|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1364 |
17.5.2024 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1364
tal-14 ta’ Marzu 2024
dwar l-ewwel fażi tal-istabbiliment ta’ skema komuni ta’ klassifikazzjoni tal-Unjoni għaċ-ċentri tad-data
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2023/1791 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar l-effiċjenza enerġetika u li temenda r-Regolament (UE) 2023/955 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 33(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva (UE) 2023/1791 tindirizza l-effiċjenza enerġetika billi tistabbilixxi miri għall-effiċjenza enerġetika fil-livell tal-Unjoni u tistabbilixxi qafas komuni ta’ miżuri għall-promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika fl-Unjoni. Barra minn hekk, id-Direttiva (UE) 2023/1791 għandha l-għan li tikkontribwixxi għall-kisba ta’ ekonomija moderna, effiċjenti fir-riżorsi u kompetittiva fl-Unjoni, inkluż bl-istabbiliment ta’ skema komuni tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni tas-sostenibbiltà taċ-ċentri tad-data. |
|
(2) |
Is-settur tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT) qed isir dejjem aktar importanti f’termini ta’ konsum tal-enerġija. Id-domanda għall-elettriku taċ-ċentri tad-data hija mistennija li tkun ta’ 3,2 % tat-total tal-UE sal-2030, żieda ta’ 28 % mill-2018 (2). L-Istrateġija Diġitali tal-Unjoni (3) enfasizzat il-ħtieġa għal ċentri tad-data effiċjenti ħafna fl-enerġija u sostenibbli, u tappella għal miżuri ta’ trasparenza għall-operaturi tat-telekomunikazzjoni fejn tidħol l-impronta ambjentali tagħhom. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva (UE) 2023/1791, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li s-sidien u l-operaturi taċ-ċentri tad-data jagħmlu disponibbli għall-pubbliku l-informazzjoni dwar iċ-ċentri tad-data tagħhom stabbilita fl-Anness VII ta’ dik id-Direttiva. |
|
(4) |
L-iskema komuni tal-Unjoni jenħtieġ li tistabbilixxi l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni u l-metodoloġija biex dawn jitkejlu u jenħtieġ li tistabbilixxi indikaturi tas-sostenibbiltà taċ-ċentri tad-data abbażi ta’ dawn l-informazzjoni u l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni. |
|
(5) |
Il-leġiżlazzjoni, l-inizjattivi u l-istandards eżistenti fis-settur taċ-ċentri tad-data jenħtieġ li jitqiesu meta jiġu stabbiliti l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni u l-indikaturi tas-sostenibbiltà. |
|
(6) |
Dan ir-Regolament jiddefinixxi li l-operaturi taċ-ċentri tad-data huma l-entitajiet ta’ rapportar. Operatur ta’ ċentru tad-data jenħtieġ li jagħmel pubbliċi u jikkomunika lill-bażi tad-data Ewropea l-informazzjoni meħtieġa u l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni għal ċentru tad-data irrispettivament minn jekk dan iċ-ċentru tad-data jkunx jikkonsisti minn struttura waħda jew minn grupp ta’ strutturi. Operatur ta’ ċentru tad-data jenħtieġ li jagħmel pubbliku u jikkomunika lill-bażi tad-data Ewropea sett separat ta’ informazzjoni u indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni għal kull ċentru tad-data li għandu post fiżiku differenti anke jekk dawn iċ-ċentri tad-data jkunu jinsabu fit-territorju tal-istess Stat Membru. |
|
(7) |
Park jew kampus taċ-ċentru tad-data huwa mifhum bħala faċilità li jkollha aktar minn ċentru tad-data wieħed. F’dan il-każ, l-operatur ta’ kull ċentru tad-data jenħtieġ li jagħmel pubbliku u jikkomunika lill-bażi tad-data Ewropea sett separat ta’ informazzjoni u indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni għal kull ċentru tad-data fil-faċilità. |
