|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2110 |
6.11.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 174/2025
tal-11 ta’ Lulju 2025
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) u l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim ŻEE [2025/2110]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Id-Direttiva (UE) 2018/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 li temenda d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
L-Istati tal-EFTA mhumiex inklużi fil-mira ewlenija tal-effiċjenza enerġetika tal-UE ta’ ffrankar tal-enerġija ta’ 20 %al-2020. L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2012/27/UE jenħtieġ li japplika għall-Istati tal-EFTA ħlief għad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 3(1)(a) u 3(5). |
|
(4) |
L-Istati tal-EFTA mhumiex inklużi fil-miri ewlenin tal-effiċjenza enerġetika tal-UE għall-2030 ta’ mill-inqas 32,5 %. L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2012/27/UE, kif emendata bid-Direttiva (UE) 2018/2002, għalhekk jenħtieġ li ma japplikax għall-Istati tal-EFTA. Minflok, l-Istati tal-EFTA jenħtieġ li jistabbilixxu miri indikattivi nazzjonali għall-effiċjenza enerġetika għall-2030. |
|
(5) |
Id-derogi għall-Iżlanda għandhom l-għan li jiżguraw li l-miżuri tal-effiċjenza enerġetika jiġu implimentati b’mod kosteffettiv u xieraq għas-sitwazzjoni tagħha b’sistema tal-enerġija iżolata u kważi ħielsa mill-fjuwils fossili, b’livelli għoljin ta’ sigurtà tal-provvista u indipendenza enerġetika. L-Iżlanda tuża b’mod estensiv enerġija ġeotermali rinnovabbli b’karatteristiċi speċjali, li fost l-oħrajn jagħmilha neċessarja għall-Iżlanda li tidderoga minn ċerti rekwiżiti fir-rigward tal-metraġġ fl-Artikoli 9a, 9b u 9c. |
|
(6) |
L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2012/27/UE jirreferi għall-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija li jinsabu fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2010/31/UE dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija. L-Iżlanda hija eżenti milli tapplika d-Direttiva 2010/31/UE f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 135/2022. Għalhekk, l-obbligi dwar ir-rendiment minimu tal-enerġija fil-bini għandhom jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni nazzjonali fl-Iżlanda. |
|
(7) |
L-Iżlanda għandha sehem sproporzjonalment għoli ta’ industrija intensiva fl-enerġija li tirriżulta f’obbligu ta’ ffrankar li huwa diversi drabi ogħla mill-medja tal-UE. 88 % tal-enerġija primarja fl-Iżlanda hija rinnovabbli u l-kost tal-elettriku u tas-sħana huwa baxx, li jimplika inqas iffrankar kostottimali. Għalhekk, f’konformità mal-Artikolu 7(1), l-Iżlanda jenħtieġ li tikseb iffrankar ġdid tal-enerġija kull sena mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2030 ekwivalenti għal 0,24 % tal-konsum finali tal-enerġija fuq medja tal-aktar perjodu ta’ tliet snin reċenti qabel l-1 ta’ Jannar 2019. |
|
(8) |
L-Iżlanda ma għandhiex infrastruttura tal-gass naturali u hija eżenti mid-Direttiva 2009/73/KE dwar is-suq intern tal-gass naturali f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 93/2017. Għalhekk, l-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva 2012/27/UE fir-rigward tal-metraġġ għall-gass naturali u l-informazzjoni dwar il-kontijiet għall-gass naturali ma għandhomx japplikaw għall-Iżlanda. |
|
(9) |
Id-Direttiva 2004/8/KE fuq il-promozzjoni ta’ koġenerazzjoni bbażata fuq id-domanda għal sħana utli fis-suq intern tal-enerġija ma tapplikax għall-koġenerazzjoni ġeotermali fir-rigward tal-Iżlanda f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 151/2006. L-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2012/27/UE dwar il-koġenerazzjoni, kif emendata bid-Direttiva (UE) 2018/2002, jikkorrelataw mal-Artikoli dwar il-koġenerazzjoni fid-Direttiva 2004/8/KE. L-Iżlanda diġà tkopri 90 % tad-domanda totali għas-sħana bl-enerġija ġeotermali u qiegħda tkompli tippromwovi l-iżvilupp tal-koġenerazzjoni ġeotermali fi ħdan il-qafas legali nazzjonali tagħha kull fejn ikun teknikament fattibbli. Għalhekk, l-Artikoli 14 u 15 ma għandhomx japplikaw għall-koġenerazzjoni ġeotermali fir-rigward tal-Iżlanda. |
