eżekuzzjoni minn Parti jiġi skużat jekk ikun dovut għal impediment lil hinn mill-kontroll tagħha u jekk dik il-Parti ma setgħetx b’mod raġonevoli tkun mistennija li tqis l-impediment fiż-żmien tal-konklużjoni ta’ dan il-Kuntratt, jew li tevita jew tegħleb l-impediment jew il-konsegwenzi tiegħu.
Meta l-impediment ikun biss temporanju, l-iskużar tan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni mill-Parti jgħodd għall-perjodu li matulu jkun jeżisti l-impediment. Madankollu, jekk id-dewmien jammonta għal nuqqas ta’ eżekuzzjoni fundamentali, il-Parti l-oħra tista’ tqisu bħala tali. Il-Parti inadempjenti trid tiżgura li l-avviż tal-impediment u tal-effett tiegħu fuq il-kapaċità tagħha tal-eżekuzzjoni jiġi rċevut mill-Parti l-oħra mingħajr dewmien żejjed wara li l-Parti inadempjenti tkun saret taf jew tista’ tkun raġonevolment mistennija li tkun saret taf b’dawn iċ-ċirkostanzi. Il-Parti l-oħra hija intitolata għad-danni ekonomiċi li jirriżultaw min-nuqqas ta’ riċevuta ta’ tali avviż. |
8.2. Rimedji għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni
|
8.2.1. |
F’każ ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni minn Parti, il-Parti l-oħra għandu jkollha r-rimedji elenkati fil-klawżoli li ġejjin, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju disponibbli skont il-liġi applikabbli. |
|
8.2.2. |
Ir-rimedji li ma humiex inkompatibbli jistgħu jiġu akkumulati. |
|
8.2.3. |
Parti ma tistax tirrikorri għal rimedju sal-punt li tikkawża n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-Parti l-oħra, bħal meta nuqqas fl-infrastruttura tad-data tagħha stess ma ppermettiex lill-Parti l-oħra twettaq l-obbligi tagħha kif xieraq. Lanqas ma tista’ Parti tinvoka talba għad-danni mġarrba sal-punt li setgħet naqqset id-dannu billi tieħu passi raġonevoli. |
|
8.2.4. |
Il-Parti leża tista’:
|
|
8.2.5. |
[OPZJONI] Meta Parti tonqos milli twettaq l-obbligi tagħha skont dan il-Kuntratt hija għandha, fi kwalunkwe każ, tħallas il-penali stabbiliti fid-dettall fl-Appendiċi 5, li l-Partijiet iqisu bħala danni skont it-tifsira tal-klawżola 8.2.4(d). Il-Parti inadempjenti għandha d-dritt li titlob li l-penali titnaqqas għal ammont raġonevoli jekk tkun kapaċi turi li l-penali hija eċċessiva ħafna fir-rigward tad-dannu li jirriżulta min-nuqqas ta’ eżekuzzjoni.
|
9. Dispożizzjonijiet ġenerali
9.1. Kunfidenzjalità
|
9.1.1. |
L-informazzjoni li ġejja trid titqies bħala kunfidenzjali:
|
|
9.1.2. |
Iż-żewġ Partijiet jaqblu li jieħdu l-miżuri raġonevoli kollha biex jaħżnu l-informazzjoni kunfidenzjali b’mod sigur u li ma jagħmlux disponibbli tali informazzjoni għal kwalunkwe parti terza, sakemm:
|
|
9.1.3. |
Fi kwalunkwe każ, id-Detentur tad-Data jista’ jiżvela jew jagħmel disponibbli [OPZJONI 1] [il-Kuntratt lill-Utent Rikjedenti] [OPZJONI 2] [tali informazzjoni lill-Utent Rikjedenti kif meħtieġa sabiex id-Detentur tad-Data juri l-konformità mal-obbligi tiegħu (i) fir-rigward tar-Riċevitur tad-Data skont l-Artikolu 5 tal-Att dwar id-Data jew (ii) li jirriżultaw minn Kuntratt konkluż mal-Utent Rikjedenti skont l-Artikolu 4(6) tal-Att dwar id-Data]. |
|
9.1.4. |
Dawn l-obbligi ta’ kunfidenzjalità jibqgħu applikabbli wara t-terminazzjoni tal-Kuntratt għal perjodu ta’ (speċifika l-perjodu). |
|
9.1.5. |
Dawn l-obbligi ta’ kunfidenzjalità ma jneħħu l-ebda obbligu aktar strett skont (i) il-GDPR, (ii) id-dispożizzjonijiet li jimplimentaw id-Direttiva 2002/58/KE jew id-Direttiva (UE) 2016/943, jew (iii) kwalunkwe liġi oħra tal-Unjoni jew tal-Istati Membri. |
9.2. Nondiskriminazzjoni
Id-Detentur tad-Data jiddikjara li t-termini ta’ dan il-Kuntratt u kwalunkwe prattika relatata mat-twettiq tiegħu ma jiddiskriminawx bejn kategoriji komparabbli ta’ Riċevituri tad-Data, inkluż kwalunkwe waħda mill-kumpaniji sħab jew assoċjati (“intrapriżi”) tagħhom, kif iddefiniti fl-Artikolu 3 tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE, meta jagħmlu d-data disponibbli.
Jekk ir-Riċevitur tad-Data jqis il-kundizzjonijiet skont liema tkun saret disponibbli għalihom id-data bħala diskriminatorji, id-Detentur tad-Data jrid, fuq talba tar-Riċevitur tad-Data, jipprovdi mingħajr dewmien żejjed informazzjoni li turi li ma kien hemm l-ebda diskriminazzjoni.
9.3. Mezzi ta’ komunikazzjoni
Kwalunkwe notifika jew komunikazzjoni oħra meħtieġa minn dan il-Kuntratt trid tkun bil-miktub u tista’ tiġi kkonsenjata bl-idejn, mibgħuta bil-posta mħallsa minn qabel, jew trażmessa b’mezzi elettroniċi, inkluża l-posta elettronika, dment li l-mittent iżomm prova li tkun intbagħtet lill-indirizzi elenkati hawn taħt:
|
Parti |
Persuna ta’ Kuntatt |
Posta elettronika |
Telefown |
Indirizz |
|
Utent |
[Isem]/[Kariga] |
[Posta elettronika] |
[Telefown] |
[Indirizz] |
|
Riċevitur tad-Data |
[Isem]/[Kariga] |
[Posta elettronika] |
[Telefown] |
[Indirizz] |
Kwalunkwe tali avviż jew komunikazzjoni titqies li tkun ġiet riċevuta:
|
(a) |
jekk tiġi kkonsenjata bl-idejn, fid-data tal-konsenja; |
|
(b) |
jekk tintbagħat bil-posta mħallsa minn qabel, fit-tielet jum ta’ xogħol wara li tintbagħat; |
|
(c) |
jekk tintbagħat b’mezzi elettroniċi, fid-data tat-trażmissjoni, dment li l-mittent ma jkun irċieva l-ebda messaġġ ta’ żball li jindika n-nuqqas ta’ konsenja. |
9.4. Kuntratt sħiħ, emendi u separabbiltà
|
9.4.1. |
Dan il-Kuntratt (flimkien mal-Appendiċijiet tiegħu msemmija fil-Kuntratt) jikkostitwixxi l-Kuntratt sħiħ bejn il-Partijiet fir-rigward tas-suġġett ta’ dan il-Kuntratt u jissostitwixxi l-kuntratti u l-qbil preċedenti kollha bejn il-Partijiet, bil-fomm jew bil-miktub, fir-rigward tas-suġġett ta’ dan il-Kuntratt. |
|
9.4.2. |
Kwalunkwe emenda ta’ dan il-Kuntratt se tkun valida biss jekk tiġi maqbula bejn il-Partijiet bil-miktub, inkluż fi kwalunkwe forma elettronika. |
|
9.4.3. |
Jekk kwalunkwe dispożizzjoni ta’ dan il-Kuntratt tinstab li hija bla effett, invalida, annullabbli jew mhux infurzabbli għal kwalunkwe raġuni, u jekk din id-dispożizzjoni tkun tista’ tiġi sseparata mit-termini li jifdal tal-Kuntratt, dawn id-dispożizzjonijiet li jifdal jibqgħu validi u infurzabbli. Kwalunkwe lakuna jew ambigwità li tirriżulta f’dan il-Kuntratt trid tiġi ttrattata f’konformità mal-klawżola 9.6. |
9.5. Liġi applikabbli
Dan il-Kuntratt irid jiġi rregolat mil-liġi ta’ (speċifika l-Istat Membru).
9.6. Interpretazzjoni
|
9.6.1. |
Dan il-Kuntratt huwa konkluż mill-Partijiet fl-isfond tad-drittijiet u l-obbligi tal-Partijiet skont l-Att dwar id-Data. Kwalunkwe dispożizzjoni f’dan il-Kuntratt trid tiġi interpretata sabiex tikkonforma mal-Att dwar id-Data u mal-liġi tal-Unjoni jew leġiżlazzjoni nazzjonali oħra adottata f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, kif ukoll ma’ kwalunkwe liġi nazzjonali applikabbli li hija kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni u ma tistax issir deroga minnha bi ftehim. |
|
9.6.2. |
Jekk ikun hemm xi lakuna jew ambigwità f’dan il-Kuntratt li ma tistax tiġi solvuta bil-mod imsemmi fil-klawżola 9.6.1, dan il-Kuntratt irid jiġi interpretat fid-dawl tar-regoli ta’ interpretazzjoni previsti mil-liġi applikabbli (ara l-klawżola 9.5). |
9.7. Soluzzjoni tat-tilwim
|
9.7.1. |
Il-Partijiet jaqblu li jagħmlu l-almu tagħhom biex isolvu t-tilwim amikevolment u, qabel ma jressqu kawża quddiem qorti jew tribunal, jissottomettu t-tilwima tagħhom lil (daħħal l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt ta’ korp partikolari għas-soluzzjoni tat-tilwim jew, għal tilwim fil-kompetenza tiegħu, irreferi għal kwalunkwe korp għas-soluzzjoni tat-tilwim fi Stat Membru li jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 10 tal-Att dwar id-Data).
[OPZJONI] [Il-qrati ta’ (speċifika l-Istat Membru) ikollhom ġuriżdizzjoni esklużiva biex jisimgħu l-kawża dwar dan il-Kuntratt.] Appendiċi 1 (evidenza dwar it-talba u, jekk applikabbli, kwalunkwe mandat) [Għandu jiġi abbozzat mill-Partijiet] Appendiċi 2 (dettalji tad-data koperta mill-Kuntratt u tal-arranġamenti ta’ aċċess)
A. Speċifikazzjoni tal-kontenut tad-Data L-appendiċi għandu jagħżel u jelenka d-Data ta’ Prodott u d-Data ta’ Servizz(i) Relatat(i) koperta mill-Kuntratt, bl-indikazzjoni tal-kontenut tad-Data u tal-frekwenza tal-ġbir (lista strutturata ta’ punti ta’ data jew kategoriji preċiżi ta’ data). B. Durata taż-żamma L-Appendiċi għandu jindika d-durata taż-żamma, sabiex l-Utent jiġi infurmat dwar id-durata tad-disponibbiltà tad-Data. Dan jista’ jsir b’mod granulari għal kull punt ta’ data jew grupp ta’ punti ta’ data. C. Reġim tad-data L-Appendiċi għandu jispeċifika hawnhekk jekk id-Data kollha jew parti minnha hijiex data partikolari rregolata mnn reġim speċifiku. L-Appendiċi jista’, pereżempju, jindika jekk id-Data tikkwalifikax bħala data personali u liema data tikkwalifika. D. Struttura u format tad-data L-Appendiċi għandu jispeċifika hawnhekk f’liema format strutturat, użat b’mod komuni u li jinqara mill-magni għandha ssir disponibbli d-data. E. Mezz ta’ trasferiment/aċċess L-Appendiċi għandu jispeċifika hawnhekk permezz ta’ liema mezz elettroniku sigur u konvenjenti se ssir disponibbli d-Data mid-Detentur tad-Data għar-Riċevitur tad-Data, permezz ta’ trasferiment jew aċċess. F. Żmien tal-aċċess għad-Data L-Appendiċi għandu jispeċifika r-rata, il-frekwenza u parametri oħrajn relatati maż-żmien tal-aċċess għad-Data, bħal, pereżempju, f’ħin reali, kważi f’ħin reali, kontinwament, mingħajr dewmien żejjed, b’ċerta frekwenza. G. Data tal-bidu L-Appendiċi għandu jispeċifika d-data tal-bidu li fiha d-Detentur tad-Data se jagħmel id-Data disponibbli għar-Riċevitur tad-Data. H. Informazzjoni meħtieġa għall-eżerċitar tad-drittijiet ta’ aċċess tar-Riċevitur tad-Data L-Appendiċi jista’ jispeċifika hawnhekk l-informazzjoni meħtieġa biex ir-Riċevitur tad-Data jkun jista’ jeżerċita d-drittijiet ta’ aċċess tiegħu. Din tista’ tinkludi persuna ta’ kuntatt biex issolvi kwistjonijiet tekniċi, fuq in-naħa tad-Detentur tad-Data kif ukoll fuq in-naħa tar-Riċevitur tad-Data. Appendiċi 3 (evidenza dwar id-daqs tar-Riċevitur tad-Data u dettalji tal-kalkolu tal-kumpens) [Għandu jiġi abbozzat mill-Partijiet] Appendiċi 4 (Sigrieti Kummerċjali) [Għandu jiġi abbozzat mill-Partijiet] |
ANNESS V
MUDELLI TA’ TERMINI KUNTRATTWALI
għal kuntratti għall-kondiviżjoni volontarja ta’ data bejn l-Entitajiet li Jikkondividu d-Data u r-Riċevituri tad-Data
|
Dawn il-mudelli ta’ termini kuntrattwali huma mfassla għal kuntratti fejn il-kondiviżjoni tad-data hija volontarja bejn Entità li Tikkondividi d-Data u Riċevitur tad-Data, jiġifieri l-Entità li Tikkondividi d-Data ma hijiex obbligata li tikkondividi d-data skont ir-Regolament (UE) 2023/2854 (hawnhekk imsejjaħ l-“Att dwar id-Data”) jew skont kwalunkwe obbligu legali ieħor li jinsab fil-liġi tal-Unjoni (bħall-Artikoli 6(9) u 6(10) tal-Att dwar is-Swieq Diġitali) jew fil-liġi nazzjonali. In-novità ewlenija tal-Att dwar id-Data għal tali relazzjonijiet hija li fl-Artikolu 13 tiegħu fih kontroll għall-klawżoli kuntrattwali inġusti. It-termini kuntrattwali li jikkonċernaw l-aċċess għad-data u l-użu tagħha, jew ir-responsabbiltà u r-rimedji għal ksur jew it-terminazzjoni ta’ obbligi relatati mad-data, li jkunu ġew imposti unilateralment minn intrapriża fuq intrapriża oħra, ma jkunux vinkolanti jekk ikunu inġusti. Filwaqt li dan il-Kuntratt ma huwiex maħsub biex jissostitwixxi l-kondiviżjoni volontarja tad-data li diġà teżisti, jista’ jintuża bħala punt ta’ riferiment għall-valutazzjoni ta’ jekk il-klawżoli f’kuntratti eżistenti humiex ġusti. F’każijiet ta’ kondiviżjoni obbligatorja tad-data ta’ data ta’ prodotti u ta’ data ta’ servizzi relatati skont l-Att dwar id-Data, jekk jogħġbok uża jew il-“Mudelli ta’ Termini Kuntrattwali għall-kuntratti bejn id-Detenturi tad-Data u r-Riċevituri tad-Data dwar il-provvista ta’ data fuq talba tal-utenti ta’ prodotti konnessi u servizzi relatati” (l-Artikolu 5 tal-Att dwar id-Data) jew il-“Mudelli ta’ Termini Kuntrattwali għall-kuntratti dwar l-aċċess u l-użu tad-data bejn id-Detenturi tad-Data u l-utenti ta’ prodotti konnessi u servizzi relatati” (l-Artikolu 4 tal-Att dwar id-Data). Xenarji obbligatorji oħra ta’ kondiviżjoni tad-data għandhom jiġu ttrattati separatament mill-Partijiet, biex jiġi żgurat li jiġu osservati kemm l-obbligi skont ir-regola legali speċifika kif ukoll l-obbligi skont il-Kapitolu III tal-Att dwar id-Data. Jistgħu japplikaw settijiet dedikati ta’ termini żviluppati mill-Kummissjoni Ewropea jew minn Stat Membru għal xenarju ta’ kondiviżjoni tad-data obbligatorja ta’ dan it-tip. |
1. Partijiet għall-Kuntratt
Dan il-Kuntratt dwar l-aċċess għad-data u l-użu tagħha huwa konkluż bejn
(daħħal l-isem, id-dettalji ta’ kuntatt u referenzi ulterjuri) (“Entità li Tikkondividi d-Data”)
u
(daħħal l-isem, id-dettalji ta’ kuntatt u referenzi ulterjuri) (“Riċevitur tad-Data”)
f’dan il-Kuntratt imsejħa kollettivament “il-Partijiet” u individwalment “il-Parti”.
|
Entità li Tikkondividi d-Data tista’ tkun kwalunkwe intrapriża li:
Ta’ min jinnota li għall-kondiviżjoni tad-data personali, hija meħtieġa l-konformità mal-liġi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data (inkluża l-ħtieġa ta’ bażi legali, u, fejn id-data tiġi kondiviża ma’ Riċevitur tad-Data f’pajjiż terz, il-konformità mar-rekwiżiti għat-trasferimenti internazzjonali tad-data). Għall-każijiet ta’ użu relatati mal-Att dwar id-Data, l-Entità li Tikkondividi d-Data tista’ tkun pereżempju:
Għall-każijiet ta’ użu, l-Entità li Tikkondividi d-Data tista’ tkun pereżempju:
Riċevitur tad-Data jista’ jkun kwalunkwe intrapriża li l-Entità li Tikkondividi d-Data tagħmel id-data disponibbli għaliha, u li tirċievi u tuża d-data għall-finijiet kummerċjali proprji tagħha fl-ambitu ta’ dan il-Kuntratt bħala l-kontroparti tal-Entità li Tikkondividi d-Data. Id-definizzjoni ta’ Riċevitur tad-Data f’dan il-Kuntratt tkopri kwalunkwe parti li tirċievi kwalunkwe tip ta’ kondiviżjoni tad-data, mhux biss Riċevituri tad-Data fi ħdan ix-xenarji ta’ kondiviżjoni tad-data obbligatorja skont l-Att dwar id-Data. |
2. Data koperta mill-Kuntratt
Id-data koperta minn dan il-Kuntratt tikkonsisti fid-Data identifikata fl-Appendiċi 1 (“id-Data”). Jekk id-Data kollha pprovduta taħt dan il-Kuntratt jew parti minnha tkun koperta minn reġim speċifiku (ħlief għad-data personali kif speċifikament indirizzata taħt il-klawżola 3.2), l-Entità li Tikkondividi d-Data timpenja ruħha li tidentifika tali data fl-Appendiċi 2, kif ukoll li tieħu miżuri xierqa biex tipproteġi tali Data f’konformità mar-reġim applikabbli.
|
Identifikazzjoni ta’ reġimi speċifiċi Peress li dawn it-termini huma relatati mal-kondiviżjoni purament volontarja tad-data, l-Entità li Tikkondividi d-Data ma għandha l-ebda obbligu li tikkondividi kwalunkwe data li tkun koperta taħt reġim legali speċjali (b’mod speċjali u għall-kuntrarju tal-kondiviżjoni obbligatorja tad-data skont l-Att dwar id-Data, ma hemm l-ebda obbligu li tiġi kondiviża data protetta bħala sigrieti kummerċjali). Jekk id-data taħt ir-reġim speċifiku ma tiġix kondiviża, ma hemmx bżonn li tiġi elenkata fl-Appendiċi 2; madankollu, jekk tiġi kondiviża, trid tiġi elenkata u protetta kif xieraq. Id-data identifikata bħala tali fl-Appendiċi 2 tista’ tkun, pereżempju:
Id-deskrizzjoni tad-Data koperta mir-reġim legali rilevanti għandha tiġi kkompletata bl-informazzjoni meħtieġa għall-użu legali u sikur tad-Data mir-Riċevitur tad-Data (pereżempju fil-każ tal-protezzjoni tal-PI, l-informazzjoni dwar il-liċenzjar u d-drittijiet tal-awtur ta’ partijiet terzi). Il-każ speċifiku tal-ispazji komuni Ewropej tad-data F’xi sitwazzjonijiet, id-data tista’ tiġi kondiviża fil-kuntest ta’ Spazju komuni Ewropew tad-Data speċifiku għad-dominju. Din il-kondiviżjoni tad-data għandha tiġi implimentata f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament rilevanti applikabbli għal tali Spazju tad-Data, meta tkun ikkonċernata l-kondiviżjoni obbligatorja tad-data skont tali Regolament. Barra mill-ambitu tal-kondiviżjoni obbligatorja tad-data skont ir-Regolament rilevanti applikabbli għal Spazju tad-Data, il-kondiviżjoni volontarja tad-data tibqa’ possibbli. F’dan il-każ, jista’ jintuża dan is-sett ta’ termini. |
3. Bażi għall-Kuntratt
3.1. Oriġini tad-data
|
3.1.1. |
L-Entità li Tikkondividi d-Data b’dan tiddikjara li d-Data pprovduta taħt dan il-Kuntratt toriġina mis-sorsi li ġejjin: (Jekk jogħġbok speċifika s-sorsi kollha tad-Data u, jekk possibbli, id-Data pprovduta minn kull sors)
|
|
3.1.2. |
L-Entità li Tikkondividi d-Data tiddikjara li:
|
|
3.1.3. |
(jekk applikabbli) Peress li d-Data fiha data ta’ prodott jew ta’ servizz relatat (kif iddefinita fl-Att dwar id-Data) u l-Entità li Tikkondividi d-Data taħt dan il-Kuntratt kisbet aċċess għaliha f’konformità mal-Artikolu 4 tal-Att dwar id-Data fir-rwol tagħha bħala Utent, ir-Riċevitur tad-Data jiddikjara li ma huwiex maħtur bħala gwardjan skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2022/1925 (“l-Att dwar is-Swieq Diġitali”). |
|
3.1.4. |
[OPZJONI] [Kull Parti għandha tiżgura li d-Data, il-fajls jew is-software kollha trażmessi lill-Parti l-oħra taħt dan il-Kuntratt ikunu ħielsa minn kwalunkwe virus, malware, ransoware, jew kodiċi ieħor li jagħmel ħsara li jista’ jikkomprometti l-integrità, is-sigurtà, jew il-funzjonalità tas-sistemi tal-Parti l-oħra.] |
|
3.1.5. |
[OPZJONI] [Kull Parti għandha tiżgura li d-Data, il-fajls jew is-software kollha trażmessi lill-Parti l-oħra taħt dan il-Kuntratt jirriżultaw minn attivitajiet ta’ ġbir ta’ data li jikkonformaw mal-istandards (speċifika: professjonali, etiċi, tal-industrija, taċ-ċibersigurtà, tar-riċerka u/jew tal-IA) applikabbli.] |
3.2. Konformità mal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data u l-privatezza
|
3.2.1. |
Sa fejn id-Data tikkwalifika bħala data personali, kull Parti tiddikjara li tikkonforma mar-Regolament (UE) 2016/679 (“GDPR”) u, fejn rilevanti, mad-Direttiva 2002/58/KE, kif ukoll ma’ kwalunkwe liġi oħra applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data. |
|
3.2.2. |
Fl-Appendiċi 3, il-Partijiet iridu jelenkaw id-dettalji dwar liema Data tikkwalifika bħala data personali, kif ukoll l-obbligi rispettivi tal-Partijiet fir-rigward tal-ipproċessar ta’ tali data personali skont dan il-Kuntratt.