|
(8) |
Sabiex tiġi stabbilita l-iskema tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni tas-sostenibbiltà taċ-ċentri tad-data, huwa meħtieġ li tinġabar data dwar is-sostenibbiltà tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ rapportar għaċ-ċentri tad-data li jispeċifika liema informazzjoni u indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni jenħtieġ li jiġu rrapportati kif ukoll il-metodoloġiji għall-monitoraġġ u l-kejl ta’ dik l-informazzjoni u dawk l-indikaturi. |
|
(9) |
Skont l-Anness VII, il-punt (c) tad-Direttiva (UE) 2023/1791, l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni għandhom ikejlu l-konsum tal-enerġija, l-użu tal-enerġija, il-punti stabbiliti tat-temperatura, l-użu tas-sħana mormija, l-użu tal-ilma u l-użu tal-enerġija rinnovabbli taċ-ċentri tad-data. |
|
(10) |
Sabiex jiġi żgurat rapportar uniformi, u d-disponibbiltà tad-data rrapportata lill-pubbliku f’forma aggregata, u biex tiġi influwenzata kif xieraq l-analiżi sussegwenti tad-data, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi bażi tad-data Ewropea dwar iċ-ċentri tad-data, f’konformità mal-Artikolu 12(3) tad-Direttiva (UE) 2023/1791. Sabiex iċ-ċentri tad-data jikkomunikaw l-informazzjoni u l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni lill-bażi tad-data Ewropea, din tal-aħħar jenħtieġ li tipprevedi interfaċċa komuni għall-utenti kif ukoll interfaċċa komuni għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet. |
|
(11) |
Iċ-ċentri tad-data ta’ rapportar jenħtieġ li jiżguraw li l-informazzjoni u l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni stabbiliti fl-annessi ta’ dan ir-regolament delegat jiddaħħlu fil-bażi tad-data Ewropea dwar iċ-ċentri tad-data. L-informazzjoni u l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni jenħtieġ li jintużaw biex jipprovdu bażi għal ippjanar u teħid ta’ deċiżjonijiet trasparenti u bbażati fuq l-evidenza mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni, u biex jiġu vvalutati ċerti elementi ewlenin ta’ ċentru tad-data sostenibbli, inkluż kemm juża l-enerġija b’mod effiċjenti, kemm minn dik l-enerġija tiġi minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, l-użu mill-ġdid ta’ kwalunkwe sħana mormija li jipproduċi, l-effettività tat-tkessiħ u l-użu tal-ilma. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jiġi stabbilit l-ewwel sett ta’ indikaturi tas-sostenibbiltà taċ-ċentri tad-data, abbażi tal-informazzjoni rrapportata u tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni. |
|
(12) |
Skont l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva (UE) 2023/1791, l-informazzjoni taċ-ċentri tad-data soġġetta għad-dritt tal-Unjoni u għal-liġi nazzjonali li jipproteġu s-sigrieti kummerċjali u tan-negozju u l-kunfidenzjalità ma tridx issir disponibbli għall-pubbliku. L-Artikolu 12(3) jirrikjedi wkoll li l-bażi tad-data Ewropea tkun disponibbli għall-pubbliku fuq livell aggregat. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni u informazzjoni oħra rrapportati lill-bażi tad-data Ewropea jinżammu kunfidenzjali. |
|
(13) |
Il-Kummissjoni wettqet studju, b’mod partikolari dwar il-ħtieġa ta’ skema ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni tal-enerġija u s-sostenibbiltà taċ-ċentri tad-data, sabiex tistabbilixxi s-sistema komuni ta’ klassifikazzjoni tal-Unjoni, li identifika l-elementi ewlenin li jenħtieġ li jiddefinixxu l-ambitu tar-rapportar dwar il-prestazzjoni tal-enerġija u s-sostenibbiltà taċ-ċentri tad-data. |
