21.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 326/13


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/2516

tal-14 ta’ Novembru 2022

li taħtar żewġ membri supplenti, proposti mir-Renju ta’ Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta' Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Filwaqt li kkunsidra l-proposti mill-Gvern Spanjol,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta' awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

Fl-10 ta' Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta' Jannar 2020 sal-25 ta' Jannar 2025.

(3)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġew proposti għall-ħatra s-Sur Manuel Alejandro CARDENETE FLORES u s-Sa María SÁNCHEZ RUIZ saru vakanti s-siġġijiet ta' żewġ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(4)

Il-Gvern Spanjol ippropona lir-rappreżentanti li ġejjin ta' korpi reġjonali li għandhom mandat elettorali ta' awtorità reġjonali jew li huma politikament responsabbli quddiem assemblea eletta bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2025: Is-Sa Ana Belén ÁLVAREZ FERNÁNDEZ, Consejera de Economía y Hacienda del Gobierno de Cantabria (Ministru Reġjonali għall-Ekonomija u l-Finanzi, Gvern ta' Cantabria), u s-Sur José Enrique Millo ROCHER, Secretario General de Acción Exterior, Unión Europea y Cooperación, Junta de Andalucía (Segretarju Ġenerali għall-Azzjoni Esterna, Unjoni Ewropea u Kooperazzjoni, Gvern tal-Andalusija),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rappreżentanti li ġejjin ta' korpi reġjonali li għandhom mandat elettorali jew li huma politikament responsabbli quddiem assemblea eletta huma b'dan maħtura bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2025:

—

Is-Sa Ana Belén ÁLVAREZ FERNÁNDEZ, Consejera de Economía y Hacienda del Gobierno de Cantabria (Ministru Reġjonali għall-Ekonomija u l-Finanzi, Gvern ta' Cantabria),

—

Is-Sur José Enrique Millo ROCHER, Secretario General de Acción Exterior, Unión Europea y Cooperación, Junta de Andalucía (Segretarju Ġenerali għall-Azzjoni Esterna, Unjoni Ewropea u Kooperazzjoni, Gvern tal-Andalusija).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)   ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta' Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta' Jannar 2020 sal-25 ta' Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78).