<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-531/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0531</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:316">EU:C:2022:316</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-28.4.22 – Kawża C‑531/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">NovaText</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Għaxar Awla)</P><P><DATE ISO="20220428">28 ta’ April 2022</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet tal-proprjetà intellettwali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2004/48/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ġenerali relatat mal-miżuri, mal-proċeduri u mar-rimedji neċessarji sabiex jiġi żgurat ir-rispett tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 14</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>spejjeż legali raġonevoli u proporzjonati<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Konsulent fil-qasam tal-proprjetà intellettwali</KEYWORD><KEYWORD>Assenza ta’ possibbiltà ta’ evalwazzjoni, mill-qorti nazzjonali, tan-natura raġonevoli u proporzjonata tal-ispejjeż imposti fuq il-parti li tilfet</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑531/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20200924">24 ta’ Settembru 2020</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid‑<DATE ISO="20201019">19 ta’ Ottubru 2020</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">NovaText GmbH</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ruprecht-Karls-Universität Heidelberg,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Għaxar Awla),</P><P>komposta minn I. Jarukaitis, President tal-Awla, M. Ilešič (Relatur) u D. Gratsias, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Campos Sánchez-Bordona,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal NovaText GmbH, minn V. Feurstein, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. Braun u S. L. Kalėda, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal‑<DATE ISO="20211111">11 ta’ Novembru 2021</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn NovaText GmbH u Ruprecht-Karls-Universität Heidelberg (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Università ta’ Heidelberg<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) dwar it-tassazzjoni tal-ispejjeż li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni konġunta ta’ avukat u ta’ espert ikkwalifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>konsulent fil-qasam tal-proprjetà industrijali<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> (Patentanwalt) fi proċedura ġudizzjarja fil-qasam tal-kontrafazzjoni tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea li din l-università hija l-proprjetarja tagħhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt tal‑Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 10 u 17 tad-Direttiva 2004/48 jipprovdu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>(10)</NO.P><TXT>L-għan ta’ din id-Direttiva hija li tqarreb is-sistemi leġislattivi sabiex tassigura livell ta’ protezzjoni għoli, ekwivalenti u omoġenju fis-suq intern.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(17)</NO.P><TXT>Il-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji għal din id-Direttiva għandhom ikunu determinati għal kull każ b’manjiera li jiġi kkunsidrati l-karatteristiċi speċifiċi ta’ dak il-każ, li jinkludu il-karatteristiċi speċifiċi ta’ kull dritt ta’ proprjetà intellettwali u, fejn hu xieraq, il-karattru intenzjonali jew mhux intenzjonali tal-kontravvenzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Materja tas-suġġett<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Din id-Direttiva tikkonċerna il-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji neċessarji biex tassigura l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, it-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>diritijiet tal-proprjetà intellettwali<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> jinkludi id-drittijiet tal-proprjetà industrijali.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Firxa ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jipprevedi fil-paragrafu 1 tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Mingħajr preġudizzju għall-mezzi li huma jew li jistgħu jiġu pprovduti fil-Komunità jew fil-leġislazzjoni nazzjonali, sakemm dawk il-mezzi jistgħu ikunu aktar favorevoli għall-proprjetarji tad-drittijiet, il-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji provduti b’din id-Direttiva għandhom japplikaw, skond l-Artikolu 3, għal kull kontravvenzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali provduti bil-liġijiet tal-Komunità u/jew bil-liġijiet ta’ l-Istat Membru konċernat.