|
(14) |
Il-Kummissjoni kkonsultat lill-partijiet ikkonċernati rilevanti u lir-rappreżentanti tal-Istati Membri u ġabret evidenza, rimarki u prattiki tajbin dwar l-ambitu, l-elementi, l-informazzjoni u l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni li jenħtieġ li jiġu inklużi fl-iskema komuni ta’ klassifikazzjoni tal-Unjoni. |
|
(15) |
Il-Kummissjoni kkonsultat lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 34 tad-Direttiva (UE) 2023/1791, u ġabret osservazzjonijiet dwar l-ambitu, l-elementi, l-informazzjoni u l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni li jenħtieġ li jiġu inklużi fl-iskema komuni ta’ klassifikazzjoni tal-Unjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-informazzjoni u l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni li għandhom jiġu kkomunikati lill-bażi tad-data Ewropea mill-operaturi taċ-ċentri tad-data b’domanda għall-enerġija tat-teknoloġija tal-informazzjoni installata ta’ mill-anqas 500 kW u li huma meħtieġa għall-istabbiliment ta’ skema komuni tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni tas-sostenibbiltà taċ-ċentri tad-data fl-Unjoni, kif ukoll metodoloġija komuni ta’ kejl u kalkolu. Dan jiddefinixxi wkoll l-ewwel indikaturi tas-sostenibbiltà taċ-ċentri tad-data li se jiġu kkalkolati abbażi tal-informazzjoni u tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni kkomunikati lill-bażi tad-data Ewropea dwar iċ-ċentri tad-data.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“ċentru tad-data tal-intrapriżi” tfisser ċentru tad-data li jitħaddem minn intrapriża, u li l-uniku għan tiegħu huwa li jipprovdi u jimmaniġġa l-ħtiġijiet tat-teknoloġija tal-informazzjoni tal-intrapriża; |
|
(2) |
“ċentru tad-data tal-kollokazzjoni” tfisser ċentru tad-data li fih klijent wieħed jew aktar jinstallaw u jimmaniġġaw in-network jew in-networks, is-servers u t-tagħmir u s-servizzi tal-ħżin tagħhom stess; |
|
(3) |
“ċentru tad-data tal-hosting konġunt” tfisser ċentru tad-data li fih klijent wieħed jew aktar jiġu pprovduti b’aċċess għan-network jew għan-networks, għas-servers u għat-tagħmir ta’ ħżin li fuqhom iħaddmu s-servizzi u l-applikazzjonijiet tagħhom stess u fejn kemm it-tagħmir tat-teknoloġija tal-informazzjoni kif ukoll l-infrastruttura ta’ appoġġ tal-bini jiġu pprovduti bħala servizz mill-operatur taċ-ċentru tad-data; |
|
(4) |
“operatur ta’ ċentru tad-data tal-intrapriżi” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li timmaniġġa ċ-ċentru tad-data tal-intrapriżi kollu, inklużi l-bini u l-użu tas-servizzi tat-teknoloġija tal-informazzjoni mogħtija; |
|
(5) |
“operatur taċ-ċentru tad-data tal-kollokazzjoni” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li timmaniġġa u tbigħ l-ispazju, is-sigurtà, l-aċċess għan-network, l-enerġija u l-kapaċità tat-tkessiħ fiċ-ċentru tad-data tal-kollokazzjoni kollu lil klijent wieħed jew aktar li jinstallaw u jimmaniġġaw in-network jew in-networks, is-servers u t-tagħmir u s-servizzi tal-ħżin tagħhom stess; |
|
(6) |
“operatur taċ-ċentru tad-data tal-hosting konġunt” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li timmaniġġa l-ispazju, is-sigurtà, l-aċċess għan-network, l-enerġija, it-tkessiħ, in-network jew networks, is-servers u t-tagħmir tal-ħżin taċ-ċentru tad-data tal-hosting konġunt, u parti mis-software meħtieġ biex jiġu pprovduti servizzi tat-teknoloġija tal-informazzjoni lil klijent wieħed jew aktar, inkluża l-esternalizzazzjoni tat-teknoloġija tal-informazzjoni; |
