<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-311/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CC0311</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:640">EU:C:2020:640</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>15</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Szpunar – Kawża C‑311/19</HT></P><P>BONVER WIN</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Szpunar</HT></P><P>ippreżentati fit‑<DATE ISO="20200903">3 ta’ Settembru 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑311/19</HT></P><P>BONVER WIN, a.s.</P><P>vs</P><P>Ministerstvofinancí ČR</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (il-Qorti Amministrattiva Suprema, ir-Repubblika Ċeka))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Libertà li jiġu pprovduti servizzi</KEYWORD><KEYWORD>Restrizzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-operat ta’ logħob tal-ażżard f’ċerti postijiet</KEYWORD><KEYWORD>Applikabbiltà tal-Artikolu 56 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Element transkonfinali</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Din it-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (il-Qorti Amministrattiva Suprema, ir-Repubblika Ċeka) hija testimonjanza tal-fatt li l-kwistjoni legali speċifika mqajma minn kawża mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ħafna drabi tkun mistoħbija taħt qafas fattwali fil-kawża prinċipali li apparentement ma jkunx problematiku, jekk ma jkunx ukoll ordinarju: fornitur ta’ servizzi ta’ mħatri li jkollu jwaqqaf in-negozju tiegħu minħabba digriet muniċipali li jipprojbixxi l-provvista ta’ tali servizzi f’ċerta parti tal-belt fejn jinsab il-fornitur ta’ servizzi ta’ mħatri. Dan in-negozjant qiegħed isostni li għandu klijenti ġejjin minn Stat Membru ieħor. Dan il-fatt huwa suffiċjenti sabiex jiskatta l-applikazzjoni tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi taħt l-Artikolu 56 TFUE?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Din il-kawża b’hekk tikkonċerna direttament il-portata <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> ta’ libertà fundamentali tas-suq intern.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Id-delimitazzjoni ta’ tali portata hija kwistjoni ta’ importanza fundamentali: din hija waħda mill-eqdem kwistjonijiet tad-dritt tal-Unjoni u hija kwistjoni li tqum kontinwament f’kuntesti ġodda. Ikunu kemm ikunu differenti l-fatti inkwistjoni f’tali kawżi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Pereżempju: diskriminazzjoni jew ostakolu, ftehim dwar il-bejgħ u/jew l-aċċess għas-suq, sitwazzjonijiet purament interni.</P></NOTE>, il-punt komuni għalihom kollha huwa li dawn il-kawżi jikkonċernaw in-natura reali tas-suq intern u l-kostituzzjoni ekonomika tal-Unjoni. L-operaturi ekonomiċi u l-klijenti tagħhom jiddependu mill-eżitu ta’ tali kwistjonijiet, bħalma jagħmlu wkoll l-Istati Membri. Il-portata tal-libertajiet fundamentali tiddetermina sa fejn l-Istati Membri huma marbuta, fil-kuntest tal-għanijiet tal-politika (nazzjonali) tagħhom mid-dritt tal-Unjoni dwar is-suq intern u, b’mod korrispondenti, il-libertà li jgawdu l-operaturi ekonomiċi: jekk Stat Membru ma jkunx limitat, pereżempju, mil-libertà li jiġu pprovduti servizzi, f’sitwazzjoni partikolari l-portata ta’ azzjoni potenzjali tiegħu hija ferm usa’ milli kieku kien limitat. Għall-kuntrarju, jekk Stat Membru jkun limitat, il-portata ta’ azzjoni potenzjali ta’ fornituri ta’ servizz u tad-destinatarji tagħhom tkun ferm usa’.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-aspett proċedurali korrispondenti ta’ din ir-realtà materjali huwa li kawżi minn qrati nazzjonali li fihom il-fatti kollha fil-kawżi prinċipali jkunu limitati għal Stat Membru wieħed huma inammissibbli sa fejn hija kkonċernata l-interpretazzjoni tal-libertajiet fundamentali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Fil-kawża ineżami, in-Nejvyšší správní soud (il-Qorti Amministrattiva Suprema) qiegħda tistaqsi dwar il-portata tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi taħt l-Artikolu 56 TFUE f’sitwazzjoni fejn l-element transkonfinali huwa li klijenti jaqbżu l-fruntiera sabiex jibbenefikaw (jekk din hija l-kelma t-tajba fir-rigward tal-logħob tal-ażżard) mis-servizzi inkwistjoni fir-Repubblika Ċeka.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>F’dawn il-konklużjonijiet ser nargumenta li din il-kwistjoni hija essenzjalment koperta mil-libertà li jiġu pprovduti servizzi taħt l-Artikolu 56 TFUE. F’dan il-kuntest, ser nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja interpretazzjoni klassika tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u tal-ġurisprudenza korrispondenti. B’mod iktar speċifiku, ser nissottometti lill-Qorti tal-Ġustizzja li attwalment ma hemm ebda ħtieġa li tiġi limitata l-portata ta’ din il-libertà fundamentali f’sitwazzjonijiet fejn il-miżuri inkwistjoni japplikaw b’mod indistint fid-dritt u fil-fatt. Jiena għalhekk ser nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tirreżisti t-tentazzjoni possibbli li tinterpreta l-portata <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tal-Artikolu 56 TFUE f’sens iktar limitat milli fil-passat. Fil-fehma tiegħi, ma hemmx lok għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Keck għal servizzi<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>: il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex tislet analoġija minn dik il-kawża<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19931124">24 ta’ Novembru 1993</DATE>, <NAME.CASE>Keck u Mithouard</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑267/91 u C‑268/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:905">EU:C:1993:905</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>)</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 50(4) taz-zákon č. 202/1990 Sb., o loteriích a jiných podobných hrách (il-Liġi Nru 202/1990 dwar il-Lotteriji u Logħob Simili Ieħor, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Liġi dwar il-Lotteriji<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), applikabbli fl‑2013, muniċipalità tista’ tadotta miżura vinkolanti ta’ applikazzjoni ġenerali fil-forma ta’ digriet li jistipula li l-logħob tal-imħatri, lotteriji u logħob simili jistgħu jiġu operati biss f’postijiet u f’ħinijiet previsti fid-digriet, jew tista’ tispeċifika f’liema postijiet fil-muniċipalità u f’liema ħinijiet l-operat ta’ dawn il-lotteriji u logħob simili ieħor huwa pprojbit, jew tista’ tipprojbixxi kompletament l-operat ta’ lotteriji jew logħob simili ieħor fil-muniċipalità kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Il-Liġi dwar il-Lotteriji tiddefinixxi wkoll il-logħob tal-imħatri, il-lotteriji u logħob simili ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 50(4) tal-Liġi dwar il-Lotteriji, il-belt ta’ Děčín (ir-Repubblika Ċeka) ħarġet l-obecně závazná vyhláška č. 3/2013, o regulaci provozování sázkových her, loterií a jiných podobných her (id-Digriet Muniċipali Nru 3/2013 dwar ir-Regolamentazzjoni tal-Operat ta’ Logħob tal-Imħatri, Lotteriji u Logħob Simili Ieħor). Dan id-digriet ipprojbixxa l-operat ta’ logħob tal-imħatri, lotteriji u logħob simili ieħor fil-belt kollha konformement mal-liġi. Fl-istess ħin, l-Anness I ta’ dan id-digriet speċifika l-indirizzi preċiżi f’Děčín fejn kellu jkun permess l-operat ta’ każinos.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti, il-proċedura u d-domandi magħmula</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>BONVER WIN, a.s. (iktar ’il quddiem BONVER WIN), hija kumpannija kummerċjali Ċeka li kienet topera logħob tal-ażżard f’Děčín taħt liċenzja maħruġa mill-Ministerstvo financí ČR (il-Ministeru għall-Finanzi, ir-Repubblika Ċeka).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Bid-dħul fis-seħħ tad-Digriet Muniċipali Nru 3/2013, l-attività ta’ BONVER WIN saret illegali taħt dan id-digriet, għaliex il-postijiet tal-operat tagħha ma kinux jinsabu f’wieħed mill-indirizzi elenkati fl-Anness ta’ dan id-digriet ministerjali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20131022">22 ta’ Ottubru 2013</DATE>, il-Ministeru għall-Finanzi rtira l-liċenzja ta’ BONVER WIN sabiex topera logħob tal-ażżard għar-raġuni li ma kinitx konformi mad-Digriet Muniċipali Nru 3/2013.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>BONVER WIN ikkontestat din id-deċiżjoni permezz ta’ appell amministrattiv, li ġie miċħud b’deċiżjoni tal-Ministru għall-Finanzi tat‑<DATE ISO="20140722">22 ta’ Lulju 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>BONVER WIN imbagħad ippreżentat rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem il-Městský soud v Praze (il-Qorti Muniċipali ta’ Praga, ir-Repubblika Ċeka), li ġie miċħud. Fil-motivi tas-sentenza tagħha, il-qorti <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT> ċaħdet l-argument li r-regoli nazzjonali kienu jmorru kontra d-dritt tal-Unjoni u qieset li d-dritt tal-Unjoni ma kienx japplika għal din is-sitwazzjoni sa fejn ir-rikorrenti ma kinitx qiegħda teżerċita l-libertà li jiġu pprovduti servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Peress li dan ir-raġunament ma ssodisfahiex, BONVER WIN appellat fuq punt ta’ liġi minn din is-sentenza quddiem il-qorti tar-rinviju, li hija n-Nejvyšší správní soud (il-Qorti Amministrattiva Suprema), fejn qiegħda tallega li l-Městský soud v Praze (il-Qorti Muniċipali ta’ Praga) kienet żbaljat meta naqset milli tapplika d-dritt tal-Unjoni. Skont BONVER WIN, id-dispożizzjonijiet tad-Digriet Muniċipali Nru 3/2013, moqrija flimkien mad-dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar il-Lotteriji, imorru kontra d-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Skont id-dritt proċedurali nazzjonali, il-kawża inkwistjoni fil-kawża prinċipali kienet inizjalment assenjata lill-Ħames Awla tan-Nejvyšší správní soud (il-Qorti Amministrattiva Suprema), li qieset li l-libertà li jiġu pprovduti servizzi taħt id-dritt tal-Unjoni hija applikabbli għall-kawża peress li wħud mill-klijenti ta’ BONVER WIN jiġu minn Stati Membri oħra. Għaldaqstant, dik l-awla ma ratx, bħala prinċipju, il-ħtieġa li tagħmel rinviju għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Madankollu, f’kuntest fejn, f’kawżi komparabbli, l-awli l-oħra tan-Nejvyšší správní soud (il-Qorti Amministrattiva Suprema) waslu għall-konklużjoni li d-dritt tal-Unjoni b’mod ġenerali, u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi b’mod partikolari, ma kienx japplika<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Mingħajr, milli jidher, ma rreferew il-kwistjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja.</P></NOTE>, il-Ħames Awla ddeċidiet li tirreferi l-kwistjoni, taħt id-dritt proċedurali nazzjonali, lill-Awla Estiża tan-Nejvyšší správní soud (il-Qorti Amministrattiva Suprema), bil-għan li tinbidel il-ġurisprudenza tal-awli l-oħra li, fil-fehma tal-Ħames Awla, kienet żbaljata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Min-naħa tagħha, l-Awla Estiża ddeċidiet li tirreferi l-kwistjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>L-Awla Estiża taġixxi fuq il-preżunzjoni li, f’din il-kawża, il-kwistjoni tikkonċerna restrizzjoni possibbli tal-libertà tal-klijenti li jiksbu servizzi u mhux restrizzjoni possibbli tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi min-naħa tal-fornitur tagħhom, li huwa kumpannija Ċeka stabbilita f’dan l-Istat Membru. Il-qorti tar-rinviju tosserva li mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li servizzi li fornitur stabbilit fi Stat Membru jipprovdi, mingħajr ma jivvjaġġa, lil destinatarju stabbilit fi Stat Membru ieħor jikkostitwixxu provvista transkonfinali ta’ servizzi u li tali destinatarji jinkludu wkoll turisti jew persuni li jivvjaġġaw għal finijiet ta’ studju. Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tqis li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal-leġiżlazzjoni Ċeka fil-kawża ineżami, li tapplika mingħajr diskriminazzjoni għal ċittadin ta’ dan l-Istat Membru u għal dawk tal-Istati Membri l-oħra, tista’, bħala regola ġenerali, taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat FUE sa fejn dawn japplikaw biss għal sitwazzjonijiet konnessi man-negozju bejn l-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tqis li, filwaqt li l-Qorti tal-Ġustizzja kkjarifikat l-applikabbiltà tal-Artikolu 56 TFUE għal sitwazzjonijiet li fihom fornitur joffri s-servizzi tiegħu bit-telefon jew bl-internet u għal sitwazzjonijiet marbuta ma’ gruppi ta’ turisti li huma d-destinatarji ta’ servizzi, hija għadha ma stabbilixxietx b’mod ċar jekk dan l-artikolu japplikax sempliċement għaliex grupp ta’ ċittadini ta’ Stat Membru ieħor jistgħu jiksbu jew fil-fatt jiksbu, fi Stat Membru partikolari, servizz li prinċipalment jiġi pprovdut lil ċittadini nazzjonali. F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tindika li hija ma taqbilx mal-fehma li żjara okkażjonali, anki minn ċittadin wieħed ta’ Stat Membru ieħor, fi stabbiliment li jipprovdi ċerti servizzi tiskatta b’mod awtomatiku l-applikabbiltà tal-Artikolu 56 TFUE għal kwalunkwe leġiżlazzjoni nazzjonali li tirregola b’mod ġenerali dan is-settur nazzjonali ta’ servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk ikunx adegwat li tiġi stabbilita, fil-qasam tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, regola <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT>, ibbażata fuq l-eżistenza ta’ rabta suffiċjenti bejn il-leġiżlazzjoni inkwistjoni u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Il-qorti tar-rinviju hija tal-fehma li leġiżlazzjoni mhux diskriminatorja applikabbli fuq livell muniċipali ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 56 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Huwa f’dan l-isfond li, b’digriet tal‑<DATE ISO="20190321">21 ta’ Marzu 2019</DATE>, li wasal fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑<DATE ISO="20190416">16 ta’ April 2019</DATE>, in-Nejvyšší správní soud (il-Qorti Amministrattiva Suprema) għamlet id-domandi preliminari segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikoli 56 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal leġiżlazzjoni nazzjonali (digriet komunali ta’ applikazzjoni ġenerali) li tipprojbixxi f’parti minn komun servizz determinat, minħabba biss li parti mill-klijenti tal-fornitur ta’ servizzi kkonċernati minn din il-leġiżlazzjoni tista’ toriġina jew toriġina minn Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea?</TXT><P>Fil-każ ta’ risposta pożittiva, għall-finijiet tal-applikabbiltà tal-Artikolu 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, huwa suffiċjenti li tiġi invokata l-eventwali preżenza ta’ klijenti minn Stat Membru ieħor jew il-fornitur ta’ servizzi huwa obbligat li jipprova r-realtà tal-provvista ta’ servizzi lil klijenti li joriġinaw minn Stati Membri oħrajn?</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Għandu effett, b’xi mod, għar-risposta għall-ewwel domanda magħmula:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>li r-restrizzjoni potenzjali għall-provvista libera tas-servizzi tkun kunsiderevolment limitata, u dan, kemm fuq il-livell ġeografiku kif ukoll fuq il-livell materjali (l-eventwali applikabbiltà tal-eċċezzjoni <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT>);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>li ma jidhirx ċar li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tirregola b’mod differenti, fid-dritt jew fil-fatt, is-sitwazzjoni tal-operaturi li jipprovdu servizzi b’mod ewlieni liċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea, minn naħa, u dik tal-operaturi li jimmiraw lill-klijenti nazzjonali, min-naħa l-oħra?<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija u l-Kummissjoni Ewropea ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub. BONVER WIN, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u l-Kummissjoni Ewropea ħadu sehem fis-seduta, li nżammet fit‑<DATE ISO="20200312">12 ta’ Marzu 2020</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Evalwazzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Permezz taż-żewġ domandi tagħhom, li jistħoqqilhom risposta waħda, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tixtieq li jiġi ddeterminat jekk il-libertà li jiġu pprovduti servizzi taħt l-Artikolu 56 TFUE tapplikax għal sitwazzjoni li fiha kumpannija stabbilita fi Stat Membru titlef, wara d-dħul fis-seħħ ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tiddetermina l-postijiet li fihom hija tista’ twettaq l-attività tagħha, l-awtorizzazzjoni sabiex topera din l-attività għar-raġuni li wħud mill-klijenti tagħha jiġu minn<?PAGE NO="5"?> Stat Membru differenti minn dak li fiha hija stabbilita din il-kumpannija. F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf jekk in-natura mhux diskriminatorja ta’ dawn ir-regoli u l-eżistenza ta’ regola <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> fil-qasam tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi humiex rilevanti għall-finijiet ta’ din ir-risposta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-formulazzjoni tad-domandi joħroġ b’mod ċar li l-qorti tar-rinviju hija konxja tal-fatt li, fil-każ li l-kawża ineżami taqa’ taħt l-Artikolu 56 TFUE, ma hemmx dubju dwar l-eżistenza ta’ restrizzjoni u li mbagħad ir-Repubblika Ċeka jkollha tiġġustifika din ir-restrizzjoni.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-kuntest tad-domanda — fuq l-ammissibbiltà</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju tal-ewwel impressjonijiet, ma hemm l-ebda dubju dwar l-ammissibbiltà tal-kawża ineżami.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Sabiex nuri dan u sabiex nasal għall-qofol tad-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju, huwa meħtieġ fil-fehma tiegħi li neżamina fil-qosor l-istorja tal-fenomenu ta’ dak li llum huwa magħruf bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>sitwazzjoni purament interna<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza magħrufa u stabbilita, id-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi ma japplikawx għal sitwazzjoni li tkun limitata minn kull aspett għal Stat Membru wieħed biss<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161115">15 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Ullens de Schooten</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑268/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:874">EU:C:2016:874</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Madankollu, fil-ġurisprudenza voluminuża tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar sitwazzjonijiet purament interni, għandha ssir distinzjoni bejn iż-żewġ livelli ta’ sustanza u ta’ ammissibbiltà.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Mis-sustanza …</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>L-oriġini ġurisprudenzjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Qiegħed nissellef dan it-terminu minn Arena, A., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>The Wall Around EU Fundamental Freedoms: the Purely Internal Rule at the Forty-Year Mark<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, <HT TYPE="ITALIC">Yearbook of European Law</HT>, 2019, Vol. 38, p. 153‑219, fil-paġna 163.</P></NOTE> tar-regola ta’ sitwazzjoni purament interna jista’ jinsab f’numru ta’ sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja sa mill-aħħar tas-snin 1970, li kollha ngħataw matul iż-żmien tas-sentenza Rewe-Zentral<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19790220">20 ta’ Frar 1979</DATE> (<NO.CASE>120/78</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1979:42">EU:C:1979:42</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Cassis de Dijon<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>): Koestler<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19781024">24 ta’ Ottubru 1978</DATE> (<NO.CASE>15/78</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1978:184">EU:C:1978:184</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, Knoors<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19790207">7 ta’ Frar 1979</DATE> (<NO.CASE>115/78</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1979:31">EU:C:1979:31</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, Auer<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19790207">7 ta’ Frar 1979</DATE> (<NO.CASE>136/78</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1979:34">EU:C:1979:34</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, Debauve <HT TYPE="ITALIC">et</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19800318">18 ta’ Marzu 1980</DATE> (<NO.CASE>52/79</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1980:83">EU:C:1980:83</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u Saunders<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19790328">28 ta’ Marzu 1979</DATE> (<NO.CASE>175/78</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1979:88">EU:C:1979:88</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Filwaqt li fis-sentenza Knoors<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19790207">7 ta’ Frar 1979</DATE> (<NO.CASE>115/78</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1979:31">EU:C:1979:31</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>): <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar l-istabbiliment u l-provvista ta’ servizzi ma jistgħux jiġu applikati għal sitwazzjonijiet li huma purament interni għal Stat Membru<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</P></NOTE> <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>saret dikjarazzjoni f’kuntest limitat ħafna<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Fi kliem il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Warner fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Saunders</NAME.CASE> (<NO.CASE>175/78</NO.CASE>, mhux ippubblikati, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1979:63">EU:C:1979:63</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, p. 1141).