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-Kapitolu II tal-istess direttiva jinkludi l-Artikoli 3 sa 15 tagħha, dwar il-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji rregolati mid-Direttiva 2004/48.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2004/48, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Obbligu Ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jipprovdu il-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji neċessarji biex jiġi assigurat l-infurzar tad-drittijiet talproprjetà intellettwali koperti b’din id-Direttiva Dawk il-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji għandhom ikunu ġusti u m’għandhomx ikunu mhux neċessarjament kumplikati jew għaljin, jew li jwasslu għal-limiti ta’ ħin mhux raġjonevoli jew dewmien mhux ordnat.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Dawk il-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji għandhom ikun wkoll effetttivi, proporzjonati u dissważivi u għandhom ikunu applikati b’mod u manjiera li jevitaw il-ħolqien ta’ barrieri biex jiġi leġitimiżżat il-kummerċ u biex jiġu provduti protezzjonijiet kontra l-abbuż tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 14 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>L-ispejjeż legali<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-ispejjeż legali u spejjeż oħra raġjonevoli u proprozjonati mħallsa mill-parti rebbieħa, bħala regola ġenerali, ikunu mħallsa mill-parti li tkun tilfet, sakemm jkun ekwità [sakemm ma jkunx ekwità].<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt Ġermaniż.</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 140 tal-Gesetz über den Schutz von Marken und sonstigen Kennzeichen (il-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Trade Marks u Sinjali Distintivi Oħra), tal‑<DATE ISO="19941025">25 ta’ Ottubru 1994</DATE>, BGBI. 1994 I, p. 3082), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>MarkenG<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Tilwimiet fil-qasam ta’ sinjali distintivi<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 3 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Jistgħu jinġabru, fost l-ispejjeż li jkunu rriżultaw mill-parteċipazzjoni ta’ konsulent fil-qasam tal-proprjetà industrijali f’kawża fil-qasam ta’ sinjali distintivi, l-onorarji msemmija fl-Artikolu 13 tar-[Rechtsanwaltsvergütungsgesetz (il-Liġi dwar ir-Remunerazzjoni tal-Avukati), tal‑<DATE ISO="20040505">5 ta’ Mejju 2004</DATE> (BGBl. 2004 I, p. 718)] kif ukoll l-iżburżar indispensabbli sostnut mill-imsemmi konsulent.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 125e(5) tal-MarkenG, l-Artikolu 140(3) tal-MarkenG japplika, <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT> għall-proċeduri quddiem qrati tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea li għandha ġurisdizzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kawża prinċipali u d‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Università ta’ Heidelberg ressqet azzjoni għal inibizzjoni kontra NovaText għal kontrafazzjoni tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea tagħha u invokat talbiet annessi skont id-dritt tat-trade marks. It-tilwima ġiet konkluża permezz ta’ tranżazzjoni ġudizzjarja. Permezz ta’ digriet tat‑<DATE ISO="20170523">23 ta’ Mejju 2017</DATE>, il-Landgericht Mannheim (il-Qorti Reġjonali ta’ Mannheim, il-Ġermanja), bħala qorti tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea tal-ewwel istanza, ikkundannat lil NovaText għall-ispejjeż u stabbilixxiet il-valur tal-kawża għal EUR <FT TYPE="NUMBER">50000</FT>. L-appell ippreżentat minnha ġie miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fir-rikors, l-avukat tal-Università ta’ Heidelberg kien irrefera għall-parteċipazzjoni ta’ konsulent fil-qasam tal-proprjetà industrijali u, matul il-proċedura ta’ tassazzjoni tal-ispejjeż, żgura li dan il-konsulat kien effettivament ipparteċipa fil-proċedura. Huwa indika li kull att proċedurali kien is-suġġett ta’ ftehim mal-imsemmi konsulent u li, b’dan il-mod, dan il-konsulent kien ipparteċipa wkoll fin-negozjati bil-għan tat-tranżazzjoni, anki jekk il-konverżazzjonijiet telefoniċi nżammu biss bejn l-avukati tal-partijiet.