|
26.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 127/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 449/2010
tal-25 ta’ Mejju 2010
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 fir-rigward ta’ kwoti tariffarji tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u prodotti agrikoli pproċessati li joriġinaw mill-Eġittu u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 2276/2003, (KE) Nru 955/2005, (KE) Nru 1002/2007 u (KE) Nru 1455/2007
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 tad-9 ta’ April 2001 li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ tariffa ta’ kwoti tal-Komunità u ta’ kwantitajiet ta’ referenza għall-prodotti eliġibbli għal preferenzi bis-saħħa ta’ ftehim ma ċerti pajjiżi tal-Mediterran u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1981/94 u (KE) Nru 934/95 (1), u partikolarment l-Artikolu 5(1)(b) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-2008 ġie konkluż Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jittratta miżuri reċiproċi ta’ liberalizzazzjoni fuq prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u l-ħut u prodotti tas-sajd, u s-sostituzzjoni tal-Protokolli 1 u 2 u l-annessi u l-emendi tagħhom għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, fuq in-naħa l-oħra, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, li ġie approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/240/UE (2). |
|
(2) |
Il-Ftehim jipprovdi għal kwoti ġodda ta’ tariffi għal prodotti agrikoli u prodotti agrikoli pproċessati li joriġinaw mill-Eġittu. Il-Ftehim jipprovdi għal tibdiliet fil-kwoti tariffarji eżistenti għal dawk il-prodotti li huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 747/2001, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2276/2003 tat-22 ta’ Diċembru 2003 li jiftaħ kwoti ta’ tariffi u jistabbilixxi d-dazji applikabbli fi ħdan dawn il-kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni fil-Komunità Ewropea ta’ ċerti prodotti agrikoli proċessati li joriġinaw fl-Eġittu (3), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 955/2005 tat-23 ta’ Ġunju 2005 li jiftaħ kwota ta’ importazzjoni tal-Komunità għal ross li joriġina mill-Eġittu (4), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1002/2007 tad-29 ta’ Awwissu 2007 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2184/96 li jikkonċerna l-importazzjonijiet fil-Komunità tar-ross li joriġina u ġej mill-Eġittu (5) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1455/2007 tal-10 ta’ Diċembru 2007 li jiftaħ ċerti kwoti tal-importazzjoni tal-Komunità għal ross li joriġina fl-Eġittu (6). |
|
(3) |
Huwa neċessarju li jiġu implimentati l-kwoti tariffarji l-ġodda u t-tibdiliet għall-kwoti tariffarji eżistenti pprovduti fil-Ftehim. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, ikun xieraq i l-kwoti tariffarji għal prodotti agrikoli u prodotti agrikoli pproċessati li joriġinaw mill-Eġittu jinġabru f’att leġiżlattiv uniku. |
|
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 747/2001 għandu għalhekk jiġi emendat f’dak is-sens u r-Regolamenti (KE) Nru 2276/2003, (KE) Nru 955/2005, (KE) Nru 1002/2007 (KE) Nru 1455/2007 għandhom għalhekk jitħassru. |
|
(5) |
Il-liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 955/2005 u r-Regolament (KE) Nru 1002/2007 huma validi mid-data tal-ħruġ tagħhom sal-aħħar tax-xahar ta’ wara. Meta l-perjodu ta’ validità għal-liċenzji ta’ importazzjoni maħruġa skont ir-Regolamenti qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jiskadi wara d-data tat-tħassir ta’ dawk ir-Regolamenti, l-importaturi ma jkunux jistgħu jibqgħu konformi mal-obbligi relatati mal-liċenzji tal-importazzjoni. L-Istati Membri għandhom għalhekk f’każi bħal dawn jitħallew japplikaw id-deroga mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ iffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (7), u biex tkun rilaxxata s-sigurtà mitluba mill-importaturi. Fl-interess taċ-ċarezza għandu jkun ipprovdut ukoll li l-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa wara li jkun daħal fis-seħħ dan ir-regolament skont ir-Regolament (KE) Nru 955/2005 u r-Regolament (KE) Nru 1002/2007 għandhom ikunu validi biss sad-data li fiha jitħassru dawk ir-Regolamenti. |
|
(6) |
Għall-fini tal-kalkolu tal-kwoti tat-tariffi għall-ewwel sena tal-applikazzjoni, skont il-Ftehim, għandu jiġi pprovdut li l-kwantitajiet tal-kwoti tat-tariffi li għalihom il-perjodu tal-kwota jibda qabel id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, għandu jitnaqqas proporzjonalment skont dik il-parti tal-perjodu li tkun għaddiet qabel id-data. |
|
(7) |
Minħabba li l-Ftehim jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2010, dan ir-Regolament għandu japplika minn dik id-data. Madanakollu, fl-interess taċ-ċertezzi legali, id-dispożizzjonijiet dwar il-validità tal-liċenzji maħruġa qabel din id-data għandhom japplikaw immedjatament. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 747/2001 jinbidel bit-test fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Ir-Regolamenti (KE) Nru 2276/2003, (KE) Nru 955/2005, (KE) Nru 1002/2007 u (KE) Nru 1455/2007 huma revokati.
