European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/3115

10.6.2026

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12465 — SEARCHLIGHT / PROVIDENCE / CLOSERSTILL)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2026/3115)

1.   

Fl-1 ta’ Ġunju 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Searchlight Capital Partners, L.P. (“Searchlight”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Providence Equity Partners L.L.C. (“Providence”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

Searchlight u Providence se jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ CloserStill Group Limited (“CloserStill”, ir-Renju Unit).

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Searchlight hija ditta globali tal-ekwità privata, iffukata fuq il-komunikazzjonijiet, il-media, is-servizzi tan-negozju, is-servizzi industrijali u s-servizzi finanzjarji, li topera fl-Amerka ta’ Fuq u fl-Ewropa,

—

Providence hija maniġer tal-assi globali u ditta speċjalizzata fl-investiment fl-ekwità privata ffukata fuq investimenti fil-media, fil-komunikazzjoni u fl-edukazzjoni, fl-Amerka ta’ Fuq u fl-Ewropa.

3.   

L-attivitajiet ta’ negozju ta’ CloserStill huma dawn li ġejjin: l-organizzazzjoni ta’ wirjiet u konferenzi fis-setturi (i) tal-Apprendiment u r-Riżorsi Umani, (ii) tat-Trasport u l-Infrastruttura, (iii) tat-Teknoloġija u (iv) tal-Kura tas-Saħħa fi 12-il pajjiż, inkluż fl-UE. Il-kontroll esklużiv ta’ CloserStill bħalissa huwa ta’ Providence.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-osservazzjonijiet li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12465 — SEARCHLIGHT / PROVIDENCE / CLOSERSTILL

L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet/Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

IL-BELĠJU/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3115/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)