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tat‑<DATE ISO="20171208">8 ta’ Diċembru 2017</DATE>, il-Landgericht Mannheim (il-Qorti Reġjonali ta’ Mannheim) stabbilixxiet l-ammont tal-ispejjeż li għandhom jiġu rrimborsati lill-Università ta’ Heidelberg għal EUR 10 528.95, li minnhom EUR 4 867.70 għall-ispejjeż tal-konsulent fil-qasam tal-proprjetà industrijali għall-azzjoni fl-ewwel istanza u EUR 325.46 għall-parteċipazzjoni ta’ dan il-konsulent fil-proċedura ta’ appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Oberlandesgericht Karlsruhe (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Karlsruhe, il-Ġermanja), adita bl-appell ippreżentat minn NovaText kontra dan id-digriet, ċaħdet ir-rikors ta’ din tal-aħħar. Din il-qorti kkunsidrat li kienet adita b’tilwima fil-qasam tat-trade marks u tas-sinjali distintivi, fis-sens tal-Artikolu 140(3) tal-MarkenG, b’tali mod li, kuntrarjament għas-sistema ordinarja ta’ rkupru tal-ispejjeż fil-kuntest tal-kontenzjuż ċivili, ma kienx hemm lok li jiġi eżaminat jekk l-intervent tal-konsulent fil-qasam tal-proprjetà industrijali kienx <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>neċessarju għal azzjoni legali utli<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, jew jekk dan l-intervent kienx jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>valur miżjud<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> meta mqabbel mas-servizz ipprovdut mill-avukat inkarigat mill-Università ta’ Heidelberg. Skont l-imsemmija qorti, kellu jitqies li l-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali hija konformi mad-Direttiva 2004/48 u li interpretazzjoni tal-imsemmija dispożizzjoni li tgħid li għandu jiġi eżaminat jekk l-użu ta’ konsulent tal-proprjetà industrijali kienx neċessarju tmur b’mod ċar kontra l-għan tal-leġiżlatur nazzjonali, li jeskludi l-possibbiltà li ssir interpretazzjoni konformi tal-Artikolu 140(3) tal-MarkenG.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha quddiem il-qorti tar-rinviju, il-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja), NovaText titlob l-annullament tad-digriet ta’ intaxxar tal-ispejjeż, sa fejn din tal-aħħar imponiet fuqha l-ispejjeż tal-konsulent fil-qasam tal-proprjetà industrijali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirrileva li s-suċċess tal-appell essenzjalment jiddependi mill-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) u tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/48. Hija tippreċiża, f’dan ir-rigward li, meta kkunsidrat l-ispejjeż tal-konsulent fi proprjetà industrijali bħala li jistgħu jinġabru skont l-Artikolu 140(3) tal-MarkenG, l-Oberlandesgericht Karlsruhe (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Karlsruhe) kkonformat mal-ġurisprudenza stabbilita tal-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja) u għall-opinjoni fil-parti l-kbira dominanti ħafna fid-duttrina nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan, fir-rigward tas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160728">28 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>United Video Properties</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑57/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:611">EU:C:2016:611</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-qorti tar-rinviju għandha dubji rigward il-konformità tal-Artikolu 140(3) tal-MarkenG mal-Artikolu 3(1) u mal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/48. Hija tqis, qabelxejn, li r-rimbors awtomatiku tal-ispejjeż relatati mal-attività ta’ konsulent fil-qasam ta’ proprjetà industrijali li l-intervent tiegħu, fil-prattika, ma kienx <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>neċessarju għal azzjoni legali utli<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> jista’ jirriżulta fi spiża għalja inutli, b’mod partikolari, fl-ipoteżi fejn il-kompitu li kien twettaq minn dan il-konsulent seta’ twettaq bl-istess mod mill-avukat speċjalizzat fi proprjetà intellettwali diġà inkarigat mill-parti kkonċernata. F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tippreċiża li, f’dak li jikkonċerna l-azzjoni ekstraġudizzjarja tad-dritt u, b’mod partikolari l-parteċipazzjoni tal-konsulent fil-qasam tal-proprjetà industrijali f’intimazzjoni skont id-dritt tat-trade marks, din diġà ddeċidiet li applikazzjoni b’analoġija tal-Artikolu 140(3) tal-MarkenG ma kinitx possibbli u li, konsegwentement, l-ispejjeż marbuta mal-parteċipazzjoni tal-imsemmi konsulent jistgħu jinġabru biss jekk il-parteċipazzjoni tiegħu kienet neċessarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Sussegwentement, fid-dawl tal-fatt li, hekk kif jirriżulta mill-premessa 10 tagħha, id-Direttiva 2004/48 hija intiża sabiex tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tal-proprjetà intellettwali fis-suq intern u li, skont l-Artikolu 3(2) ta’ din id-direttiva, il-proċeduri u r-rimedji li hija tipprevedi għandhom ikunu dissważivi, jidher iġġustifikat li jiġu esklużi mir-rimbors l-ispejjeż<?PAGE NO="5"?