|
3.3. Ineżattezza tad-dikjarazzjonijiet
|
3.3.1. |
Kwalunkwe Parti li ssir konxja li kwalunkwe dikjarazzjoni msemmija f’din il-klawżola ma hijiex, jew ma tkunx għadha, akkurata, jew ma hix se tibqa’ akkurata fil-futur prevedibbli, għandha, mingħajr dewmien żejjed, tavża lill-Parti l-oħra, sakemm il-Parti l-oħra ma tkunx diġà konxja jew suppost konxja mill-fatt. |
|
3.3.2. |
Meta ssir konxja minn din is-sitwazzjoni, il-Parti kkonċernata jeħtiġilha tieħu azzjoni xierqa u tirrettifika l-ineżattezza tad-dikjarazzjoni, sa fejn ikun possibbli. Jekk is-sitwazzjoni ma tkunx u ma tistax tiġi rrettifikata, dan il-Kuntratt irid jiġi tterminat permezz ta’ avviż ta’ terminazzjoni bil-miktub li jsemmi r-raġunijiet għat-terminazzjoni mogħtija minn kwalunkwe Parti lill-oħra. It-terminazzjoni għandha effett immedjat. Fejn l-ineżattezza taffettwa biss parti mid-Data koperta minn dan il-Kuntratt, it-terminazzjoni trid tidħol fis-seħħ biss għall-parti rilevanti. |
|
3.3.3. |
L-effetti ulterjuri tat-terminazzjoni huma rregolati mill-klawżola 9.3. |
4. Li d-data ssir disponibbli
4.1. Karatteristiċi tad-data
|
L-Entità li Tikkondividi d-Data tista’ tagħti diversi gradi ta’ impenn fir-rigward tad-Data pprovduta, mill-aktar impenn bażiku li se tiġi pprovduta bil-metadata, li tagħmilha intelliġibbli, għall-aktar impenn strett li se tkun adattata għall-finijiet ikkontemplati mir-Riċevitur tad-Data u/jew se tkun eżawrjenti u akkurata. Il-Partijiet jistgħu jagħżlu opzjonijiet minn fost dawn li ġejjin. Barra minn hekk, huwa possibbli għall-Partijiet li jżidu kwalunkwe rekwiżit addizzjonali li jagħmel sens mill-perspettiva tas-sitwazzjoni speċifika tal-kondiviżjoni tad-data: pereżempju, meta d-Data tiġi kondiviża għal finijiet ta’ riċerka, l-objettiv tar-riproduċibbiltà tar-riċerka jista’ jirrikjedi li l-frekwenza u l-perjodu taż-żamma ta’ kull verżjoni aġġornata tas-sett tad-data jiġu speċifikati, f’liema każ dawn l-elementi jistgħu jiżdiedu fit-taqsima “rekwiżiti speċifiċi tal-kwalità” hawn taħt. |
L-Entità li Tikkondividi d-Data għandha tagħmel id-Data disponibbli għar-Riċevitur tad-Data:
|
(a) |
bl-istess kwalità li biha hija disponibbli għall-Entità li Tikkondividi d-Data; u |
|
(b) |
flimkien mal-metadata, it-tabelli tad-dominju, is-semantika, l-informazzjoni dwar il-liċenzjar u informazzjoni oħra rilevanti meħtieġa sabiex id-Data tkun tista’ tinftiehem mir-Riċevitur tad-Data. |
[OPZJONI] (c) [u (Jekk jogħġbok agħżel, jekk applikabbli, opzjoni waħda jew aktar kif xieraq)
|
i) |
Id-Data ssir disponibbli f’format komprensiv, strutturat, użat b’mod komuni u li jinqara mill-magni. Il-Partijiet iqisu li dan ir-rekwiżit ikun issodisfat bl-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin dwar id-Data: (Jekk jogħġbok speċifika) |
|
ii) |
Id-Data ssir disponibbli f’konformità mal-prinċipji FAIR (Findable, Accessible, Interoperable, Reusable – traċċabbli, aċċessibbli, interoperabbli u riutilizzabbli) kif deskritt ulterjorment fuq www.go-fair.org/fair-principles: [OPZJONI] [(Jekk jogħġbok iddeskrivi kif għandhom jiġu ssodisfati l-kriterji FAIR)]
|
|
(iii) |
Id-Data tiġi adattata għall-kuntest li ġej tal-ipproċessar mill-Entità li Tikkondividi d-Data f’konformità mal-aspettattivi tas-soltu: (Jekk jogħġbok żid deskrizzjoni qasira) |
|
(iv) |
Id-Data hija adattata għall-objettivi segwiti mir-Riċevitur tad-Data: (Jekk jogħġbok żid deskrizzjoni qasira) |
|
(v) |
L-Entità li Tikkondividi d-Data għandha tagħmel dan li ġej disponibbli għar-Riċevitur tad-Data: (Jekk jogħġbok żid/neħħi/ikkompleta r-rekwiżiti speċifiċi tal-kwalità) |
|
— |
Sett tad-data eżawrjenti, jiġifieri d-Data jkun fiha d-Data kollha fil-pussess tal-Entità li Tikkondividi d-Data fl-ambitu ta’ dan il-Kuntratt; u/jew |
|
— |
Sett ta’ data aġġornat, jiġifieri d-Data tkun tirrifletti d-Data fil-pussess tal-Entità li Tikkondividi d-Data fid-data li fiha jiġi ffirmat dan il-Kuntratt; u/jew |
|
— |
Sett ta’ data akkurat, jiġifieri d-Data tkun ġiet ittrattata mill-Entità li Tikkondividi d-Data u – sa fejn taf hi – hija mingħajr żbalji, korretta u affidabbli; u/jew |
|
— |
Sett tad-data li jikkonforma mal-istandards li ġejjin: (speċifika, eż. l-interoperabbiltà, l-aċċessibbiltà, is-sigurtà, eċċ.) |
|
— |
Sett ta’ data disponibbli f’format miftuħ, jiġifieri format li ma huwiex proprjetarju u li jista’ jintuża minn kulħadd, jiġifieri: (speċifika)]. |
4.2. Obbligi tal-Entità li Tikkondividi d-Data fir-rigward tal-aċċess għad-Data
|
L-Entità li Tikkondividi d-Data tista’ tagħmel id-Data disponibbli b’modi differenti, jew billi tagħti jew iżżomm kontroll tekniku tad-Data (mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali mogħtija jew miżmuma). Pereżempju, il-Partijiet jistgħu jaqblu li r-Riċevitur tad-Data jirkupra d-Data mill-prodott jew mis-servizz (opzjoni a) jew mill-ambjent tal-Entità li Tikkondividi d-Data (opzjoni b), jew li l-Entità li Tikkondividi d-Data tittrasferixxi d-Data lill-ambjent tar-Riċevitur tad-Data (opzjoni c).
Il-partijiet jistgħu jaqblu wkoll li d-Data ma tiġix ittrasferita lir-Riċevitur tad-Data iżda tkun disponibbli għall-ipproċessar fl-ambjent tal-Entità li Tikkondividi d-Data. Dan ikun speċjalment rilevanti f’sitwazzjoni li tinvolvi data personali (opzjoni D).
Meta d-Data ssir disponibbli taħt waħda jew aktar minn dawn l-opzjonijiet, jeħtieġ li jiġu implimentati miżuri differenti ta’ sigurtà tad-data mill-Partijiet biex jiġu żgurati l-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibbiltà inizjali u kontinwa tad-Data. Minbarra s-salvagwardji legali dwar id-data personali li huma deskritti fi 3.2. (rispettivament fl-Appendiċi 3), il-miżuri ta’ sigurtà (kif deskritti ulterjorment fl-Appendiċi 4) għandhom ikopru wkoll aspetti tekniċi u organizzattivi rigward, pereżempju:
|
|
4.2.1. |
L-Entità li Tikkondividi d-Data għandha tagħmel id-Data disponibbli għar-Riċevitur tad-Data permezz ta’
B’dan, l-Entità li Tikkondividi d-Data tagħti lir-Riċevitur tad-Data d-dritt mhux trasferibbli u li ma jistax jiġi subliċenzjat li jaċċessa d-Data fl-ambjent deskritt hawn fuq biss għall-fini u għat-tul ta’ żmien speċifikati f’dan il-Kuntratt. L-Entità li Tikkondividi d-Data tirriżerva d-dritt li tissospendi l-aċċess għall-ambjent jekk jinstab użu mhux konformi. |
|
4.2.2. |
Għall-fini tal-klawżola 4.2.1, l-ambjent tal-Entità li Tikkondividi d-Data u l-ambjent tar-Riċevitur tad-Data għandhom jitqiesu li jinkludu:
|
|
4.2.3. |
L-Entità li Tikkondividi d-Data għandha tagħmel id-Data disponibbli għar-Riċevitur tad-Data f’konformità mar-rekwiżiti taż-żmien/mal-kalendarju li ġejjin: (Daħħal iż-żmien, eż. kuljum, ħin speċifiku, il-frekwenza, ħin reali) u/jew kalendarju dettaljat jew il-limitu ta’ żmien)
[OPZJONI] [Jekk, matul it-terminu ta’ dan il-Kuntratt, l-Entità li Tikkondividi d-Data tikseb pussess ta’ verżjoni aġġornata jew ikkoreġuta tad-Data, hija timpenja ruħha li tagħmel tali verżjoni aġġornata jew ikkoreġuta disponibbli għar-Riċevitur tad-Data mingħajr dewmien żejjed wara li ssir disponibbli għal-Entità li Tikkondividi d-Data. Meta d-Data tiġi aġġornata u kkoreġuta kontinwament, din issir disponibbli għar-Riċevitur tad-Data (speċifika: kuljum / kull ġimgħa / kull xahar).] [OPZJONI] L-Entità li Tikkondividi d-Data se tiżgura li kull verżjoni ġdida tas-sett tad-data tiġi ttikkettata kif suppost, u li l-verżjonijiet preċedenti jibqgħu disponibbli għar-Riċevitur għad-durata tal-Kuntratt u għal perjodu ta’ (speċifika) wara. [OPZJONI] Id-Data tinżamm mill-Entità li Tikkondividi d-Data għal durata ta’ (speċifika), u wara dan ma tibqax aċċessibbli għar-Riċevitur tad-Data. |
|
4.2.4. |
L-Entità li Tikkondividi d-Data jeħtiġilha tipprovdi lir-Riċevitur tad-Data bil-mezzi u bl-informazzjoni meħtieġa biex jaċċessa jew jirċievi d-Data f’konformità ma’ dan il-Kuntratt. Dan jinkludi, b’mod partikolari:
[OPZJONI] Il-Partijiet b’dan jaqblu li dawn il-mezzi u l-informazzjoni jinkludu dan li ġej: (speċifika). |
4.3. Obbligi tar-Riċevitur tad-Data fir-rigward tal-aċċess għad-Data
|
4.3.1. |
Ir-Riċevitur tad-Data għandu jipprovdi lil-Entità li Tikkondividi d-Data bl-informazzjoni teknika u d-Data rilevanti meħtieġa għall-issodisfar tar-rekwiżiti stabbiliti hawn fuq mill-Entità li Tikkondividi d-Data. |
|
4.3.2. |
(Jekk applikabbli fil-każ ta’ aċċess għad-Data fl-ambjent tal-Entità li Tikkondividi d-Data) Ir-Riċevitur tad-Data:
|
4.4. Miżuri tas-sigurtà
|
4.4.1. |
Kull Parti se tiżgura l-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibbiltà tad-Data billi timplimenta l-miżuri ta’ sigurtà xierqa deskritti fl-Appendiċi 4 meta tagħmel id-data disponibbli skont l-arranġamenti ta’ aċċess taħt 4.2.1. |
|
4.4.2. |
Jekk il-bidliet fid-Data jew fl-ambjent tagħha jistgħu jaffettwaw is-sigurtà tad-Data, l-Entità li Tikkondividi d-Data u r-Riċevitur tad-Data jaqblu li jevalwaw il-miżuri tas-sigurtà (speċifika: regolarment/fuq talba tal-parti l-oħra/waqt avvenimenti speċjali), u li jinnegozjaw in bona fide fuq kwalunkwe adattament meħtieġ. |
|
4.4.3. |
Kull Parti għandha tipprovdi lill-Parti l-oħra fuq talba informazzjoni dettaljata dwar il-miżuri ta’ implimentazzjoni meħuda f’konformità ma’ din il-klawżola 4.4 u mal-Appendiċi 4. |
|
4.4.4. |
Kull Parti se tirrapporta lill-Parti l-oħra kwalunkwe ksur tas-sigurtà li jwassal għall-qerda, it-telf, it-tibdil, l-iżvelar mhux awtorizzat ta’, jew l-aċċess għad-Data aċċidentali jew illegali fi żmien 24 siegħa minn meta ssir taf b’dan. |
|
4.4.5. |
[OPZJONI] [L-Entità li Tikkondividi d-Data tirriżerva d-dritt li twettaq verifiki perjodiċi jew li titlob dokumentazzjoni għall-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti tas-sigurtà imposti fuq ir-Riċevitur tad-Data.] |
|
4.4.6. |
(jekk applikabbli) L-Entità li Tikkondividi d-Data timpenja ruħha li ma żżomm l-ebda informazzjoni dwar l-aċċess tar-Riċevitur tad-Data għad-Data mitluba lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għal:
L-Entità li Tikkondividi d-Data se tinforma lir-Riċevitur tad-Data dwar l-informazzjoni miżmuma mill-Entità li Tikkondividi d-Data f’konformità mal-liġijiet applikabbli jew jekk tintalab tagħmel dan mir-Riċevitur tad-Data. |
4.5. Dmir ta’ negozjar mill-ġdid, ċrieki vizzjużi u bidliet unilaterali
|
4.5.1. |
Jekk id-Data ssir disponibbli f’konformità mal-arranġamenti kuntrattwali dwar il-karatteristiċi tad-data, il-proċeduri ta’ aċċess jew il-mezzi u l-informazzjoni meħtieġa għall-aċċess u għall-użu tad-Data, u jekk jidher li l-arranġamenti kuntrattwali maqbula ma humiex biżżejjed biex tiġi aċċessata u użata d-Data kif maqbul f’dan il-Kuntratt, il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jidħlu f’negozjati in bona fide u li jadattaw l-arranġamenti kuntrattwali. |
|
4.5.2. |
Jekk ir-Riċevitur tad-Data jidentifika inċident relatat mal-klawżola 2 dwar id-Data koperta mill-Kuntratt jew mal-klawżola 4.1 u 4.2 dwar il-karatteristiċi tad-Data u l-arranġamenti ta’ aċċess, u jekk ir-Riċevitur tad-Data javża lill-Entità li Tikkondividi d-Data b’deskrizzjoni dettaljata tal-inċident, l-Entità li Tikkondividi d-Data u r-Riċevitur tad-Data jridu jikkooperaw in bona fide biex jidentifikaw ir-raġuni għall-inċident. Jekk l-inċident kien ikkawżat minn nuqqas mill-Entità li Tikkondividi d-Data li tikkonforma mal-obbligi tagħha, din trid tirrimedja l-ksur mingħajr dewmien żejjed. Jekk l-Entità li Tikkondividi d-Data ma tagħmilx dan, dan jitqies bħala ksur fundamentali u r-Riċevitur tad-Data jista’ jinvoka l-klawżola 10 ta’ dan il-Kuntratt dwar rimedji għal ksur tal-kuntratt. |
|
4.5.3. |
Jekk kwalunkwe waħda mill-arranġamenti kuntrattwali maqbula f’konformità mal-klawżoli 4.1 sa 4.2 tkun impossibbli jew wisq ta’ piż biex tintlaħaq minħabba bidla eċċezzjonali fiċ-ċirkostanzi li sseħħ wara l-konklużjoni tal-Kuntratt, l-Entità li Tikkondividi d-Data jeħtiġilha tipprovdi lir-Riċevitur tad-Data b’deskrizzjoni dettaljata ta’ din is-sitwazzjoni u l-Partijiet jidħlu fin-negozjati in bona fide u jadattaw l-arranġamenti kuntrattwali. B’mod partikolari, kull Parti trid tipprovdi lill-oħra informazzjoni suffiċjenti biex tiġi vvalutata, diskussa u solvuta s-sitwazzjoni partikolari. Din il-klawżola ma taffettwax id-dritt tar-Riċevitur tad-Data li jinvoka rimedji f’konformità mal-klawżola 10. |
|
4.5.4. |
L-Entità li Tikkondividi d-Data tista’ tbiddel unilateralment, in bona fide, dettalji dwar l-arranġamenti kuntrattwali għad-data u l-arranġamenti ta’ aċċess għad-Data, jekk dan ikun iġġustifikat b’mod oġġettiv mit-twettiq normali tan-negozju tal-Entità li Tikkondividi d-Data, pereżempju permezz ta’ modifika teknika minħabba vulnerabbiltà immedjata għas-sigurtà fil-linja tal-prodotti jew tas-servizzi relatati offruti mill-Entità li Tikkondividi d-Data jew bidla fl-infrastruttura tal-Entità li Tikkondividi d-Data. Kwalunkwe bidla trid tissodisfa r-rekwiżiti fundamentali tal-klawżoli 4.1 u 4.2. |
|
4.5.5. |
L-Entità li Tikkondividi d-Data trid tagħti avviż bil-quddiem lir-Riċevitur tad-Data dwar il-bidla mill-inqas (indika perjodu ta’ żmien raġonevoli) qabel ma l-bidla tidħol fis-seħħ.
Perjodu ta’ avviż iqsar jista’ jkun biżżejjed:
Fejn il-bidla taffettwa b’mod negattiv l-aċċess għad-Data u l-użu tagħha mir-Riċevitur tad-Data, il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jaħdmu flimkien biex itaffu tali impatt. Ir-Riċevitur tad-Data jista’ fi kwalunkwe każ jittermina l-Kuntratt (jew il-parti rilevanti tiegħu) mingħajr ma jkun dovut ebda kumpens lill-Entità li Tikkondividi d-Data, bla ħsara għal kwalunkwe dritt jew rimedju ieħor li jista’ jkollu r-Riċevitur tad-Data. |
5. Użu tad-Data u kondiviżjoni ma’ partijiet terzi
5.1. Użu tad-Data
|
5.1.1. |
Finijiet awtorizzati (Jekk jogħġbok agħżel opzjoni waħda biss)
[OPZJONI RESTRITTIVA] [Ir-Riċevitur tad-Data jista’ jipproċessa d-Data biss għall-finijiet ta’: (speċifika l-finijiet awtorizzati) (“Finijiet Awtorizzati”) ]. jew [OPZJONI WIESGĦA għal data mhux personali biss] [Ir-Riċevitur tad-Data jista’ jipproċessa d-Data għal kwalunkwe fini legali (“Finijiet Awtorizzati”) [OPZJONI] [għajr (speċifika, eż. juża d-data li jirċievi biex jidderiva għarfien dwar is-sitwazzjoni ekonomika, l-assi u l-metodi ta’ produzzjoni tal-Entità li Tikkondividi d-Data jew l-użu minnha)].] (Jekk applikabbli, meta d-Data jkun fiha data ta’ prodott jew ta’ servizz relatat u l-Entità li Tikkondividi d-Data taħt dan il-Kuntratt tkun kisbet aċċess għaliha f’konformità mal-Artikolu 4 jew 5 tal-Att dwar id-Data fir-rwol tagħha bħala utent jew Riċevitur tad-Data) Fi kwalunkwe każ, ir-Riċevitur tad-Data ma jistax juża d-data li jirċievi biex jiżviluppa prodott li jikkompeti mal-prodott li minnu toriġina d-Data.
|
|
5.1.2. |
Operazzjonijiet awtorizzati fuq id-Data (Jekk jogħġbok agħżel opzjoni waħda biss)
[OPZJONI RESTRITTIVA] [Ir-Riċevitur tad-Data jista’ jimplimenta biss l-operazzjonijiet li ġejjin fuq id-Data: (speċifika l-operazzjonijiet awtorizzati, eż. jaċċessa u jikkopja d-Data biex tinħoloq statistika aggregata fir-rigward tal-Finijiet Awtorizzati) (“Operazzjonijiet Awtorizzati”).] jew [OPZJONI WIESGĦA għal data mhux personali biss] [Ir-Riċevitur tad-Data jista’ jimplimenta kwalunkwe operazzjoni legali (“Operazzjonijiet Awtorizzati”) fuq id-Data [OPZJONI] [għajr (speċifika, eż. jospita jew b’xi mod ieħor jittrasferixxi jew jagħmel id-Data aċċessibbli barra mill-Unjoni Ewropea, jew jipprova jidentifika suġġetti tad-data)] (Jekk applikabbli, meta d-Data jkun fiha data ta’ prodott jew ta’ servizz relatat u l-Entità li Tikkondividi d-Data taħt dan il-Kuntratt tkun kisbet aċċess għaliha f’konformità mal-Artikolu 4 jew 5 tar-Regolament (UE) 2023/2854 fir-rwol tagħha bħala utent jew Riċevitur tad-Data) Fi kwalunkwe każ, ir-Riċevitur tad-Data ma jistax juża d-data li jirċievi b’mod li jkollu impatt negattiv fuq is-sigurtà tal-Prodott jew ta’ kwalunkwe Servizz Relatat.] |
|
5.1.3. |
Barra minn hekk, ir-Riċevitur tad-Data jimpenja ruħu li ma jwettaqx l-imġiba li ġejja għall-finijiet tal-kisba tad-Data:
|
|
5.1.4. |
Id-dritt li juża d-Data f’konformità ma’ din il-klawżola jingħata lir-Riċevitur tad-Data (speċifika: għal dejjem/għad-durata tal-Kuntratt/għal tul ta’ żmien ta’ (speċifika)). |
|
5.1.5. |
(Jekk applikabbli f’każ ta’ rkupru tad-Data mingħand ir-Riċevitur tad-Data/trasferiment tad-Data lilu u jekk il-Partijiet jaqblu dwar limitazzjoni fiż-żmien tal-użu tad-Data) Mat-terminazzjoni jew mal-iskadenza tad-dritt tiegħu li juża d-Data, ir-Riċevitur tad-Data jimpenja ruħu li jħassar id-Data b’mod permanenti (inkluż kwalunkwe kopja jew backup) u li jiżgura li kwalunkwe parti terza li lilha tkun ġiet żvelata d-Data tħassar tali Data b’mod permanenti. Ir-Riċevitur tad-Data għandu, mingħajr dewmien żejjed, jipprovdi ċertifikazzjoni bil-miktub ta’ tali tħassir fuq talba tal-Entità li Tikkondividi d-Data. |
5.2. Kondiviżjoni tad-Data ma’ partijiet terzi
|
5.2.1. |
Ir-Riċevitur tad-Data ma għandu jikkondividi jew jittrasferixxi l-ebda Data lil ebda parti terza, la f’forma identifikata, la anonimizzata u lanqas psewdonimizzata jew aggregata [OPZJONI] [, ħlief li r-Riċevitur tad-Data jista’ jikkondividi d-Data biss għall-użu li ġej tad-Data: (speċifika). Il-parti terza ma għandhiex taqsam jew tittrasferixxi d-Data ulterjorment, [OPZJONI] [ħlief għall-użu li ġej tad-Data: (speċifika)]]. |
|
5.2.2. |
(jekk applikabbli, meta d-Data fiha data ta’ prodott jew ta’ servizz relatat u l-Entità li Tikkondividi d-Data taħt dan il-Kuntratt tkun kisbet aċċess għaliha f’konformità mal-Artikolu 4 jew 5 tal-Att dwar id-Data fir-rwol tagħha bħala utent jew Riċevitur tad-Data) Ir-Riċevitur tad-Data ma jistax jagħmel id-Data li jirċievi disponibbli għal intrapriża maħtura bħala gwardjan skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2022/1925 (l-Att dwar is-Swieq Diġitali). |
|
5.2.3. |
Meta r-Riċevitur tad-Data jitħalla jagħmel id-Data disponibbli għal parti terza abbażi ta’ dan il-Kuntratt, ir-Riċevitur tad-Data jrid:
|
|
5.2.4. |
Minkejja l-klawżoli 5.2.1 sa 5.2.3, ir-Riċevitur tad-Data jista’ juża servizzi tal-ipproċessar, eż. servizzi tal-cloud computing (inkluża l-infrastruttura bħala servizz, pjattaforma bħala servizz u software bħala servizz), servizzi ta’ hosting, jew servizzi simili biex juża d-Data kif maqbul skont il-klawżoli 5.1.1 u 5.2.1, għan-nom tiegħu stess u taħt ir-responsabbiltà proprja tiegħu. Il-partijiet terzi jistgħu jużaw ukoll tali servizzi biex jużaw id-Data kif maqbul skont il-klawżola 5.2.1, għan-nom tagħhom u taħt ir-responsabbiltà proprja tagħhom. |
6. (jekk id-data tkun protetta bħala sigrieti kummerċjali) Sigrieti Kummerċjali
|
Dwar is-sigrieti kummerċjali: Is-sigrieti kummerċjali huma informazzjoni kunfidenzjali li tagħti vantaġġ kompetittiv lil kumpanija. Skont l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2016/943, it-terminu “sigriet kummerċjali” ifisser informazzjoni li tissodisfa tliet rekwiżiti: (a) hija sigrieta fis-sens li ma hijiex, bħala corpus jew fil-konfigurazzjoni preċiża u l-assemblaġġ tal-komponenti tagħha, magħrufa ġeneralment jew aċċessibbli b’mod faċli lill-persuni li ġeneralment jittrattaw dan it-tip ta’ informazzjoni; (b) għandha valur kummerċjali minħabba li hija sigrieta; u (c) kienet soġġetta għal passi raġonevoli fiċ-ċirkostanzi, mill-persuna li għandha l-kontroll legali tal-informazzjoni, biex tinżamm sigrieta. “Detentur tas-Sigriet Kummerċjali” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li legalment tikkontrolla tali sigriet kummerċjali. Fir-rigward tad-data, l-Entità li Tikkondividi d-Data hija eliġibbli għall-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali speċjalment meta l-informazzjoni diġitali tkopri:
Għalhekk, fir-rigward tal-informazzjoni diġitali, l-Entità li Tikkondividi d-Data jeħtieġ li tidentifika sigriet kummerċjali potenzjali. Għal aktar informazzjoni dwar is-sigrieti kummerċjali fis-settur diġitali, ara l-Gwida tal-WIPO għas-Sigrieti Kummerċjali u l-Innovazzjoni: L-aċċess limitat għal ħaddieħor, il-kriptaġġ jew l-NDAs ikunu metodi ta’ kif id-data tinżamm sigrieta, biex tkun tista’ ssir il-protezzjoni ta’ sigriet kummerċjali. Kif għandhom jiġu ttrattati s-sigrieti kummerċjali? Jekk l-Entità li Tikkondividi d-Data tidentifika ċerti sigrieti kummerċjali bħala parti mill-kondiviżjoni tad-data taħt il-Kuntratt, ma hijiex obbligata li tikkondividi tali data għall-kuntrarju tal-każ skont l-Artikolu 4(6) u l-Artikolu 5(9) tal-Att dwar id-Data. Jekk l-Entità li Tikkondividi d-Data tiddeċiedi li tikkondividi tali data, hija tista’ tistabbilixxi u taqbel mar-Riċevitur tad-Data fuq ir-rekwiżiti bħala kundizzjoni għall-kondiviżjoni tad-data protetta bħala sigrieti kummerċjali, bħat-teħid ta’ ċerti miżuri tekniċi u organizzattivi addizzjonali sabiex tiġi ppreservata l-kunfidenzjalità. Fl-Appendiċi 2 bħala parti mill-Kuntratt, l-Entità li Tikkondividi d-Data u r-Riċevitur tad-Data għandhom jinkludu d-dettalji kollha dwar id-Data li hija protetta bħala sigrieti kummerċjali. |
6.1. Applikabbiltà tal-arranġamenti tas-sigrieti kummerċjali
|
6.1.1. |
Il-miżuri protettivi kif ukoll id-drittijiet relatati maqbula hawn taħt japplikaw esklużivament għad-data jew għall-metadata inkluża fid-Data li għandha ssir disponibbli mill-Entità li Tikkondividi d-Data lir-Riċevitur tad-Data, li hija protetta bħala sigriet kummerċjali (kif iddefinit fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva dwar is-Sigrieti Kummerċjali (UE) 2016/943), miżmuma mid-Detentur tad-Data jew minn Detentur tas-Sigriet Kummerċjali ieħor (kif iddefinit fl-Artikolu 2(2) ta’ dik id-Direttiva). |
|
6.1.2. |
Id-Data protetta bħala sigrieti kummerċjali u l-identità tad-Detentur tas-Sigriet Kummerċjali huma stabbiliti fl-Appendiċi 2. |
|
6.1.3. |
L-obbligi stabbiliti fil-klawżoli 6.2 u 6.3 jibqgħu fis-seħħ wara kwalunkwe terminazzjoni tal-Kuntratt, sakemm ma jkunx maqbul mod ieħor mill-Partijiet. |
6.2. Miżuri protettivi li għandhom jittieħdu mir-Riċevitur tad-Data
Ir-Riċevitur tad-Data għandu japplika l-miżuri protettivi stabbiliti fl-Appendiċi 4 (minn hawn ’il quddiem: “Miżuri ta’ Protezzjoni tar-Riċevitur tad-Data”).