Artikolu 3
1. Il-validità tal-liċenzji ta’ importazzjoni maħruġa b’data ta’ skadenza wara l-31 ta’ Mejju 2010 skont ir-Regolament (KE) Nru 955/2005 u r-Regolament (KE) Nru 1002/2007 qabel ma jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament għandu jiskadi fil-31 ta’ Mejju 2010.
Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, sat-30 ta’ Ġunju 2010 d-detentur titolari tal-liċenzji tal-importazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu jista’ jirritorna l-liċenzji tal-importazzjoni mhux użati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati li għandhom jirrilaxxaw il-garanzija tal-kwantitajiet mhux użati.
2. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 955/2005 u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 1002/2007, il-perjodu ta’ validità tal-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa skont dawk ir-Regolamenti wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament ma għandux ikun estiż wara l-31 ta’ Mejju 2010.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta’ Ġunju 2010 bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 3 li għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Mejju 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 109, 19.4.2001, p. 2.
(2) ĠU L 106, 28.4.2010, p. 39.
(3) ĠU L 336, 23.12.2003, p. 46.
(4) ĠU L 164, 24.6.2005, p. 5.
(5) ĠU L 226, 30.8.2007, p. 15.
ANNESS
“ANNESS IV
L-EĠITTU
Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem użat fid-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies biss bħala wieħed ta’ valur indikattiv, bl-iskema preferenzjali tkun determinata, fi ħdan il-kuntest ta’ dan l-Anness, permezz tal-kopertura tal-kodiċi tan-NM kif jeżistu dakinhar tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament. Fejn ex kodiċijiet tan-NM huma indikati, l-iskema preferenzjali għandha tiġi ddeterminata bl-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni li tikkorrispondi meħuda flimkien.
Kwoti Tariffarji
|
Nru tas-serje |
Kodiċi NM |
Subdiviżjoni tat-TARIC |
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Perjodu tal-kwota |
Il-volum tal-kwota (f’tunnellati ta’ piż nett) |
Dazju fuq il-kwota |
|
09.1712 |
0703 20 00 |
|
Tewm, frisk jew imkessaħ |
Mill-1.6 sat-30.6.2010 |
727 |
Eżenzjoni |
|
Mill-15.1.2011 sat-30.6.2011 u għal kull perjodu sussegwenti mill-15.1 sat-30.6 |
4 000 (1) |
|||||
|
09.1783 |
0707 00 05 |
|
Ħjar, frisk jew imkessaħ |
Mill-15.11.2010 sal-15.5.2011 u għal kull perjodu sussegwenti mill-15.11 sal-15.5 |
3 000 (2) |
Eżenzjoni (3) |
|
09.1784 |
0805 10 20 |
|
Larinġ ħelu, frisk |
Mill-1.12 sal-31.5 |
36 300 (4) |
Eżenzjoni (5) |
|
09.1799 |
0810 10 00 |
|
Frawli, frisk |
Mill-1.10.2010 sat-30.4.2011 |
10 000 |
Eżenzjoni |
|
Mill-1.10.2011 sat-30.4.2012 |
10 300 |
|||||
|
Mill-1.10.2012 sat-30.4.2013 |