> eċċessivi minħabba onorarji eċċezzjonalment għoljin miftehma bejn il-parti rebbieħa u l-avukat tagħha, jew minħabba l-għoti ta’ servizzi mill-avukat, li ma jitqisux neċessarji sabiex jiġi żgurat ir-rispett tad-dritt tal-proprjetà intellettwali kkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fl-aħħar, ir-rimbors tal-ispejjeż relatati mal-attività ta’ konsulent fil-qasam tal-proprjetà industrijali, li l-intervent tiegħu ma kienx <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>neċessarju għal azzjoni legali utli<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, jista’ ma jkollux natura proporzjonali, fis-sens tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/48, peress li r-rimbors ta’ dawn l-ispejjeż ma jiħdux biżżejjed inkunsiderazzjoni karatteristiċi speċifiċi tal-każ inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>L-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 14 tad-Direttiva [2004/48] għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali li tipprevedi l-obbligu għall-parti li tkun tilfet li tirrimborsa l-ispejjeż sostnuti mill-parti rebbieħa għall-parteċipazzjoni ta’ aġent tal-privattivi fi proċedura ġudizzjarja fil-qasam tad-dritt tat-trade marks, indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk il-parteċipazzjoni tal-aġent tal-privattivi kinitx neċessarja għal azzjoni legali utli?<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id‑domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kooperazzjoni bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tagħti risposta utli lill-qorti nazzjonali sabiex tkun tista’ tiddeċiedi l-kawża li titressaq quddiemha. Għal dan il-għan, jekk ikun meħtieġ, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tirriformola d-domandi li jkunu sarulha. Fil-fatt, il-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja huwa li tinterpreta d-dispożizzjonijiet kollha tad-dritt tal-Unjoni li l-qrati nazzjonali jeħtieġu sabiex jiddeċiedu l-kawżi mressqa quddiemhom, anki jekk dawn id-dispożizzjonijiet ma jkunux ġew indikati espressament fid-domandi li jkunu ġew indirizzati lilha minn dawn il-qrati nazzjonali (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210617">17 ta’ Ġunju 2021</DATE>, <NO.CASE>C‑597/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:492">EU:C:2021:492</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Għal dawn il-finijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tislet mill-elementi kollha pprovduti mill-qorti nazzjonali, u b’mod partikolari mill-motivazzjoni tad-deċiżjoni tar-rinviju, l-elementi tal-imsemmi dritt li jeħtieġu interpretazzjoni fid-dawl tas-suġġett tal-kawża prinċipali (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210617">17 ta’ Ġunju 2021</DATE>, <NO.CASE>C‑597/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:492">EU:C:2021:492</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fid-domanda tagħha, minbarra l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/48, il-qorti tar-rinviju tirreferi għall-Artikolu 3(1) tagħha. Issa, għandu jiġi rrilevat li, fir-rigward tal-obbligu ġenerali impost, skont dan l-Artikolu 3, fuq l-Istati Membri fir-rigward tal-kriterji li l-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji neċessarji għandhom jissodisfaw sabiex jiġi żgurat ir-rispett tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu jinkludi wkoll elementi rilevanti għall-finijiet tal-analiżi tad-domanda magħmula. Hekk kif jirriżulta barra minn hekk mill-punt 18 ta’ din is-sentenza, il-qorti tar-rinviju tagħmel riferiment għalih ukoll.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minn naħa, konformement mal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2004/48, dawn il-miżuri, proċeduri u rimedji għandhom ikunu, b’mod partikolari, leali u ġusti u ma għandhomx ikunu inutilment għaljin. Min-naħa l-oħra, skont il-paragrafu 2 tal-istess artikolu, dawn il-miżuri, proċeduri u rimedji għandhom ikunu effettivi, proporzjonati kif ukoll dissważivi u għandhom jiġu applikati b’mod li joffru protezzjonijiet kontra l-użu abbużiv tagħhom.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tan-natura <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>neċessarja għal azzjoni legali utli<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> tal-ispejjeż sostnuti mill-parti rebbieħa li għaliha tirreferi l-qorti tar-rinviju, għandu jiġi kkonstatat li l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/48 ma jirrikonoxxix tali kriterju. Fil-fatt, skont dan l-Artikolu 14, l-ispejjeż legali u spejjeż oħra li jistgħu jinġabru għandhom ikunu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>raġonevoli u proprozjonati<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Issa, peress li l-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>spejjeż legali […] raġjonevoli u proprozjonati<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, li jinsabu f’din id-dispożizzjoni, ma jinkludu ebda riferiment speċifiku għad-dritt tal-Istati Membri sabiex jiġu ddeterminati s-sens tagħhom u l-portata tagħhom, dawn għandhom normalment jingħataw, fl-Unjoni Ewropea kollha, interpretazzjoni awtonoma u uniformi, indipendentement mill-kwalifiki użati fl-Istati Membri, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni termini tad-dispożizzjoni inkwistjoni, kif ukoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet li għandhom jintlaħqu mil-leġiżlazzjoni li tagħmel parti minnha (ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20211130">30 ta’ Novembru 2021</DATE>, <NAME.CASE>LR Ģenerālprokuratūra,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑3/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:969">EU:C:2021:969</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0079">79</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, hekk kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, l-Oberlandesgericht Karlsruhe (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Karlsruhe) iddeċidiet li ma kienx hemm lok, f’dan il-każ, li l-Artikolu 140(3) tal-MarkenG jiġi interpretat fis-sens li hija l-qorti nazzjonali li għandha teżamina jekk l-użu ta’ konsulent fil-qasam tal-proprjetà industrijali huwiex neċessarju, sa fejn b’mod partikolari tali interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali b’mod ċar tmur kontra l-għan tal-leġiżlatur nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Madankollu, il-fatt li ressqet din it-talba għal deċiżjoni preliminari, bħas-skiet tal-qorti tar-rinviju f’dan ir-rigward, jistgħu jinftehmu fis-sens li l-eventwali inkompatibbiltà tad-dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali kkonċernat, b’mod partikolari fir-rigward tal-kriterji li jirriżultaw mill-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/48, kif imfakkra fil-punti 25 u 26 ta’ din is-sentenza, tista’ tirriżulta mhux mill-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni nnifisha, iżda mill-interpretazzjoni li hija ġeneralment mogħtija lilha fl-ordinament ġuridiku nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fir-raba’ u fl-aħħar lok, hekk kif osserva, essenzjalment, l-Avukat Ġenerali fil-punt 27 tal-konklużjonijiet tiegħu, id-dubji tal-qorti tar-rinviju ma jikkonċernawx tant il-klassifikazzjoni tal-ispejjeż marbuta mal-intervent tal-konsulent fil-qasam tal-proprjetà industrijali iżda l-fatt li jitħallsu inkondizzjonalment u awtomatikament mill-parti li titlef. Issa, din l-awtomatiċità tevitalhom stħarriġ ġudizzjarju dwar in-natura raġonevoli u proporzjonata tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, hemm lok li d-domanda magħmula minnha tiġi rriformulata fis-sens li, essenzjalment, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-Artikoli 3 u 14 tad-Direttiva 2004/48 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali jew interpretazzjoni tagħha li ma tippermettix lill-qorti adita bi proċedura li taqa’ taħt din id-direttiva li tieħu debitament inkunsiderazzjoni, f’kull każ ippreżentat quddiemha, karatteristiċi speċifiċi ta’ dan tal-aħħar sabiex jiġi evalwat jekk l-ispejjeż legali sostnuti mill-parti rebbieħa humiex raġonevoli u proporzjonati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Hekk kif huwa stabbilit fil-premessa 10 tagħha, l-għan tad-Direttiva 2004/48 huwa li tqarreb il-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri għal dak li jirrigwarda l-mezzi sabiex jiġu rispettati d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali sabiex jiġi żgurat livell ta’ protezzjoni għoli, ekwivalenti u omoġenju tal-proprjetà intellettwali fis-suq intern.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, konformement mal-Artikolu 1 tagħha, id-Direttiva 2004/48 tikkonċerna l-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji neċessarji kollha biex jiġi żgurat ir-rispett tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. L-Artikolu 2(1) ta’ din id-direttiva jispeċifika li dawn il-miżuri, proċeduri u rimedji japplikaw għal kull ksur ta’ dawn id-drittijiet, previst mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u/jew mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Madankollu, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/48 ma humiex intiżi li jirregolaw l-aspetti kollha marbuta mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, iżda biss dawk li huma inerenti, minn naħa, mar-rispett ta’ dawn id-drittijiet u, min-naħa l-oħra, mal-ksur tal-imsemmija drittijiet, billi jimponu l-eżistenza ta’ rimedji ġuridiċi effettivi intiżi sabiex jipprevjenu, jitterminaw jew jirrimedjaw kwalunkwe ksur ta’ dritt tal-proprjetà intellettwali eżistenti (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Diageo Brands</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑681/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:471">EU:C:2015:471</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Madankollu, waqt l-adozzjoni ta’ din id-direttiva, il-leġiżlatur tal-Unjoni għażel li jipproċedi għal armonizzazzjoni minima li tirrigwarda r-rispett tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali b’mod ġenerali (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200709">9 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Constantin