|
Fl-Appendiċi 4, il-Partijiet għandhom jinkludu d-dettalji kollha tal-miżuri ta’ protezzjoni. Il-miżuri jistgħu jkunu kemm ta’ natura teknika (eż. kriptaġġ, firewalls, ħżin mifrud, eċċ.) kif ukoll ta’ natura organizzazzjonali (eż. governanza interna, ġestjoni xierqa tal-identità u kontrolli tal-aċċess, involviment ta’ parti terza fdata). Peress li l-miżuri jeħtieġ li jkunu proporzjonati, il-kontenut tagħhom ivarja, skont in-natura tas-sigriet kummerċjali. Il-miżuri jiddependu wkoll fuq jekk (i) għandux jiġi pprovdut aċċess għal fejn hija maħżuna d-Data jew (ii) id-data għandhiex tiġi ttrasferita bis-sħiħ lir-Riċevitur tad-Data. Fil-każ preċedenti, id-Detentur tad-Data għandu grad ogħla ta’ kontroll u jista’ japplika parti mill-miżuri protettivi nfushom, filwaqt li r-Riċevitur tad-Data jista’ jkollu livell aktar baxx ta’ użu għad-Data. Fi kwalunkwe każ, iż-żewġ Partijiet ikollhom jiffukaw fuq il-kisba tal-effetti maħsuba ta’ dan il-Kuntratt. |
6.3. Miżuri protettivi meħuda mid-Detentur tas-Sigriet Kummerċjali
|
6.3.1. |
L-Entità li Tikkondividi d-Data tista’ tapplika l-miżuri maqbula fl-Appendiċi 4 biex tiġi ppreservata l-kunfidenzjalità tad-Data protetta bħala sigrieti kummerċjali (minn hawn ’il quddiem: “Miżuri ta’ Protezzjoni tal-Entità li Tikkondividi d-Data”). |
|
6.3.2. |
L-Entità li Tikkondividi d-Data tista’ wkoll iżżid b’mod unilaterali miżuri ta’ protezzjoni tekniċi u organizzattivi xierqa, jekk ma jaffettwawx b’mod negattiv l-aċċess għad-Data u l-użu tagħha mir-Riċevitur tad-Data skont dan il-Kuntratt. |
|
6.3.3. |
Ir-Riċevitur tad-Data jimpenja ruħu li ma jibdilx u ma jneħħix il-Miżuri ta’ Protezzjoni tal-Entità li Tikkondividi d-Data u lanqas il-miżuri meħuda f’konformità ma’ 6.3.2, sakemm ma jkunx maqbul mod ieħor mill-Partijiet. |
6.4. Detenturi tas-Sigrieti Kummerċjali identifikati ta’ partijiet terzi
|
6.4.1. |
L-Entità li Tikkondividi d-Data tiddikjara lir-Riċevitur tad-Data li għandha d-drittijiet rilevanti kollha minn kwalunkwe detentur ta’ sigrieti kummerċjali ta’ parti terza biex tidħol f’dan il-Kuntratt fir-rigward tad-Data protetta bħala sigrieti kummerċjali. |
|
6.4.2. |
Il-Miżuri ta’ Protezzjoni tar-Riċevitur tad-Data u l-Miżuri ta’ Protezzjoni tal-Entità li Tikkondividi d-Data jirriflettu l-impenji kuntrattwali tal-Entità li Tikkondividi d-Data lejn id-Detentur tad-Data inizjali. Jekk jevolvu tali impenji mill-Entità li Tikkondividi d-Data lejn id-Detentur tad-Data inizjali, ir-Riċevitur tad-Data jimpenja ruħu li jikkonforma ma’ kwalunkwe miżura ġdida maqbula bejn l-Entità li Tikkondividi d-Data u d-Detentur tad-Data inizjali. |
7. Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali
“Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali” tfisser il-copyright (inklużi d-drittijiet tal-awtur (“droit d’auteur”), id-drittijiet f’software tal-kompjuter u drittijiet relatati oħra), id-drittijiet f’disinji (inklużi disinji rreġistrati u drittijiet ta’ disinn), it-trademarks, il-marki tas-servizz, l-ismijiet kummerċjali jew tan-negozju, l-ismijiet ta’ ditti, l-ismijiet ta’ dominji u l-URLs, id-drittijiet fis-sigrieti kummerċjali, l-għarfien prattiku u informazzjoni kunfidenzjali u mhux żvelata (bħal invenzjonijiet, kemm jekk jista’ jkollhom privattivi kif ukoll jekk le), id-drittijiet f’logos u privattivi, id-drittijiet f’bażijiet tad-data sui generis u kwalunkwe dritt simili rikonoxxut mil-liġi applikabbli.
|
Id-data fl-ambitu ta’ dan il-Kuntratt u l-użu permess mir-Riċevitur tad-Data jridu jiġu regolati minn dan il-Kuntratt biex jiġu protetti d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (PI) tal-Entità li Tikkondividi d-Data, ta’ partijiet terzi jew id-drittijiet tal-PI emerġenti ġodda tar-Riċevitur tad-Data. Fir-rigward tal-kondiviżjoni tad-data, l-aktar drittijiet tal-PI importanti li jridu jitqiesu meta jiġi konkluż kuntratt huma d-dritt sui generis tad-Direttiva dwar il-Bażijiet tad-Data u d-drittijiet tal-awtur. Dritt sui generis: Skont l-Artikolu 43 tal-Att dwar id-Data, Id-dritt sui generis previst fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 96/9/KE ma għandux japplika meta d-data tinkiseb minn jew tiġi ġġenerata minn prodott konness jew servizz relatat li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-Artikoli 4 u 5 tiegħu”. Madankollu, “Dak ma jaffettwax l-applikazzjoni possibbli tad-dritt sui generis skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 96/9/KE għal bażijiet tad-data li fihom data li taqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, dment li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti għall-protezzjoni skont il-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu” (il-Premessa (112)). Id-dritt sui generis tad-Direttiva dwar il-Bażijiet tad-Data jipproteġi lil min joħloq il-bażi tad-data peress li din hija l-persuna li għamlet investimenti sostanzjali f’termini ta’ kwalità jew kwantità biex tikseb, tivverifika jew tippreżenta l-kontenut tagħha. Min joħloq il-bażi tad-data jista’ jipprojbixxi l-estrazzjoni u l-użu mill-ġdid tal-kontenut ta’ dik il-bażi tad-data kollu jew ta’ parti sostanzjali minnu, evalwata b’mod kwalitattiv u/jew kwantitattiv. Ix-xogħlijiet jew l-elementi tad-data individwali fil-bażi tad-data, jekk ikunu oriġinali, jistgħu jiġu protetti separatament mid-drittijiet tal-awtur, għalkemm din il-protezzjoni hija distinta mill-protezzjoni pprovduta mid-Direttiva dwar il-Bażijiet tad-Data. Drittijiet tal-awtur: Id-drittijiet tal-awtur huma forma ta’ protezzjoni tal-proprjetà intellettwali mogħtija mil-liġi lil dawk li joħolqu xogħlijiet oriġinali ta’ awtur. Din il-protezzjoni tkopri firxa wiesgħa ta’ xogħlijiet, inkluż potenzjalment l-arkitettura ta’ bażi tad-data. Ta’ min jinnota: Il-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur ma ġietx armonizzata bis-sħiħ u għalhekk tista’ tvarja bejn l-Istati Membri. Privattivi: Il-kondiviżjoni tad-data u l-użu tagħha jistgħu jwasslu għal invenzjonijiet billi jispiraw ideat ġodda, jottimizzaw it-teknoloġiji eżistenti, u jaċċelleraw l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet innovattivi. L-invenzjonijiet ta’ karattru tekniku li huma ġodda u li jinvolvu passi inventivi li jistgħu jintużaw f’industrija jistgħu jingħataw privattiva. Għalhekk, il-Partijiet għandhom jirregolaw l-invenzjonijiet u min huwa intitolat juża dawn ir-riżultati li jistgħu jingħataw privattiva. |
7.1. Drittijiet Preċedenti tal-Proprjetà Intellettwali
|
7.1.1. |
Sakemm ma jkunx espressament previst mod ieħor fil-Kuntratt, kull Parti żżomm is-sjieda ta’ kwalunkwe Dritt tal-Proprjetà Intellettwali tal-Partijiet, jew liċenzjat lilhom minn partijiet terzi, qabel l-eżekuzzjoni tal-Kuntratt jew kompletament indipendentement minnu, inkluż kwalunkwe emenda u/jew titjib tagħhom (“Elementi Preeżistenti”). Il-Kuntratt fl-ebda ċirkostanza ma jista’ jitqies li jagħti lil xi waħda mill-Partijiet kwalunkwe Dritt tal-Proprjetà Intellettwali fl-Elementi Preeżistenti tal-Parti l-oħra ħlief kif previst b’mod espliċitu mod ieħor fil-Kuntratt. |
|
7.1.2. |
(applikabbli jekk id-Data tkun koperta mid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali) Soġġett għall-ħlas tar-renumerazzjoni (eż. tariffi tal-liċenzja) skont dan il-Kuntratt, l-Entità li Tikkondividi d-Data b’dan tagħti lir-Riċevitur tad-Data, għat-terminu tal-Kuntratt, liċenzja li tkopri l-karatteristiċi li ġejjin: (jekk jogħġbok speċifika, eż. globalment, mhux esklużiva, mhux trasferibbli, inkluż id-dritt li (jekk jogħġbok speċifika, eż. juża, jikkopja, jimmodifika, itejjeb, iżomm) id-Data li tkun koperta minn Dritt tal-Proprjetà Intellettwali biss sal-punt meħtieġ skont il-Kuntratt. Subliċenzja lis-sottokuntratturi tar-Riċevitur tad-Data hija awtorizzata biss għall-finijiet tas-sottokuntrattar u sal-punt li ma tkunx inkompatibbli mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kuntratt. |
7.2. Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali fuq ir-Riżultati
|
7.2.1. |
Jekk l-użu tad-Data mir-Riċevitur tad-Data skont dan il-Kuntratt jiġġenera xogħlijiet tanġibbli li jistgħu jiġu protetti bid-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali (“Riżultati”), b’dan huwa maqbul li: |
|
7.2.2. |
[OPZJONI 1] [ir-Riċevitur tad-Data għandu jsir is-sid uniku ta’ kwalunkwe u kull Dritt tal-Proprjetà Intellettwali relatat mar-Riżultati; ir-Riċevitur tad-Data biss jista’, kif jidhirlu xieraq, jirreġistra għal jew jikseb kwalunkwe titolu ta’ proprjetà intellettwali bħal dan; |
|
7.2.3. |
[OPZJONI 2] [il-Partijiet ikunu intitolati b’mod konġunt u ugwali għad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali fuq ir-Riżultati u għandhom jidħlu f’kuntratt separat li jiddeskrivi l-modalitajiet tal-eżerċitar ta’ tali drittijiet; |
|
7.2.4. |
[OPZJONI 3] [ir-Riċevitur tad-Data jaqbel li jassenja, sal-punt meħtieġ, lill-Entità li Tikkondividi d-Data s-sjieda legali u benefiċjarja sħiħa ta’, u d-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali kollha fir-riżultati fuq bażi esklużiva għal korrispettiv li għandu jiġi maqbul ulterjorment bejn il-Partijiet, globalment, għad-durata kollha tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali. |
|
7.2.5. |
Barra minn hekk, il-Partijiet jaqblu li l-liċenzjar ulterjuri fuq ir-Riżultati għandu jingħata kif ġej:
[OPZJONI] [(speċifika l-parti li ma tkunx is-sid tal-IPR fuq ir-Riżultati) b’dan jagħti lil (speċifika s-sid tal-IPR fuq ir-Riżultati), għad-durata tal-protezzjoni tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali, liċenzja globali kompletament imħallsa, mhux esklużiva u mhux trasferibbli biex juża, jikkopja, jimmodifika, itejjeb u jżomm l-Elementi Preeżistenti tiegħu biss sal-punt meħtieġ biex iwettaq id-drittijiet tiegħu fuq ir-Riżultati skont din il-klawżola.] [OPZJONI] [(speċifika s-sid tal-IPR fuq ir-Riżultati) b’dan jagħti lil (speċifika l-Parti li ma tkunx is-sid tal-IPR fuq ir-Riżultati), għad-durata tal-protezzjoni tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali, liċenzja globali kompletament imħallsa, mhux esklużiva u mhux trasferibbli biex juża, jikkopja, jimmodifika, itejjeb u jżomm ir-Riżultati biss għall-finijiet li ġejjin: (imla kif applikabbli).] |
8. Renumerazzjoni għall-għoti ta’ aċċess għad-data
|
Il-Partijiet jistgħu, fil-Kuntratt innifsu jew f’appendiċi separat, jiddeterminaw id-dettalji dwar ir-renumerazzjoni, inklużi l-kostijiet għall-istabbiliment tal-API (użati għall-kondiviżjoni tad-Data) jew kostijiet oħra assoċjati mal-iffaċilitar tal-kondiviżjoni tad-Data, inkluż kwalunkwe royalties jew tariffi tal-liċenzja, skont il-każ. Il-Partijiet għandhom jaqblu, tal-inqas, dwar dan li ġej: l-ammont ta’ renumerazzjoni dovut, u l-munita rilevanti; iż-żmien meta tkun dovuta r-renumerazzjoni; u l-proċeduri ta’ pagament. Jistgħu jaqblu dwar renumerazzjoni ulterjuri, fejn applikabbli, għal servizzi addizzjonali, li jkunu soġġetti għal tariffa addizzjonali. |
Il-Partijiet jaqblu li r-Riċevitur tad-Data se jħallas lill-Entità li Tikkondividi d-Data kif ġej: (imla kif xieraq)
|
Il-Partijiet għandhom jaqblu, tal-inqas, dwar dan li ġej: l-ammont ta’ renumerazzjoni dovut, u l-munita rilevanti; iż-żmien meta jkun dovut il-pagament; u l-proċeduri ta’ pagament. |
9. Data tal-applikazzjoni, durata tal-Kuntratt u terminazzjoni
9.1. Data tal-applikazzjoni u durata
|
9.1.1. |
Dan il-Kuntratt [OPZJONI 1] [jidħol fis-seħħ minnufih] [OPZJONI 2] [jidħol fis-seħħ minn (speċifika d-data)]. |
|
9.1.2. |
[OPZJONI] [Dan il-Kuntratt jiġi konkluż għal [OPZJONI 1] [perjodu indeterminat] [OPZJONI 2] [perjodu fiss ta’ (speċifika)], soġġett għal kwalunkwe raġuni għall-iskadenza jew għat-terminazzjoni skont dan il-Kuntratt.] |
|
9.1.3. |
[OPZJONI] [L-Entità li Tikkondividi d-Data jeħtiġilha tibda tagħmel id-Data disponibbli għar-Riċevitur tad-Data [OPZJONI 1] mingħajr dewmien żejjed wara li l-Kuntratt ikun daħal fis-seħħ. [OPZJONI 2] fi (daħħal id-data u, fejn applikabbli, aktar dettalji dwar iż-żmien).]
|
9.2. Terminazzjoni għall-konvenjenza
|
9.2.1. |
Ir-Riċevitur tad-Data jista’ jittermina l-Kuntratt fi kwalunkwe mument matul il-perjodu tal-Kuntratt billi javża lill-Entità li Tikkondividi d-Data (daħħal il-perjodu) minn qabel. |
|
9.2.2. |
[OPZJONI] Meta r-Riċevitur tad-Data jittermina l-Kuntratt skont il-klawżola 9.3.1 qabel (daħħal il-punt fiż-żmien jew il-perjodu minimu tal-kuntratt), dan irid jikkumpensa lill-Entità li Tikkondividi d-Data għall-kostijiet imġarrba mill-Entità li Tikkondividi d-Data biex tagħmel id-data disponibbli, inkluż, fejn applikabbli, billi jipprovdu kwalunkwe appoġġ addizzjonali, kif ġej: (speċifika)
|
9.3. Effetti tal-iskadenza jew tat-terminazzjoni
|
9.3.1. |
L-iskadenza tal-perjodu tal-Kuntratt jew it-terminazzjoni ta’ dan il-Kuntratt jeħilsu liż-żewġ Partijiet mill-obbligu tagħhom li jwettqu u li jirċievu l-eżekuzzjoni futura iżda ma taffettwax id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet li jkunu akkumulaw sal-mument tat-terminazzjoni.
L-iskadenza jew it-terminazzjoni ma taffettwa l-ebda dispożizzjoni f’dan il-Kuntratt għas-soluzzjoni ta’ tilwim skont il-klawżola 11.6 jew kwalunkwe dispożizzjoni oħra li għandha topera anki wara li l-Kuntratt ikun intemm. |
|
9.3.2. |
[OPZJONI 1] [L-Entità li Tikkondividi d-Data trid tieħu l-miżuri xierqa ta’ appoġġ għall-ħruġ li r-Riċevitur tad-Data jista’ raġonevolment jistenna.] [OPZJONI 2] [L-Entità li Tikkondividi d-Data trid tieħu l-miżuri ta’ appoġġ għall-ħruġ li ġejjin: (speċifika).]
|
10. Rimedji għall-ksur tal-kuntratt
10.1. Każijiet ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni
|
10.1.1. |
Nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ obbligu huwa fundamentali jekk:
|
|
10.1.2. |
In-nuqqas ta’ eżekuzzjoni minn Parti jiġi skużat jekk ikun dovut għal impediment lil hinn mill-kontroll tagħha u jekk dik il-Parti ma setgħetx b’mod raġonevoli tkun mistennija li tqis l-impediment fiż-żmien tal-konklużjoni ta’ dan il-Kuntratt, jew li tevita jew tegħleb l-impediment jew il-konsegwenzi tiegħu.
Meta l-impediment ikun biss temporanju, l-iskużar tan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni mill-Parti jgħodd għall-perjodu li matulu jkun jeżisti l-impediment. Madankollu, jekk id-dewmien jammonta għal nuqqas ta’ eżekuzzjoni fundamentali, il-Parti l-oħra tista’ tqisu bħala tali. Il-Parti inadempjenti trid tiżgura li l-avviż tal-impediment u tal-effett tiegħu fuq il-kapaċità tagħha tal-eżekuzzjoni jiġi rċevut mill-Parti l-oħra mingħajr dewmien żejjed wara li l-Parti inadempjenti tkun saret taf jew tista’ tkun raġonevolment mistennija li tkun saret taf b’dawn iċ-ċirkostanzi. Il-Parti l-oħra hija intitolata għad-danni ekonomiċi li jirriżultaw min-nuqqas ta’ riċevuta ta’ tali avviż. |
10.2. Rimedji għal ksur
|
10.2.1. |
F’każ ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni minn Parti, il-Parti l-oħra għandu jkollha r-rimedji elenkati fil-klawżoli li ġejjin, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju disponibbli skont il-liġi applikabbli. |
|
10.2.2. |
Ir-rimedji li ma humiex inkompatibbli jistgħu jiġu akkumulati. |
|
10.2.3. |
Parti ma tistax tirrikorri għal rimedju sal-punt li tikkawża n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-Parti l-oħra, bħal meta nuqqas fl-infrastruttura tad-data tagħha stess ma ppermettiex lill-Parti l-oħra twettaq l-obbligi tagħha kif xieraq. Lanqas ma tista’ Parti tinvoka talba għad-danni mġarrba sal-punt li setgħet naqqset id-dannu billi tieħu passi raġonevoli. |
|
10.2.4. |
Il-Parti leża tista’:
|
|
10.2.5. |
[OPZJONI] [Meta Parti tonqos milli twettaq l-obbligi tagħha skont dan il-Kuntratt hija għandha, fi kwalunkwe każ, tħallas il-penali stabbiliti fid-dettall fl-Appendiċi 5, li l-Partijiet iqisu bħala danni skont it-tifsira tal-klawżola 10.2.4(b). Il-Parti inadempjenti għandha d-dritt li titlob li l-penali titnaqqas għal ammont raġonevoli fejn tkun kapaċi turi li l-penali hija ferm eċċessiva fir-rigward tad-dannu li jirriżulta min-nuqqas ta’ eżekuzzjoni.] |
11. Dispożizzjonijiet ġenerali
11.1. Kunfidenzjalità
|
11.1.1. |
L-informazzjoni li ġejja trid titqies bħala kunfidenzjali:
|
|
11.1.2. |
Iż-żewġ Partijiet jaqblu li jieħdu l-miżuri raġonevoli kollha biex jaħżnu b’mod sigur u jżommu għalkollox kunfidenzjali l-informazzjoni msemmija fil-klawżola 11.1.1. u li ma jiżvelawx jew ma jagħmlux disponibbli tali informazzjoni lil kwalunkwe parti terza, sakemm:
|
|
11.1.3. |
Dawn l-obbligi ta’ kunfidenzjalità jibqgħu applikabbli wara t-terminazzjoni tal-Kuntratt għal perjodu ta’ (speċifika l-perjodu). |
|
11.1.4. |
Dawn l-obbligi ta’ kunfidenzjalità ma jneħħu l-ebda obbligu aktar strett skont (i) ir-Regolament (UE) 2016/679 (GDPR), (ii) id-dispożizzjonijiet li jimplimentaw id-Direttiva 2002/58/KE jew id-Direttiva (UE) 2016/943, jew (iii) kwalunkwe liġi oħra tal-UE jew tal-Istati Membri. |
11.2. Mezzi ta’ komunikazzjoni
Kwalunkwe notifika jew komunikazzjoni oħra meħtieġa jew permessa li tiġi pprovduta skont dan il-Kuntratt trid tkun bil-miktub u tista’ tiġi kkonsenjata bl-idejn, mibgħuta bil-posta mħallsa minn qabel, jew trażmessa b’mezzi elettroniċi, inkluża l-posta elettronika, dment li l-mittent iżomm prova tat-trażmizzjoni lill-indirizzi elenkati hawn taħt:
|
Parti |
Persuna ta’ Kuntatt |
Posta elettronika |
Telefown |
Indirizz |
|
Utent |
[Isem]/[Kariga] |
[Posta elettronika] |
[Telefown] |
[Indirizz] |
|
Riċevitur tad-Data |
[Isem]/[Kariga] |
[Posta elettronika] |
[Telefown] |
[Indirizz] |
Kwalunkwe tali avviż jew komunikazzjoni titqies li tkun ġiet riċevuta:
|
(a) |
jekk tiġi kkonsenjata bl-idejn, fid-data tal-konsenja; |
|
(b) |
jekk tintbagħat bil-posta mħallsa minn qabel, fit-tielet jum ta’ xogħol wara li tintbagħat; |
|
(c) |
jekk tintbagħat b’mezzi elettroniċi, fid-data tat-trażmissjoni, dment li l-mittent ma jkun irċieva l-ebda messaġġ ta’ żball li jindika n-nuqqas ta’ konsenja. |
11.3. Kuntratt sħiħ, emendi u separabbiltà
|
11.3.1. |
Dan il-Kuntratt (flimkien mal-appendiċijiet tiegħu msemmija fil-Kuntratt) jikkostitwixxi l-Kuntratt sħiħ bejn il-Partijiet fir-rigward tas-suġġett ta’ dan il-Kuntratt u jissostitwixxi l-kuntratti jew il-ftehimiet u l-qbil preċedenti kollha bejn il-Partijiet, bil-fomm jew bil-miktub, fir-rigward tas-suġġett ta’ dan il-Kuntratt. |
|
11.3.2. |
Kwalunkwe emenda ta’ dan il-Kuntratt se tkun valida biss jekk tiġi maqbula bejn il-Partijiet bil-miktub, inkluż fi kwalunkwe forma elettronika. |
|
11.3.3. |
Jekk kwalunkwe dispożizzjoni ta’ dan il-Kuntratt tinstab li hija bla effett, invalida, annullabbli jew mhux infurzabbli għal kwalunkwe raġuni, u jekk din id-dispożizzjoni tkun tista’ tiġi sseparata mit-termini li jifdal tal-Kuntratt, dawn id-dispożizzjonijiet li jifdal ma jiġux affettwati minn dan u jibqgħu validi u infurzabbli, sakemm id-dispożizzjoni ma tkunx tista’ tiġi sseparata mid-dispożizzjonijiet li jifdal ta’ dan il-Kuntratt. Kwalunkwe lakuna jew ambigwità li tirriżulta f’dan il-Kuntratt trid tiġi ttrattata f’konformità mal-klawżola 11.5. |
11.4. Liġi applikabbli
Dan il-kuntratt huwa rregolat mil-liġi ta’ (speċifika l-Istat Membru).