10 609 |
|||||
|
Mill-1.10.2013 sat-30.4.2014 |
10 927 |
|||||
|
Mill-1.10.2014 sat-30.4.2015 |
11 255 |
|||||
|
Mill-1.10.2015 sat-30.4.2016 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.10 sat-30.4 |
11 593 |
|||||
|
09.1796 |
1006 20 |
|
Ross bla ħliefa (brown) |
Mill-1.6 sal-31.12.2010 |
11 667 |
Eżenzjoni |
|
Mill-1.1 sal-31.12.2011 |
20 600 |
|||||
|
Mill-1.1 sal-31.12.2012 |
21 218 |
|||||
|
Mill-1.1 sal-31.12.2013 |
21 855 |
|||||
|
Mill-1.1 sal-31.12.2014 |
22 510 |
|||||
|
Mill-1.1 sal-31.12.2015 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12 |
23 185 |
|||||
|
09.1797 |
1006 30 |
|
Ross nofsu mitħun jew mitħun kollu, kemm jekk illustrat jew igglejżjat jew le |
Mill-1.6 sal-31.12.2010 |
40 833 |
Eżenzjoni |
|
Mill-1.1 sal-31.12.2011 |
72 100 |
|||||
|
Mill-1.1 sal-31.12.2012 |
74 263 |
|||||
|
Mill-1.1 sal-31.12.2013 |
76 491 |
|||||
|
Mill-1.1 sal-31.12.2014 |
78 786 |
|||||
|
Mill-1.1 sal-31.12.2015 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12 |
81 149 |
|||||
|
09.1798 |
1006 40 00 |
|
Ross imfarrak |
Mill-1.6 sal-31.12.2010 |
46 667 |
Eżenzjoni |
|
Mill-1.1 sal-31.12.2011 |
82 400 |
|||||
|
Mill-1.1 sal-31.12.2012 |
84 872 |
|||||
|
Mill-1.1 sal-31.12.2013 |
87 418 |
|||||
|
Mill-1.1 sal-31.12.2014 |
90 041 |
|||||
|
Mill-1.1 sal-31.12.2015 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12 |
92 742 |
|||||
|
09.1785 |
1702 50 00 |
|
Fruktows kimikalment pur f’forma solida |
Mill-1.6 sal-31.12.2010 |
583 |
Eżenzjoni |
|
Għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12 |
1 000 |
|||||
|
09.1786 |
ex 1704 90 99 |
91 99 |
Ħelu taz-zokkor ieħor li ma fihx kawkaw, li fih 70 % jew aktar tal-piż tas-sukrows (inkluż zokkor maqlub (invert) imfisser bħala sukrows) |
Mill-1.6 sal-31.12.2010 |
583 |
Eżenzjoni |
|
Mill-1.1 sal-31.12.2011 |
1 100 |
|||||
|
Mill-1.1 sal-31.12.2012 |
1 210 |
|||||
|
Mill-1.1 sal-31.12.2013 |
1 331 |
|||||
|
Mill-1.1 sal-31.12.2014 |
1 464 |
|||||
|
Mill-1.1 sal-31.12.2015 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12 |
1 611 |
|||||
|
09.1787 |
ex 1806 10 30 |
10 |
Trab tal-kakaw miżjud biz-zokkor li fih 70 % jew iktar imma inqas minn 80 % sukrows (inkluż zokkor maqlub (invert) magħruf bħala sukrows) jew isoglukows imfisser bħala sukrows |
Mill-1.6 sal-31.12.2010 |
292 |
Eżenzjoni |
|
Mill-1.1 sal-31.12.2011 |
525 |
|||||
|
Mill-1.1 sal-31.12.2012 |
551 |
|||||
|
Mill-1.1 sal-31.12.2013 |
579 |
|||||
|
Mill-1.1 sal-31.12.2014 |
608 |
|||||
|
Mill-1.1 sal-31.12.2015 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12 |
638 |
|||||
|
09.1788 |
1806 10 90 |
|
Trab tal-kakaw miżjud biz-zokkor li fih 80 % jew iktar tal-piż tas-sukrows (inkluż zokkor maqlub (invert) magħruf bħala sukrows) jew isoglukows imfisser bħala sukrows |
Mill-1.6 sal-31.12.2010 |
292 |
Eżenzjoni |
|