</P></NOTE>, dwar il-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, u filwaqt li s-sentenzi Koestler<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19781024">24 ta’ Ottubru 1978</DATE> (<NO.CASE>15/78</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1978:184">EU:C:1978:184</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0003">3</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u Auer<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara s-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19790207">7 ta’ Frar 1979</DATE> (<NO.CASE>136/78</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1979:34">EU:C:1979:34</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> kienu jinvolvu sitwazzjoni transkonfinali, il-Qorti tal-Ġustizzja applikat ir-regola ta’ sitwazzjoni purament interna fis-sentenza Saunders<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19790328">28 ta’ Marzu 1979</DATE> (<NO.CASE>175/78</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1979:88">EU:C:1979:88</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0010">10</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>L-aħħar sentenza msemmija kienet tikkonċerna l-moviment liberu tal-ħaddiema taħt dak li llum huwa l-Artikolu 45 TFUE. Ċittadina Brittanika, wara li ddikjarat li kienet ħatja ta’ reat kriminali, kienet ġiet ikkundannata sabiex tmur mill-Ingilterra lejn l-Irlanda ta’ Fuq u sabiex ma tmurx lura lejn l-Ingilterra jew Wales. Il-fatti kollha kienu għalhekk limitati għar-Renju Unit. F’tali sitwazzjoni, kien<?PAGE NO="6"?> pjuttost faċli għall-Qorti tal-Ġustizzja li tiddikjara li l-Artikolu 45 TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Li kien l-Artikolu 48 tat-Trattat KEE.</P></NOTE> <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>ma huwiex […] intiż li jillimita s-setgħa tal-Istati Membri li jistabbilixxu restrizzjonijiet, fit-territorju tagħhom stess, fuq il-libertà tal-moviment tal-persuni kollha li huma suġġetti għall-ġurisdizzjoni tagħhom fl-implimentazzjoni tal-liġi kriminali domestika<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19790328">28 ta’ Marzu 1979</DATE>, <NAME.CASE>Saunders</NAME.CASE> (<NO.CASE>175/78</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1979:88">EU:C:1979:88</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0010">10</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema ma jistgħux, għaldaqstant, jiġu applikati għal sitwazzjonijiet li huma kompletament interni għal Stat Membru, fi kliem ieħor, meta ma jkun hemm ebda element li jorbothom ma’ waħda mis-sitwazzjonijiet previsti mid-dritt [tal-Unjoni]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19790328">28 ta’ Marzu 1979</DATE>, <NAME.CASE>Saunders</NAME.CASE> (<NO.CASE>175/78</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1979:88">EU:C:1979:88</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0011">11</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Huwa xorta waħda interessanti li jingħad li l-Avukat Ġenerali f’din il-kawża indirizza l-kwistjoni ta’ sitwazzjonijiet li jkunu kompletament domestiċi fil-konklużjonijiet tiegħu iżda wasal għal konklużjoni differenti minn dik tal-Qorti tal-Ġustizzja, li waslitu sabiex janalizza l-atti nazzjonali inkwistjoni taħt il-moviment liberu tal-ħaddiema; ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Warner fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Saunders</NAME.CASE> (<NO.CASE>175/78</NO.CASE>, mhux ippubblikati, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1979:63">EU:C:1979:63</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Din il-konstatazzjoni innovattiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>F’kawżi preċedenti, bħal fis-sentenza influwenti tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19640715">15 ta’ Lulju 1964</DATE>, <NAME.CASE>Costa</NAME.CASE> (<NO.CASE>6/64</NO.CASE>,<NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1964:66">EU:C:1964:66</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), pereżempju, il-Qorti tal-Ġustizzja ma dehritx li ħasset il-ħtieġa li tanalizza l-kwistjoni ta’ sitwazzjoni purament interna.</P></NOTE> mbagħad iddakkret bil-libertajiet fundamentali l-oħra. Ftit wara s-sentenza Saunders<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19790328">28 ta’ Marzu 1979</DATE> (<NO.CASE>175/78</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1979:88">EU:C:1979:88</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, fis-sentenza Debauve <HT TYPE="ITALIC">et</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19800318">18 ta’ Marzu 1980</DATE> (<NO.CASE>52/79</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1980:83">EU:C:1980:83</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0009">9</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi ma jistgħux japplikaw għal attivitajiet li l-elementi rilevanti tagħhom huma limitati fi Stat Membru wieħed biss<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li l-fatti tal-kawża ineżami kienu jinvolvu sitwazzjoni transkonfinali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Minn dejjem kien ċar u lil hinn minn kull dubju li dawn il-kawżi bikrin kienu jikkonċernaw kwistjoni ta’ <HT TYPE="ITALIC">sustanza</HT>: sabiex ikunu applikabbli <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT>, il-libertajiet fundamentali tat-Trattat jeħtieġu dak li huwa magħruf bħala element transkonfinali. Sitwazzjonijiet purament interni jaqgħu lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tal-libertajiet fundamentali, peress li l-għan ta’ dawn il-libertajiet huwa li jiġi lliberalizzat il-kummerċ <HT TYPE="ITALIC">bejn</HT> l-Istati Membri.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">… għall-ammissibbiltà</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Il-konsegwenza loġika proċedurali ta’ sitwazzjonijiet purament interni li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-libertajiet fundamentali hija li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għal tali domandi, b’tali mod li r-rinviji għal deċiżjoni preliminari li joriġinaw minn kawżi ta’ sitwazzjonijiet purament interni jkunu inammissibbli<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Minkejja li hemm ir-riskju li niġi akkużat b’ereżija, għal faċilità ta’ referenza ser nirreferi għall-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>kompetenza<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>ammissibbiltà<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> b’mod interkambjabbli. Dan ma jfissirx li ma iniex konxju tad-differenza legali bejn dawn il-kliem: il-kompetenza hija oġġettiva u tirreferi għall-abbiltà legali tal-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti sentenza filwaqt li l-ammissibbiltà għandha element suġġettiv sa fejn tista’ tiġi parzjalment iddeterminata mill-qorti tar-rinviju. Fil-fatt, kawża tkun ammissibbli biss jekk il-qorti nazzjonali tkun osservat ir-regoli proċedurali rilevanti meta ressqet il-kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u tkun immotivat b’mod debitu għaliex dan ir-rinviju kien meħtieġ. Barra minn hekk, f’dan ir-rigward naqbel kompletament mal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Wahl fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Gullotta u Farmacia di Gullotta Davide &amp; C</NAME.CASE>. (<NO.CASE>C‑497/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:168">EU:C:2015:168</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), fejn tqajjem punt simili filwaqt li ġie enfasizzat li d-differenza bejn iż-żewġ kelmiet ma għandhiex tiġi enfasizzata ż-żejjed.</P></NOTE>. Id-dritt tal-Unjoni sempliċement ma japplikax għal tali sitwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Iżda, minkejja dan, matul is-snin kien hemm diversi każijiet fejn il-Qorti tal-Ġustizzja rrispondiet għal domandi li joriġinaw minn kawżi prinċipali li fihom il-fatti kollha kienu limitati għal Stat Membru wieħed biss.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Ma għadux meħtieġ li tingħata espożizzjoni sommarja tal-ġurisprudenza għaliex reċentement saru sunt u klassifikazzjoni tagħha fis-sentenza Ullens de Schooten<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161115">15 ta’ Novembru 2016</DATE> (<NO.CASE>C‑268/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:874">EU:C:2016:874</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Għal sommarju komprensiv tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f’dan il-qasam qabel din is-sentenza, ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Wahl fil-kawżi magħquda <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Venturini <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑159/12 sa C‑161/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:529">EU:C:2013:529</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>: il-kawżi li joriġinaw minn sitwazzjonijiet purament interni huma xorta waħda <HT TYPE="ITALIC">ammissibbli</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ara wkoll, f’dan is-sens, il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawżi magħquda <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>X u Visser</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑360/15 u C‑31/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:397">EU:C:2017:397</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0115">115</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> għal rinviju għal deċiżjoni preliminari f’erba’ sitwazzjonijiet speċifiċi. Dawn is-sitwazzjonijiet huma: (1) ma kienx inkonċepibbli li ċittadini stabbiliti fi Stati Membri oħra kienu jew huma interessati li jużaw dawn il-libertajiet sabiex iwettqu attivitajiet fit-territorju tal-Istat Membru li kien adotta l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni u, għaldaqstant, li l-leġiżlazzjoni, applikabbli mingħajr distinzjoni għal ċittadini ta’ dan l-Istat Membru u għal dawk ta’ Stati Membri oħra, setgħet tipproduċi effetti li ma kinux limitati għal dan l-Istat Membru<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161115">15 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Ullens de Schooten</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑268/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:874">EU:C:2016:874</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>; (2) meta l-qorti tar-rinviju tagħmel rinviju għal deċiżjoni preliminari f’kawża għall-annullament ta’ dispożizzjonijiet li ma japplikawx biss għaċ-ċittadini nazzjonali tagħha iżda wkoll għaċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra, id-deċiżjoni eventwalment adottata mill-qorti tar-rinviju wara d-deċiżjoni preliminari tal-Qorti tal-Ġustizzja ser ikollha effetti wkoll fuq iċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161115">15 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Ullens de Schooten</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑268/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:874">EU:C:2016:874</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>; (3) meta l-interpretazzjoni tal-libertajiet fundamentali tirriżulta li hija rilevanti meta l-liġi nazzjonali teżiġi li l-qorti tar-rinviju tagħti l-istess drittijiet lil ċittadin tal-Istat Membru tagħha stess bħal dawk li ċittadin ta’ Stat Membru ieħor fl-istess sitwazzjoni jgawdi minnhom bis-saħħa tad-dritt tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161115">15 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Ullens de Schooten</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑268/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:874">EU:C:2016:874</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>; u (4) meta d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni jkunu saru applikabbli bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li, meta tittratta sitwazzjonijiet limitati minn kull aspett għal Stat Membru wieħed biss, issegwi l-istess approċċ bħal dak previst fid-dritt tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161115">15 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Ullens de Schooten</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑268/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:874">EU:C:2016:874</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Applikazzjoni għall-kawża ineżami: is-sitwazzjoni ta’ BONVER WIN</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Meta nħarsu lejn il-kawża ineżami, hija kbira ħafna t-tentazzjoni li tingħata r-risposta li, kif tipproponi l-Kummissjoni, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tistabbilixxi jekk hemmx element transkonfinali fil-kawża ineżami.