11.5. Interpretazzjoni
|
11.5.1. |
Kwalunkwe dispożizzjoni f’dan il-Kuntratt trid tiġi interpretata sabiex tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni jew ma’ leġiżlazzjoni nazzjonali oħra adottata f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, kif ukoll ma’ kwalunkwe liġi nazzjonali applikabbli li hija kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni u ma tistax issir deroga minnha bi ftehim. |
|
11.5.2. |
Jekk ikun hemm xi lakuna jew ambigwità f’dan il-Kuntratt li ma tistax tiġi solvuta bil-mod imsemmi fil-klawżola 11.5.1, dan il-Kuntratt irid jiġi interpretat fid-dawl tar-regoli ta’ interpretazzjoni previsti mil-liġi applikabbli (ara l-klawżola 11.4). |
11.6. Soluzzjoni tat-tilwim
|
11.6.1. |
Il-Partijiet jaqblu li jagħmlu l-almu tagħhom biex isolvu t-tilwim amikevolment u, qabel ma jressqu kawża quddiem qorti jew tribunal, jissottomettu t-tilwima tagħhom lil [daħħal l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt ta’ korp partikolari għas-soluzzjoni tat-tilwim]. |
|
11.6.2. |
[OPZJONI] [Il-qrati ta’ (speċifika l-Istat Membru) ikollhom ġuriżdizzjoni esklużiva biex jisimgħu l-kawża dwar dan il-Kuntratt.]
Appendiċi 1 fih deskrizzjoni tad-Data [għandu jiġi abbozzat mill-Partijiet] Appendiċi 2 fih aktar dettalji dwar id-Data koperta minn reġim li jeħtieġ miżuri speċifiċi [għandu jiġi abbozzat mill-Partijiet] Appendiċi 3 fih dettalji dwar id-Data Personali u l-obbligi rispettivi tal-Partijiet [għandu jiġi abbozzat mill-Partijiet] Appendiċi 4 fih miżuri ta’ sigurtà applikabbli għall-kondiviżjoni tad-Data [għandu jiġi abbozzat mill-Partijiet] [OPZJONI] Appendiċi 5 fih dettalji dwar il-penali [għandu jiġi abbozzat mill-Partijiet] |
ANNESS VI
KLAWŻOLI KUNTRATTWALI STANDARD
dwar il-qlib u l-ħruġ
|
L-għanijiet primarji tar-Regolament (UE) 2023/2854 (hawnhekk imsejjaħ l-Att dwar id-Data) dwar il-qlib tal-cloud jinkludu li l-Klijenti tas-Servizzi tal-Ipproċessar tad-Data (servizzi tal-cloud computing u tal-edge computing) jitħallew: (i) jaqilbu bejn il-Fornituri li joffru l-istess tip ta’ servizz, (ii) jaqilbu għal infrastruttura tal-ICT fuq il-post; jew (iii) jagħmlu użu minn servizzi multipli minn fornituri differenti simultanjament. Għalhekk, l-Att dwar id-Data jispeċifika d-drittijiet u l-obbligi tal-Fornituri u tal-Klijenti fir-rigward ta’ dan il-proċess. F’dan il-kuntest, il-Klijenti għandhom jivvalutaw ukoll l-objettivi tagħhom relatati mal-qlib u, b’mod partikolari, il-ħtiġijiet speċifiċi, l-infiq addizzjonali jew iż-żmien. Kemm il-Fornitur Sors, il-Klijent kif ukoll il-Fornitur ta’ Destinazzjoni jridu jikkooperaw in bona fide biex jagħmlu l-proċess tal-qlib effettiv, jippermettu t-trasferiment f’waqtu tad-Data u jżommu l-kontinwità tas-Servizzi tal-Ipproċessar tad-Data (l-Artikolu 27 tal-Att dwar id-Data). Dawn il-klawżoli kuntrattwali standard (SCCs, standard contractual clauses) isarrfu d-drittijiet u l-obbligi l-ġodda introdotti mill-Att dwar id-Data fir-rigward tal-proċess tal-qlib u tal-ħruġ f’termini kuntrattwali. L-Att dwar id-Data jirrikjedi li l-Fornituri jipprovdu lill-Klijenti b’kuntratt bil-miktub li jistabbilixxi l-arranġamenti tal-proċess tal-qlib. Il-Kuntratt irid jispeċifika wkoll l-iskedi ta’ żmien għall-qlib (perjodu tranżitorju massimu ta’ 30 jum) u d-dettalji ta’ kwalunkwe kost involut (inklużi penali ta’ terminazzjoni bikrija, tariffi tas-servizz standard (l-Artikolu 29(4) tal-Att dwar id-Data u l-imposti tal-Ħruġ). Hemm ukoll obbligi fir-rigward tal-proċess tal-qlib innifsu li għandhom jiġu speċifikati fil-kuntratt: l-għoti ta’ assistenza raġonevoli lill-Klijent (u lil kwalunkwe parti terza awtorizzata mill-Klijent), iż-żamma tal-kontinwità tal-operat u l-iżgurar ta’ livell għoli ta’ sigurtà matul il-proċess tal-qlib. Imposti tal-qlib Skont l-Artikolu 29 tal-Att dwar id-Data, Fornitur jista’ jżomm l-imposti tal-qlib sat-12 ta’ Jannar 2027, iżda dawn ma jistgħux jaqbżu l-kostijiet imġarrba mill-Fornitur li huma direttament marbuta mal-proċess tal-qlib. Għall-qlib wara t-12 ta’ Jannar 2027, il-Fornitur ma jistax jimponi imposti tal-qlib. L-imposti tal-qlib jinkludu l-imposti tal-ħruġ u kostijiet oħra għal azzjonijiet li l-fornitur huwa meħtieġ iwettaq bħala parti mill-proċess tal-qlib. Dan jinkludi, pereżempju, il-kostijiet għall-użu ta’ għodod tal-qlib awtomatizzati jew għodod tal-ittestjar, fejn dawn jintużaw mill-fornitur biex jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont l-Att dwar id-Data. Meta Servizz tal-Ipproċessar tad-Data jkun qed jintuża b’mod parallel ma’ Servizz tal-Ipproċessar tad-Data ieħor, il-Fornituri jistgħu – anki wara t-12 ta’ Jannar 2027 – ikomplu jgħaddu l-kostijiet imġarrba għall-Ħruġ tad-Data lill-Klijent (l-Artikolu 34 tal-Att dwar id-Data). Fejn l-Att dwar id-Data jiddefinixxi “imposti tal-qlib” bħala imposti li jkunu “imposti minn fornitur ta’ servizzi tal-ipproċessar tad-data fuq klijent għall-azzjonijiet meħtieġa minn dan ir-Regolament għall-qlib għas-sistema ta’ fornitur differenti jew għal infrastruttura tal-ICT fuq il-post […]”, l-Artikolu 25(2)(a)(i) tal-Att dwar id-Data jispeċifika wkoll li l-fornitur irid “jagħti assistenza raġonevoli lill-klijent u lill-partijiet terzi awtorizzati mill-klijent fil-proċess tal-qlib”. Kwalunkwe imposta relatata mal-għoti ta’ tali “assistenza raġonevoli” għandha tiġi rtirata maż-żmien kif imsemmi fl-Artikolu 29. L-Att dwar id-Data jispeċifika każijiet fejn ma huwiex possibbli approċċ standard:
Klawżoli kuntrattwali standard oħrajn rakkomandati mill-Kummissjoni jistgħu jinstabu mehmuża hawnhekk u jkopru suġġetti speċifiċi minbarra l-qlib u l-ħruġ. Il-Partijiet huma mħeġġa jikkunsidraw jużaw dawk il-klawżoli l-oħrajn ukoll, peress li ġew żviluppati biex ikunu koerenti u jsaħħu lil xulxin. Reġim speċifiku Ta’ min jinnota li l-Artikolu 31 tal-Att dwar id-Data jipprevedi ċerti eċċezzjonijiet għal ċerti obbligi relatati mal-SCCs Qlib u Ħruġ. Pereżempju, reġim speċifiku japplika għall-qlib tas-Servizzi tal-Ipproċessar tad-Data jekk:
Skont l-eċċezzjoni partikolari, jista’ jkun li ma japplikawx ċerti obbligi legali. Madankollu, huwa f’idejn il-Klijent u l-Fornitur li jaqblu dwar jekk jinkluduhomx fil-Ftehim tagħhom. Filwaqt li dawn il-klawżoli kuntrattwali standard ma ġewx abbozzati biex ikopru sitwazzjonijiet bħal dawn, xorta jistgħu jservu ta’ ispirazzjoni għall-partijiet għal Ftehim/kuntratt li jikkonċerna tali servizzi. Il-Fornitur jenħtieġ li jinforma lill-klijenti prospettivi, ferm qabel il-konklużjoni ta’ Ftehim, dwar servizzi speċifiċi li għalihom japplika r-reġim speċifiku stabbilit fl-Artikolu 31 tal-Att dwar id-Data. Xejn ma jipprevjeni lill-Fornitur milli eventwalment juża tali servizzi fuq skala, f’liema każ dak il-Fornitur ikollu jikkonforma mal-obbligi kollha għall-qlib stabbiliti fl-Att dwar id-Data. Approċċi għall-qlib Għadd dejjem akbar ta’ Fornituri joffru għodod ta’ qlib self-service kemm għad-dħul tad-Data, meta l-Klijenti jibdew jużaw servizz, kif ukoll għall-Ħruġ tad-Data meta l-Klijenti jieqfu jużaw servizz u jaqilbu għal sistema fuq il-post jew għal Fornitur (ta’ Destinazzjoni) ġdid. Għal xi Servizzi tal-Ipproċessar tad-Data, jista’ jkun li ma jkunx hemm għodod bħal dawn, jew jista’ jkun li ma jkunux jippermettu l-qlib sħiħ. F’dawn l-SCCs huma previsti żewġ approċċi għall-ippjanar u għat-twettiq tal-proċess tal-qlib:
Dawn l-opzjonijiet jistgħu jiġu kkombinati. Pereżempju, fl-Appendiċi 1 “Pjan ta’ Qlib u Ħruġ”, il-Partijiet jistgħu jipprevedu wkoll l-użu ta’ għodod awtomatizzati li jistgħu japplikaw għal xi tipi ta’ servizzi jew għal xi Data. Skont iż-żewġ approċċi, il-Fornituri huma obbligati jneħħu l-ostakli għall-qlib effettiv kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2023/2854 fejn il-fornituri”għand[hom] jipprovdu lill-klijent: b’informazzjoni dwar il-proċeduri disponibbli għall-qlib u t-trasferiment għas-servizz tal-ipproċessar tad-data, inkluż informazzjoni dwar il-metodi u l-formati disponibbli tal-qlib u tat-trasferiment kif ukoll ir-restrizzjonijiet u l-limitazzjonijiet tekniċi li huma magħrufa mill-fornitur tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data” (l-Artikolu 26(a)); u “[l]-fornitur sors ta’ servizzi tal-ipproċessar tad-data għandu jiffaċilita l-proċess tal-qlib billi jipprovdi kapaċitajiet, informazzjoni adegwata, dokumentazzjoni, appoġġ tekniku u, fejn xieraq, l-għodod neċessarja” (l-Artikolu 30). Ta’ min jinnota wkoll li l-Fornitur ma huwiex mistenni jaqsam jew jelenka ebda Data speċifika għall-funzjonament intern tas-Servizz tal-Ipproċessar tad-Data tal-Fornitur fejn jeżisti riskju ta’ ksur tas-sigrieti kummerċjali tal-Fornitur. Skont l-obbligi kuntrattwali stabbiliti fl-Artikolu 25(2)(f), il-Fornitur huwa meħtieġ biss li jipprovdi speċifikazzjoni eżawrjenti tal-kategoriji ta’ tali Data. L-SCCs japplikaw għall-mudelli kollha tas-servizzi tal-cloud (eż. għall-kuntratti IaaS, PaaS jew SaaS)? Dawn l-SCCs huma applikabbli għat-tipi kollha ta’ mudelli ta’ kuntratti ta’ servizzi tal-cloud, fejn is-servizz tal-cloud inkwistjoni jissodisfa d-definizzjoni ta’ Servizz tal-Ipproċessar tad-Data stabbilita fl-Artikolu 2(8). Skont dan l-artikolu, Servizz tal-Ipproċessar tad-Data huwa “servizz diġitali li jkun ipprovdut lil klijent u li jippermetti aċċess minn kullimkien u fuq talba għan-network għal grupp kondiviż ta’ riżorsi tal-informatika konfigurabbli, skalabbli u elastiċi ta’ natura ċentralizzata, distribwita jew distribwita ħafna li jista’ jiġi fornut malajr u rilaxxat bi sforz minimu ta’ ġestjoni jew interazzjoni mal-fornitur tas-servizz”. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar id-Data japplikaw għat-tipi ta’ servizzi li juru l-karatteristiċi elenkati fid-definizzjoni tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data:
Fornitur li s-servizz li joffri juri dawn il-karatteristiċi jrid jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Att dwar id-Data biex jippermetti l-qlib bejn is-Servizzi tal-Ipproċessar tad-Data. Dan jinkludi, pereżempju, l-allinjament tal-kuntratti tas-servizz mal-Artikolu 25, it-tnaqqis u t-tneħħija tal-imposti tal-qlib u tal-ħruġ skont l-Artikolu 29, u l-konformità mal-aspetti tekniċi tal-qlib definiti fl-Artikolu 30. Madankollu, mhux ir-rekwiżiti kollha imposti fuq is-servizzi tal-ipproċessar tad-data skont il-Kapitolu VI tal-Att dwar id-Data japplikaw għall-SaaS. B’mod notevoli, il-kunċett ta’ ekwivalenza funzjonali stabbilit fl-Artikolu 30(1) japplika biss għall-fornituri tal-IaaS, filwaqt li l-Artikoli 30(1) u 30(3) japplikaw għall-fornituri ta’ PaaS u SaaS. Dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet tal-aħħar jirrikjedu lill-fornituri ta’ PaaS u SaaS jagħmlu disponibbli interfaċċi miftuħa u jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet miftuħa tal-interoperabbiltà u mal-istandards armonizzati ppubblikati f’repożitorju tal-UE. L-Artikolu 30 tal-Att dwar id-Data jagħmel distinzjoni bejn:
Barra minn hekk, il-Premessa 81 tal-Att dwar id-Data tispeċifika li l-kunċett ġeneriku ta’ “servizzi tal-ipproċessar tad-data” jkopri għadd sostanzjali ta’ servizzi b’firxa wiesgħa ħafna ta’ skopijiet, funzjonalitajiet u strutturi tekniċi differenti u li huma mifhuma b’mod komuni li jaqgħu f’wieħed jew aktar mit-tliet mudelli ta’ kunsinna ta’ Servizzi tal-Ipproċessar tad-Data, jiġifieri IaaS, PaaS u SaaS. Kapaċitajiet tal-Partijiet L-Artikolu 24 tal-Att dwar id-Data jiċċara li “ir-responsabbiltajiet tal-fornituri ta’ servizzi tal-ipproċessar tad-data stabbiliti fl-Artikoli 23, 25, 29, 30 u 34 għandhom japplikaw biss għas-servizzi, il-kuntratti jew il-prattiki kummerċjali pprovduti mill-fornitur sors ta’ servizzi tal-ipproċessar tad-data.” Fost elementi oħra, l-għarfien dwar l-istruttura tad-Data u r-relazzjoni bejn id-Data huwa meħtieġ biex tiġi ddefinita s-sekwenza tal-operazzjonijiet għall-esportazzjoni tad-Data li tista’ tiġi Esportata. Għalhekk, il-lista ta’ hawn taħt tipprovdi gwida ġenerali lill-Partijiet biex tgħinhom jifhmu l-kapaċità ta’ xulxin li tirfed partijiet differenti tal-proċess tal-qlib. Madankollu, il-lista hija indikattiva biss u hemm sfumaturi importanti li jistgħu jvarjaw bejn u fi ħdan il-kategoriji tal-mudell tas-servizz ta’ hawn taħt, skont is-Servizz tal-Ipproċessar tad-Data partikolari inkwistjoni. Il-partijiet għandhom jagħtu attenzjoni mill-qrib lil dawn id-differenzi. IaaS
PaaS
SaaS
Azzjonijiet matul il-perjodu massimu ta’ avviż u l-perjodu tranżitorju Bidu tal-qlib: L-Artikolu 25(2)(d) tal-Att dwar id-Data jirrikjedi li l-kuntratti jipprevedu perjodu massimu ta’ avviż għall-bidu tal-proċess tal-qlib, li ma jridx jaqbeż xahrejn. Din il-klawżola tistabbilixxi liema informazzjoni għandu jipprovdi l-Fornitur lill-Klijent f’dak il-perjodu u liema azzjonijiet se jieħu l-Fornitur wara l-bidu tal-proċess ta’ qlib. Perjodu tranżitorju: L-Artikolu 25(2)(a) tal-Att dwar id-Data jirrikjedi li l-kuntratti jinkludu dispożizzjonijiet biex il-Klijent ikun jista’, fuq talba, jaqleb għal Servizz tal-Ipproċessar tad-Data ieħor jew jittrasferixxi d-Data li tista’ tiġi Esportata kollha lejn infrastruttura tal-ICT fuq il-post mingħajr dewmien żejjed, u fi kwalunkwe każ fi żmien mhux itwal mill-perjodu tranżitorju massimu obbligatorju ta’ 30 jum kalendarju li jibda fi tmiem il-perjodu massimu ta’ avviż. L-Artikolu 25(2)(g) tal-Att dwar id-Data jirrikjedi wkoll li l-kuntratt ikun fih perjodu minimu għall-irkupru tad-Data ta’ mill-inqas 30 jum kalendarju, li jibda wara t-terminazzjoni tal-perjodu tranżitorju maqbul mill-Partijiet. Meta l-perjodu tranżitorju massimu obbligatorju ta’ 30 jum għall-qlib ma jkunx teknikament fattibbli, il-Fornitur irid javża lill-Klijent fi żmien 14-il jum tax-xogħol wara li tkun saret it-talba għall-qlib, jispjega n-nuqqas ta’ fattibbiltà teknika, u jindika perjodu tranżitorju alternattiv, li ma jistax jaqbeż is-7 xhur (l-Artikolu 25(4) tal-Att dwar id-Data). Il-Klijent għandu d-dritt li jestendi l-perjodu tranżitorju massimu obbligatorju darba, b’perjodu li l-Klijent iqisu aktar xieraq (l-Artikolu 25(5) tal-Att dwar id-Data).
Il-Ftehim dwar l-Ipproċessar tad-Data jitqies li ġie tterminat mat-tlestija tal-qlib b’suċċess jew fi tmiem il-perjodu massimu ta’ avviż, jekk il-Klijent ma jkunx irid jaqleb iżda jħassar id-Data li tista’ tiġi Esportata u l-Assi Diġitali tiegħu mat-terminazzjoni tas-servizz. Ma huwa meħtieġ l-ebda avviż ta’ terminazzjoni mingħand il-Klijent, peress li l-Ftehim jiġi tterminat awtomatikament. Madankollu, għall-finijiet taċ-ċertezza legali u biex jiġi żgurat li l-interessi tal-Partijiet ikunu protetti, il-Fornitur huwa obbligat javża lill-klijent bit-terminazzjoni tal-Kuntratt (l-Artikolu 25(2)(c) tal-Att dwar id-Data). Opzjoni A: Pjan ta’ qlib u ħruġ bħala Anness tal-Ftehim Qabel ma jikkonkludu l-Kuntratt, il-Partijiet jistgħu jikkunsidraw it-tfassil ta’ pjan dettaljat għall-qlib u l-ħruġ. Dan jista’ jkun utli, speċjalment, fil-każ ta’ Servizzi tal-Ipproċessar tad-Data kumplessi. Il-pjan ta’ qlib u ħruġ inkluż hawnhekk jagħti lill-Partijiet viżjoni ċara mill-bidu tar-relazzjoni kuntrattwali rigward il-proċess ta’ qlib, inkluż fir-rigward ta’ liema tipi ta’ informazzjoni, Data u proċessi se jkollhom jiġu kondiviżi bejn il-Partijiet sabiex jaqilbu mingħajr ebda dewmien jew impatt fuq is-servizzi jew fuq in-negozju tal-Klijent. Il-mudell tal-“pjan ta’ qlib u ħruġ” fl-Appendiċi 1 huwa biss eżempju ta’ tali pjan li jagħti lill-Klijent idea tal-mistoqsijiet li se jkollu jistaqsi lill-Fornitur tiegħu u tal-istruttura ta’ dawk id-diskussjonijiet. Il-qsim tar-responsabbiltajiet matul it-twettiq tal-proċess tal-qlib huwa eżempju allinjat, fejn rilevanti, mad-drittijiet u mal-obbligi minquxa fl-Att dwar id-Data. Filwaqt li jirrispettaw dawn id-drittijiet u l-obbligi, il-Partijiet jistgħu jaqblu dwar diviżjoni differenti jew dwar l-inklużjoni ta’ aktar dettalji. Għal din ir-raġuni, il-pjan ma huwiex l-istess bħal klawżola kuntrattwali standard. Opzjoni waħda hija li jinżamm bħala Anness tekniku separat tal-Kuntratt, li jista’ jiġi emendat/aġġornat mill-Partijiet separatament. Inkella, il-Partijiet jaf ikunu jridu jagħmlu l-Anness parti mill-Kuntratt innifsu. Dan l-Anness jista’ jkun pjan standard ta’ qlib u ħruġ propost mill-Fornitur u maqbul mill-Klijent jew jista’ jkun pjan ta’ qlib u ħruġ imfassal apposta propost mill-Fornitur għall-Klijent. Il-Partijiet jistgħu jaġġornaw il-pjan ta’ qlib u ħruġ matul il-Ftehim kif meħtieġ mill-evoluzzjoni tas-Servizzi tal-Ipproċessar tad-Data u mid-Data koperta mill-Ftehim, f’perjodi miftiehma mill-Partijiet. Dan l-aġġornament jista’ jaffettwa wkoll il-perjodu tranżitorju maqbul, pereżempju, fil-limiti stabbiliti mill-Att dwar id-Data. Il-pjan ta’ qlib u ħruġ japplika biss meta l-Klijent jaqleb il-Fornituri, jew għal infrastruttura tal-ICT fuq il-post, mhux jekk il-Klijent ikun biħsiebu jħassar id-Data tiegħu fi tmiem il-perjodu ta’ avviż. Opzjoni B: Għodod ta’ qlib awtomatizzati self-service Għalkemm l-użu ta’ għodod tal-qlib awtomatizzati self-service huwa prevalenti, dan jista’ jġib miegħu ċerti sfidi. Ħaġa ta’ tħassib partikolari hija, pereżempju, li fil-każ ta’ SaaS, xi bażijiet tad-data u l-konfigurazzjonijiet tagħhom jistgħu ma jiġux migrati kif suppost u/jew kompletament, li jwassal għall-ħtieġa ta’ intervent manwali mill-Fornitur. Jekk il-Fornitur jiddependi fuq tali soluzzjoni self-service, il-klawżoli fl-Opzjoni B jippermettu lill-Klijent jiżgura li l-Ftehim ikun fih biżżejjed informazzjoni dwar il-proċess u l-għodda. L-elementi inklużi fl-Opzjoni A (Pjan ta’ qlib u ħruġ bħala Anness tal-Ftehim) jistgħu jservu ta’ ispirazzjoni. Jekk Fornitur juża l-għodod ta’ qlib biex iwettaq l-azzjonijiet meħtieġa mill-Att dwar id-Data għall-qlib għas-sistema ta’ fornitur differenti jew għal infrastruttura tal-ICT fuq il-post, l-att li l-Klijent jintalab ħlas għall-użu ta’ dawn l-għodod ta’ qlib jitqies li jikkostitwixxi imposta tal-qlib. X’jiġri jekk il-qlib ma jirnexxix? Il-klawżola 1.7 taħt l-Opzjoni A u l-klawżola 2.6 taħt l-Opzjoni B jaħsbu f’sitwazzjoni fejn il-qlib ma jirnexxix billi jispjegaw il-passi li l-Klijent (u l-Fornitur ta’ Destinazzjoni tiegħu) u l-Fornitur Sors se jkollhom jieħdu, in bona fide, biex jaqilbu b’suċċess u/jew biex jiskattaw l-opzjoni ta’ tħassir tad-Data pprovduta mill-Att dwar id-Data. Eżempju: Il-Fornitur Sors jipproponi s-soluzzjoni tal-SaaS A u l-Fornitur ta’ Destinazzjoni jipproponi s-soluzzjoni tal-SaaS B. Il-Klijent jitlob lill-Fornitur Sors jgħinhom jaqilbu għall-Fornitur ta’ Destinazzjoni permezz tal-esportazzjoni u tat-trasferiment tad-Data li tista’ tiġi Esportata tagħhom lejn server speċifiku. Jistgħu jseħħu x-xenarji li ġejjin:
|
1. Opzjoni A: Qlib u ħruġ bi pjan bħala Anness tal-Ftehim
1.1. Informazzjoni
|
1.1.1. |
Il-Partijiet jikkonfermaw li l-Fornitur għamel disponibbli lill-Klijent f’Anness tal-Ftehim jew fuq is-sit web tiegħu informazzjoni ċara dwar:
|
1.2. Qlib u ħruġ
|
1.2.1. |
Il-Partijiet jaqblu fuq “pjan ta’ qlib u ħruġ” (il-“Pjan”), permezz tal-formola speċifikata fl-Appendiċi 1, li jifforma parti integrali mill-Ftehim u li se jiġi implimentat mill-Partijiet. Il-Pjan fih:
|
|
1.2.2. |
Il-Fornitur jipprovdi lill-Klijent b’referenza għar-reġistru online bi strutturi u formati tad-Data, standards rilevanti u speċifikazzjonijiet miftuħa tal-interoperabbiltà, fejn id-Data li tista’ tiġi Esportata hija disponibbli fuq [speċifika l-link għall-post] (l-Artikolu 26(b) tal-Att dwar id-Data). |
|
1.2.3. |
Jekk ikun meħtieġ mill-Klijent, il-Fornitur irid jagħmel disponibbli permezz ta’ mezzi elettroniċi adegwati l-informazzjoni li tispjega l-proċeduri rilevanti lill-persunal innominat tal-Klijent (jew lil partijiet terzi awtorizzati). |
|
1.2.4. |
Jekk jintalab mill-Klijent, il-Fornitur jew jagħmel l-arranġamenti għal test, jew jgħin lill-Klijent iwettaq test, kif maqbul fl-Appendiċi 1, biex jivverifika li l-Pjan jaħdem fil-prattika għad-Data li tista’ tiġi Esportata u għall-Assi Diġitali. Jekk ifeġġu problemi matul it-test, il-Partijiet janalizzaw in bona fide l-kawżi u jaqblu dwar is-soluzzjonijiet. |
|
1.2.5. |
Il-Fornitur u l-Klijent għandhom jaġġornaw il-Pjan kull meta jkun meħtieġ jew fuq talba tal-Klijent, sostnuta minn ġustifikazzjoni tal-bidliet meħtieġa. |
1.3. Bidu tal-proċess tal-qlib
|
1.3.1. |
Il-Klijent jibda l-qlib billi jibgħat avviż tal-qlib lill-Fornitur kif indikat fil-klawżola 1.10, filwaqt li josserva l-perjodu ta’ avviż ta’ [il-Partijiet għandhom jindikaw il-perjodu ta’ avviż maqbul, li ma jistax jaqbeż xahrejn]. Jekk il-Klijent ikun jixtieq jaqleb biss fir-rigward ta’ ċerti servizzi u d-Data jew l-Assi Diġitali korrispondenti, dan irid jiġi speċifikat fl-avviż ta’ qlib. [OPZJONI] [Il-Klijent javża billi juża l-formola fl-Appendiċi 3].