Film Verleih</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑264/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:542">EU:C:2020:542</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Issa, ir-regoli dwar l-ispejjeż legali, li jinsabu fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/48, jagħmlu parti mir-regoli dwar il-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji neċessarji sabiex jiġi żgurat ir-rispett tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, previsti fil-Kapitolu II tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>B’mod partikolari, minn naħa, l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/48 jistabbilixxi l-prinċipju li l-ispejjeż legali raġonevoli u proporzjonati u l-ispejjeż l-oħra sostnuti mill-parti rebbieħa, bħala regola ġenerali, għandhom jitħallsu mill-parti li titlef.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Għalhekk, din id-dispożizzjoni hija intiża li ssaħħaħ il-livell ta’ protezzjoni tal-proprjetà intellettwali, billi tevita li parti leża tiġi dissważa milli tiftaħ proċedura ġudizzjarja għall-finijiet li tissalvagwardja d-drittijiet tagħha (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Diageo Brands</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑681/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:471">EU:C:2015:471</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Dan huwa barra minn hekk konformi kemm mal-għan ġenerali tad-Direttiva 2004/48, intiża għall-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri sabiex jiġi żgurat livell ta’ protezzjoni għoli, ekwivalenti u omoġenju tal-proprjetà intellettwali, kif ukoll mal-għan speċifiku ta’ din id-dispożizzjoni, intiż sabiex jiġi evitat li parti leża ma tiġix dissważa milli tiftaħ proċeduri ġudizzjarja għall-finijiet li tissalvagwardja d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tagħha. Fil-fatt, konformement mal-imsemmija għanijiet, l-awtur tal-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali għandu ġeneralment isostni l-konsegwenzi finanzjarji kollha tal-aġir tiegħu (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111018">18 ta’ Ottubru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Realchemie Nederland</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑406/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:668">EU:C:2011:668</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/48, ir-regola ta’ tqassim tal-ispejjeż li huwa jipprevedi ma tapplikax jekk l-ekwità tipprojbixxi li tiġi imposta fuq il-parti li titlef ir-rimbors tal-ispejjeż sostnuti mill-parti rebbieħa, anki meta dawn ikunu raġonevoli u proporzjonati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Qabelxejn, fir-rigward tal-portata tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>spejjeż legali<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> li għandhom jiġu rrimborsati mill-parti li titlef, imsemmi fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/48, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li dan il-kunċett jinkludi, fost affarijiet oħra, l-onorarji tal-avukat, peress li din id-direttiva ma kienet tinkludi ebda element li jwassal għall-konklużjoni li dawn l-ispejjeż, li ġeneralment jikkostitwixxu parti sostanzjali tal-ispejjeż imġarrba fil-kuntest ta’ proċedura intiża<?PAGE NO="8"?> li jiġi żgurat dritt tal-proprjetà intelletwali, għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-artikolu (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160728">28 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>United Video Properties</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑57/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:611">EU:C:2016:611</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Xejn iktar fid-Direttiva 2004/48 ma jipprekludi li l-ispejjeż ta’ rappreżentant, bħal konsulent fil-qasam tal-proprjetà industrijali, li d-detentur tad-drittijiet ikun irrikorra għalih b’mod individwali jew, konġuntament, ma’ avukat, għandhom jitqiesu, bħala prinċipju, bħala li jistgħu jaqgħu taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>spejjeż legali<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, sa fejn dawn l-ispejjeż ikollhom bħala oriġini immedjata u diretta l-proċedura nnifisha, hekk kif irrileva, essenzjalment, l-Avukat Ġenerali fil-punt 26 tal-konklużjonijiet tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Tali oriġini tista’ tiġi rikonoxxuta għall-ispejjeż ta’ konsulent awtorizzat, skont id-dritt nazzjonali, sabiex jirrappreżenta fil-qorti d-detenturi ta’ drittijiet tal-proprjetà intellettwali fil-proċeduri quddiem il-qrati kompetenti, imsemmija fid-Direttiva 2004/48, dwar, b’mod partikolari, it-tfassil, minn tali konsulent, tal-atti proċedurali jew id-dehra tiegħu fis-seduti miżmuma, jekk ikun