|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2859 |
8.11.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/2859
tal-5 ta’ Novembru 2024
li taħtar tliet membri supplenti, proposti mir-Renju ta’ Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),
Wara li kkunsidra l-proposti tal-Gvern Spanjol,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta. |
|
(2) |
Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025. Fit-30 ta’ Jannar 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2023/227 (3), li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Renju ta’ Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni. Fis-27 ta’ Novembru 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2023/2716 (4), li taħtar żewġ membri u erba’ membri supplenti, proposti mir-Renju ta’ Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
|
(3) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandati nazzjonali li abbażi tagħhom ġew proposti għall-ħatra s-Sa Esther HERRANZ GARCÍA, is-Sa Virginia MARCO CÁRCEL u s-Sur Miquel ROYO VIDAL saru vakanti s-siġġijiet ta’ tliet membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
|
(4) |
Il-Gvern Spanjol ippropona lir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali li huma politikament responsabbli quddiem assemblea eletta bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025: Is-Sur José Manuel CABALLERO SERRANO, Vicepresidente Segundo de la Junta de Comunidades de Castilla-La Mancha (it-Tieni Viċi President tal-Gvern tal-Komunità Awtonoma ta’ Kastilja-La Mancha), is-Sur Jaume DUCH GUILLOT, Consejero de Unión Europea y Acción Exterior, Generalitat de Cataluña (Ministru għall-Unjoni Ewropea u l-Azzjoni Barranija, Generalitat tal-Katalonja), u s-Sur Jesús Ángel GARRIDO MARTÍNEZ, Director General de Fondos y Relaciones con la Unión Europea, Gobierno de La Rioja (Direttur Ġenerali għall-Fondi u r-Relazzjonijiet mal-Unjoni Ewropea, Gvern ta’ La Rioja), |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali li huma politikament responsabbli quddiem assemblea eletta huma b’dan maħtura bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025:
|
— |
Is-Sur José Manuel CABALLERO SERRANO, Vicepresidente Segundo de la Junta de Comunidades de Castilla-La Mancha (it-Tieni Viċi President tal-Gvern tal-Komunità Awtonoma ta’ Kastilja-La Mancha), |
|
— |
Is-Sur Jaume DUCH GUILLOT, Consejero de Unión Europea y Acción Exterior, Generalitat de Cataluña (Ministru għall-Unjoni Ewropea u l-Azzjoni Barranija, Generalitat tal-Katalonja), u |
|
— |
Is-Sur Jesús Ángel GARRIDO MARTÍNEZ, Director General de Fondos y Relaciones con la Unión Europea, Gobierno de La Rioja (Direttur Ġenerali għall-Fondi u r-Relazzjonijiet mal-Unjoni Ewropea, Gvern ta’ La Rioja). |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Novembru 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
VARGA M.
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/852/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/2157/oj).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/227 tat-30 ta’ Jannar 2023 li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Renju ta’ Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 32, 3.2.2023, p. 56, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/227/oj).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/2716 tas-27 ta’ Novembru 2023 li taħtar żewġ membri u erba’ membri supplenti, proposti mir-Renju ta’ Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L, 2023/2716, 1.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2716/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2859/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)