|
|
1.3.2. |
Fl-avviż tal-qlib, il-Klijent jinforma lill-Fornitur jekk huwiex biħsiebu:
|
|
1.3.3. |
Il-Fornitur jikkonferma lill-Klijent li rċieva l-avviż tal-qlib mhux aktar tard minn [fi żmien 3 ijiem tax-xogħol] bl-użu tal-istess mezz ta’ komunikazzjoni bħal dak użat mill-Klijent. |
1.4. Perjodu tranżitorju
|
1.4.1. |
Il-Klijent għandu d-dritt jaqleb mingħajr dewmien żejjed fi żmien il-perjodu tranżitorju massimu ta’ 30 jum. Il-Klijent jista’ jaqbel mal-Fornitur għall-perjodu tranżitorju ta’ (il-Partijiet għandhom jindikaw il-perjodu tranżitorju maqbul, li jista’ jkun sa massimu ta’ 30 jum kalendarju) (l-Artikolu 25.2(a) tal-Att dwar id-Data). |
|
1.4.2. |
Meta l-Fornitur ma jkunx jista’ jirrispetta l-perjodu tranżitorju [massimu obbligatorju] minħabba li dan ma jkunx teknikament fattibbli, il-Fornitur (l-Artikolu 25(4) tal-Att dwar id-Data):
|
|
1.4.3. |
Il-Klijent jikkonferma li rċieva l-avviż għal perjodu tranżitorju alternattiv [fi żmien 3 ijiem tax-xogħol]. |
|
1.4.4. |
Il-Klijent jista’ jestendi l-perjodu tranżitorju darba, għal perjodu li jqis aktar xieraq għall-iskop tiegħu stess, għal mhux aktar minn [speċifika n-numru ta’ xhur] (l-Artikolu 25(5) tal-Att dwar id-Data). F’dak il-każ, il-Klijent javża lill-Fornitur kif maqbul fil-klawżola 1.11 bl-intenzjoni tiegħu qabel it-tmiem tal-perjodu tranżitorju oriġinali u jindika l-perjodu tranżizzjonali alternattiv. Il-Fornitur jikkonferma li rċieva tali avviż ta’ estensjoni [fi żmien 3 ijiem tax-xogħol]. |
|
1.4.5. |
[OPZJONI] Il-Klijent javża dwar perjodu tranżitorju alternattiv billi juża l-formola fl-Appendiċi 5. |
1.5. Obbligi tal-Fornitur matul il-proċess tal-qlib
|
1.5.1. |
Il-Fornitur jimpenja ruħu li jipprovdi assistenza raġonevoli lill-Klijent u lil partijiet terzi awtorizzati mill-Klijent fil-proċess tal-qlib ladarba jibda l-proċess tal-qlib u matulu sabiex il-Klijent ikun jista’ jaqleb fi żmien il-perjodu tranżitorju. Għal dan il-għan, il-Fornitur irid, b’mod partikolari:
|
1.6. Obbligi tal-Klijent matul il-proċess tal-qlib
|
1.6.1. |
Il-Klijent jimpenja ruħu li jieħu l-miżuri raġonevoli kollha biex jinkiseb qlib effettiv. Il-Klijent huwa responsabbli biex jimporta Data u Assi Diġitali fis-sistemi tiegħu stess jew fis-sistemi tal-Fornitur ta’ Destinazzjoni u biex jimplimenta dik id-Data u dawk l-Assi Diġitali f’dawn is-sistemi, inkluż fejn il-Klijent juża s-servizzi ta’ parti terza għal dawn l-azzjonijiet. |
|
1.6.2. |
Jekk applikabbli u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 30(6) tal-Att dwar id-Data, il-Klijent u l-Fornitur, jew partijiet terzi awtorizzati minnhom, jimpenjaw ruħhom li jirrispettaw id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ta’ kwalunkwe materjal ipprovdut fil-proċess tal-qlib mill-Fornitur, kif ukoll is-sigrieti kummerċjali tal-Fornitur. Il-Klijent jimpenja ruħu li jipprovdi aċċess għal u jippermetti l-użu ta’ dawn il-materjali lil partijiet terzi awtorizzati minnu biss sa fejn ikun meħtieġ biex jitlesta l-proċess ta’ qlib u biss bl-awtorizzazzjoni espliċita tal-Fornitur. L-aċċess għall-materjali tal-Fornituri relatati mal-proċess ta’ qlib li huma protetti mid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u/jew mis-sigrieti kummerċjali relatati mal-proċess ta’ qlib, u l-użu tagħhom, se jintemmu mhux aktar tard minn tmiem il-perjodu tranżitorju maqbul, inkluż il-perjodu tranżizzjonali alternattiv, f’konformità sħiħa mal-impenji tal-kunfidenzjalità u d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali mogħtija mill-Fornitur. |
|
1.6.3. |
Il-Klijent jaġixxi in bona fide biex jimplimenta kwalunkwe gwida relatata mal-proċess tal-qlib kondiviża mill-Fornitur. |
|
1.6.4. |
Il-Klijent jista’ jaqbel fuq il-metrika tal-qlib ta’ suċċess, kif ukoll fuq l-istadji importanti tal-qlib mal-Fornitur Sors u jinforma lill-Fornitur Sors dwar sa liema punt intlaħqu dawn l-istadji importanti matul il-proċess tal-qlib. Fi kwalunkwe każ, il-Klijent għandu jinforma lill-Fornitur li lesta l-qlib b’suċċess.
|
1.7. Qlib mingħajr suċċess
|
1.7.1. |
Jekk il-proċess tal-qlib ma jitlestiex b’suċċess, il-Partijiet iridu jikkooperaw b’rieda tajba biex jidentifikaw il-kawża u jiksbu t-tlestija b’suċċess, jippermettu trasferiment f’waqtu tad-Data u jżommu l-kontinwità tas-servizzi. B’mod partikolari, fuq talba tal-Klijent, il-Fornitur jappoġġa lill-Klijent fl-identifikazzjoni tar-raġunijiet għall-qlib mingħajr suċċess u, sa fejn ir-raġunijiet identifikati jkunu relatati mal-ambjent tal-Fornitur jew mal-proċessi tal-qlib, jagħti pariri dwar kif jistgħu jiġu solvuti l-problemi tekniċi identifikati. Ir-regoli applikabbli għall-imposti tal-qlib japplikaw għall-appoġġ ipprovdut mill-Fornitur u għas-servizzi l-oħra tal-Fornitur imsemmija f’din it-taqsima. |
|
1.7.2. |
Il-Klijent jista’ jawtorizza lill-Fornitur ta’ Destinazzjoni biex jaġixxi f’ismu. |
1.8. Irkupru tad-Data u tħassir tad-Data
|
1.8.1. |
Il-Klijent jista’ jirkupra jew iħassar id-Data tiegħu matul il-perjodu maqbul għall-irkupru tad-Data, li huwa […] jiem. |
|
1.8.2. |
Fi tmiem il-perjodu maqbul għall-irkupru tad-Data, u jekk il-proċess tal-qlib ikun tlesta b’suċċess, il-Fornitur iħassar id-Data li tista’ tiġi Esportata u l-Assi Diġitali kollha ġġenerati mill-Klijent jew direttament relatati mal-Klijent. Il-Fornitur jikkonferma [fi żmien x jiem tax-xogħol] li tlesta tali tħassir, ħlief għad-Data li tista’ tiġi Esportata personali li l-Fornitur huwa obbligat jaħżinha skont il-liġijiet tal-UE jew nazzjonali.
|
1.9. Imposti tal-qlib
|
1.9.1. |
L-imposti li għandhom jitħallsu mill-Klijent għall-qlib huma kif ġej […]
|
1.10. Terminazzjoni tal-proċess tal-qlib
[Ara Terminazzjoni tal-SCCs]
1.11. Notifiki
Il-Partijiet jaqblu li kwalunkwe notifika bejniethom fir-rigward tal-qlib u l-ħruġ għandha ssir (il-Partijiet jimlew il-mezz ta’ komunikazzjoni magħżul inkluż b’mezzi elettroniċi adegwati).
1.12. Ordni ta’ preċedenza
F’każ ta’ kwalunkwe kunflitt jew inkonsistenza bejn dawn il-klawżoli dwar il-qlib u l-ħruġ u kwalunkwe arranġament kuntrattwali, terminu, kundizzjoni jew Ftehim applikabbli oħrajn relatati mal-qlib bejn is-Servizzi tal-Ipproċessar tad-Data, dawn il-klawżoli jieħdu preċedenza.
2. Opzjoni B: Qlib u ħruġ b’għodod ta’ qlib awtomatizzati self-service
2.1. Informazzjoni
|
2.1.1. |
Qabel ma jqiegħed l-ordni għas-Servizzi tal-Ipproċessar tad-Data, il-Fornitur ikun ipprovda lill-Klijent b’informazzjoni ċara dwar:
|
|
2.1.2. |
Il-lista ta’ kontroll tal-qlib fl-Appendiċi 2, li tifforma parti integrali mill-Ftehim, tinkludi:
|
|
2.1.3. |
Il-Fornitur jipprovdi lill-Klijent b’referenza għar-reġistru online bi strutturi u formati tad-Data, standards rilevanti u speċifikazzjonijiet miftuħa tal-interoperabbiltà, fejn id-Data li tista’ tiġi Esportata hija disponibbli fuq [speċifika l-link għall-post] (l-Artikolu 26(b) tal-Att dwar id-Data). |
2.2. Bidu tal-proċess tal-qlib
|
2.2.1. |
Il-Klijent jibda l-qlib billi jibgħat avviż tal-qlib lill-Fornitur kif maqbul fil-klawżola 2.10, filwaqt li josserva l-perjodu ta’ avviż ta’ [il-Partijiet għandhom jindikaw il-perjodu ta’ avviż maqbul, li ma jistax jaqbeż xahrejn]. Jekk il-Klijent ikun jixtieq jaqleb biss fir-rigward ta’ ċerti servizzi u d-Data jew l-Assi Diġitali korrispondenti, dan irid jiġi speċifikat fl-avviż ta’ qlib. [OPZJONI] [Il-Klijent javża billi juża l-formola fl-Appendiċi 3.]
|
|
2.2.2. |
Fl-avviż tal-qlib, il-Klijent jinforma lill-Fornitur jekk huwiex biħsiebu:
|
|
2.2.3. |
Fl-avviż tal-qlib, il-Klijent jista’ jindika wkoll il-perjodu/i ta’ żmien għall-qlib u r-Riżorsi addizzjonali tal-IT meħtieġa mill-Klijent f’dawk il-perjodi ta’ żmien. Jekk il-Fornitur ma jkunx jista’ jiżgura tali riżorsi tal-IT fil-perjodi ta’ żmien indikati, għandu joġġezzjona sa mhux aktar tard minn [3 ijiem tax-xogħol] minn meta jirċievi l-avviż tal-qlib, billi jipprovdi ġustifikazzjoni xierqa u jipproponi diversi “perjodi ta’ żmien” alternattivi lill-Klijent filwaqt li jirrispetta l-perjodu tranżitorju massimu.
|
|
2.2.4. |
Il-Fornitur jikkonferma lill-Klijent li rċieva l-avviż tal-qlib [fi żmien 3 ijiem tax-xogħol] bl-użu tal-istess mezz ta’ komunikazzjoni bħal dak użat mill-Klijent.
|
2.3. Perjodu tranżitorju
|
2.3.1. |
Meta l-Fornitur ma jkunx jista’ jirrispetta l-perjodu tranżitorju [massimu obbligatorju] minħabba li dan ma jkunx teknikament fattibbli, il-Fornitur jimpenja ruħu li:
Il-Klijent jikkonferma li rċieva tali avviż ta’ estensjoni [fi żmien 3 ijiem tax-xogħol]. |
|
2.3.2. |
Il-Klijent jista’ jestendi l-perjodu tranżitorju darba, għal perjodu li jqis aktar xieraq għall-iskop tiegħu stess, għal mhux aktar minn [speċifika n-numru ta’ xhur]. F’dak il-każ, il-Klijent javża lill-Fornitur bil-miktub, inkluż b’mezzi elettroniċi adegwati, bl-intenzjoni tiegħu sa tmiem il-perjodu tranżitorju oriġinali u jindika l-perjodu tranżizzjonali alternattiv. Il-Fornitur jikkonferma li rċieva tali avviż ta’ estensjoni [fi żmien 3 ijiem tax-xogħol].
[OPZJONI] [Il-Klijent javża billi juża l-formola fl-Appendiċi 5]; |
2.4. Obbligi tal-Fornitur matul il-proċess tal-qlib
|
2.4.1. |
Il-Fornitur jimpenja ruħu li jipprovdi assistenza raġonevoli lill-Klijent u lil partijiet terzi awtorizzati mill-Klijent fil-proċess tal-qlib ladarba jibda l-proċess tal-qlib u matulu sabiex il-Klijent ikun jista’ jaqleb fi żmien il-perjodu tranżitorju. Għal dan il-għan, il-Fornitur irid, b’mod partikolari:
|
2.5. Obbligi tal-Klijent matul il-proċess tal-qlib
|
2.5.1. |
Il-Klijent jimpenja ruħu li jieħu l-miżuri raġonevoli kollha biex jinkiseb qlib effettiv. Il-Klijent jimpenja ruħu li jkun responsabbli biex jimporta Data u Assi Diġitali fis-sistemi tiegħu stess jew fis-sistemi tal-Fornitur ta’ Destinazzjoni u biex jimplimenta dik id-Data u dawk l-Assi Diġitali, inkluż fejn il-Klijent juża s-servizzi ta’ parti terza għal dawn l-azzjonijiet. |
|
2.5.2. |
Jekk applikabbli u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 30(6) tal-Att dwar id-Data, il-Klijent u l-Fornitur, jew partijiet terzi awtorizzati minnhom, jimpenjaw ruħhom li jirrispettaw id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ta’ kwalunkwe materjal ipprovdut fil-proċess tal-qlib mill-Fornitur, kif ukoll is-sigrieti kummerċjali tal-Fornitur. Il-Klijent jimpenja ruħu li jipprovdi aċċess għal u jippermetti l-użu ta’ dawn il-materjali lil partijiet terzi awtorizzati minnu biss sa fejn ikun meħtieġ biex jitlesta l-proċess ta’ qlib u biss bl-awtorizzazzjoni espliċita tal-Fornitur. L-aċċess għall-materjali tal-Fornitur relatati mal-proċess ta’ qlib li huma protetti mid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u/jew mis-sigrieti kummerċjali relatati mal-proċess ta’ qlib, u l-użu tagħhom, se jintemmu mhux aktar tard minn tmiem il-perjodu tranżitorju maqbul, inkluż il-perjodu tranżizzjonali alternattiv, f’konformità sħiħa mal-impenji tal-kunfidenzjalità u d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali mogħtija mill-Fornitur. |
|
2.5.3. |
Il-Klijent jista’ jaqbel fuq il-metrika tal-qlib ta’ suċċess, kif ukoll fuq l-istadji importanti tal-qlib mal-Fornitur Sors u jinforma lill-Fornitur Sors dwar sa liema punt intlaħqu dawn l-istadji importanti matul il-proċess tal-qlib. Fi kwalunkwe każ, il-Klijent għandu jinforma lill-Fornitur li lesta l-qlib b’suċċess. |
|
2.5.4. |
Il-Klijent jaġixxi in bona fide biex jimplimenta kwalunkwe gwida relatata mal-proċess tal-qlib kondiviża mill-Fornitur.
|
2.6. Qlib mingħajr suċċess
|
2.6.1. |
Jekk il-proċess tal-qlib ma jitlestiex b’suċċess, il-Partijiet iridu jikkooperaw b’rieda tajba biex jidentifikaw il-kawża u jiksbu t-tlestija b’suċċess, jippermettu trasferiment f’waqtu tad-Data u jżommu l-kontinwità tas-servizzi. B’mod partikolari, fuq talba tal-Klijent, il-Fornitur jappoġġa lill-Klijent fl-identifikazzjoni tar-raġunijiet għall-qlib mingħajr suċċess u, sa fejn ir-raġunijiet identifikati jkunu relatati mal-ambjent tal-Fornitur jew mal-proċessi tal-qlib, jagħti pariri dwar kif jistgħu jiġu solvuti l-problemi tekniċi identifikati. Ir-regoli applikabbli għall-imposti tal-qlib japplikaw għall-appoġġ ipprovdut mill-Fornitur u għas-servizzi l-oħra tal-Fornitur imsemmija f’din it-taqsima. |
|
2.6.2. |
Il-Klijent jista’ jawtorizza lill-Fornitur ta’ Destinazzjoni biex jaġixxi f’ismu. |
2.7. Irkupru tad-Data u tħassir tad-Data
|
2.7.1. |
Il-Partijiet jaqblu li l-Klijent jirkupra jew iħassar id-Data tiegħu matul il-perjodu maqbul għall-irkupru tad-Data, li huwa […] jiem. |
|
2.7.2. |
Fi tmiem il-perjodu maqbul għall-irkupru tad-Data, u jekk il-proċess tal-qlib ikun tlesta b’suċċess, il-Fornitur jimpenja ruħu li jħassar id-Data li tista’ tiġi Esportata u l-Assi Diġitali kollha ġġenerati mill-Klijent jew relatati mal-Klijent direttament u jikkonferma lill-Klijent li jkun għamel dan, ħlief għad-Data li tista’ tiġi Esportata li l-Fornitur ikun obbligat li jaħżinha skont il-liġijiet obbligatorji tal-UE jew tal-Istati Membri tal-UE sakemm il-Fornitur javża lill-Klijent, jekk permess mil-liġi, dwar x’Data li tista’ tiġi Esportata se jżomm, għal kemm żmien u għal liema raġunijiet.
|
2.8. Imposti tal-qlib
L-imposti li għandhom jitħallsu mill-Klijent għall-qlib huma kif ġej […]
|
F’każ ta’ użu parallel ta’ diversi Servizzi tal-Ipproċessar tad-Data (xenarju ta’ użu ta’ aktar minn servizz tal-cloud wieħed), l-imposti tal-Ħruġ tad-Data ma jitqisux bħala imposti tal-qlib u bħala tali jistgħu jiġu imposti fuq il-Klijent sabiex jiġu mgħoddija lilu tali kostijiet imġarrba mill-Fornitur, mingħajr ma jinqabżu l-kostijiet reali. L-għodod tal-ittestjar għall-qlib u l-appoġġ raġonevoli tal-Fornitur għall-Klijent fl-ittestjar kif maqbul fil-Pjan għandhom jitqiesu li jiffurmaw parti mill-proċess tal-qlib u konsegwentement, l-imposti għal tali servizzi għandhom jiġu rtirati gradwalment f’konformità mal-Artikolu 29 tal-Att dwar id-Data. |
2.9. Terminazzjoni tal-proċess tal-qlib
Ara l-klawżola 1 tat-Terminazzjoni tal-SCCs
2.10. Notifiki
Il-Partijiet jaqblu li kwalunkwe notifika bejniethom fir-rigward tal-qlib u l-ħruġ għandha ssir [il-Partijiet jimlew il-mezz ta’ komunikazzjoni magħżul inkluż b’mezzi elettroniċi adegwati].
2.11. Ordni ta’ preċedenza
F’każ ta’ kwalunkwe kunflitt jew inkonsistenza bejn dawn il-klawżoli dwar il-qlib u l-ħruġ u kwalunkwe arranġament kuntrattwali, terminu, kundizzjoni jew Ftehim applikabbli oħrajn relatati mal-qlib bejn is-Servizzi tal-Ipproċessar tad-Data, dawn il-klawżoli jieħdu preċedenza.
Appendiċi 1
Pjan ta’ qlib u ħruġ
1. Dettalji ta’ kuntatt
|
(a) |
Il-kuntatt tal-Fornitur għall-qlib u għall-ħruġ: … |
|
(b) |
Il-kuntatt tal-Klijent għall-qlib u għall-ħruġ: … |
2. Il-Klijent irid jipprovdi l-informazzjoni li ġejja fl-avviż bil-miktub:
|
(a) |
Data kkonċernata mill-avviż, skont l-identifikazzjoni maqbula fl-Appendiċi 2. |
|
(b) |
Destinazzjoni tad-Data: L-infrastruttura tal-ICT fuq il-post tal-Klijent jew Fornitur ta’ Destinazzjoni, inklużi speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti dwar is-sit tad-destinazzjoni. |
|
(c) |
Il-post fejn id-Data għandha tiġi esportata u ttrasportata. |
3. Obbligi tal-Fornitur li jirreaġixxi għall-avviż bil-miktub
Fi żmien … jiem, il-Fornitur iwieġeb lill-Klijent bil-miktub, bl-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
Speċifikazzjoni eżawrjenti tal-kategoriji kollha ta’ Data li għandhom jiġu ttrasferiti matul il-proċess tal-qlib
|
|
(b) |
Speċifikazzjoni eżawrjenti tal-kategoriji ta’ Data speċifiċi għall-funzjonament intern tas-Servizz tal-Ipproċessar tad-Data tal-Fornitur li għandhom ikunu eżentati mid-Data li tista’ tiġi Esportata fejn jeżisti riskju ta’ ksur tas-sigrieti kummerċjali tal-Fornitur: ... |
4. Konferma tad-Data li għandha tinqaleb
Il-Klijent jindika liema Data u Assi Diġitali jrid jirċievi fil-perjodu tranżitorju maqbul (jew alternattiv).