il-każ, fil-kuntest ta’ dawn il-proċeduri. Lanqas ma huwa eskluż li tali oriġini tista’ tiġi rrikonoxxuta wkoll għall-ispejjeż marbuta mal-parteċipazzjoni ta’ tali konsulent fil-passi intiżi għal soluzzjoni bonarja, b’mod partikolari, f’tilwima li hija diġà pendenti quddiem qorti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Ċertament, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll, fil-punti 39 u 40 tas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160728">28 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>United Video Properties</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑57/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:611">EU:C:2016:611</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), essenzjalment, li, sa fejn servizzi ta’ konsulent tekniku huma direttament u strettament marbuta ma’ azzjoni ġudizzjarja intiża sabiex jiġi żgurat ir-rispett tad-dritt tal-proprjetà intellettwali, l-ispejjeż marbuta mal-assistenza ta’ dan il-konsulent jaqgħu taħt <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>spejjeż oħra<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, fis-sens tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/48.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Madankollu, din il-klassifikazzjoni tidħol fil-kuntest fattwali partikolari tal-kawża li tat lok għal din is-sentenza, fejn ma kienx faċli li jiġi stabbilit jekk il-kawża prinċipali kinitx tirrigwarda <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>spejjeż ta’ identifikazzjoni u riċerka<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, inkorsi ta’ spiss qabel proċedura ġudizzjarja u għalhekk ma jaqgħux neċessarjament taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 14 tal-imsemmija direttiva, iżda pjuttost taħt l-Artikolu 13 tagħha dwar il-kumpens għad-danni subiti mid-detentur tad-dritt, jew inkella s-servizzi indispensabbli sabiex tkun tista’ utilment titressaq azzjoni ġudizzjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Sussegwentement, minn naħa, l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/48 jimponi fuq l-Istati Membri li jiżguraw ir-rimbors tal-ispejjeż legali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>raġonevoli<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> biss. Dan ir-rekwiżit, li japplika kemm għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>ispejjeż legali<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> kif ukoll għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>ispejjeż oħra<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jirrifletti l-obbligu ġenerali previst fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2004/48, li skont dan l-Istati Membri għandhom jiżguraw, b’mod partikolari, li l-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji neċessarji sabiex jiġi żgurat ir-rispett tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali koperti minn din id-direttiva ma jkunux inutilment għaljin (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160728">28 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>United Video Properties</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑57/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:611">EU:C:2016:611</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li ma humiex raġonevoli l-ispejjeż eċċessivi minħabba onorarji eċċezzjonalment għoljin miftehma bejn il-parti rebbieħa u l-avukat tagħha, jew minħabba għoti ta’ servizzi mill-avukat li ma jitqiesux neċessarji sabiex jiġi żgurat ir-rispett tad-dritt tal-proprjetà intellettwali kkonċernat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160728">28 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>United Video Properties</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑57/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:611">EU:C:2016:611</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/48 jipprevedi li l-ispejjeż legali li u l-ispejjeż l-oħra li għandhom jitħallsu mill-parti li titlef għandhom ikunu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>proporzjonati<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-kwistjoni jekk dawn l-ispejjeż humiex proporzjonati ma tistax tiġi evalwata indipendentement mill-ispejjeż li l-parti rebbieħa effettivament tkun ġarrbet għall-assistenza ta’ avukat, sa fejn dawn ikunu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>raġonevoli<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> fis-sens tal-punt 45 ta’ din is-sentenza. Fil-fatt, minkejja li r-rekwiżit ta’ proporzjonalità ma jimplikax li l-parti li titlef għandha neċessarjament tirrimborsa l-ispejjeż kollha mġarrba mill-parti l-oħra, dan jeżiġi madankollu li din il-parti tal-aħħar ikollha dritt għar-rimbors, mill-inqas, ta’ parti sinjifikattiva u xierqa tal-ispejjeż raġonevoli effettivament