|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6413 |
25.11.2025 |
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-Forzi Demokratiċi Alleati (ADF), grupp kopert mill-miżuri restrittivi stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/2398, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/2401 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom
(C/2025/6413)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-Forzi Demokratiċi Alleati (ADF), elenkata fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/2398 (2), u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/2401 (4) dwar miżuri restrittivi diretti kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li jinkludi lill-grupp msemmi hawn fuq fil-lista ta' persuni, gruppi, impriżi u entitajiet koperti mill-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 u fir-Regolament (UE) 2016/1686.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-grupp ikkonċernat għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1686 sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet essenzjali jew ħlasijiet speċifiċi skont l-Artikolu 5 ta' dak ir-Regolament.
Il-grupp ikkonċernat jista' jressaq talba biex jikseb id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet għall-inklużjoni tiegħu fil-lista msemmija hawn fuq. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Attn: deżinjazzjonijiet tal-COMET) |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Il-grupp ikkonċernat jista' fi kwalunkwe ħin iressaq talba lill-Kunsill, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' appoġġ, biex id-deċiżjoni li jiġi inkluż fil-lista tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz ipprovdut hawn fuq. F'dan ir-rigward, qed tinġibed l-attenzjoni tal-grupp ikkonċernat għar-rieżami regolari tal-lista mill-Kunsill skont l-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 u l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) 2016/1686. Sabiex it-talbiet jiġu kkunsidrati fir-rieżami li jmiss, dawn għandhom jitressqu sat-30 ta' April 2026 .
Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-grupp ikkonċernat għall-possibbiltà li jikkontesta d-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 255, 21.9.2016, p. 25.
(2) ĠU L, 2025/2398, 24.11.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2398/oj.
(3) ĠU L 255, 21.9.2016, p. 1.
(4) ĠU L, 2025/2401, 24.11.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2401/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6413/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)