5. Ordni, żmien u ttestjar
Matul il-perjodu tranżitorju:
|
(a) |
l-ordni u ż-żmien maqbula għall-esportazzjoni u għat-trasferiment tad-Data u tal-Assi Diġitali magħżula huma kif ġej: … |
|
(b) |
deskrizzjoni tal-metodu ta’ ttestjar propost mill-Fornitur: .... |
|
(c) |
il-Fornitur jew il-Klijent li juża l-għodod u l-proċessi tal-Fornitur se jittestja l-esportazzjoni u t-trasferiment lejn il-post maqbul b’parti mid-Data u mill-Assi Diġitali maqbula, biex jikkonferma jew jadatta l-ordni u ż-żmien; |
|
(d) |
il-Klijent se jittestja l-importazzjoni u l-implimentazzjoni tad-Data u tal-Assi Diġitali maqbula fis-sistemi tiegħu stess jew fis-sistemi tal-Fornitur ta’ Destinazzjoni; |
|
(e) |
jekk ikun hemm problemi bl-ittestjar jew bir-riżultati tal-ittestjar, il-Fornitur Sors u l-Klijent jiddeterminaw jekk dawn jirriżultawx mill-esportazzjoni tad-Data u tal-Assi Diġitali maqbula u mill-proċessi ta’ trasferiment taħt ir-responsabbiltà tal-Fornitur jew mill-proċessi ta’ importazzjoni u ta’ implimentazzjoni tagħhom taħt ir-responsabbiltà tal-Klijent. |
6. Twettiq tal-proċess tal-qlib
|
(a) |
Il-Fornitur irid jesporta u jittrasporta b’mezzi elettroniċi jew fiżiċi d-Data jew l-Assi Diġitali lejn il-post speċifikat mill-Klijent u l-Klijent (jew kwalunkwe parti terza awtorizzata mill-Klijent) irid jimporta d-Data jew l-Assi Diġitali fis-sistemi tiegħu stess jew fis-sistemi tal-Fornitur ta’ Destinazzjoni u jimplimenta dawk id-Data jew l-Assi Diġitali f’dawk is-sistemi. |
|
(b) |
Il-klijent (jew kwalunkwe parti terza li l-Klijent ikun awtorizza) irid jittestja l-funzjonalitajiet fl-ambjent tiegħu jew fl-ambjent tal-Fornitur tad-Destinazzjoni fi żmien .... [Il-partijiet jindikaw il-perjodu miftiehem għat-twettiq tat-test] u jiddokumentaw għall-Fornitur kwalunkwe problema li tirriżulta minn (i) il-kwalità tad-Data jew tal-Assi Diġitali esportati jew (ii) informazzjoni insuffiċjenti mogħtija mill-Fornitur. |
|
(c) |
Il-Fornitur jeħtieġlu jirreaġixxi mingħajr dewmien żejjed sabiex il-Klijent ikun jista’ jaqleb fil-perjodu tranżitorju obbligatorju. |
7. Qlib b’suċċess
Malli l-Klijent javża lill-Fornitur li l-proċess tal-qlib ikun tlesta b’suċċess, il-Fornitur jimpenja ruħu li javża lill-Klijent dwar it-terminazzjoni tal-kuntratt mingħajr dewmien żejjed. Jekk il-Klijent ma javżax lill-Fornitur dwar il-qlib b’suċċess jew in-nuqqas tiegħu, filwaqt li l-Fornitur ikollu raġunijiet biex jemmen li l-qlib ikun tlesta b’suċċess mill-Klijent, il-Fornitur jista’ jibgħat lill-Klijent talba għal konferma dwar jekk il-qlib ikunx sar b’suċċess. Jekk il-Klijent ma jikkonfermax il-qlib b’suċċess fi żmien 30 jum kalendarju minn tali talba, jitqies li l-qlib ma kienx ta’ suċċess, u l-Ftehim ma jiġix itterminat.
Appendiċi 2
Lista ta’ kontroll għall-qlib
L-informazzjoni meħtieġa hija msemmija b’mod espliċitu hawn taħt jew l-informazzjoni meħtieġa tista’ tinstab fuq […]
|
(a) |
Speċifikazzjoni eżawrjenti tal-kategoriji kollha ta’ Data u ta’ Assi Diġitali li jistgħu jiġu ttrasferiti, inkluża bħala minimu d-Data li tista’ tiġi Esportata kollha: ... |
|
(b) |
Speċifikazzjoni eżawrjenti tal-kategoriji ta’ Data u ta’ Assi Diġitali speċifiċi għall-funzjonament intern tas-Servizz tal-Ipproċessar tad-Data tal-Fornitur, b’riskju ta’ ksur tas-sigrieti kummerċjali tal-Fornitur, li huma eżentati mill-qlib: ... |
|
(c) |
Informazzjoni dwar il-proċeduri għall-qlib u għat-trasferiment bl-użu ta’ għodod tal-qlib: ... |
|
(d) |
Stima taż-żmien meħtieġ għall-esportazzjoni u għat-trasferiment tad-Data u tal-Assi Diġitali: ... |
|
(e) |
Riskji magħrufa għall-kontinwità fil-forniment tal-funzjonijiet jew tas-servizzi tal-Fornitur Sors: … |
|
(f) |
Riżorsi tal-IT li se jiġu żgurati mill-Fornitur għal qlib effettiv: ... |
Appendiċi 3
Avviż tal-qlib
[Isem u indirizz tal-Fornitur għall-komunikazzjoni]
[Data]
Avviż tal-qlib
Isem il-Klijent: […]
Kuntratt: (l-isem u d-dettalji tal-kuntratt, eż. isem il-kuntratt, in-numru tiegħu, id-data tal-eżekuzzjoni, kif meħtieġ mill-Kuntratt)
Servizzi maqluba: [Dawk kollha koperti mill-Kuntratt] jew [ipprovdi s-servizzi jew l-Assi Diġitali espliċiti soġġetti għall-qlib jekk parti biss mis-servizzi għandha tkun koperta mill-qlib]
[OPZJONI] [F’isem il-Klijent, ninfurmak/ninfurmawk li l-Klijent se jibda l-qlib tas-servizzi maqluba minn (speċifika d-data tal-bidu ). Il-perjodu ta’ avviż huwa (speċifikat mill-Klijent: massimu ta’ xahrejn, jista’ jkun iqsar fid-diskrezzjoni tal-Klijent.]
[OPZJONI] F’isem il-Klijent, ninfurmak/ninfurmawk li l-Klijent se jibda l-qlib tas-servizzi, tad-Data jew tal-Assi Diġitali li ġejjin: …
[OPZJONI] Il-Klijent jinfurmak li biħsiebu jaqleb għal [dettalji tal-fornitur il-ġdid/tal-infrastruttura fuq il-post tal-Klijent].
[OPZJONI] [(Applikabbli għall-qlib awtomatizzat) Il-Klijent jixtieq jaqleb fil-perjodu jew perjodi ta’ żmien li ġejjin: (speċifika d-dati u d-dettalji). Il-Klijent jitlob li r-Riżorsi tal-IT li ġejjin ikunu disponibbli matul dawk il-perjodi ta’ żmien (għandha timtela mill-Klijent).]
Dettalji ta’ kuntatt tal-persuna responsabbli għall-qlib: (dettalji tar-rappreżentant tal-Klijent responsabbli għall-proċess tal-qlib).
_________
[firma tar-rappreżentant awtorizzat tal-Klijent]
Appendiċi 4
Avviż tal-ħruġ
|
Din il-formola hija applikabbli jekk il-Klijent ma jkunx irid jaqleb iżda biss iħassar id-Data li tista’ tiġi Esportata jew l-Assi Diġitali tiegħu kemm skont l-Opzjoni A kif ukoll skont l-Opzjoni B. |
[Isem u indirizz tal-Fornitur għall-komunikazzjoni]
[Data]
Avviż tal-ħruġ
Isem il-Klijent: […]
Kuntratt: [isem u dettalji tal-kuntratt, eż. isem il-kuntratt, in-numru tiegħu, id-data tal-eżekuzzjoni, kif meħtieġ mill-Kuntratt]
Data/Assi Diġitali Mħassra: [(Dawk kollha koperti mill-Kuntratt] jew [ipprovdi d-Data jew l-Assi Diġitali espliċiti soġġetti għal tħassir]
[OPZJONI] [F’isem il-Klijent, ninfurmak/ninfurmawk li l-Klijent se jibda l-qlib li jikkonsisti biss mit-tħassir tad-Data/Assi Diġitali mħassra minn (data tal-bidu). Il-perjodu ta’ avviż huwa (speċifikat mill-Klijent: massimu ta’ xahrejn, jista’ jkun iqsar fid-diskrezzjoni tal-Klijent)].
[OPZJONI] [Dettalji ta’ kuntatt tal-persuna responsabbli għall-qlib: (dettalji tar-rappreżentant tal-Klijent responsabbli għall-proċess tal-qlib).]
_________
[firma tar-rappreżentant awtorizzat tal-Klijent]
Appendiċi 5
Avviż għal perjodu tranżitorju alternattiv
[Isem u indirizz tal-Fornitur għall-komunikazzjoni]
[Data]
Avviż għal perjodu tranżitorju alternattiv
Isem il-Klijent: […]
Kuntratt: [Isem u dettalji tal-kuntratt, eż. isem il-Kuntratt, in-numru tiegħu, id-data tal-eżekuzzjoni, kif meħtieġ mill-Kuntratt]
Data/Assi Diġitali Mħassra: [Dawk kollha koperti mill-Kuntratt] jew [ipprovdi d-Data jew l-Assi Diġitali espliċiti soġġetti għal tħassir]
[OPZJONI] [F’isem il-Klijent, ninfurmak/ninfurmawk li l-Klijent jixtieq jestendi l-perjodu tranżitorju sa mhux aktar tard minn (data)].
[OPZJONI] [Dettalji ta’ kuntatt tal-persuna responsabbli għall-qlib: (dettalji tar-rappreżentant tal-Klijent responsabbli għall-proċess tal-qlib).]
_________
[firma tar-rappreżentant awtorizzat tal-Klijent]
ANNESS VII
KLAWŻOLI KUNTRATTWALI STANDARD
dwar it-Terminazzjoni
|
Ir-Regolament (UE) 2023/2854 (hawnhekk imsejjaħ l-Att dwar id-Data) jippermetti lill-klijenti tas-Servizzi tal-Ipproċessar tad-Data (jiġifieri servizzi tal-cloud computing u tal-edge computing) jaqilbu bejn il-fornituri jew jittrasferixxu d-Data tagħhom lejn l-infrastruttura tal-ICT fuq il-post tagħhom stess. L-att tal-qlib ikollu effett fuq jekk il-Ftehim bejn il-Partijiet hux se jkompli jew jiġi tterminat. Dawn l-SCCs jittrattaw it-terminazzjoni tal-Ftehim bejn il-Klijent u l-Fornitur fir-rigward ta’ servizz partikolari fil-kuntest tal-qlib. Dawn l-SCCs ikopru l-proċess ta’ terminazzjoni ta’ kuntratt ta’ Servizz. Huma marbuta direttament mal-SCCs tal-Qlib u tal-Ħruġ u jipprevedu diversi possibbiltajiet ta’ terminazzjoni u kundizzjonijiet relatati. Il-Ftehim dwar l-Ipproċessar tad-Data normalment jiġi tterminat (kompletament jew parzjalment) ladarba l-proċess tal-qlib ikun tlesta b’suċċess jew jekk il-Klijent ma jkunx jixtieq jaqleb għal Fornitur ieħor iżda jitlob li d-data kollha titħassar u tali tħassir isir b’suċċess. Huma inklużi xi opzjonijiet addizzjonali f’dawn l-SCCs biex jgħinu lill-partijiet f’xenarji mhux koperti fl-Att dwar id-Data. Il-Ftehim mal-Fornitur jista’ jkopri diversi servizzi. Jekk dawn l-SCCs jiżdiedu mal-Ftehim u mbagħad il-Klijent jaqleb servizz wieħed għal Fornitur ta’ Destinazzjoni filwaqt li s-servizzi l-oħra jibqgħu mal-Fornitur Sors, il-Ftehim jiġi tterminat biss fir-rigward ta’ dak is-Servizz speċifiku, sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor. Minbarra t-terminazzjoni relatata mal-qlib kopert minn dawn l-SCCs, il-Ftehim jista’ jiġi tterminat ukoll għal kwalunkwe raġuni oħra għat-terminazzjoni inkluża fil-Ftehim ewlieni jew prevista mil-liġi applikabbli. Il-Fornitur jista’ jiddeċiedi li jittermina l-Ftehim jekk il-Klijent jikser l-obbligi tiegħu u jippreżenta avviż ta’ terminazzjoni. F’dan il-każ, il-Klijent jista’ jipprovdi avviż tal-qlib, bir-riżultat li l-Ftehim jiġi estiż sat-tlestija b’suċċess tal-proċess tal-qlib. Klawżoli kuntrattwali standard oħrajn rakkomandati mill-Kummissjoni jistgħu jinstabu mehmuża hawnhekk u jkopru suġġetti speċifiċi minbarra t-terminazzjoni tal-Ftehim. Il-Partijiet huma mħeġġa jikkunsidraw jużaw dawk il-klawżoli l-oħrajn ukoll, peress li ġew żviluppati biex ikunu konsistenti u jsaħħu lil xulxin. X’inhu inkluż fl-SCCs dwar it-Terminazzjoni? Xenarji pprovduti mill-Att dwar id-Data: Il-Ftehim jiġi tterminat f’ċirkostanzi speċifiċi ladarba l-qlib ikun ikkonkluda b’suċċess (l-Event A) jew jekk il-Klijent ma jkunx jixtieq jaqleb iżda jirrikjedi li d-Data kollha titħassar u tali tħassir isir b’suċċess (l-Event B). Il-Ftehim jitqies li ġie tterminat mat-tlestija b’suċċess tal-qlib (l-Event A) jew fi tmiem il-perjodu massimu ta’ avviż (l-Event B). Ma hemm l-ebda ħtieġa li jiġi nnotifikat l-avviż ta’ terminazzjoni jew li tiġi segwita l-proċedura ta’ terminazzjoni skont il-Ftehim, peress li l-Ftehim jiġi tterminat awtomatikament. Madankollu, il-Fornitur huwa obbligat javża lill-Klijent li l-Kuntratt huwa meqjus itterminat (l-Artikolu 25(2)(c) tal-Att dwar id-Data). Din in-notifika hija ta’ natura informattiva, peress li l-Ftehim diġà jkun ġie tterminat. Għalhekk, anki jekk il-Fornitur jibgħat in-notifika tard, ma jista’ jimponi l-ebda tariffa skont il-Kuntratt itterminat. Madankollu, il-Klijent għandu jinforma lill-Fornitur li l-proċess tal-qlib tlesta b’suċċess, peress li jista’ jkun li l-Fornitur ma jkunx konxju ta’ dan il-fatt. Jekk il-Fornitur ikollu raġunijiet biex jissuspetta li l-Klijent ikun diġà qaleb b’suċċess (eż. il-Klijent ma jkunx qed jilloggja fis-servizz jew ma jkollu l-ebda Data stazzjonarja maħżuna fis-servizz), il-Fornitur jista’ jikkuntattja lill-Klijent u jitlob konferma tal-qlib b’suċċess. Fin-nuqqas ta’ tweġiba mill-Klijent, jitqies li l-qlib ma tlestiex b’suċċess u l-Kuntratt ikompli (jiġifieri ma jiġix itterminat) bit-termini eżistenti tiegħu. L-Att dwar id-Data ma jiddefinix il-qlib b’suċċess. Fil-prinċipju, huwa f’idejn il-Klijent li jiddeċiedi jekk il-qlib sarx b’suċċess. Madankollu, il-Klijent, jew il-Klijent u l-Fornitur, jistgħu jaqblu li jistabbilixxu ċerti kriterji biex jivvalutaw jekk il-qlib sarx b’suċċess, b’mod partikolari:
F’każ ta’ kuntratt b’terminu fiss, il-qlib jista’ jintemm qabel jew wara li jiskadi l-kuntratt (għall-każ tal-aħħar, ara l-Każ D). Jekk il-qlib jintemm qabel l-iskadenza tal-kuntratt, il-Ftehim jiskadi wkoll. F’dak il-każ, jistgħu jkunu dovuti penali għal terminazzjoni bikrija (l-Artikoli 23(a), 25.2(c) u 29(4) tal-Att dwar id-Data). X’jiġri jekk il-qlib ma jirnexxix? Ara l-SCCs tal-Qlib u tal-Ħruġ Sabiex tiġi solvuta sitwazzjoni fejn il-qlib ma jirnexxix u l-Ftehim ma jkunx jista’ jiġi tterminat, il-Partijiet jistgħu jressqu lment lill-awtorità kompetenti skont l-Att dwar id-Data, sabiex l-awtorità tieħu deċiżjoni. Madankollu, għandu jkun mifhum li l-Partijiet jistgħu jużaw ukoll kwalunkwe mezz legali disponibbli fil-ġuriżdizzjoni tagħhom (eż. iressqu talba, jitolbu rimedji b’mandat ta’ inibizzjoni mill-qrati ċivili, eċċ.). Żewġ xenarji oħra: Il-klawżoli 1.4 u 1.5 huma fakultattivi, u jippreżentaw żewġ xenarji oħra li għandhom jikkunsidraw il-Partijiet. Filwaqt li ma humiex imsemmija b’mod espliċitu fl-Att dwar id-Data, dawn jistgħu jseħħu fil-prattika u huma inklużi fil-klawżoli biex jgħinu lill-Partijiet isolvu sitwazzjonijiet bħalhom. Dawn ix-xenarji huma kif ġej:
F’dan il-każ, peress li d-Data tkun disponibbli permezz ta’ servizz b’funzjonalità limitata, il-Fornitur Sors u l-Klijent għandhom jikkonkludu Ftehim ġdid għal dan is-servizz addizzjonali jew jemendaw il-Ftehim eżistenti (ara l-klawżola 1.4.2). B’mod partikolari, il-Partijiet għandhom jaqblu dwar perjodu ġdid għall-Irkupru tad-Data. Fil-każ ta’ Ftehimiet (qafas) ġenerali, il-Klijent jista’ jkun jixtieq iżomm ir-relazzjoni kuntrattwali mal-Fornitur Sors fis-seħħ sabiex ikun jista’ jixtri malajr servizzi ġodda mingħajr ma jgħaddi mill-proċess tal-konklużjoni ta’ Kuntratt ġdid, li, f’organizzazzjonijiet akbar, jista’ jkun proċess twil u kkumplikat. Eżempju għall-Każ C: Il-Klijent esporta u ttrasferixxa d-Data tiegħu b’suċċess mill-Fornitur Sors lill-Fornitur ta’ Destinazzjoni li d-Data ġiet implimentata b’suċċess fl-ambjent tiegħu. Eżempju ieħor jista’ jkun li l-Klijent jista’ jiddeċiedi li jittermina s-servizz mal-Fornitur Sors mingħajr ma sussegwentement jaqleb għal Fornitur ieħor. Fiż-żewġ eżempji, madankollu, il-Klijent ma jixtieqx li d-Data tiegħu titħassar u minflok jippreferi li jsir backup tagħha b’mod sikur mal-Fornitur Sors li jestendi lil hinn mill-perjodu maqbul għall-irkupru tad-Data. Kwalunkwe servizz addizzjonali bħal dan iffaċilitat mill-Fornitur Sors ma jipprevjenix it-terminazzjoni tal-Ftehim oriġinali u l-forniment tas-servizz ikun ibbażat fuq Ftehim ġdid jew emendat.
Eżempju għall-Każ D: Eżempju ta’ din is-sitwazzjoni jista’ jkun meta l-Klijent ma jipprovdix avviż biżżejjed minn qabel. F’dan il-każ, id-Data ma ġietx ittrasferita lill-Fornitur ta’ Destinazzjoni fid-data li fiha jiskadi l-Ftehim mal-Fornitur Sors. Il-Partijiet għandhom ikunu konxji li jista’ jkun hemm sospensjoni tas-servizzi matul il-proċess tal-qlib. F’dan il-każ, tapplika l-klawżola ġenerali dwar is-sospensjoni tas-servizzi inkluża fil-Ftehim. Jeżistu eżenzjonijiet għal ċerti servizzi mfassla apposta. Ara l-ispjegazzjoni li takkumpanja l-SCCs tal-Qlib u tal-Ħruġ. |
1. Terminazzjoni
1.1. Proċess ta’ terminazzjoni
|
1.1.1. |
Il-Ftehim jitqies li ġie tterminat bejn il-Partijiet meta jkun seħħ wieħed mill-każijiet li ġejjin:
|
|
1.1.2. |
Jekk il-Ftehim ikun fih xi terminu dwar it-terminazzjoni soġġett għal-liġi applikabbli, bħal dawk imsemmija hawn taħt:
anki jekk matul il-proċess tal-qlib isseħħ kwalunkwe raġuni għat-terminazzjoni, il-Ftehim u s-servizzi u l-funzjonijiet maqbula ma jiġux itterminati u ma jiskadux qabel ma jintemm b’suċċess il-proċess tal-qlib (ara l-klawżola 1.1.1(a)) jew fi tmiem il-perjodu massimu ta’ avviż, meta l-Klijent ikun jixtieq biss li jħassar id-Data li tista’ tiġi Esportata u l-Assi Diġitali tiegħu mat-terminazzjoni tas-servizz (ara l-klawżola 1.1.1(b) sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi obbligatorja. Dan ma jaffettwa l-ebda dritt jew rimedju ieħor disponibbli għal Parti lejn il-Parti l-oħra. Dan japplika wkoll jekk il-proċess tal-qlib jibda wara li l-Fornitur ikun abbozza avviż ta’ terminazzjoni tal-Ftehim. |
|
1.1.3. |
Mingħajr preġudizzju għal rimedji legali oħra disponibbli skont il-liġi applikabbli, il-Ftehim ma jiġix itterminat u ma jiskadix qabel it-tlestija b’suċċess tal-proċess tal-qlib, jew qabel deċiżjoni rilevanti meħuda minn qorti kompetenti jew ftehim bejn il-Partijiet. |
1.2. Terminazzjoni mat-tlestija tal-qlib
|
1.2.1. |
Il-Ftehim ma jiġix itterminat sakemm il-proċess tal-qlib ikun tlesta b’suċċess. Hekk kif il-Klijent javża lill-Fornitur li l-proċess tal-qlib tlesta b’suċċess, il-Fornitur javża lill-Klijent dwar it-terminazzjoni tal-Ftehim mingħajr dewmien żejjed. |
|
1.2.2. |
Jekk il-Klijent ma javżax lill-Fornitur dwar il-qlib b’suċċess jew in-nuqqas tiegħu, filwaqt li l-Fornitur ikollu raġunijiet ġustifikati biex jemmen li l-qlib ikun tlesta b’suċċess mill-Klijent, il-Fornitur jista’ jibgħat lill-Klijent it-talba għal konferma dwar jekk il-qlib tlestiex b’suċċess. Jekk il-Klijent ma jikkonfermax il-qlib b’suċċess fi żmien 30 jum tax-xogħol minn tali talba, il-qlib jitqies li ma rnexxiex, u l-Ftehim ma jiġix itterminat u jkompli skont it-termini eżistenti tiegħu. |
1.3. Terminazzjoni mingħajr qlib
|
1.3.1. |
Jekk il-Klijent ma jkunx jixtieq jaqleb iżda jkun jixtieq iħassar id-Data li tista’ tiġi Esportata u l-Assi Diġitali tiegħu mat-terminazzjoni tas-servizz, kif stabbilit fil-klawżola 1.1.1(b), dan jista’ jseħħ u jitqies li tlesta biss jekk:
Xenarji oħra [Klawżoli fakultattivi li għandhom jiġu kkunsidrati] |
1.4. Żamma estiża tad-Data
|
1.4.1. |
Fi tmiem il-perjodu tranżitorju, il-Klijent jista’ jiddeċiedi li ma jħassarx id-Data li tista’ tiġi Esportata u l-Assi Diġitali kollha tiegħu fi tmiem il-perjodu [minimu]/maqbul għall-irkupru tad-Data u li jiżgura li dawn ikunu disponibbli, inkluż għall-fini li jiġi fornut servizz b’funzjonalità limitata, għal perjodu estiż speċifikat. |
|
1.4.2. |
F’dan il-każ, il-Klijent u l-Fornitur jew jaqblu (i) li jemendaw il-Ftehim eżistenti biex ikopri l-perjodu estiż għall-irkupru tad-Data, jew (ii) li jikkonkludu Ftehim ġdid għas-servizz b’funzjonalità limitata. |
1.5. Skadenza ta’ kuntratt b’terminu fiss qabel il-qlib
|
1.5.1. |
Jekk il-Ftehim ikun ġie konkluż għal tul ta’ żmien fiss u i) id-data ta’ skadenza tintlaħaq qabel ma jitlesta l-proċess tal-qlib, u ii) il-Klijent ma jkunx talab li d-Data li tista’ tiġi Esportata u l-Assi Diġitali tiegħu jitħassru:
|
1.6. Notifiki
Il-Partijiet jaqblu li kwalunkwe notifika bejniethom fir-rigward ta’ dawn il-klawżoli dwar it-terminazzjoni għandha ssir [il-Partijiet jimlew il-mezz ta’ komunikazzjoni magħżul inkluż b’mezzi elettroniċi adegwati].
1.7. Ordni ta’ preċedenza
F’każ ta’ kwalunkwe kunflitt jew inkonsistenza bejn dawn il-klawżoli dwar it-terminazzjoni u kwalunkwe arranġament kuntrattwali, terminu, kundizzjoni jew Ftehim applikabbli oħrajn relatati mat-terminazzjoni tal-Ftehim li jirfed il-forniment tas-Servizzi tal-Ipproċessar tad-Data, dawn il-klawżoli jieħdu preċedenza.