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Madankollu, din ir-risposta ma tiħux inkunsiderazzjoni l-punt inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tmur lil hinn minn dan fid-domandi tagħha. Hija ma hijiex qiegħda tipprova tistabbilixxi jekk il-Qorti tal-Ġustizzja għandhiex tagħti risposta għad-domanda (li, fi kwalunkwe każ, tkun domanda stramba li ssir lill-Qorti tal-Ġustizzja) iżda jekk il-libertà li jiġu pprovduti servizzi taħt l-Artikolu 56 TFUE għandhiex tapplika f’sitwazzjonijiet li għandhom b’mod ċar element transkonfinali. Fi kliem ieħor, il-qorti tar-rinviju qiegħda titlob gwida dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 56 TFUE. Hija tixtieq tanalizza l-qofol tal-kwistjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>sitwazzjonijiet purament interni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> u, kif qiegħed nara l-affarijiet jien, qiegħda tistaqsi jekk sitwazzjonijiet purament interni għandhomx jiġu interpretati b’mod usa’ milli sar sal-lum il-ġurnata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Din għalhekk hija domanda dwar is-sustanza u mhux dwar l-ammissibbiltà.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, nixtieq nenfasizza li l-ammissibbiltà tal-kawża ineżami diġà tirriżulta mis-sentenza Trijber u Harmsen tal-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151001">1 ta’ Ottubru 2015</DATE> (<NO.CASE>C‑340/14 u C‑341/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:641">EU:C:2015:641</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. F’dik il-kawża, R. L. Trijber talab awtorizzazzjoni sabiex jorganizza mawriet bid-dgħajsa f’Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi). Sabiex il-kawża titqies li kienet ammissibbli, għall-Qorti tal-Ġustizzja kien biżżejjed li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>dan is-servizz <HT TYPE="ITALIC">jista’ jkun ta’ benefiċċju wkoll għaċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra</HT> u li l-iskema inkwistjoni tista’ tostakola l-aċċess għas-suq mill-fornituri kollha, inklużi dawk li joriġinaw minn Stati Membri oħra li jixtiequ jistabbilixxu ruħhom fil-Pajjiżi l-Baxxi sabiex jipprovdu tali servizz<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151001">1 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Trijber u Harmsen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑340/14 u C‑341/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:641">EU:C:2015:641</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Enfasi miżjuda minni.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Fi kliem ieħor, il-Qorti tal-Ġustizzja bbażat l-ammissibbiltà tal-kawża <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT> fuq il-fatt li d-<HT TYPE="ITALIC">destinatarji</HT> tas-servizz kienu minn Stati Membri oħra<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151001">1 ta’ Ottubru 2015</DATE> <NAME.CASE>Trijber u Harmsen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑340/14 u C‑341/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:641">EU:C:2015:641</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), hija għalhekk kawża b’eżitu interessanti: wara li stabbilixxiet li ċerti sitwazzjonijiet ma kinux purament interni min-natura tagħhom, il-Qorti tal-Ġustizzja rrifjutat li tagħti risposta għad-domandi <HT TYPE="ITALIC">materjali</HT> tal-qorti tar-rinviju intiżi speċifikament li jiġi ddeterminat jekk id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE> dwar is-servizzi fis-suq intern (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="376" PAGE.FIRST="36" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 376, p. 36</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-Direttiva dwar is-servizzi) dwar il-libertà ta’ stabbiliment ta’ fornituri ta’ servizzi japplikawx għal sitwazzjonijiet purament interni. Kien biss iktar tard, fis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180130">30 ta’ Jannar 2018</DATE>, <NAME.CASE>X u Visser</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑360/15 u C‑31/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:44">EU:C:2018:44</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) li l-Qorti tal-Ġustizzja tat risposta għal din id-domanda, fl-affermattiv.</P></NOTE>. Ir-raġuni għaliex il-kawża kienet ammissibbli huwa l-fatt li d-destinatarji tas-servizzi inkwistjoni ma kinux mill-Istat Membru li fih kienu offruti s-servizzi. Il-kawża ineżami tippreżenta sitwazzjoni simili.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Bħala konklużjoni dwar l-ammissibbiltà tal-kawża ineżami, il-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax, u ma għandhiex, tirreferi għas-sentenza Ullens de Schooten<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161115">15 ta’ Novembru 2016</DATE> (<NO.CASE>C‑268/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:874">EU:C:2016:874</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> sabiex tirrispondi għall-qorti tar-rinviju, u dan għaliex il-kawża hija, b’mod ċar, ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq is-sustanza</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Ngħaddi għalhekk sabiex nanalizza s-sustanza tal-kawża ineżami u l-portata tal-Artikolu 56 TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Il-kawża ineżami għandha tiġi eżaminata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat. Id-Direttiva dwar is-servizzi ma tapplikax għal attivitajiet ta’ logħob tal-ażżard; ara l-Artikolu 2(2)(h) ta’ dik id-direttiva. Li kieku l-attivitajiet ta’ logħob tal-ażżard kienu koperti minn dik id-Direttiva, id-domanda tal-qorti tar-rinviju ma kinitx tqum sa fejn il-kapitolu dwar l-istabbiliment ta’ fornituri ta’ servizzi japplika <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> għal sitwazzjonijiet purament interni; ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180130">30 ta’ Jannar 2018</DATE>, <NAME.CASE>X u Visser</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑360/15 u C‑31/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:44">EU:C:2018:44</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-portata tal-Artikolu 56 TFUE</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Bħala punt preliminari, għandu jkun enfasizzat li din il-kawża tikkonċerna biss il-portata <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi taħt it-Trattat FUE. Hija ma tikkonċernax il-kompatibbiltà ġenerali ta’ regola nazzjonali mal-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Fi kliem ieħor, l-unika kwistjoni li l-qorti tar-rinviju tixtieq li taqta’ bl-għajnuna tal-Qorti tal-Ġustizzja hija jekk hemmx <HT TYPE="ITALIC">restrizzjoni</HT> taħt l-Artikolu 56 TFUE (li kien ikun il-każ kieku s-sitwazzjoni kienet taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-dispożizzjoni) u mhux jekk, barra dan, restrizzjoni tistax tkun <HT TYPE="ITALIC">iġġustifikata</HT> minn raġuni imperattiva ta’ interess pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 56 TFUE, fil-qafas tad-dispożizzjonijiet tal-kapitlu tat-Trattat FUE rigward is-servizzi, ir-restrizzjonijiet fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi fl-Unjoni huma pprojbiti fil-każ ta’ ċittadini ta’ Stati Membri li jkunu stabbiliti fi Stat Membru differenti minn dak tal-persuna li għaliha s-servizz ikun intenzjonat.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni, li tikkostitwixxi r-regola fundamentali, jew il-<HT TYPE="ITALIC">Grundnorm</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Fi kliem Müller-Graff, P‑Chr., fi Streinz, R. (editur), <HT TYPE="ITALIC">EUV/AEUV Kommentar</HT>, C. H. Beck, München, it-tielet edizzjoni, 2018, Artikel 56 AEUV, punt 1.</P></NOTE>, tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi fis-suq intern u li magħha żdiedu għadd ta’ liġijiet sekondarji, b’mod partikolari id-Direttiva dwar is-servizzi, ġiet żviluppata kunsiderevolment fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Għalkemm fit-Trattat kienet maħsuba li tkun libertà fundamentali residwa<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Ara l-Artikolu 57 TFUE, li jipprovdi li servizzi għandhom jitqiesu li huma servizzi fis-sens tat-Trattati meta normalment jiġu pprovduti bi ħlas, sa fejn ma jkunux irregolati mid-dispożizzjonijiet dwar il-moviment liberu ta’ merkanzija, ta’ kapital u ta’ persuni. F’dan ir-rigward il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>servizzi<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> ikopri servizzi li ma humiex irregolati mil-libertajiet l-oħra, sabiex jiġi żgurat li l-attività ekonomika kollha taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-libertajiet fundamentali, li minnu niddeduċi li din ma hijiex libertà fundamentali sussidjarja iżda waħda residwi. Ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawżi magħquda <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>X u Visser</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑360/15 u C‑31/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:397">EU:C:2017:397</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0088">88</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja sa minn stadju bikri ddeskrivietha bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>wieħed mill-prinċipji fundamentali tat-Trattat<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Ara s-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19811217">17 ta’ Diċembru 1981</DATE>, <NAME.CASE>Webb</NAME.CASE> (<NO.CASE>279/80</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1981:314">EU:C:1981:314</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Barra minn hekk hija kkonstatat li din il-libertà fundamentali għandha effett dirett<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19741203">3 ta’ Diċembru 1974</DATE>, <NAME.CASE>van Binsbergen</NAME.CASE> (<NO.CASE>33/74</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1974:131">EU:C:1974:131</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> kif ukoll li tkopri miżuri applikabbli b’mod indistint<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Għalhekk, il-libertà li jiġu pprovduti servizzi taħt l-Artikolu 56 TFUE teżiġi mhux biss l-eliminazzjoni ta’ kull diskriminazzjoni kontra fornituri ta’ servizzi stabbiliti fi Stati Membri oħra fuq il-bażi ta’ nazzjonalità, iżda wkoll it-tneħħija ta’ kull restrizzjoni, anki jekk tapplika mingħajr distinzjoni għal fornituri ta’ servizzi nazzjonali u fornituri ta’ servizzi minn Stati Membri oħra. Dan jikkostitwixxi ġurisprudenza stabbilita sa mis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19910725">25 ta’ Lulju 1991</DATE>, <NAME.CASE>Säger</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑76/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:331">EU:C:1991:331</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ara wkoll is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130718">18 ta’ Lulju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Citroën Belux</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑265/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:498">EU:C:2013:498</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090908">8 ta’ Settembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Liga Portuguesa de Futebol Profissional u Bwin International</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑42/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:519">EU:C:2009:519</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Fis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19951130">30 ta’ Novembru 1995</DATE>, <NAME.CASE>Gebhard</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑55/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:411">EU:C:1995:411</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), għalkemm dik kienet kawża dwar il-libertà ta’ stabbiliment, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għamlitx riferiment biss għal din il-libertà speċifika: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>l-miżuri nazzjonali li jistgħu jfixklu jew jagħmlu l-eżerċizzju tad-<HT TYPE="ITALIC">drittijiet fundamentali</HT> ggarantiti mit-Trattat anqas attraenti<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>. Enfasi miżjuda minni.</P></NOTE>. L-Artikolu 56 TFUE, l-istess bħall-Artikoli 34, 45 u 49 TFUE, għandu l-iskop għalhekk li jwarrab l-ostakoli għall-kummerċ iktar milli s-sempliċi diskriminazzjoni bejn operaturi fis-suq domestiku u dawk fis-suq barrani. Fl-istess ħin, il-Qorti tal-Ġustizzja ppermettiet lill-Istati Membri li jirrikorru għal raġunijiet mhux miktuba li jiġġustifikaw ir-restrizzjoni tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, fil-forma ta’ raġunijiet imperattivi ta’ interess pubbliku. Barra minn hekk, u dan b’mod kruċjali għall-kawża preżenti, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-libertà li jkunu pprovduti servizzi qiegħda għall-benefiċċju kemm tal-fornituri tas-servizzi kif ukoll tad-destinatarji ta’ dawn is-servizzi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Ara s-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19840131">31 ta’ Jannar 1984</DATE>, <NAME.CASE>Luisi u Carbone</NAME.CASE> (<NO.CASE>286/82 u 26/83</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1984:35">EU:C:1984:35</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090908">8 ta’ Settembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Liga Portuguesa de Futebol Profissional u Bwin International</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑42/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:519">EU:C:2009:519</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Dan il-proċess fl-iżvilupp tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi seħħ pass pass mat-tranżizzjoni tal-ekonomiji u tas-soċjetajiet tal-Istati Membri mill-manifattura għas-servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Huwa iktar diffiċli li jkun iddeterminat jekk hemmx sitwazzjoni transkonfinali fil-każ tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi milli fil-każ tal-moviment liberu tal-ħaddiema jew tal-libertà ta’ stabbiliment<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Din il-fehma hija kondiviża wkoll minn Randelzhofer, A. u Forsthoff, U., fi Grabitz, E., Hilf, M., Nettesheim, M., <HT TYPE="ITALIC">Das Recht der Europäischen Union</HT>, 57. aġġornat fi Frar 2020, C. H. Beck, München, Art. 56, Art. 57 AEUV, punt 3.</P></NOTE> u kellu jgħaddi ċertu żmien sabiex ikun hemm erba’ sitwazzjonijiet transkonfinali possibbli li jkunu komunement aċċettati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Dawn huma bażikament analogi għad-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>kummerċ fis-servizzi<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> taħt il-Ftehim ġenerali dwar il-kummerċ fis-servizzi, anness mal-Ftehim li jistabbilixxi l-WTO (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>GATS<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>). Skont l-Artikolu 1(2) tal-GATS, il-kummerċ fis-servizzi huwa ddefinit bħala li jinkludi erba’ modi ta’ provvista ta’ servizzi: (1) provvisti transkonfinali li ma jinvolvu ebda moviment ta’ persuni; (2) konsum barra mill-pajjiż, li jinvolvi l-moviment tal-konsumatur fit-territorju tal-pajjiż membru tal-WTO li fih ikun stabbilit il-fornitur; (3) preżenza kummerċjali, jiġifieri l-preżenza ta’ sussidjarja jew ta’ fergħa fit-territorju tal-pajjiż membru tal-WTO li fih għandu jingħata s-servizz; (4) il-preżenza ta’ persuni fiżiċi minn pajjiż membru tal-WTO, li tippermetti lil fornitur minn pajjiż membru wieħed jipprovdi servizzi fit-territorju ta’ kwalunkwe pajjiż membru ieħor.</P></NOTE> li fihom tapplika l-libertà li jiġu pprovduti servizzi. L-ewwel, is-sitwazzjoni fejn il-fornitur ta’ servizzi jaqsam il-fruntiera sabiex joffri s-servizzi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Dan ħafna drabi jissejjaħ moviment liberu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>attiv<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> ta’ servizzi.</P></NOTE>. Din hija bla dubju il-paradigma<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Lenz fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Cowan</NAME.CASE> (<NO.CASE>186/87</NO.CASE>, mhux ippubblikati, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1988:526">EU:C:1988:526</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> tal-Artikolu 56 TFUE u hija riflessa b’mod ċar fil-formulazzjoni tiegħu. It-tieni, is-sitwazzjoni fejn id-destinatarju tas-servizz jaqsam il-fruntiera sabiex jirċievi s-servizzi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Dan ħafna drabi jissejjaħ moviment liberu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>passiv<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> ta’ servizzi. Fuq dan il-kunċett, ara Völker, St., <HT TYPE="ITALIC">Passive Dienstleistungsfreiheit im Europäischen Gemeinschaftsrecht</HT>, Duncker &amp; Humblot, Berlin, 1990, p. 61 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.</P></NOTE>. It-tielet, sitwazzjonijiet fejn il-fornitur u d-destinatarju t-tnejn li huma jaqsmu fruntiera u sussegwentement jiġi pprovdut is-servizz<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Eżempji tipiċi jinkludu gruppi ta’ turisti li jaqsmu fruntiera flimkien ma’ gwida.</P></NOTE>. U r-raba’, sitwazzjonijiet fejn is-servizz stess jaqsam il-fruntiera<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>B’mod partikolari permezz ta’ telekomunikazzjoni jew tal-internet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għall-kuntrarju ta’ libertajiet fundamentali oħra bħalma huwa l-moviment liberu tal-ħaddiema jew saħansitra r-regoli dwar iċ-ċittadinanza tal-Unjoni, ma hijiex in-nazzjonalità imma l-istabbiliment<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0049"><P>Ara wkoll il-formulazzjoni tal-Artikolu 56 TFUE.</P></NOTE> tal-persuni kkonċernati li jiddetermina l-element transkonfinali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0050"><P>B’kuntrast mal-moviment liberu tal-ħaddiema u mal-libertà ta’ stabbiliment, il-libertà li jiġu pprovduti servizzi ma tiddeterminax l-element transkonfinali meħtieġ b’riferiment għad-detentur tal-libertà, iżda b’riferiment għar-relazzjoni ta’ servizz. Il-libertà li jiġu pprovduti servizzi ma hijiex prekluża, b’mod partikolari, minħabba li d-destinatarji jew il-fornituri ta’ servizzi jkollhom l-istess nazzjonalità. Ara għal iktar dettall Randelzhofer, A. u Forsthoff, U., <HT TYPE="ITALIC">op. cit</HT>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Rigward b’mod iktar speċifiku t-tieni sitwazzjoni fejn id-destinatarju tas-servizz jaqsam il-fruntiera sabiex jibbenefika mis-servizz, ir-restrizzjonijiet kemm fuq il-fornitur tas-servizz kif ukoll fuq id-destinatarji jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 56 TFUE. Rigward ir-restrizzjonijiet fuq il-fornitur tas-servizz, ir-raġuni li għaliha jaqgħu taħt l-Artikolu 56 TFUE hija li dawn inevitabbilment jinvolvu restrizzjonijiet fuq id-destinatarji tas-servizz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Restrizzjoni tista’ għalhekk toriġina jew fl-Istat Membru tal-fornitur tas-servizz jew fl-Istat Membru tad-destinatarju tas-servizz. It-Trattat jindirizza ż-żewġ restrizzjonijiet bl-istess mod. Din hija ħaġa loġika. Filwaqt illi, pereżempju, fil-każ tal-moviment liberu ta’ merkanzija t-Trattat ġustament jagħmel distinzjoni bejn importazzjonijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0051"><P>Ara l-Artikolu 34 TFUE.</P></NOTE> u esportazzjonijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0052"><P>Ara l-Artikolu 35 TFUE.</P></NOTE> u huwa, fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (ġustament) iktar strett fuq l-importazzjonijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0053"><P>Inċidentalment, il-ġurisprudenza Keck, li ser nerġa’ nindirizza f’iktar dettall iktar ’il quddiem, tapplika biss għall-importazzjonijiet. Din is-sentenza ngħatat taħt dak li llum huwa l-Artikolu 34 TFUE u tapplika biss fil-kuntest ta’ miżuri applikabbli b’mod indistint fil-liġi u fil-fatt. B’kuntrast ma’ dan, l-Artikolu 35 TFUE japplika biss għal miżuri diskriminatorji.</P></NOTE>, tali distinzjoni ma teżistix fir-rigward tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi għas-sempliċi raġuni li huwa iktar diffiċli li wieħed jiddistingwi mentalment <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>importazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> minn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>esportazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>. Kif ser naraw iktar ’l isfel, it-talba preżenti għal deċiżjoni preliminari hija każ tipiku f’dan is-sens.