|
(10) |
Intlaħaq qbil dwar flessibbiltà addizzjonali fl-applikazzjoni tal-Artikoli 5 u 20 tad-Direttiva 2012/27/UE. Fl-Artikolu 20(5), ir-referenza għall-Artikolu 5(1) jenħtieġ li tiġi ssostitwita b’referenza għall-Artikolu 5 biex tippermetti li l-obbligi tal-Artikolu 5 kollu jiġu ssodisfati b’kontribuzzjonijiet għal fond. |
|
(11) |
Id-Direttiva 2012/27/UE tħassar id-Direttiva 2004/8/KE (3), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement trid titħassar mill-Ftehim ŻEE. |
|
(12) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi II u IV tal-Ftehim ŻEE jiġu emendati kif xieraq, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dan li ġej jiżdied mal-punt 6 (id-Direttiva 2009/125/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu IV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:
“, kif emendat minn:
|
— |
32012 L 0027: Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).” |
Artikolu 2
L-Anness IV tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
It-test tal-punt 24 (id-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) huwa sostitwit b’dan li ġej:
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:
|
|
2. |
Dan li ġej jiżdied fil-punt 26 (id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill): “, kif emendat minn:
|
Artikolu 3
It-testi tad-Direttivi 2012/27/UE u (UE) 2018/2002 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Lulju 2025, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Lulju 2025.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kristján Andri STEFÁNSSON
(1) ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1.
(2) ĠU L 328, 21.12.2018, p. 210.
(3) ĠU L 52, 21.2.2004, p. 50.
(*1) Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.
Dikjarazzjoni mill-Istati tal-EFTA
għad-Deċiżjoni Nru 174/2025 li tinkorpora d-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-Ftehim ŻEE
L-inkorporazzjoni tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-Ftehim ŻEE testendi l-qafas regolatorju komuni ta’ miżuri għall-promozzjoni tal-effiċjenza fl-enerġija għall-Istati tal-EFTA. L-Istati tal-EFTA mhumiex inklużi fil-mira ewlenija tal-UE għall-effiċjenza enerġetika. Madankollu, l-Istati tal-EFTA stabbilew il-miri nazzjonali indikattivi rispettivi li ġejjin għall-effiċjenza enerġetika:
|
— |
Il-Gvern Iżlandiż stabbilixxa mira nazzjonali ta’ 25 % aktar użu ta’ enerġija effiċjenti sal-2030 milli fl-2015. Il-mira hija espressa bħala objettiv transsettorjali li titnaqqas l-intensità tal-enerġija, jiġifieri l-proporzjon tal-konsum tal-enerġija (finali) mal-PDG reali f’termini aġġustati għall-PPS. L-indikatur huwa parti mit-tbassir tal-enerġija li jiġi ppubblikat kull sena mill-Aġenzija għall-Ambjent u l-Enerġija tal-Iżlanda. |
|
— |
Fis-6 ta’ Novembru 2020, il-Parlament tal-Liechtenstein (Landtag) adotta l-Istrateġija tal-Enerġija tiegħu għall-2030 u biha stabbilixxa mira nazzjonali għall-effiċjenza enerġetika ta’ 20 % meta mqabbel mal-2008. L-elementi ċentrali taż-żieda fl-effiċjenza fil-perjodu sal-2030 huma r-rinnovazzjonijiet tal-bini, bini ġdid effiċjenti ħafna u titjib fl-effiċjenza tat-tidwil, tal-muturi u tal-apparat domestiku. Kemm il-pompi tas-sħana elettriċi għall-provvista tas-sħana kif ukoll l-elettrifikazzjoni tat-trasport se jwasslu għal sostituzzjoni sinifikanti tal-fjuwils fossili fil-futur. Ir-rappurtar dwar il-kisba tal-objettivi jsir kull sena (bħala parti minn rapport ta’ monitoraġġ għall-attenzjoni tal-Parlament). |
|
— |
Il-Parlament Norveġiż (Storting) stabbilixxa mira nazzjonali ta’ użu tal-enerġija 30 % aktar effiċjenti sal-2030 milli fl-2015 (Liġi tal-Gvern St. 25 (2015–2016)). Il-mira hija espressa bħala objettiv transsettorjali tat-tnaqqis tal-intensità tal-enerġija, jiġifieri l-proporzjon tal-input tal-enerġija (primarja) mal-PDG reali. Il-Ministeru għall-Enerġija jipprovdi rappurtar annwali dwar il-mira fir-Rapport lill-iStorting (White Paper) dwar il-Baġit Nazzjonali. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2110/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)