|
23.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 17/29 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/99
tat-22 ta' Jannar 2018
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2378 fir-rigward tal-forma u l-kondizzjonijiet ta' komunikazzjoni għall-valutazzjoni annwali tal-effettività tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni kif ukoll il-lista tad-data statistika li għandha tingħata mill-Istati Membri għall-finijiet tal-evalwazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(3) u (4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 23(3) tad-Direttiva 2011/16/UE jipprevedi l-valutazzjoni annwali tal-effettività tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni li għandha tiġi kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni. |
|
(2) |
L-Artikolu 23(4) tad-Direttiva 2011/16/UE jipprevedi lista tad-data statistika li għandha tingħata mill-Istati Membri għall-finijiet tal-evalwazzjoni ta' dik id-Direttiva. |
|
(3) |
Il-lista ma tinkludix id-data statistika relatata mal-iskambju obbligatorju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 8a tad-Direttiva 2011/16/UE billi din id-data tiġi miġbura mill-Kummissjoni mid-direttorju ċentrali stabbilit skont l-Artikolu 21(5) tad-Direttiva 2011/16/UE. |
|
(4) |
Għalhekk, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2378 (2) jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva għat-Tassazzjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2378
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2378 qed jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
jiddaħħlu l-Artikoli 2c u 2d li ġejjin: “Artikolu 2c Il-forma u l-kondizzjonijiet għall-komunikazzjoni tal-valutazzjoni annwali 1. Il-formola għall-komunikazzjoni tal-valutazzjoni annwali tal-effettività tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni u tar-riżultati prattiċi miksuba skont l-Artikolu 23(3) tad-Direttiva 2011/16/UE hija stabbilita fl-Anness VIII ta' dan ir-Regolament. 2. Qabel l-1 ta' April ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, permezz ta' mezzi elettroniċi, il-valutazzjoni annwali billi jużaw il-formola msemmija fil-paragrafu 1. Il-valutazzjoni għandha tkopri l-perjodu tas-sena kalendarja ta' qabel. Artikolu 2d Lista tad-data statistika 1. Il-lista tad-data statistika meħtieġa għall-forom kollha ta' kooperazzjoni amministrattiva, għajr għall-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 23(4) tad-Direttiva 2011/16/UE, hija stabbilita fl-Anness IX ta' dan ir-Regolament. Il-lista tad-data statistika meħtieġa għall-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2011/16/UE, hija stabbilita fl-Anness X ta' dan ir-Regolament. Il-lista tad-data statistika meħtieġa għall-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 8(3a) tad-Direttiva 2011/16/UE hija stabbilita fl-Anness XI ta' dan ir-Regolament. Il-lista tad-data statistika meħtieġa għall-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 8aa tad-Direttiva 2011/16/UE hija stabbilita fl-Anness XII ta' dan ir-Regolament. 2. Qabel l-1 ta' April ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, permezz ta' mezzi elettroniċi, id-data statistika relatata mal-forom kollha ta' kooperazzjoni amministrattiva, għajr għall-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni, f'konformità mal-lista stabbilita fl-Anness IX, fir-rigward tas-sena kalendarja ta' qabel. 3. Qabel l-1 ta' Novembru ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, permezz ta' mezzi elettroniċi, id-data statistika relatata mal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni f'konformità mal-lista stabbilita fl-Anness X, fl-Anness XI u fl-Anness XII.” |
|
(2) |
L-Annessi VIII, IX, X, XI u XII jiddaħħlu kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Jannar 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2378 tal-15 ta' Diċembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1156/2012 (ĠU L 332, 18.12.2015, p. 19).
ANNESS
L-Annessi li ġejjin jiżdiedu mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2378:
“ANNESS VIII
Il-formola msemmija fl-Artikolu 2c
Il-formola għall-komunikazzjoni skont l-Artikolu 23(3) tad-Direttiva 2011/16/UE tkopri l-informazzjoni li ġejja:
|
— |
L-identifikazzjoni tal-Istat Membru li jwieġeb għall-kwestjonarju |
|
— |
Id-disponibbiltà tal-informazzjoni fl-Istat Membru |
|
— |
Il-monitoraġġ ta' jekk intbagħatx il-feedback bilaterali annwali skont l-Artikolu 14(2) |
|
— |
L-effettività tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni:
|
“ANNESS IX
Lista msemmija fl-Artikolu 2d
Id-data statistika meħtieġa għall-forom ta' kooperazzjoni amministrattiva għajr għall-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 23(4) tad-Direttiva 2011/16/UE tkopri l-informazzjoni li ġejja:
|
— |
L-identifikazzjoni ta' Stat Membru |
|
— |
Is-sena |
|
— |
Il-Parti A: L-istatistika għal kull Stat Membru dwar l-iskambju ta' informazzjoni
|
|
— |
Il-Parti B: L-istatistika dwar forom oħra ta' kooperazzjoni amministrattiva
|
|
— |
Il-Parti C: L-istatistika dwar id-dħul addizzjonali stmat jew iż-żieda fit-taxxa vvalutata dovuti għall-kooperazzjoni amministrattiva. L-informazzjoni f'din il-parti mhix obbligatorja.