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja iddeċidiet illi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>il-libertà li jiġu pprovduti servizzi ta’ trasport marittimu bejn l-Istati Membri […] tista’ titqies minn intrapriża bħala li tmur kontra l-Istat li fih tkun stabbilita, jekk is-servizzi jkunu pprovduti lil persuni stabbiliti fi Stat Membru ieħor<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0054"><P>Ara s-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19940517">17 ta’ Mejju 1994</DATE>, <NAME.CASE>Corsica Ferries</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑18/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:195">EU:C:1994:195</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, rigward il-prattika ta’ dak li komunement jissejjaħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>cold calling<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, jiġifieri li jsir kuntatt bit-telefon ma’ individwi mingħajr il-kunsens tagħhom minn qabel sabiex ikunu offruti servizzi finanzjarji, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>il-fatt li s-servizzi in kwistjoni […] għad m’għandhomx destinatarju speċifiku [ma] jostakolax l-applikazzjoni [tad-dispożizzjonijiet dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi]<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0055"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19950510">10 ta’ Mejju 1995</DATE>, <NAME.CASE>Alpine Investments</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑384/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:126">EU:C:1995:126</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja indikat ukoll il-motivazzjoni tagħha sabiex waslet għal din id-deċiżjoni: il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>libertà li jiġu pprovduti servizzi ssir illużorja jekk il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali setgħu liberament jirrestrinġu l-offerti tas-servizzi<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0056"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibid.</HT></P></NOTE>. Hekk, it-tħejjija sabiex ikun ipprovdut servizz diġà taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 56 TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0057"><P>Ara wkoll, f’dan is-sens, Müller-Graff, P.-Chr., <HT TYPE="ITALIC">op. cit</HT>., u Holoubek, M., fi Schwarze, J., Becker, U., Hatje, A. u Schoo, J., (edituri), <HT TYPE="ITALIC">EU-Kommentar</HT>, ir-raba’ edizzjoni, Nomos, Baden-Baden, 2019, Art.57 AEUV, punt 42.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li restrizzjoni potenzjali hija biżżejjed sabiex il-kwistjoni taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 56 TFUE.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Sabiex niġbor fil-qosor, nixtieq nirreferi għall-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bobek f’<HT TYPE="ITALIC">TÜV Rheinland LGA Products and Allianz IARD</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0058"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑581/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:77">EU:C:2020:77</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>. Enfasi miżjuda minni.</P></NOTE> li fiha ddikjara b’mod xieraq li: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>Il-potenzjalità transkonfinali tibqa’ fil-livell ta’ ipoteżi raġonevolment konċepibbli: għalhekk, fil-kuntest ta’ servizzi, il-fatt li, pereżempju, xi destinatarji ta’ servizz probabbilment jiġu minn Stat Membru ieħor huwa biżżejjed sabiex ikunu applikabbli r-regoli tat-Trattat dwar is-servizz<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Applikazzjoni għall-kawża ineżami: is-sitwazzjoni ta’ BONVER WIN</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Dan iwassalna għall-kawża ineżami u għall-punti mqajma mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Abbażi tal-analiżi preċedenti, jidher li l-kawża preżenti taqa’ preċiżament fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 56 TFUE: għandek fornitur ta’ servizz stabbilit fir-Repubblika Ċeka li jipprovdi s-servizzi tiegħu <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT> lil klijenti normalment stabbiliti fil-Ġermanja li jaqsmu l-fruntiera bejn ir-Repubblika Ċeka u l-Ġermanja sabiex jibbenefikaw minn dawk is-servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hemm restrizzjoni fuq l-attività ta’ BONVER WIN: il-fatt li ma tistax tkompli twettaq l-attivitajiet tagħha fl-istess post bħal qabel jissodisfa t-termini tal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja f’dan ir-rigward. Bħala konsegwenza, il-klijenti ta’ BONVER WIN ukoll huma ristretti fil-kapaċità tagħhom li jibbenefikaw mis-servizzi. Jekk BONVER WIN ikollha twaqqaf in-negozju tagħha fil-parti tal-belt li fiha kienet stabbilita, il-klijenti ma jkunux jistgħu jkomplu jilagħbu flushom hemmhekk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Mill-perspettiva tal-fornitur tas-servizz, BONVER WIN, il-fatt li r-restrizzjoni hija imposta mill-Istat Membru ta’ oriġini<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0059"><P>B’differenza mill-Istat Membru ta’ destinazzjoni.</P></NOTE> huwa immaterjali f’dan ir-rigward. Hawnhekk il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ toqgħod fuq id-deċiżjoni tagħha f’<HT TYPE="ITALIC">Alpine Investments</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0060"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19950510">10 ta’ Mejju 1995</DATE> (<NO.CASE>C‑384/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:126">EU:C:1995:126</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> li fiha ddikjarat li l-libertà li jiġu pprovduti servizzi taħt it-Trattat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>[t]ipprojbixxi r-restrizzjonijiet għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi [fl-Unjoni] in ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> u li bħala konsegwenza, dik il-libertà <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>tikkonċerna mhux biss ir-restrizzjonijiet stabbiliti mill-Istat ospitanti, iżda wkoll dawk stabbiliti mill-Istat ta’ oriġini<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Kieku kelli noqgħod fuq din il-konstatazzjoni, kont ngħid: il-kawża magħluqa.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Huwa meħtieġ li jiġi llimitat il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 56 TFUE?</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Madankollu, il-kawża preżenti hija mħallta ma’ żewġ fatturi oħra: l-ewwel, il-fatt li r-restrizzjoni ma hijiex indirizzata lid-destinatarju tas-servizz li jaqsam il-fruntiera u hekk jiskatta l-applikabbiltà tal-Artikolu 56 TFUE imma lill-fornitur tas-servizz u, it-tieni, it-tħassib tal-qorti nazzjonali rigward is-sempliċi possibbiltà potenzjali ta’ klijenti Ġermaniżi u l-kwistjoni konnessa ta’ regola <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT>.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Destinatarju ta’ servizz li jiskatta l-Artikolu 56 TFUE għall-fornitur ta’ servizz</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Jiena ma narax kif il-fatt li huwa d-destinatarju ta’ servizz li jaqsam il-fruntiera għandu b’xi mod ibiddel din il-konstatazzjoni tiegħi. Il-kwistjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 56 TFUE hija waħda oġġettiva fis-sens li jew hija ssodisfatta, jekk ikunu ssodisfatti ċerti kundizzjonijiet, jew ma hijiex.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Din il-kwistjoni għandha tkun distinta minn dik dwar jekk f’sitwazzjoni bħal din il-fornitur ta’ servizz jistax <HT TYPE="ITALIC">jorbot</HT> fuq l-Artikolu 56 TFUE kontra l-Istat Membru tiegħu stess, jiġifieri jekk jistax jakkwista dritt li jkun bħal dritt ekonomiku fundamentali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Ir-risposta għal din id-domanda hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>iva<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Kif intwera iktar ’il quddiem, il-libertà ta’ destinatarju ta’ servizz li jirċievi servizzi hija biss in-naħa l-oħra tal-munita tal-libertà tal-fornitur ta’ servizzi li jipprovdi servizzi. F’sitwazzjoni bħal din kienet tkun ħaġa stramba kieku, pereżempju, il-klijenti Pollakki jew Ġermaniżi ta’ BONVER WIN biss setgħu jorbtu fuq l-Artikolu 56 TFUE fi proċeduri fil-qrati Ċeki filwaqt li BONVER WIN innifisha ma setgħetx. F’dan ir-rigward, għandha tinġibed analoġija mid-deċiżjoni fil-kamp tal-moviment liberu tal-ħaddiema skont l-Artikolu 45 TFUE fil-kawża <HT TYPE="ITALIC">Clean Car Autoservice</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0061"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980507">7 ta’ Mejju 1998</DATE> (<NO.CASE>C‑350/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:205">EU:C:1998:205</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li min iħaddem jista’ wkoll joqgħod fuq il-moviment liberu tal-ħaddiema skont l-Artikolu 45 TFUE sabiex jimpjega, fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit, ħaddiema li huma ċittadini ta’ Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Keck għal servizzi?</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Jidher ċar, li tali konstatazzjoni timplika li skont il-liġi kif inhi bħalissa l-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> huwa wiesa’ ħafna, u dan iqajjem il-kwistjoni ta’ jekk il-Qorti tal-Ġustizzja għandhiex tikkunsidra li tintroduċi limitu l-istess kif għamlet f’Keck u Mithouard<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0062"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19931124">24 ta’ Novembru 1993</DATE> (<NO.CASE>C‑267/91 u C‑268/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:905">EU:C:1993:905</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> fl‑1993 rigward il-moviment liberu tal-merkanzija. L-argument favur tali limitu jista’ jsegwi din il-linja: l-istess bħal f’Keck u Mithouard<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0063"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19931124">24 ta’ Novembru 1993</DATE> (<NO.CASE>C‑267/91 u C‑268/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:905">EU:C:1993:905</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, hawnhekk għandna quddiemna miżura applikabbli indistintament, fid-dritt u fil-fatt, għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-libertà korrispondenti li wieħed jirċievi tali servizzi. Għalhekk ma hemm l-ebda element diskriminatorju involut: mill-perspettiva tal-fornitur tas-servizz, kwalunkwe kumpannija li tixtieq tkun stabbilita f’Děčín bil-għan li toffri attivitajiet ta’ logħob tal-ażżard issib ruħha preċiżament fl-istess sitwazzjoni bħal BONVER WIN u ma tkunx tista’ twettaq l-attività tagħha fil-parti speċifikata tal-belt. Għall-kuntrarju, rigward id-destinatarju tas-servizz, ebda destinatarju, ikunx jew le destinatarju Ċek, ma jkun jista’ jirċievi servizzi ta’ logħob tal-ażżard fil-parti speċifikata tal-belt. Jekk nassumu li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>ċertu arranġament ta’ bejgħ<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, kif żviluppat f’Keck u Mithouard<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0064"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19931124">24 ta’ Novembru 1993</DATE> (<NO.CASE>C‑267/91 u C‑268/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:905">EU:C:1993:905</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, għandu fil-fatt ifisser l-aċċess għas-suq ta’ kumpannija li għandha l-għan li tbigħ merkanzija jew, fil-kawża preżenti, li toffri s-servizzi tagħha, għaliex ma jiġux esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 56 TFUE dawk il-miżuri applikabbli indistintament fid-dritt u fil-fatt li ma jostakolawx l-aċċess għas-suq ta’ fornituri ta’ servizz li jkunu minn Stati Membri oħrajn?