Mill-1.1 sal-31.12.2011 |
525 |
|||||
|
Mill-1.1 sal-31.12.2012 |
551 |
|||||
|
Mill-1.1 sal-31.12.2013 |
579 |
|||||
|
Mill-1.1 sal-31.12.2014 |
608 |
|||||
|
Mill-1.1 sal-31.12.2015 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12 |
638 |
|||||
|
09.1789 |
ex 1806 20 95 |
90 |
Ċikkulata jew preparazzjonijiet oħrajn tal-ikel li fihom il-kawkaw, fi blokok, ċangaturi jew biċċiet sħaħ li jiżnu iktar minn 2 kg jew f’forma likwida, pejst, trab, granulat jew xi forma oħra fi kwantità, f’reċipjenti jew ippakkjati għall-konsum, b’kontenut li jaqbeż iż-2 kg, li fih inqas minn 18 % f’piz ta’ butir tal-kawkaw li fih 70 % jew aktar tal-piż tas-sukrows (inkluż zokkor maqlub (invert) imfisser bħala sukrows) |
Mill-1.6 sal-31.12.2010 |
292 |
Eżenzjoni |
|
Mill-1.1 sal-31.12.2011 |
525 |
|||||
|
Mill-1.1 sal-31.12.2012 |
551 |
|||||
|
Mill-1.1 sal-31.12.2013 |
579 |
|||||
|
Mill-1.1 sal-31.12.2014 |
608 |
|||||
|
Mill-1.1 sal-31.12.2015 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12 |
638 |
|||||
|
09.1790 |
ex 1901 90 99 |
36 95 |
Preparazzjonijiet oħrajn tal-ikel tad-dqiq, xgħir u barli mitħun oħxon, nuħħala, lamtu jew estratt tax-xgħir, li ma fihomx kawkaw jew li fihom inqas minn 40 % kawkaw fil-piż ikkalkulat fuq bażi kompletament bla xaħam, li mhumiex speċifikati jew inklużi x’imkien ieħor, preparazzjonijiet tal-ikel tal-prodotti tal-intestaturi mill-0401 sal-0404 , li ma fihomx kawkaw jew li fihom inqas minn 5 % kawkaw fil-piż ikkalkulat fuq bażi kompletament bla xaħam, li mhumiex speċifikati jew inklużi x’imkien ieħor, li fihom 70 % jew aktar f’piż ta’ sukrows/isoglukows |
Mill-1.6 sal-31.12.2010 |
583 |
Eżenzjoni |
|
Mill-1.1 sal-31.12.2011 |
1 100 |
|||||
|
Mill-1.1 sal-31.12.2012 |
1 210 |
|||||
|
Mill-1.1 sal-31.12.2013 |
1 331 |
|||||
|
Mill-1.1 sal-31.12.2014 |
1 464 |
|||||
|
Mill-1.1 sal-31.12.2015 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12 |
1 611 |
|||||
|
09.1791 |
ex 2101 12 98 |
92 97 |
Preparazzjoni b’bażi ta’ kafe, li jkun fiha 70 % jew aktar f’piż ta’ sukrows/isoglukows |
Mill-1.6 sal-31.12.2010 |
583 |
Eżenzjoni |
|
Mill-1.1 sal-31.12.2011 |
1 100 |
|||||
|
Mill-1.1 sal-31.12.2012 |
1 210 |
|||||
|
Mill-1.1 sal-31.12.2013 |
1 331 |
|||||
|
Mill-1.1 sal-31.12.2014 |
1 464 |
|||||
|
Mill-1.1 sal-31.12.2015 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12 |
1 611 |
|||||
|
09.1792 |
ex 2101 20 98 |
85 |
Preparazzjonijiet b’bażi ta’ tè jew mate li jkun fiha 70 % jew aktar f’piż tas-sukrows/isoglukows |
Mill-1.6 sal-31.12.2010 |
292 |
Eżenzjoni |
|
Mill-1.1 sal-31.12.2011 |
525 |
|||||
|
Mill-1.1 sal-31.12.2012 |
551 |
|||||
|
Mill-1.1 sal-31.12.2013 |
579 |
|||||
|
Mill-1.1 sal-31.12.2014 |
608 |
|||||
|
Mill-1.1 sal-31.12.2015 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12 |
638 |
|||||
|
09.1793 |
ex 2106 90 59 |
10 |