ANNESS VIII
KLAWŻOLI KUNTRATTWALI STANDARD
dwar is-Sigurtà u L-Kontinwità tal-operat
|
Il-premessa 94 tar-Regolament (UE) 2023/285 (hawnhekk imsejjaħ l-Att dwar id-Data) tiddikjara li, matul il-proċess tal-qlib, għandu jinżamm livell għoli ta’ sigurtà, u li l-Fornitur għandu jaġixxi b’attenzjoni xierqa biex iżomm il-kontinwità tal-operat u jiżgura l-forniment tal-funzjonijiet jew tas-servizzi skont il-Ftehim, kif ukoll biex jipprovdi informazzjoni ċara dwar ir-riskji magħrufa għall-kontinwità. L-Att dwar id-Data jistabbilixxi l-obbligi għall-Fornitur biex jiżgura livell għoli ta’ sigurtà u kontinwità tal-operat fir-rigward tal-proċess tal-qlib. B’mod partikolari, dan jikkonċerna s-sigurtà tad-Data matul it-trasferiment tagħha u s-sigurtà kontinwa tad-Data matul il-perjodu ta’ rkupru (l-Artikolu 25(2)(a)(iv) tal-Att dwar id-Data). Filwaqt li s-suġġetti tas-sigurtà u tal-kontinwità tal-operat ġeneralment ikunu inklużi fil-Ftehim dwar l-Ipproċessar tad-Data u f’dokumenti kuntrattwali oħra, dawn l-SCCs jiffukaw fuq is-sigurtà u l-kontinwità tal-operat b’rabta mal-proċess tal-qlib u tal-ħruġ skont id-drittijiet u l-obbligi introdotti mill-Att dwar id-Data. Dawn l-SCCs jikkombinaw klawżoli dwar kwistjonijiet speċifiċi ta’ sigurtà u ta’ kontinwità tal-operat matul il-proċess tal-qlib minħabba l-kuntest u l-ispirtu simili kemm tas-sigurtà kif ukoll tal-kontinwità tal-operat. Għalkemm id-dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà u l-kontinwità tal-operat huma inklużi fil-Ftehim dwar is-servizzi, hemm xi speċifiċitajiet relatati mal-proċess tal-qlib li jridu jiġu riflessi. Il-proċess tal-qlib jista’ jwassal għal riskji partikolari għas-sigurtà li jistgħu jimmaterjalizzaw matul fażijiet differenti tal-proċess tal-qlib fir-rigward tal-aspetti differenti tiegħu li għalihom trid tingħata attenzjoni speċjali, bħal:
Bl-istess mod, riskji partikolari għall-kontinwità tal-operat fir-rigward tal-proċess tal-qlib jistħoqqilhom attenzjoni u kunsiderazzjoni speċjali. Dawn jistgħu jikkonċernaw:
F’dan ir-rigward, l-Artikolu 25(2)(a)(ii) tal-Att dwar id-Data jobbliga lill-Fornitur jaġixxi bl-attenzjoni dovuta biex iżomm il-kontinwità tal-operat u jiżgura l-forniment tal-funzjonijiet jew tas-Servizzi skont il-kuntratt. Il-Fornitur huwa obbligat ukoll jipprovdi informazzjoni ċara dwar ir-riskji magħrufa għall-kontinwità fil-forniment tal-funzjonijiet jew tas-Servizzi min-naħa tal-Fornitur Sors tas-Servizzi tal-Ipproċessar tad-Data (l-Artikolu 25(2)(a)(iii) tal-Att dwar id-Data). Sigurtà u kontinwità tal-operat abbażi tar-riskji: Fejn l-SCCs jipprevedu arranġamenti kuntrattwali, approċċ ibbażat fuq ir-riskji u li jkopri l-perikli kollha fir-rigward tas-sigurtà jimplika approċċ dinamiku u kuntestwali għas-Servizzi u għall-mudelli tal-użu applikabbli u l-użu, il-ħtiġijiet u r-riskji relatati. Huwa f’idejn il-Klijent u l-Fornitur li jidentifikaw, jaqblu, jimplimentaw u jimmonitorjaw b’mod konġunt il-miżuri u l-kontrolli relatati sabiex jiżguraw ir-reżiljenza u l-integrità ġenerali mtejba tas-Servizz. Pereżempju, se jkun meħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lil-livelli kontinwi xierqa u responsabbli ta’:
Il-Fornitur għandu jkun jista’ juri, għall-benefiċċju tal-Klijent, li l-miżuri tekniċi, operazzjonali u organizzattivi dwar is-sigurtà u dwar il-protezzjoni tad-Data jiġu pprovduti b’mod kontinwu u xieraq. Din l-idea hija simili għall-istruttura u l-approċċ (i) fl-Artikolu 25 tal-GDPR u fl-Artikolu 32 tal-GDPR [Ir-Regolament - 2016/679] rispettivament; (ii) id-Direttiva NIS2[EUR-Lex)], (iii) l-iskema ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà skont l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà (EU) 2019/881. Eżempji ta’ x’għandu juri l-Fornitur jinkludu:
Regolamenti abbażi tar-riskji: Għal ħafna Fornituri li joperaw fl-UE, kif ukoll għal xi Klijenti, jistgħu japplikaw ċerti regolamenti abbażi tar-riskji. Dan ġeneralment jirriżulta f’livelli ogħla ta’ obbligi u responsabbiltajiet tas-sigurtà, bil-ksur u inċidenti oħra jirriżultaw f’konsegwenzi legali, reputazzjonali u konsegwenzi oħrajn aktar severi. Għalhekk, il-kunsiderazzjoni ta’ dawn ir-regolamenti abbażi tar-riskji hija rrakkomandata ħafna qabel il-konklużjoni ta’ Ftehim dwar is-Servizzi u waqt l-eżekuzzjoni tiegħu. Xi eżempji ta’ regolamenti abbażi tar-riskji li jistgħu japplikaw huma: id-Direttiva Riveduta dwar is-Sigurtà tan-Networks u tas-Sistemi tal-Informazzjoni (NIS2, Networks and Information Systems 2), id-Direttiva dwar ir-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi (CER, Critical Entities Resilience), l-Att dwar ir-Reżiljenza Operazzjonali Diġitali (DORA, Digital Operational Resilience Act), l-Att dwar ir-Reżiljenza Ċibernetika (CRA, Cyber Resilience Act), l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà u r-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR, General Data Protection Regulation) kif ukoll regoli possibbli skont il-liġijiet nazzjonali. Dawn l-SCCs jużaw it-terminu “Inċident” fir-rigward kemm tas-sigurtà kif ukoll tal-kontinwità tal-operat (ara t-taqsima “Definizzjonijiet”). Il-klawżola 1.4 tinkludi wkoll, pereżempju, notifiki skont l-Artikolu 33 tal-GDPR, l-Artikolu 23 tal-NIS2. Klawżoli kuntrattwali standard oħrajn rakkomandati mill-Kummissjoni jistgħu jinstabu mehmuża hawnhekk u jkopru suġġetti speċifiċi oħra minbarra s-sigurtà u l-kontinwità tal-operat. Il-partijiet huma mħeġġa jikkunsidraw jużaw dawk il-klawżoli l-oħrajn ukoll, peress li ġew żviluppati biex ikunu koerenti u jsaħħu lil xulxin. |
1. Sigurtà u Kontinwità tal-Operat
1.1. Ġenerali
|
1.1.1. |
Il-Fornitur jimpenja ruħu li japplika l-aktar miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex jiżgura li l-livell ta’ sigurtà u reżiljenza jkun proporzjonat għar-riskji ppreżentati mis-Servizzi u l-użu maħsub u raġonevolment prevedibbli tagħhom fir-rigward tal-proċess tal-qlib. |
|
1.1.2. |
Barra minn hekk, il-Fornitur jimpenja ruħu li jipprevjeni t-tqallib fis-Servizz u jżomm il-kontinwità tas-servizzi matul il-proċess tal-qlib. Dan jinkludi li jkun hemm u tinżamm ġestjoni adegwata tal-kontinwità tal-operat li tinkludi ppjanar ta’ kontinġenza u miżuri ta’ rkupru minn diżastri abbażi tal-aħjar prattika u l-istandards tas-suq stabbiliti. Dawn il-miżuri jridu jinżammu aġġornati u jiġu rieżaminati u ttestjati mill-Fornitur minn żmien għal żmien. |
1.2. Sigurtà
|
1.2.1. |
Wara l-klawżola 1.1.1, il-Fornitur jeħtieġlu jimplimenta miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex jiżgura li jinżamm livell għoli ta’ sigurtà matul il-proċess tal-qlib. Dan jirrigwarda, b’mod partikolari, is-sigurtà tad-Data matul it-trasferiment tagħha u s-sigurtà kontinwa tad-Data matul il-perjodu għall-irkupru tad-Data. |
|
1.2.2. |
Il-Fornitur irid jimplimenta miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex matul il-proċess tal-qlib jinżamm livell ta’ sigurtà proporzjonat għal-livell ta’ riskji. Dan jinkludi: riskji rilevanti relatati mas-sigurtà tal-Ipproċessar tad-Data, il-ġestjoni tal-identità u l-kontroll tal-aċċess, il-portabbiltà tad-data, l-irkupru tad-data, il-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibbiltà kontinwi tad-data kif ukoll kwalunkwe riskju ieħor relatat mal-qlib effettiv. |
|
1.2.3. |
Il-miżuri koperti fil-klawżoli 1.1.1 u 1.2.1 tal-anqas iridu jiżguraw, mingħajr limitazzjoni:
|
1.3. Kontinwità tal-operat
|
1.3.1. |
Wara l-klawżola 1.1.2, il-Fornitur jeħtieġlu, b’mod partikolari:
|
1.4. Notifiki
|
1.4.1. |
Il-Partijiet jaqblu li kwalunkwe notifika bejniethom fir-rigward ta’ dawn il-klawżoli dwar is-sigurtà u l-kontinwità tal-operat għandha ssir [il-Partijiet jimlew il-mezz ta’ komunikazzjoni magħżul inkluż b’mezzi elettroniċi adegwati]. |
|
1.4.2. |
Il-Fornitur jeħtieġlu jinnotifika lill-Klijent bi kwalunkwe Inċident. Il-Fornitur jeħtieġlu jinnotifika l-Inċident mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ fi żmien 72 (tnejn u sebgħin) siegħa minn meta jsir konxju tiegħu, sakemm l-obbligi regolatorji ma jeħtiġux twissija jew notifika simili fi żmien perjodu iqsar. |
|
1.4.3. |
In-notifika tal-Fornitur trid tinkludi l-informazzjoni meħtieġa biex il-Klijent jivvaluta l-konsegwenzi tal-Inċident. Il-Fornitur jeħtieġlu jassisti u jikkoopera mal-Klijent (inkluż ma’ partijiet terzi awtorizzati mill-Klijent) minnufih, b’mod effettiv, raġonevoli u mingħajr ebda kost addizzjonali, fir-rigward ta’ kwalunkwe azzjoni ta’ investigazzjoni li l-Klijent huwa intitolat li jwettaq f’konformità mal-liġi applikabbli tal-UE u dik nazzjonali. |
|
1.4.4. |
Meta l-Fornitur ikun affettwat jew x’aktarx ikun affettwat minn Inċident, il-Fornitur jeħtieġlu jieħu l-aktar azzjoni xierqa meħtieġa biex jimminimizza l-impatt tal-Inċident u biex ma jħallihx jerġa’ jseħħ. Dan ma jaffettwax drittijiet oħra li l-Klijent jista’ jkollu skont il-Ftehim jew skont il-liġi applikabbli tal-UE jew dik nazzjonali. |
1.5. Mixxellanji
|
1.5.1. |
Fuq talba tal-Klijent, il-Fornitur jeħtieġlu, mingħajr dewmien żejjed, jipprovdi lill-Klijent b’sommarju tal-elementi ewlenin tal-miżuri tas-sigurtà tal-Fornitur u tal-ġestjoni tas-sigurtà relatata, kif ukoll tal-kontinwità tal-operat tiegħu u tal-ġestjoni ta’ kontinġenza relatata u ta’ kwalunkwe bidla materjali għal kwalunkwe waħda minn dawn ta’ hawn fuq. |
|
1.5.2. |
Fuq talba tal-Klijent, il-Fornitur jeħtieġlu jipprovdi lill-Klijent, mingħajr dewmien żejjed, dettalji addizzjonali li jikkomplementaw is-sommarju msemmi hawn fuq, bħar-riżultati tat-testijiet u l-evidenza tal-assigurazzjoni. F’dan il-każ, il-Fornitur jista’ jitlob lill-Klijent jiffirma Ftehim ta’ nondivulgazzjoni qabel ma jikkondividi dawn id-dettalji. Madankollu, dan il-Ftehim ta’ nondivulgazzjoni jrid jinkludi eċċezzjonijiet konswetudinarji u jkun mingħajr ebda effett fuq it-termini l-oħra ta’ dan il-paragrafu, tal-Ftehim jew tal-liġi applikabbli tal-UE jew dik nazzjonali. Il-Fornitur għandu d-dritt li jitlob li d-dettalji jiġu kondiviżi fuq bażi ta’ ħtieġa ta’ tagħrif biss, inkluż mal-Fornitur(i) Nominat(i) tiegħu jew ma’ fornituri terzi rilevanti oħra tal-Klijent.
|
1.6. Ordni ta’ preċedenza
Mingħajr preġudizzju għall-klawżoli kuntrattwali standard skont il-GDPR, f’każ ta’ kwalunkwe kunflitt jew inkonsistenza bejn dawn il-klawżoli dwar is-sigurtà u l-kontinwità tal-operat u kwalunkwe arranġament kuntrattwali, terminu, kundizzjoni jew Ftehim applikabbli oħrajn relatati mas-sigurtà u mal-kontinwità tal-operat, dawn il-klawżoli jieħdu preċedenza.
ANNESS IX
KLAWŻOLI KUNTRATTWALI STANDARD
dwar in-Nuqqas ta’ Tixrid
|
Il-Ftehimiet dwar l-Ipproċessar tad-Data spiss jinkludu diversi dokumenti anċillari li jirreferu għal materjal u informazzjoni addizzjonali li jistgħu jiġu mxerrda b’mod mifrux f’repożitorji differenti. Dan jagħmilha diffiċli biex il-Klijenti prospettivi jsibu l-informazzjoni kollha li jeħtieġu sabiex jivvalutaw l-obbligi kuntrattwali u legali tal-“Partijiet” u l-implikazzjonijiet tagħhom. Fil-kuntest tal-proċess tal-qlib, it-trasparenza hija importanti ħafna. Klijent prospettiv jeħtieġ aċċess faċli għal informazzjoni, dokumenti, materjali u dettalji ta’ kuntatt aġġornati rilevanti, anki qabel ma jikkonkludi kuntratt mal-Fornitur. L-SCCs tan-Nuqqas ta’ Tixrid jipprevedu simmetrija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni. Dawn l-SCCs jgħinu fl-aċċess faċli u prattiku għal informazzjoni, dokumenti, materjali u dettalji ta’ kuntatt aġġornati rilevanti kemm mill-Klijent kif ukoll mill-Fornitur. Għandhom l-għan li joħolqu ambjent ta’ trasparenza bejn il-Partijiet, u li jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda ostaklu kuntrattwali għall-qlib, billi jippermettu lill-Klijent isib l-informazzjoni rilevanti u aġġornata kollha dwar id-drittijiet u l-obbligi tiegħu fil-Ftehim. Dan se jikkontribwixxi għal relazzjoni legali ġusta u bbilanċjata bejn il-Klijent u l-Fornitur u, b’mod ġenerali, għal ekwità kuntrattwali, kif irrakkomandat fir-Regolament (UE) 2023/285 (hawnhekk imsejjaħ l-Att dwar id-Data). Klawżoli kuntrattwali standard oħrajn rakkomandati mill-Kummissjoni jistgħu jinstabu mehmuża hawnhekk u jkopru suġġetti speċifiċi minbarra t-tixrid. Il-partijiet huma mħeġġa jikkunsidraw jużaw dawk il-klawżoli l-oħrajn ukoll, peress li ġew żviluppati biex ikunu konsistenti u jsaħħu lil xulxin. |
1. Nuqqas ta’ Tixrid
1.1. Kundizzjonijiet u arranġamenti introduttorji
|
1.1.1. |
Il-Fornitur jiżgura li l-arranġamenti kuntrattwali kollha jkunu disponibbli u aċċessibbli faċilment, fil-pront u kontinwament għall-Klijent (a) f’post online sigur iddedikat wieħed, u (b) f’format li jinftiehem, li jista’ jinqara mill-bniedem u li jinqara mill-magni. Barra minn hekk, il-Fornitur jiżgura li l-arranġamenti kuntrattwali jkunu jistgħu jitniżżlu jew jiġu esportati b’xi mod ieħor għall-Klijent b’mod sħiħ u strutturat. |
|
1.1.2. |
L-arranġamenti kuntrattwali jridu jinkludu, mill-inqas:
|
1.2. Ordni ta’ preċedenza
F’każ ta’ kwalunkwe kunflitt jew inkonsistenza bejn dawn il-klawżoli dwar in-nuqqas ta’ tixrid tad-dokumentazzjoni kuntrattwali applikabbli u kwalunkwe arranġament kuntrattwali, terminu, kundizzjoni jew Ftehim applikabbli oħrajn relatati mas-suġġett ta’ dawn il-klawżoli, dawn il-klawżoli jieħdu preċedenza.
ANNESS X
KLAWŻOLI KUNTRATTWALI STANDARD
Dwar ir-responsabbiltà
|
Filwaqt li normalment tkun inkluża klawżola dwar ir-responsabbiltà fil-Ftehim ġenerali bejn il-Klijent u l-Fornitur, id-dispożizzjonijiet ta’ dawn l-SCCs dwar ir-responsabbiltà jirriflettu l-ispirtu tar-Regolament (UE) 2023/2854 (hawnhekk imsejjaħ l-Att dwar id-Data) fir-rigward tal-importanza ta’ drittijiet u obbligi ekwi, raġonevoli u mhux diskriminatorji, u bħala tali jistgħu jkunu komplement utli għad-dispożizzjonijiet standard ta’ Ftehim dwar ir-responsabbiltà. Għalhekk, l-inklużjoni ta’ tali klawżola hija rrakkomandata peress li hija essenzjali għall-bilanċ tar-relazzjoni kuntrattwali bejn il-Partijiet u tipprovdi inċentivi għall-konformità mad-drittijiet u l-obbligi maqbula mill-Partijiet. B’mod partikolari, il-kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju u organizzazzjonijiet oħra jistgħu jsibu dawn l-SCCs utli meta jaqblu fuq id-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà fil-Ftehimiet tagħhom. Il-Klijent u l-Fornitur huma liberi li jaqblu fuq drittijiet u obbligi addizzjonali fil-Kuntratt tagħhom. L-użu ta’ din il-klawżola ma jeħlisx lill-Partijiet milli jiżguraw il-konformità ma’ kwalunkwe dispożizzjoni obbligatorja applikabbli tal-liġi tal-UE jew dik nazzjonali u li jadattawha kif xieraq. Qabel ma jikkonkludi Ftehim, il-Klijent jista’ jivverifika s-suq tal-assigurazzjoni għall-aktar prodott tal-assigurazzjoni xieraq għall-ħtiġijiet tiegħu. Huwa rrakkomandat li jfittex parir mingħand espert speċjalizzat fl-assigurazzjoni. Klawżoli kuntrattwali standard oħrajn rakkomandati mill-Kummissjoni jistgħu jinstabu mehmuża hawnhekk u jkopru suġġetti speċifiċi minbarra r-responsabbiltà. Il-Partijiet huma mħeġġa jikkunsidraw jużaw dawk il-klawżoli l-oħrajn ukoll, peress li ġew żviluppati biex ikunu koerenti u jsaħħu lil xulxin. Responsabbiltà mhux limitata Bħala regola, kull Parti għall-Ftehim għandu jkollha responsabbiltà mhux limitata f’każijiet ta’ intenzjoni, imġiba ħażina volontarja jew negliġenza serja, inkluż il-ksur minn Parti tal-obbligi ta’ kunfidenzjalità tad-Data tal-Parti l-oħra jew tal-obbligi li ma tużax id-Data għal finijiet oħra għajr dawk maqbula b’mod espliċitu mill-Partijiet. L-SCCs jirrakkomandaw li jiġu sseparati l-każijiet meta l-ksur ikun intenzjonat, u fejn ikun ikkawżat minn imġiba ħażina volontarja, u jagħmluha ċara li huma koperti l-azzjonijiet intenzjonati kollha, irrispettivament mil-liġi li tirregola l-Kuntratt. F’xi ġuriżdizzjonijiet, l-imġiba ħażina volontarja tista’ tkun sinonima mal-intenzjoni. F’każijiet bħal dawn, il-Partijiet jistgħu jiddeċiedu li ma jiddifferenzjawx bejn imġiba ħażina volontarja u intenzjoni. Eżenzjonijiet għal responsabbiltà mhux limitata Is-Servizzi tal-Ipproċessar tad-Data pprovduti bħala verżjonijiet mhux tal-produzzjoni għall-finijiet tal-ittestjar u tal-evalwazzjoni u għal żmien limitat (l-Artikolu 31(2) tal-Att dwar id-Data) normalment ma jkunux maħsuba għall-ipproċessar ta’ data sensittiva (pereżempju, sigrieti kummerċjali, data personali jew Data tal-produzzjoni attwali). Tali verżjonijiet mhux tal-produzzjoni ġeneralment lanqas ma jkunu żviluppati biżżejjed għal tali pproċessar u ma għandhomx il-kapaċitajiet, il-kontrolli u l-konfigurazzjoni li jistgħu jkunu raġonevolment mistennija fil-verżjoni tal-produzzjoni. Il-Klijent huwa skoraġġut ħafna milli jipproċessa d-Data tal-produzzjoni attwali f’tali verżjonijiet mhux tal-produzzjoni. Dawn l-SCCs jipproponu li, jekk il-Klijent jiddeċiedi li jagħmel hekk, jagħmlu b’riskju tiegħu stess u li l-Fornitur ma jkunx responsabbli jekk iseħħ ksur tal-kunfidenzjalità tad-Data f’każijiet bħal dawn. F’din is-sitwazzjoni, jistgħu japplikaw arranġamenti speċifiċi ta’ responsabbiltà maqbula mill-Partijiet. Bl-istess mod, l-Att dwar id-Data jipprevedi sitwazzjonijiet meta ċerti obbligi ma japplikawx għal servizzi fejn il-biċċa l-kbira tal-karatteristiċi ewlenin ikunu tfasslu apposta, fejn il-komponenti kollha jkunu ġew żviluppati għal Klijent individwali, jew għal dawk ipprovduti f’ambjent mhux tal-produzzjoni. B’konsegwenza ta’ dan, ir-responsabbiltà għal dawk il-każijiet tkun teħtieġ ukoll li tiġi maqbula b’mod espliċitu. Responsabbiltà limitata Hija l-prattika kummerċjali attwali li l-Partijiet jaqblu li jillimitaw ir-responsabbiltà tagħhom (speċjalment tal-Fornitur) f’xi każijiet. Dawn l-SCCs jipproponu tliet opzjonijiet ewlenin biex tiġi limitata r-responsabbiltà:
Indennifikazzjoni: Dawn l-SCCs ma jinkludux dispożizzjonijiet dwar l-indennifikazzjoni. Il-Partijiet huma mħeġġa jikkunsidraw jekk u, jekk iva, sa liema punt Parti jista’ jkollha bżonn tindennizza u żżomm lill-Parti l-oħra mhux responsabbli għal kwalunkwe pretensjoni ta’ partijiet terzi kkawżata minn jew relatata ma’ ksur materjali tal-obbligi skont il-Ftehim minn atti jew ommissjonijiet tal-Parti responsabbli, tal-impjegati, tar-rappreżentanti jew tas-sottokuntratturi tagħha. Fil-każ tal-Klijenti, l-indennifikazzjoni tista’ tapplika, pereżempju għall-ksur mill-Fornitur tal-obbligi ta’ kunfidenzjalità tiegħu, in-nuqqas ta’ użu jew il-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ta’ partijiet terzi. Għall-Fornituri, l-indennifikazzjoni tista’ tkopri l-ksur mill-Klijent tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ta’ partijiet terzi jew pretensjonijiet ta’ partijiet terzi lill-Fornitur relatati mal-ospitar ta’ kontenut illegali mill-Klijent. |
1. Responsabbiltà
1.1. Responsabbiltà mhux limitata
|
1.1.1. |
F’każijiet ta’ ksur tal-obbligi skont dan il-Ftehim imwettqa b’intenzjoni jew ikkawżati minn imġiba ħażina volontarja jew negliġenza serja, il-Parti li twettaq il-ksur hija responsabbli għad-danni kollha, soġġett għall-klawżola 1.2 hawn taħt. [OPZJONI] [Ħlief kif stipulat fil-klawżola 1.2, il-Fornitur huwa responsabbli mingħajr limitazzjoni għad-danni kollha kkawżati lill-Klijent minn ksur tal-kunfidenzjalità tad-Data tal-Klijent ipproċessata skont dan il-Ftehim.] |
|
1.1.2. |
F’każ ta’ ksur tal-obbligu li d-Data ta’ Parti ma tintużax għal finijiet oħra minbarra dawk maqbula b’mod espliċitu mill-Partijiet, il-Parti li twettaq il-ksur hija responsabbli għad-danni kollha mingħajr limitazzjoni.
|
1.2. Eżenzjonijiet ta’ responsabbiltà mhux limitata
|
1.2.1. |
Jekk il-Partijiet jaqblu dwar responsabbiltà mhux limitata skont il-klawżola 1.1.1, ir-responsabbiltà mhux limitata tal-Fornitur ma tapplikax għad-Data tal-Klijent f’verżjoni mhux tal-produzzjoni tas-Servizzi tal-Ipproċessar tad-Data tal-Fornitur.
|
|
1.2.2. |
Il-Fornitur ma huwiex responsabbli għal:
|
1.3. Responsabbiltà limitata
Opzjoni A: Ammont iddeterminat minn valutazzjoni tar-riskju
|
1.3.1. |
Il-Partijiet jaqblu li jillimitaw ir-responsabbiltà tagħhom f’każ ta’ ksur negliġenti tal-obbligi skont dan il-Ftehim għall-ammont ta’ […] għal kull każ, inkluż meta sensiela ta’ każijiet konnessi japplikaw bħala każ wieħed. L-ammont jiġi ddeterminat mill-Parti leża in bona fide abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju jew ta’ stimi oħra miftiehma mill-Partijiet fl-Anness 1 (Mudell tal-valutazzjoni tar-riskju). Il-valutazzjoni tar-riskju titwettaq u tiġi pprovduta lill-Parti l-oħra [… jiem] qabel ma jiġi konkluż il-Ftehim. Jekk il-valutazzjoni tar-riskju ma tiġix irrifjutata mill-parti l-oħra, il-Ftehim jiġi konkluż fuq din il-bażi.
|
Opzjoni B: Danni diretti
|
1.3.2. |
Il-Partijiet jaqblu li jillimitaw ir-responsabbiltà tagħhom f’każ ta’ ksur negliġenti tal-obbligi skont dan il-Ftehim għal kwalunkwe dannu dirett ikkawżat. |
|
1.3.3. |
Id-danni diretti jinkludu wkoll: (i) il-kostijiet imġarrba sabiex jiġu ddeterminati l-kawża u l-grad tad-danni; (ii) il-kostijiet imġarrba mill-Parti leża sabiex jiġu evitati jew limitati d-danni diretti, sakemm dawk il-kostijiet fil-fatt wasslu biex dawn jiġu evitati jew limitati; (iii) dannu minħabba Data korrotta, mhux disponibbli jew mitlufa; u (iv) il-kostijiet imġarrba minn Parti waħda sabiex jiġi żgurat li s-servizzi jissodisfaw il-livelli ta’ użu kif maqbul fil-Ftehim, jekk il-Parti l-oħra ma tkunx irrimedjat tali ksur fiż-żmien maqbul. |
|
1.3.4. |
Meta sensiela ta’ każijiet konnessi tapplika bħala każ wieħed, ir-responsabbiltà aggregata ta’ Parti waħda lejn il-Parti l-oħra għal tali danni diretti kif stabbilit fis-sentenza preċedenti hija limitata għall-ammont ta’ […]. |
Opzjoni C: Ammont massimu
|
1.3.5. |
Il-Partijiet jaqblu li jillimitaw ir-responsabbiltà tagħhom f’każ ta’ ksur negliġenti tal-obbligi skont dan il-Ftehim, inkluż meta sensiela ta’ każijiet konnessi tapplika bħala każ wieħed, għal ammont massimu ta’ […]. |
1.4. Notifiki
Il-Partijiet jaqblu li kwalunkwe notifika bejniethom fir-rigward ta’ dawn il-klawżoli dwar ir-responsabbiltà għandha ssir (il-Partijiet jimlew il-mezz ta’ komunikazzjoni magħżul inkluż b’mezzi elettroniċi adegwati).