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Din il-mistoqsija twassal għall-qalba tal-kostituzzjoni ekonomika tal-Unjoni u għall-kunċett ta’ x’jikkostitwixxi u x’għandu jikkostitwixxi restrizzjoni għall-kummerċ transkonfinali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Jiena nixtieq inwieġeb għal kwalunkwe kunsiderazzjoni tal-idea stess li tkun introdotta regola bħal din fil-libertà li jiġu pprovduti servizzi taħt l-Artikolu 56 TFUE b’<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>le<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> qawwija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, jiena ma nara ebda indikazzjoni fl-istat preżenti tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ kunsiderazzjonijiet bħal dawn<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0065"><P>Fl-analiżi tiegħi qiegħed neskludi intenzjonalment il-ġurisprudenza dwar il-kwistjoni speċifika tat-taxxi. F’dan ir-rigward huwa magħruf li l-Qorti tal-Ġustizzja ssegwi, b’mod korrett, approċċ li huwa eqreb lejn dak ta’ restrizzjonijiet ibbażati fuq diskriminazzjoni. Anki meta l-kawżi jkunu kumplessi. Ir-raġuni hija sempliċi: min-natura tagħhom it-taxxi aktarx ikunu applikabbli b’mod indistint fil-liġi u fil-fatt. Ikun diffiċli li jiġi ġġustifikat li dawn jaqgħu awtomatikament fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-libertajiet fundamentali u li, bħala pożizzjoni ta’ tluq, l-Istati Membri għandhom jiġġustifikawhom. Huwa għalhekk li jiena naqbel kompletament mal-Qorti tal-Ġustizzja jekk f’dan il-qasam speċifiku tiddeċiedi li jekk l-uniku effett tat-taxxi jkun li jinħolqu spejjeż addizzjonali fir-rigward tas-servizz inkwistjoni u jekk jaffettwaw bl-istess mod il-provvista ta’ servizzi bejn Stati Membri u l-provvista fi Stat Membru wieħed, f’dan il-każ dawn it-taxxi ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 56 TFUE. Bħala eżempju ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050908">8 ta’ Settembru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Mobistar u Belgacom Mobile</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑544/03 u C‑545/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:518">EU:C:2005:518</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt31), u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050217">17 ta’ Frar 2005</DATE>, <NAME.CASE>Viacom Outdoor</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑134/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:94">EU:C:2005:94</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ssegwi b’mod konsistenti approċċ ibbażat fuq l-ostakoli (kuntrarju għal approċċ ibbażat fuq diskriminazzjoni) meta tiġi sabiex tiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 56 TFUE. Dan jidher b’mod espliċitu f’kawżi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0066"><P>Inċidentalment, mhux wisq wara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19931124">24 ta’ Novembru 1993</DATE>, <NAME.CASE>Keck u Mithouard</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑267/91 u C‑268/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:905">EU:C:1993:905</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Dan huwa indikazzjoni li minn tal-inqas dak iż-żmien il-Qorti tal-Ġustizzja ma ħassitx il-ħtieġa li tintroduċi limitazzjoni għall-portata tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi.</P></NOTE> bħal <HT TYPE="ITALIC">Gebhard</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0067"><P>Sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19951130">30 ta’ Novembru 1995</DATE> (<NO.CASE>C‑55/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:411">EU:C:1995:411</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u <HT TYPE="ITALIC">Alpine Investments</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0068"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19950510">10 ta’ Mejju 1995</DATE> (<NO.CASE>C‑384/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:126">EU:C:1995:126</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, żewġ kawżi li diġà għamilt referenza għalihom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Huwa minnu li issa wieħed jista’ jqajjem il-kwistjoni ta’ jekk restrizzjoni għall-Artikolu 56 TFUE fuq il-linji ta’ Keck u Mithouard<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0069"><P>Sentenza tal‑<DATE ISO="19931124">24 ta’ Novembru 1993</DATE> (<REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑267/91 u C‑268/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:905">EU:C:1993:905</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>forsi għadha pendenti<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0070"><P>Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bobek fil-kawża TÜV Rheinland LGA Products u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Allianz IARD</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑581/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:77">EU:C:2020:77</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Jiena jkolli ngħid li ma hemm ebda raġuni għal bidla fil-ġurisprudenza bħal din għar-raġunijiet li issa ser nippreżenta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>L-ewwel, hemm dubju dwar jekk Keck u Mithouard<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0071"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19931124">24 ta’ Novembru 1993</DATE> (<NO.CASE>C‑267/91 u C‑268/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:905">EU:C:1993:905</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> għandhiex liġi tajba fir-rigward tal-moviment liberu tal-merkanzija. L-okkażjonijiet meta l-Qorti tal-Ġustizzja tirreferi espliċitament għall-kawża spiċċaw u l-okkażjonijiet meta l-Qorti tal-Ġustizzja tirrikorri għall-kunċett sottostanti tagħha huma rari. Jiena konxju tal-fatt li preċedentement kont ikkonkludejt li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/><HT TYPE="ITALIC">Keck</HT> għadha ħajja<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0072"><P>Ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Deutsche Parkinson Vereinigung</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑148/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:394">EU:C:2016:394</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, imma issa pjuttost nistaqsi lili nnifsi jekk ma’ din il-frażi għandhomx jiżdiedu l-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>nominalment, b’mod passiv<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>. Jew pjuttost, li Keck inbidlet minn iljun għal qattus domestiku: immansat forsi, imma xorta waħda impossibbli li taqbdu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>It-tieni, dak iż-żmien kien diffiċli li tifhem ir-raġunament f’Keck u Mithouard<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0073"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19931124">24 ta’ Novembru 1993</DATE> (<NO.CASE>C‑267/91 u C‑268/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:905">EU:C:1993:905</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u l-Qorti tal-Ġustizzja kienet ġustament ikkritikata fis-sens li l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>ċerti arranġamenti ta’ bejgħ<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> ma hijiex adatta sabiex tkun faċilment applikata fil-prattika minħabba nuqqas ta’ kriterji ċari li fuqhom każ speċifiku jista’ jkun evalwat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0074"><P>F’dan is-sens ara, pereżempju, Müller-Graff, P.-Chr., f’von der Groeben, H., Schwarze, J. u Hatje, A. (edituri), <HT TYPE="ITALIC">Europäisches Unionsrecht (Kommentar)</HT>, is-seba’ edizzjoni, Nomos, Baden-Baden, Artikel 34 AEUV, punt 247.</P></NOTE>. Iktar tard deher ċar li Keck u Mithouard<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0075"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19931124">24 ta’ Novembru 1993</DATE> (<NO.CASE>C‑267/91 u C‑268/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:905">EU:C:1993:905</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> ma kinitx fil-fatt dwar <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>ċerti arranġamenti ta’ bejgħ<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, imma dwar jekk l-aċċess għas-suq kienx qiegħed isir iktar diffiċli, jekk mhux ukoll qiegħed ikun ostakolat. U anki hekk, li tiddefinixxi preċiżament x’inhuwa l-aċċess għas-suq, hija biċċa xogħol iebsa u hija problematika mill-perspettiva taċ-ċertezza legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>It-tielet, għalkemm bħala prinċipju għandha tkun ippreferuta interpretazzjoni parallela tal-libertajiet fundamentali, hija ħaġa diffiċli li wieħed jagħmel paragun bejn il-moviment liberu ta’ merkanzija u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi meta wieħed jiġi għal duttrina rigward l-arranġamenti ta’ bejgħ u l-aċċess għas-suq. Huwa iktar faċli li tali duttrina tkun żviluppata fil-kuntest ta’ merkanzija (fil-biċċa l-kbira)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0076"><P>L-elettriku huwa, pereżempju, eċċezzjoni notevoli fir-rigward tar-rekwiżit ta’ tanġibbiltà.</P></NOTE> tanġibbli. Fejn jidħlu servizzi, is-sitwazzjoni hija differenti: minħabba n-natura mhux tanġibbli ta’ servizz, huwa iktar diffiċli li tistabbilixxi x’inhu dak li jikkostitwixxi s-servizz innifsu u x’inhu dak li ma huwiex direttament marbut mas-servizz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Ir-raba’, jekk wieħed jaċċetta li s-sentenza Keck u Mithouard<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0077"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19931124">24 ta’ Novembru 1993</DATE> (<NO.CASE>C‑267/91 u C‑268/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:905">EU:C:1993:905</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> kienet (ukoll) dwar docket-control f’każijiet li kellhom inqas x’jaqsmu mal-merkanzija stess milli mal-libertajiet kummerċjali tan-negozjanti, li hija xi ħaġa li l-Qorti tal-Ġustizzja ammettiet mingħajr eżitazzjoni – u li tista’ tispjega waħda mill-ironiji l-kbar ta’ Keck u Mithouard<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0078"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19931124">24 ta’ Novembru 1993</DATE> (<NO.CASE>C‑267/91 u C‑268/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:905">EU:C:1993:905</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, jiġifieri li l-fatti kienu limitati għal Stat<?PAGE NO="14"?> Membru wieħed<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0079"><P>Operaturi ekonomiċi Franċiżi xtaqu jbigħu fi Franza, b’telf, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>picon bière<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, prodott li joriġina fi Franza, u kienu preklużi milli jagħmlu dan fuq il-bażi ta’ liġi Franċiża.</P></NOTE>, bil-konsegwenza li f’dak il-każ il-moviment liberu tal-merkanzija xorta waħda ma kienx japplika u l-każ ma setax, bħala konsegwenza, jitqies bħala ammissibbli – isegwi fil-fehma tiegħi li ma hemmx ħtieġa li Keck u Mithouard<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0080"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19931124">24 ta’ Novembru 1993</DATE> (<NO.CASE>C‑267/91 u C‑268/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:905">EU:C:1993:905</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> tkun estiża għal drittijiet fundamentali oħra. Rigward il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, jiena ma nosserva ebda <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>tendenza dejjem tiżdied<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0081"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibid</HT>., punt 14.