imġarrba mill-parti rebbieħa (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160728">28 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>United Video Properties</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑57/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:611">EU:C:2016:611</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fl-aħħar, konformement mal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/48, moqri fid-dawl tal-premessa 17 tagħha, il-qorti kompetenti għandha tkun f’pożizzjoni li tistħarreġ fil-każijiet kollha n-natura raġonevoli u proporzjonata tal-ispejjeż legali, sostnuti mill-parti rebbieħa, minħabba l-parteċipazzjoni ta’ rappreżentant, bħal konsulent fil-qasam tal-proprjetà industrijali, u dan lil hinn mill-każijiet fejn tali stħarriġ ikun meħtieġ, skont dan l-Artikolu 14, minħabba l-ekwità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Ċertament, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi tariffi b’rata fissa bħala prinċipju hija kompatibbli mal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/48. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li, anki f’tali każ, dawn it-tariffi għandhom jiżguraw li l-ispejjeż li, skont din il-leġiżlazzjoni nazzjonali, jistgħu jiġu imposti fuq il-parti li titlef ikunu raġonevoli u li l-ammonti massimi li jistgħu jintalbu għal dawn l-ispejjeż ukoll ma jkunux wisq baxxi meta pparagunati mat-tariffi normalment ipprattikati minn avukat fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160728">28 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>United Video Properties</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑57/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:611">EU:C:2016:611</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Għalhekk, minn din il-ġurisprudenza ma jistax jiġi dedott li, fl-eżerċizzju ta’ din il-marġni ta’ diskrezzjoni, l-Istati Membri jistgħu jaslu sabiex jeskludu kategorija ta’ spejjeż legali jew spejjeż oħra minn kull stħarriġ ġudizzjarju tan-natura raġonevoli u proporzjonata tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, l-ewwel, hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 39 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-applikazzjoni awtomatika ta’ dispożizzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tista’ twassal, f’ċerti każijiet, għal ksur tal-obbligu ġenerali previst fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2004/48, li skontu, b’mod partikolari, il-proċeduri implimentati mill-Istati Membri ma għandhomx ikunu inutilment għaljin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>It-tieni, tali applikazzjoni ta’ dispożizzjoni ta’ dan it-tip tista’ tiddisswadi lil detentur preżunt ta’ drittijiet milli jippreżenta rikors ġudizzjarju intiż sabiex jiġi żgurat ir-rispett tad-dritt tiegħu minħabba biża’ li jkollu jħallas, jekk jitlef, spejjeż legali kunsiderevolment għoljin, kuntrarjament għall-għan tad-Direttiva 2004/48, li jikkonsisti f’li jiġi żgurat, b’mod partikolari, livell għoli ta’ protezzjoni tal-proprjetà intellettwali fis-suq intern.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>It-tielet, hekk kif irrileva wkoll, essenzjalment, l-Avukat Ġenerali fil-punt 49 tal-konklużjonijiet tiegħu, it-teħid inkunsiderazzjoni inkundizzjonat u awtomatiku tal-ispejjeż permezz ta’ sempliċi dikjarazzjoni fuq l-unur ta’ rappreżentant ta’ parti fit-tilwima, mingħajr ma dawn jistgħu jkunu s-suġġett ta’ evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali fir-rigward tan-natura raġonevoli u proporzjonata tagħhom fir-rigward tal-kawża kkonċernata, jista’ jiftaħ it-triq għal użu abbużiv ta’ tali dispożizzjoni bi ksur tal-obbligu ġenerali previst fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2004/48.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, id-domanda għandha tiġi risposta li l-Artikoli 3 u 14 tad-Direttiva 2004/48 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali jew interpretazzjoni tagħha li ma tippermettix lill-qorti adita bi proċedura li taqa’ taħt din id-direttiva milli tieħu debitament inkunsiderazzjoni, f’kull każ ippreżentat quddiemha, karatteristiċi speċifiċi ta’ dan il-każ għall-finijiet li jiġi evalwat jekk l-ispejjeż legali sostnuti mill-parti rebbieħa humiex raġonevoli u proporzjonati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L‑Artikoli 3 u 14 tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali jew interpretazzjoni tagħha li ma tippermettix lill-qorti adita bi proċedura li taqa’ taħt din id-direttiva milli tieħu debitament inkunsiderazzjoni, f’kull każ ippreżentat quddiemha, karatteristiċi speċifiċi ta’ dan il-każ għall-finijiet li jiġi evalwat jekk l-ispejjeż legali sostnuti mill-parti rebbieħa humiex raġonevoli u proporzjonati.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>