Ġuleppijiet taz-zokkor oħrajn imħawrin jew ikkuluriti (minbarra l-ġuleppijiet tal-isoglukows, tal-laktows, tal-glukożju u tal-maltodestrin), li fihom 70 % jew aktar f’piż ta’ sukrows/isoglukows |
Mill-1.6 sal-31.12.2010 |
292 |
Eżenzjoni |
|
Mill-1.1 sal-31.12.2011 |
525 |
|||||
|
Mill-1.1 sal-31.12.2012 |
551 |
|||||
|
Mill-1.1 sal-31.12.2013 |
579 |
|||||
|
Mill-1.1 sal-31.12.2014 |
608 |
|||||
|
Mill-1.1 sal-31.12.2015 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12 |
638 |
|||||
|
09.1794 |
ex 2106 90 98 |
26 34 53 |
Preparazzjonijiet tal-ikel oħrajn li mhumiex speċifikati jew inklużi x’imkien ieħor, ta’ tip użat fl-industriji tax-xorb, li fihom 70 % jew aktar f’piż ta’ sukrows/isoglukows |
Mill-1.6 sal-31.12.2010 |
583 |
Eżenzjoni |
|
Mill-1.1 sal-31.12.2011 |
1 100 |
|||||
|
Mill-1.1 sal-31.12.2012 |
1 210 |
|||||
|
Mill-1.1 sal-31.12.2013 |
1 331 |
|||||
|
Mill-1.1 sal-31.12.2014 |
1 464 |
|||||
|
Mill-1.1 sal-31.12.2015 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12 |
1 611 |
|||||
|
09.1795 |
ex 3302 10 29 |
10 |
Preparazzjonjiet oħrajn ta’ tip użat fl-industriji tax-xorb, li fihom is-sustanzi kollha li jagħtu t-togħma lil xorb partikolari, ta’ qawwa alkoħolika attwali b’volum li ma jaqbiżx 0.5 %, li fihom 70 % jew iktar tal-piż ta’ sukrows/isoglukows |
Mill-1.6 sal-31.12.2010 |
583 |
Eżenzjoni |
|
Mill-1.1 sal-31.12.2011 |
1 100 |
|||||
|
Mill-1.1 sal-31.12.2012 |
1 210 |
|||||
|
Mill-1.1 sal-31.12.2013 |
1 331 |
|||||
|
Mill-1.1 sal-31.12.2014 |
1 464 |
|||||
|
Mill-1.1 sal-31.12.2015 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12 |
1 611 |
(1) Mill-15 ta’ Jannar 2011, dan il-volum tal-kwota tariffarja għandu jiżdied kull sena bi 3 % tal-volum tas-sena preċedenti. L-ewwel żieda għandha ssir fuq il-volum ta’ 4 000 tunnellata f’piż nett.
(2) Mill-15 ta’ Novembru 2011, dan il-volum tal-kwota tariffarja għandu jiżdied kull sena bi 3 % tal-volum tas-sena preċedenti. L-ewwel żieda għandha ssir fuq il-volum ta’ 3 000 tunnellata f’piż nett.
(3) L-eżenzjoni tapplika biss għad-dazju ad valorem.
(4) F’din il-kwota ta’ tariffa d-dazju speċifiku pprovdut fil-lista tal-Unjoni ta’ konċessjonijiet għad-WTO għandu jitnaqqas sa żero għall-perjodu, jekk il-prezz tad-dħul ma jkunx inqas minn EUR. 264/tunnellata, li jkun il-prezz tad-dħul miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u l-Eġittu. Jekk il-prezz tad-dħul għall-kunsinna jkun 2, 4, 6 jew 8 % iktar baxx mill-prezz tad-dħul miftiehem, id-dazju tal-kwota doganali speċifika għandu jkun ugwali rispettivament għal 2, 4, 6 jew 8 % ta’ dan il-prezz tad-dħul miftiehem. Jekk il-prezz tad-dħul ta’ kunsinna ikun inqas minn 92 % tal-prezz tad-dħul miftiehem, għandu japplika d-dazju doganali speċifiku ffissat mid-WTO.
(5) Anke l-eżenzjoni tad-dazju ad valorem, fil-qafas ta’ din il-kwota tat-tariffa.”