1.5. Ordni ta’ preċedenza
F’każ ta’ kwalunkwe kunflitt jew inkonsistenza bejn dawn il-klawżoli dwar ir-responsabbiltà u kwalunkwe arranġament kuntrattwali, terminu, kundizzjoni jew Ftehim applikabbli oħrajn relatati mar-responsabbiltà fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn il-klawżoli, dawn il-klawżoli jieħdu preċedenza.
Appendiċi 1
Mudell tal-valutazzjoni tar-riskju
|
Sabiex tiddetermina r-riskji assoċjati mas-servizz, Parti twettaq valutazzjoni li tqis ir-riskji speċifiċi ta’ nuqqas ta’ twettiq negliġenti mill-Parti l-oħra skont il-Ftehim. Din il-valutazzjoni tar-riskju trid issir in bona fide. Għandha tirrifletti b’mod realistiku d-danni potenzjali. Fejn l-ammonti stmati jkunu baxxi wisq, ir-responsabbiltà għal danni ogħla tiġi eskluża. Meta l-ammonti stmati jkunu għoljin wisq, il-Parti l-oħra tista’ tirrifjuta li taċċetta r-responsabbiltà jew tirrikjedi kostijiet ogħla. Jistgħu jiġu inklużi riskji addizzjonali fejn ikun meħtieġ. |
|
Deskrizzjoni tar-riskju |
|
Stima tad-danni |
|
Interruzzjoni tal-operat Telf ta’ fatturat ikkawżat minn ksur tal-kuntratt. Jistgħu jiġu kkunsidrati perjodu ta’ qtugħ potenzjali tas-servizz u l-implikazzjonijiet tiegħu fuq in-negozju jew l-operazzjonijiet tal-Parti. |
EUR |
|
|
Irkupru tad-Data Kostijiet preżunti għall-irkupru ta’ Data mitlufa, mhux disponibbli jew korrotta. Il-Partijiet jistgħu jkunu meħtieġa jimplimentaw miżuri biex itaffu r-riskji tagħhom, eż. billi jkollhom backup tad-Data ma’ Fornitur ieħor jew fuq il-post. |
EUR |
|
|
Multi tal-gvern Il-multi tal-gvern kontra negozju huma, pereżempju, multi għall-ksur tal-liġijiet dwar il-protezzjoni tad-data jew dispożizzjonijiet regolatorji li jirriżultaw mill-operat tas-servizz mill-Fornitur. |
EUR |
|
|
Telf ta’ sigrieti kummerċjali Id-divulgazzjoni tas-sigrieti kummerċjali tista’ tirriżulta f’telf ta’ opportunitajiet ta’ negozju. Tali danni jistgħu jiġu rkuprati skont il-liġi. |
EUR |
|
|
Ksur ta’ data personali u azzjonijiet ta’ rimedju Ksur ta’ data personali jista’ jwassal għal diversi tipi ta’ kostijiet diretti relatati mat-tariffi legali, mal-kostijiet tal-litigazzjoni kif ukoll mal-isforzi ta’ rimedjazzjoni tad-data biex tiġi eliminata kwalunkwe kwistjoni dwar il-kwalità tad-data relatata mal-ksur. |
EUR |
|
|
Telf tar-reputazzjoni Il-Partijiet jistgħu jikkunsidraw l-impatt fuq ir-reputazzjoni tal-kumpanija u x’miżuri se jkunu meħtieġa (eż. reklamar u kampanjar biex jikkumpensaw għall-impatt fuq ir-reputazzjoni). Jista’ jkun diffiċli li dawn il-kostijiet jiġu rkuprati bis-sħiħ fi proċedimenti tal-qorti. |
EUR |
|
|
Responsabbiltà lejn parti terza Ir-responsabbiltà lejn parti terza tkopri r-responsabbiltà potenzjali, pereżempju lejn fornituri, klijenti, sottokuntratturi u partijiet terzi. |
EUR |
|
|
Riskju totali tad-danni potenzjali (somma) |
EUR |
|
|
Peress li s-Servizzi tal-Ipproċessar tad-Data huma pprovduti b’mod skalabbli u elastiku, kemm l-użu tas-servizz ipprovdut mill-Fornitur kif ukoll ir-riskju tar-responsabbiltà jistgħu jvarjaw tul il-kors tal-Ftehim, spiss fil-firxa fil-każ tal-ftehimiet fil-livell tas-servizz. Meta jivvalutaw ir-riskji fil-mument meta jiġi konkluż il-Ftehim jew fuq bażi rikorrenti, il-Partijiet huma avżati biex jirriflettu n-natura u l-volum li qed jinbidlu tas-servizzi flimkien mal-massimu potenzjali tad-danni teoretiċi. Dan jippermetti valur aktar realistiku għall-użu medju jew mistenni tas-servizz. Il-Partijiet għandhom ukoll jallinjaw il-valutazzjoni mal-ippjanar intern tagħhom. Mhux il-kategoriji kollha tar-riskji elenkati jistgħu japplikaw bl-istess mod għal Klijent u Fornitur jew għal linja ta’ negozju speċifika ta’ Klijent. |
||
ANNESS XI
KLAWŻOLI KUNTRATTWALI STANDARD
dwar in-nuqqas ta’ emenda
|
Huwa importanti li l-Partijiet ikunu jistgħu jiddependu fuq id-drittijiet u l-obbligi maqbula fil-kuntratt u li dawn id-drittijiet u l-obbligi ma jinbidlux b’mod unilaterali, sakemm mhux taħt kundizzjonijiet maqbula b’mod ċar u reċiproku. Dan huwa partikolarment minnu għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju jew għal organizzazzjonijiet oħra, li jista’ ma jkollhomx biżżejjed riżorsi biex jivvalutaw l-impatt possibbli ta’ dawn il-bidliet unilaterali fuq l-attivitajiet u l-missjoni tagħhom. L-SCCs dwar in-Nuqqas ta’ Emenda huma maħsuba biex jipprovdu aktar ċarezza u fiduċja lill-Partijiet meta jaqblu dwar termini li għandhom x’jaqsmu ma’ emendi unilaterali. Dawn il-klawżoli kuntrattwali standard jindirizzaw ix-xenarji rilevanti u l-arranġamenti kuntrattwali possibbli assoċjati magħhom. Huma maħsuba biex jiżguraw li tali emendi unilaterali ma jkunux ta’ detriment għall-interessi ta’ xi kwalunkwe Parti. Approċċ għal emendi unilaterali Bħala regola ġenerali, il-Ftehim (inklużi l-SCCs) ma jistax jiġi emendat unilateralment minn kwalunkwe Parti u jeħtieġ li jkun hemm qbil reċiproku. Huma permessi ċerti emendi unilaterali taħt kundizzjonijiet stretti biss kif previst f’dawn l-SCCs. Dan huwa rifless fil-klawżoli 1.1.1 sa 1.1.3 ta’ dawn l-SCCs. Dawn l-SCCs jirrikonoxxu li f’ċerti ċirkostanzi l-Fornitur għandu jkun jista’ jipproponi emendi unilaterali għas-servizzi pprovduti. Dawn jissejħu Emenda jew Emendi Unilaterali Permessi u huma stabbiliti fil-klawżoli 1.1.3 sa 1.1.6 ta’ dawn l-SCCs. Emenda jew Emendi Unilaterali Permessi jistgħu jiġu proposti darba biss u għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
Il-perjodu ta’ notifika se jippermetti lill-Klijent jivvaluta l-informazzjoni, kif ukoll il-fattibbiltà u l-impatt għall-Klijent u għall-partijiet ikkonċernati, għas-sistemi u għas-servizzi tal-Klijent. Klawżoli kuntrattwali standard oħrajn rakkomandati mill-Kummissjoni jistgħu jinstabu mehmuża hawnhekk u jkopru suġġetti speċifiċi minbarra n-nuqqas ta’ emenda. Il-partijiet huma mħeġġa jikkunsidraw jużaw dawk il-klawżoli l-oħrajn ukoll, peress li ġew żviluppati biex ikunu koerenti u jsaħħu lil xulxin. |
1. Nuqqas ta’ emenda
1.1. Emenda
|
1.1.1. |
Kwalunkwe emenda għall-Ftehim (“Emenda”) trid issir bil-miktub, inkluż b’mezzi elettroniċi adegwati, u se tkun soġġetta għal kunsens reċiproku minn qabel, inkluż b’mezzi elettroniċi adegwati. |
|
1.1.2. |
Minkejja l-klawżola 1.1.1, il-Fornitur huwa intitolat li jemenda l-Ftehim jekk dan ikun meħtieġ li jikkonforma ma’ liġi applikabbli obbligatorja li ma tkunx diġà fis-seħħ qabel id-data effettiva tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim. |
|
1.1.3. |
Ħlief kif previst fil-klawżola 1.1.2, il-Fornitur huwa intitolat biss li jipproponi Emenda Unilaterali għas-servizzi, dment li:
|
|
1.1.4. |
L-ebda Emenda Unilaterali proposta skont il-klawżola 1.1.3 ma tista’ tintuża mill-Fornitur biex direttament jew indirettament jimplimenta jew jinforza bidliet retroattivi, jew biex jemenda klawżoli fil-Ftehim li jappartjenu għal wieħed jew aktar mill-aspetti li ġejjin fir-rigward ta’:
|
|
1.1.5. |
Fil-każ ta’ Emenda Unilaterali Permessa proposta, il-Fornitur jeħtieġlu:
|
|
1.1.6. |
Jekk il-Fornitur jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-klawżola 1.1.5, il-Klijent jitqies li aċċetta l-Emenda Unilaterali Permessa proposta fid-data effettiva tal-Emenda Unilaterali Permessa. |
|
1.1.7. |
Jekk il-Fornitur jikser il-klawżoli 1.1.2 sa 1.1.5 fir-rigward tal-emendar tal-Ftehim, il-Klijent ikollu d-dritt li jittermina l-Ftehim mingħajr ebda kost addizzjonali u li jikseb kumpens għad-dannu mġarrab (inklużi l-kostijiet għall-qlib għal fornitur ieħor ta’ servizzi tal-ipproċessar tad-data). Dan ma jaffettwax id-drittijiet u r-rimedji l-oħrajn tal-Klijent, inkluż fir-rigward tat-tiftix ta’ rimedju b’mandat ta’ inibizzjoni fi kwalunkwe qorti kompetenti applikabbli sabiex il-Fornitur jiġi ordnat ikompli jipprovdi s-servizzi kif maqbul u sabiex jikseb id-danni mġarrba, jekk ikun hemm.
|
1.2. Notifiki
Il-Partijiet jaqblu li kwalunkwe notifika bejniethom fir-rigward ta’ dawn il-klawżoli dwar in-nuqqas ta’ emenda għandha ssir (il-Partijiet jimlew il-mezz ta’ komunikazzjoni magħżul inkluż b’mezzi elettroniċi adegwati).
1.3. Ordni ta’ preċedenza
F’każ ta’ kwalunkwe kunflitt jew inkonsistenza bejn dawn il-klawżoli dwar in-nuqqas ta’ emenda u kwalunkwe arranġament kuntrattwali, terminu, kundizzjoni jew Ftehim applikabbli oħrajn relatati ma’ bidliet fil-Ftehim fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn il-klawżoli, dawn il-klawżoli jieħdu preċedenza.
ANNESS XII
KLAWŻOLI KUNTRATTWALI STANDARD
Definizzjonijiet
Għall-finijiet tal-SCCs, it-termini użati se jiġu ddefiniti kif ġej:
“Ftehim” tfisser il-Ftehim bil-miktub bejn il-Partijiet fir-rigward tal-forniment ta’ servizzi, kwalunkwe emenda jew suppliment tiegħu, kif ukoll l-atti kollha relatati mat-twettiq tal-Ftehim(iiet), inklużi, b’mod partikolari, l-Appendiċijiet tiegħu;
“Appendiċi” tfisser appendiċi, skeda jew eżibit imsemmija b’mod espliċitu fil-Ftehim;
“Klijent ta’ Servizzi tal-Ipproċessar tad-Data (Klijent)” kif iddefinit fl-Artikolu 2(30) tal-Att dwar id-Data tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tkun daħlet f’relazzjoni kuntrattwali ma’ Fornitur ta’ Servizzi tal-Ipproċessar tad-Data bl-objettiv li tuża Servizz wieħed jew aktar tal-Ipproċessar tad-Data;
“Data” kif iddefinita fl-Artikolu 2(1) tal-Att dwar id-Data tfisser kwalunkwe rappreżentazzjoni diġitali ta’ atti, fatti jew informazzjoni u kwalunkwe kompilazzjoni ta’ dawn l-atti, fatti jew informazzjoni, inkluż fil-forma ta’ reġistrazzjoni awdjo, viżiva jew awdjoviżiva;
“Att dwar id-Data” tfisser ir-Regolament (UE) 2023/2854;
“Imposti tal-ħruġ tad-Data” kif iddefiniti fl-Artikolu 2(35) tal-Att dwar id-Data tfisser tariffi tat-trasferiment tad-data imposti fuq il-Klijenti għall-estrazzjoni tad-Data tagħhom permezz tan-network mill-infrastruttura tal-ICT ta’ Fornitur ta’ Servizzi tal-Ipproċessar tad-Data għas-sistema ta’ fornitur differenti jew għal infrastruttura tal-ICT fuq il-post;
“Servizz tal-Ipproċessar tad-Data” kif iddefinit fl-Artikolu 2(8) tal-Att dwar id-Data: tfisser servizz diġitali li jkun ipprovdut lil Klijent u li jippermetti aċċess minn kullimkien u fuq talba għan-network għal grupp kondiviż ta’ riżorsi tal-informatika konfigurabbli, skalabbli u elastiċi ta’ natura ċentralizzata, distribwita jew distribwita ħafna li jista’ jiġi fornut malajr u rilaxxat bi sforz minimu ta’ ġestjoni jew interazzjoni mal-fornitur tas-servizz. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, is-servizzi tal-Ipproċessar tad-Data msemmija jqisu dawk ipprovduti jew li għandhom jiġu pprovduti mill-Fornitur lill-Klijent kif maqbul skont il-Ftehim;
“Fornitur ta’ Destinazzjoni”, kif imsemmi fl-Artikolu 2(34) tal-Att dwar id-Data, tfisser il-fornitur ta’ destinazzjoni tas-Servizzi tal-Ipproċessar tad-Data li l-Klijent ta’ Servizzi tal-Ipproċessar tad-Data jaqleb għalih għall-fini tal-użu ta’ Servizz ieħor tal-Ipproċessar tad-Data tal-istess tip ta’ Servizz, jew ta’ Servizzi oħra;
“Fornitur Sors”, kif imsemmi fl-Artikolu 2(34) tal-Att dwar id-Data, tfisser l-entità ġuridika li magħha l-Klijent ikun daħal f’relazzjoni kuntrattwali rigward il-forniment ta’ Servizzi tal-Ipproċessar tad-Data u ta’ Servizzi oħra mill-Fornitur skont il-Ftehim, u li l-Klijent issa jkun biħsiebu jaqleb minnha għal Fornitur ieħor;
“Assi diġitali”, kif iddefiniti fl-Artikolu 2(32) tal-Att dwar id-Data, tfisser elementi f’forma diġitali, inklużi applikazzjonijiet, li għalihom il-Klijent għandu d-dritt tal-użu, indipendentement mir-relazzjoni kuntrattwali mas-Servizz tal-Ipproċessar tad-Data li biħsiebu jaqleb minnu;
“Data li tista’ tiġi Esportata”, kif iddefinita fl-Artikolu 2(38) tal-Att dwar id-Data, tfisser id-data tal-input u l-output, inkluż il-metadata, iġġenerata, jew koġenerata, direttament jew indirettament mill-użu mill-Klijent tas-Servizz tal-Ipproċessar tad-Data, minbarra kwalunkwe assi jew Data protetta mid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, jew li tikkostitwixxi sigriet kummerċjali, tal-Fornituri tas-Servizzi tal-Ipproċessar tad-Data jew ta’ partijiet terzi;
“Inċident” tfisser ksur, inċident jew avveniment simili ta’ natura fiżika, teknika jew organizzazzjonali tas-sigurtà li jista’ jkollu impatt sinifikanti fir-rigward tas-sigurtà u tal-kontinwità tal-operat peress li jkun ikkawża jew jista’ jikkawża tfixkil serju fi kwalunkwe sistema u operazzjoni tal-IT applikabbli użati bejn il-Fornitur u l-Klijent matul il-proċess tal-qlib, jew fir-rigward tal-użu mill-Klijent tas-Servizzi, u tad-Data li tista’ tiġi Esportata u tal-Assi Diġitali tal-Klijent. Ara l-SCCs tas-Sigurtà u l-kontinwità tal-operat
“Interoperabbiltà”, kif iddefinita fl-Artikolu 2(40) tal-Att dwar id-Data, tfisser il-kapaċità ta’ żewġ spazji jew aktar tad-data jew networks ta’ komunikazzjoni, sistemi, prodotti konnessi, applikazzjonijiet, Servizzi tal-Ipproċessar tad-Data jew komponenti li jiskambjaw u jużaw id-data sabiex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom;
“Metadata”, kif iddefinita fl-Artikolu 2(2) tal-Att dwar id-Data, tfisser deskrizzjoni strutturata tal-kontenut jew l-użu ta’ data li tiffaċilita l-iskoperta jew l-użu ta’ dik id-data;
“Data mhux personali”, kif iddefinita fl-Artikolu 2(4) tal-Att dwar id-Data, tfisser: Data li ma hijiex Data personali;
“Infrastruttura tal-ICT fuq il-post”, kif iddefinita fl-Artikolu 2(33) tal-Att dwar id-Data, tfisser infrastruttura tal-ICT u riżorsi tal-informatika li jkunu proprjetà tal klijent jew mikrija jew mogħtija b’lokazzjoni mill-klijent, li tinsab fiċ-ċentru tad-data tal-klijent innifsu u operata mill-klijent jew minn parti terza;
“Servizzi Oħra” tfisser is-servizzi professjonali kollha ta’ kwalunkwe natura li ma humiex Servizzi tal-Ipproċessar tad-Data u li huma fornuti mill-Fornitur lill-Klijent skont il-Ftehim kif iddefinit fih;
“Parti” tfisser il-Klijent jew il-Fornitur;
“Partijiet” tfisser kemm il-Klijent kif ukoll il-Fornitur;
“Data Personali” kif iddefinita fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (“GDPR”));
“Pjan” tfisser il-pjan ta’ qlib u ħruġ imsemmi fl-Opzjoni A tal-SCCs tal-Qlib u Ħruġ, kif maqbul bejn il-Partijiet skont il-Ftehim;
“Ipproċessar”, kif iddefinit fl-Artikolu 2, il-punt 7, tal-Att dwar id-Data, tfisser kwalunkwe operazzjoni jew sett ta’ operazzjonijiet li jitwettqu fuq data jew fuq settijiet ta’ data, sew jekk b’mezzi awtomatizzati, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħżin, l-adattament jew it-tibdil, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, id-divulgazzjoni permezz ta’ trażmissjoni, id-disseminazzjoni, jew mezzi oħra biex isiru disponibbli, l-allinjament jew il-kombinament, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;
“Fornitur ta’ Servizzi tal-Ipproċessar tad-Data (Fornitur)” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tkun daħlet f’relazzjoni kuntrattwali ma’ Klijent bl-objettiv li tipprovdi Servizz wieħed jew aktar tal-Ipproċessar tad-Data;
“L-Istess Tip ta’ Servizz”, kif iddefinit fl-Artikolu 2(9) tal-Att dwar id-Data, tfisser sett ta’ Servizzi tal-Ipproċessar tad-Data li jaqsmu l-istess objettiv primarju, mudell ta’ Servizz tal-Ipproċessar tad-Data u funzjonalitajiet prinċipali;
“Servizzi” tfisser kemm is-Servizzi tal-Ipproċessar tad-Data kif ukoll is-Servizzi l-Oħra kollha kif maqbula mill-Partijiet skont il-Ftehim;
“Tariffa tas-Servizz” tfisser it-tariffi dovuti u li għandu jħallas il-Klijent lill-Fornitur bħala korrispettiv għall-forniment tas-Servizzi kif maqbul mill-Partijiet skont il-Ftehim;
“Qlib”, kif iddefinit fl-Artikolu 2(34) tal-Att dwar id-Data, tfisser il-proċess li jinvolvi Fornitur Sors ta’ Servizzi tal-Ipproċessar tad-Data, Klijent ta’ Servizz tal-Ipproċessar tad-Data u, fejn rilevanti, Fornitur ta’ Destinazzjoni ta’ Servizzi tal-Ipproċessar tad-Data, fejn il-klijent ta’ Servizz tal-Ipproċessar tad-Data jibdel mill-użu ta’ Servizz tal-Ipproċessar tad-Data wieħed għall-użu ta’ Servizz ieħor tal-Ipproċessar tad-Data tal-istess tip ta’ Servizz, jew Servizz ieħor, offrut minn fornitur differenti ta’ Servizzi tal-Ipproċessar tad-Data, jew għall-infrastruttura tal-ICT fuq il-post, inkluż permezz tal-estrazzjoni, it-trasformazzjoni u l-uploading tad-Data;
“Imposti tal-qlib”, kif iddefiniti fl-Artikolu 2(36) tal-Att dwar id-Data, tfisser imposti, għajr it-tariffi tas-Servizz standard jew penali għal terminazzjoni bikrija, imposti minn fornitur ta’ Servizzi tal-Ipproċessar tad-Data fuq klijent għall-azzjonijiet meħtieġa mill-Att dwar id-Data għall-qlib għas-sistema ta’ fornitur differenti jew għal infrastruttura tal-ICT fuq il-post, inkluż imposti tal-ħruġ tad-Data.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2026/2394/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)