|
“ANNESS X
Lista msemmija fl-Artikolu 2d
Id-data statistika meħtieġa għall-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 23(4) tad-Direttiva 2011/16/UE dwar il-kategoriji ta' dħul u ta' kapital imsemmija fl-Artikolu 8(1) ta' dik id-Direttiva tkopri l-informazzjoni li ġejja:
|
— |
Għall-kategoriji kollha ta' dħul u ta' kapital imsemmija fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2011/16/UE: l-istatistika dwar il-messaġġi u l-kontribwent |
|
— |
Fil-każ ta' dħul minn impjieg u l-miżati tad-diretturi: l-istatistika dwar il-messaġġi u r-riċevitur, il-messaġġi u l-pagatur, ir-riċevitur u r-relazzjoni, il-pagatur u r-relazzjoni, ir-riċevitur u d-dħul |
|
— |
Fil-każ ta' pensjonijiet: l-istatistika dwar il-messaġġi u r-riċevitur, il-messaġġi u l-pagatur, ir-riċevitur, il-pagatur, l-iskema, id-dħul |
|
— |
Fil-każ ta' prodotti tal-assigurazzjoni tal-ħajja: l-istatistika dwar il-messaġġi u l-politika, il-politika ġenerali, l-avveniment |
|
— |
Fil-każ ta' sjieda ta' proprjetà immobbli u d-dħul minnha: l-istatistika dwar il-messaġġi u l-parti, il-parti ġenerali, il-kwantità u l-valur tal-proprjetà, il-kwantità u l-valur tat-tranżazzjoni, il-kwantità u l-valur tas-self, il-kwantità u l-valur tad-dritt tad-dħul |
|
— |
Fil-każ ta' messaġġi dwar l-istatus: l-istatistika dwar il-messaġġi marbuta mal-istatus u dwar l-iżbalji tal-messaġġi marbuta mal-istatus |
|
— |
Fil-każ ta' messaġġi bla data: l-istatistika dwar messaġġi bla data. |
“ANNESS XI
Lista msemmija fl-Artikolu 2d
Id-data statistika meħtieġa għall-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 8(3a) tad-Direttiva 2011/16/UE, skont l-Artikolu 23(4) ta' dik id-Direttiva tkopri l-informazzjoni li ġejja:
|
— |
Għal kull messaġġ, l-istatistika dwar il-pajjiż ta' oriġini u l-pajjiż ta' destinazzjoni, l-għadd totali ta' rekords, l-ammonti totali tal-pagament |
|
— |
Għal kull pajjiż ta' oriġini, l-istatistika dwar l-għadd totali ta' istituzzjonijiet finanzjarji rapportanti, l-ammonti totali tal-pagament |
|
— |
Għal kull kont uniku, l-istatistika dwar il-kwantità tad-detentur tal-kont, il-kategorija tal-pagament, l-ammont għal kull kategorija ta' pagament |
|
— |
Għal kull kont, l-istatistika dwar it-tip ta' detentur tal-kont, in-numru ta' identifikazzjoni tal-kontribwent tad-detentur tal-kont jew l-ekwivalenti funzjonali, il-pajjiż ta' residenza tad-detentur tal-kont, il-persuna fiżika bħala d-detentur tal-kont, il-kont magħluq, il-kont inattiv |
|
— |
Għal kull detentur ta' kont, l-istatistika dwar it-tip ta' persuna kkontrollata, in-numru ta' identifikazzjoni tal-kontribwent tal-persuna kkontrollata jew l-ekwivalenti funzjonali, il-pajjiż ta' residenza tal-persuna kkontrollata, il-persuna fiżika bħala l-persuna kkontrollata. |
“ANNESS XII
Lista msemmija fl-Artikolu 2d
Id-data statistika meħtieġa għall-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 8aa tad-Direttiva 2011/16/UE, skont l-Artikolu 23(4) ta' dik id-Direttiva tkopri l-informazzjoni li ġejja:
|
— |
L-għadd ta' rapporti għal kull pajjiż riċevuti minn Entitajiet tar-Rapportar |
|
— |
L-għadd ta' rapporti għal kull pajjiż li għandhom jiġu rapportati minn Entitajiet tar-Rapportar iżda li ma waslux jew ġie pprovdut biss rapport mhux komplut, it-tqassim skont il-ġurisdizzjonijiet tal-Entitajiet Omm Apikali |
|
— |
L-għadd ta' rapporti għal kull pajjiż riċevuti mingħand kull Stat Membru. |
|
— |
L-għadd ta' rapporti għal kull pajjiż li kellhom jiġu pprovduti iżda ma waslux mingħand mingħand kull Stat Membru. |
|
— |
L-għadd ta' rapporti għal kull pajjiż mibgħuta lil kull Stat Membru. |