</P></NOTE> ta’ fornituri ta’ servizz li jinvokaw id-drittijiet tagħhom taħt l-Artikolu 56 TFUE u ma jienx konxju ta’ oħrajn li jaraw tali tendenza. Anzi bil-maqlub. Fil-fatt, tul l-aħħar żewġ deċennji l-leġiżlatur tal-Unjoni kkonċentra wħud mill-isforzi tiegħu sabiex jinkoraġġixxi l-libertà li jiġu pprovduti servizzi fl-Unjoni kollha, b’mod speċjali bl-adozzjoni tad-Direttiva dwar is-servizzi. Hawnhekk, inħass li l-libertà li jiġu pprovduti servizzi għandha ssir iktar aċċessibbli għal operaturi ekonomiċi. L-introduzzjoni fid-dritt primarju ta’ regola restrittiva tkun qiegħda f’kontradizzjoni ċara ma’ dan l-iżvilupp u hekk tikkostitwixxi pass lura xejn adattat f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Fl-istess linja ta’ ħsieb, il-ħames, u b’mod kruċjali, il-Qorti tal-Ġustizzja (ġustament) ma rrikorrietx għal Keck u Mithouard<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0082"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19931124">24 ta’ Novembru 1993</DATE> (<NO.CASE>C‑267/91 u C‑268/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:905">EU:C:1993:905</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> meta setgħet għamlet hekk sabiex tinterpreta il-libertà ta’ stabbiliment ta’ fornitur ta’ servizz fil-kuntest tad-Direttiva dwar is-servizzi. F’X u Visser<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0083"><P>Ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180130">30 ta’ Jannar 2018</DATE> (<NO.CASE>C‑360/15 u C‑31/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:44">EU:C:2018:44</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0097">97</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ara wkoll il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawżi magħquda <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>X u Visser</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑360/15 u C‑31/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:397">EU:C:2017:397</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0087">87</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0104">104</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, hija ddeċidiet li miżura li kienet bla dubju tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>arranġament ta’ bejgħ<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> skont Keck u Mithouard<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0084"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19931124">24 ta’ Novembru 1993</DATE> (<NO.CASE>C‑267/91 u C‑268/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:905">EU:C:1993:905</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> xorta madankollu taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-libertà ta’ stabbiliment taħt id-Direttiva dwar is-servizzi, u b’hekk <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>tirrappreżenta pass lura mill-ideat li wasslu għad-deċiżjoni Keck<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0085"><P>Ara Snell, J., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>Independence day for the Services Directive: Visser<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>, <HT TYPE="ITALIC">Common Market Law Review</HT>, 2019, Vol. 56, p. 1119 sa 1136, fil-paġna 1129.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Għalhekk ma hemm ebda raġuni għaliex il-prinċipji fundamentali li wasslu għal waħda mis-sentenzi l-iktar ikkontestati fil-qasam tal-moviment liberu ta’ merkanzija<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0086"><P>Ara, fost ħafna oħrajn, Mattera, A., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>De l’arrêt <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>Dassonville<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="2019" ID="QE0046"/> à l’arrêt <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>Keck<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="2019" ID="QE0047"/>: l’obscure clarté d’une jurisprudence riche en principes novateurs et en contradictions<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>, <HT TYPE="ITALIC">Revue du marché unique européen</HT>, 1994, Nru 1 p. 117 sa 160; Gormley, L., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>Reasoning Renounced? The Remarkable Judgment in Keck &amp; Mithouard<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>, <HT TYPE="ITALIC">European Business Law Review</HT>, 1994, p. 63 sa 67; Steindorff, E., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>Unvollkommener Binnenmarkt<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>, <HT TYPE="ITALIC">Zeitschrift für das gesamte Handelsrecht und Wirtschaftsrecht</HT>, 1994, p. 149 sa 169; Lenz, C.O., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>Ein undeutlicher Ton<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>, <HT TYPE="ITALIC">Neue juristische Wochenschrift</HT>, 1994, p. 1633 u 1634. Għal difiża tas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19931124">24 ta’ Novembru 1993</DATE>, <NAME.CASE>Keck u Mithouard</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑267/91 u C‑268/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:905">EU:C:1993:905</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ara Joliet, R. (wieħed mill-Imħallfin f’dik is-sentenza), <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>Der freie Warenverkehr: Das Urteil Keck und Mithouard und die Neuorientierung der Rechtsprechung<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>, <HT TYPE="ITALIC">Gewerblicher Rechtsschutz und Urheberrecht, internationaler Teil</HT>, 1994, p. 979 sa 987. Ara wkoll il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Deutsche Parkinson Vereinigung</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑148/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:394">EU:C:2016:394</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.).</P></NOTE> tkun trasposta lil hinn minn dik il-libertà fundamentali partikolari.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">c)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Regola de minimis għall-Artikolu 56 TFUE?</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Sal-lum ma hemm ebda indikazzjoni fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li l-Artikolu 56 TFUE – jew kwalunkwe libertà fundamentali oħra wara kollox – huwa suġġett għal regola <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> fis-sens li l-libertà li jiġu pprovduti servizzi tiskatta biss jekk ikun hemm ċertu numru ta’ destinatarji ta’ servizz li jibbenefikaw minn servizz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-libertà li jiġu pprovduti servizzi ma tapplikax għal sett partikolari ta’ fatti kif deskritt mill-qorti tar-rinviju, dak x’aktarx kien f’sitwazzjonijiet fejn ir-rabta bejn il-miżura nazzjonali inkwistjoni u l-libertà fundamentali kienet dgħajfa ħafna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Hemm raġuni tajba għal din il-ġurisprudenza u għall-fatt li l-Qorti tal-Ġustizzja ma tirrikorrix għal kunsiderazzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT>: il-kamp ta’ applikazzjoni tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi jrid ikun iddeterminat fuq kriterji kwalitattivi, li jkunu jistgħu jiġu faċilment applikati fl-Unjoni kollha. Bil-maqlub, kriterji kwantitattivi ma jistgħux u ma għandhomx jiddeterminaw il-kamp ta’ applikazzjoni<?PAGE NO="15"?> tagħha. Apparti dan, ikun impossibbli li jiġi stabbilit jew iġġustifikat il-limitu minimu kwantitattiv. Fil-każ ta’ BONVER WIN, pereżempju, x’jista’ jkun il-kriterju użat bħala kejl? Għaxar klijenti? Mija? Elf? Ċertu ammont perċentwali ta’ klijenti bħala porzjon mit-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>total globali<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> ta’ klijenti, pereżempju ħmistax fil-mija? Jew skont l-ammont ta’ flus li jilagħbu l-klijenti? Klijent li jagħmel imħatra fuq EUR <FT TYPE="NUMBER">1000</FT> jagħmel daqs 10 klijenti li jagħmlu mħatra fuq EUR 100? Ukoll jekk dawn l-eżempji jidhru sempliċi wisq, jiena jkolli ngħid li juru perfettament li ser ikun il-kunċett <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> fil-kuntest tal-libertajiet fundamentali li ser ikun għerq futur ta’ problemi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Il-fatt li l-kunċett kwantitattiv ta’ <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> huwa iktar marbut mal-fatti konkreti ta’ każ milli mal-aspetti legali tiegħu jaf iwassal għal problema iktar fundamentali. Ma hijiex żgur xi ħaġa inkonċepibbli li l-istess miżura titqies bħala <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> fi Stat Membru wieħed tal-Unjoni, imma mhux fl-ieħor. Dan ikun jipperikola l-ugwaljanza bejn l-operaturi tas-suq li d-dispożizzjonijiet dwar is-suq intern jipprovaw jistabbilixxu. Jew <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> għandu jkun iddefinit f’termini astratti? U jekk inhu hekk, kif u minn min? Ma għandniex ninsew li hawnhekk qegħdin f’żona mhux armonizzata fejn il-miżuri tal-Istati Membri jridu jiġu evalwati fl-isfond ta’ libertà stabbilita mit-Trattat u li s-suq intern jibqa’ żona fejn il-kompetenza tal-Unjoni hija kondiviża. Din is-sitwazzjoni ma tistax titqabbel ma’ dik tal-liġi tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni fejn il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni stess tistabbilixxi ċerti limiti minimi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Biex niġbru fil-qosor ir-raġunament kontra l-introduzzjoni ta’ regola <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> fil-kuntest tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi taħt l-Artikolu 56 TFUE, jew ukoll taħt kull libertà oħra, għandu jkun enfasizzat li din hija domanda fattwali u mhux waħda legali. Fil-kuntest tal-proċedura ta’ talba għal deċiżjoni preliminari, hija l-qorti nazzjonali li għandha tiddeċiedi fuq il-fatti. Li l-qrati nazzjonali jitħallew jintroduċu regola bħal din iwassal għal frammentazzjoni tas-suq intern u jipperikola l-mira li jkun hemm ugwaljanza bejn l-operaturi tas-suq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Isegwi li regola <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> fil-kuntest tal-Artikolu 56 TFUE għandha tiġi miċħuda bħala prinċipju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi d-domandi magħmula min-Nejvyšší správní soud (il-Qorti Amministrattiva Suprema, ir-Repubblika Ċeka) kif ġej:</TXT><P>Il-libertà li jiġu pprovduti servizzi taħt l-Artikolu 56 TFUE, li ma jinkludix regola <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT>, tapplika għal sitwazzjoni li fiha kumpannija stabbilita fi Stat Membru titlef, minħabba miżura pubblika li tiddetermina l-modalitajiet tal-provvista ta’ servizzi, bħalma huwa post speċifiku, l-awtorizzazzjoni sabiex topera l-attività tagħha, meta wħud mill-klijenti tagħhom jiġu minn Stat Membru differenti minn dak li fih hija stabbilita din il-kumpannija, irrispettivament minn jekk il-miżura nazzjonali inkwistjoni hijiex applikabbli b’mod indistint (fid-dritt u fil-fatt).</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>