|
(7) |
“operatur taċ-ċentru tad-data” tfisser operatur taċ-ċentru tad-data tal-intrapriżi, operatur taċ-ċentru tad-data tal-kollokazzjoni jew operatur taċ-ċentru tad-data tal-hosting konġunt; |
|
(8) |
“klijent tal-kollokazzjoni” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li għandha u timmaniġġa network, server u tagħmir tal-ħżin wieħed jew aktar li jinsabu f’ċentru tad-data tal-kollokazzjoni li fih jixtru spazju, enerġija u kapaċità ta’ tkessiħ ġestiti; |
|
(9) |
“klijent tal-hosting konġunt” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tikseb aċċess għal network jew networks, servers u tagħmir tal-ħżin f’ċentru tad-data tal-hosting konġunt li fuqu joperaw is-servizzi u l-applikazzjonijiet tagħhom stess; |
|
(10) |
“esternalizzazzjoni tat-teknoloġija tal-informazzjoni” hija l-użu ta’ fornituri tas-servizzi esterni biex jipprovdu proċessi tan-negozju ffaċilitati mit-teknoloġija tal-informazzjoni, servizzi ta’ applikazzjoni u soluzzjonijiet infrastrutturali għar-riżultati tan-negozju; |
|
(11) |
“erja totali tal-art taċ-ċentru tad-data” tfisser l-erja totali tal-art tas-sulari kollha tal-istruttura jew tal-grupp ta’ strutturi li jikkostitwixxu ċ-ċentru tad-data; |
|
(12) |
“erja tal-art tal-kamra tal-kompjuters fiċ-ċentru tad-data” tfisser l-erja totali tal-art fiċ-ċentru tad-data li takkomoda t-tagħmir tal-ipproċessar tad-data, tal-ħżin tad-data u tat-telekomunikazzjoni li jipprovdu s-servizzi tat-teknoloġija tal-informazzjoni taċ-ċentru tad-data; |
|
(13) |
“ridondanza taċ-ċentru tad-data” tfisser id-duplikazzjoni ta’ ċerti settijiet ta’ komponenti jew funzjonijiet ta’ ċentru tad-data b’mod li jekk sett wieħed ikollu l-ħsara jew ikun jeħtieġ li ssirlu manutenzjoni, is-sett jew is-settijiet l-oħrajn jistgħu jintużaw minfloku; |
|
(14) |
“domanda għall-enerġija tat-teknoloġija tal-informazzjoni installata” tfisser it-total tad-domanda għall-enerġija nominali, f’kW, tan-network jew tan-networks, tas-servers u tat-tagħmir tal-ħżin installati fl-erja tal-art tal-kamra tal-kompjuters taċ-ċentru tad-data; |
|
(15) |
“tagħbija tat-teknoloġija tal-informazzjoni kklassifikata” tfisser it-tagħbija massima tan-network jew tan-networks, tas-servers u tat-tagħmir tal-ħżin, installati fl-erja tal-art tal-kamra tal-kompjuters taċ-ċentru tad-data, li l-infrastruttura taċ-ċentru tad-data għad-distribuzzjoni tal-enerġija u għall-kontroll ambjentali hija kapaċi timmaniġġa filwaqt li tipprovdi d-disponibbiltà tas-servizz meħtieġa. |
Artikolu 3
Mekkaniżmu ta’ rapportar għas-sostenibbiltà taċ-ċentri tad-data
1. Sal-15 ta’ Settembru 2024, imbagħad sal-15 ta’ Mejju 2025, u kull sena wara dan, l-operaturi taċ-ċentri tad-data ta’ rapportar għandhom jikkomunikaw lill-bażi tad-data Ewropea l-informazzjoni u l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni stabbiliti fl-Anness I u fl-Anness II dwar iċ-ċentru tad-data li jħaddmu. Il-komunikazzjoni lill-bażi tad-data Ewropea ta’ din l-informazzjoni u l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni għandha ssir permezz ta’ skema nazzjonali ta’ rapportar jekk l-Istat Membru fejn jinsab iċ-ċentru tad-data ta’ rapportar ikun stabbilixxa skema bħal din. Inkella, l-operaturi taċ-ċentri tad-data għandhom jikkomunikaw din l-informazzjoni u l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni direttament lill-bażi tad-data Ewropea.
L-informazzjoni u l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni għandhom ikopru s-sena kalendarja immedjatament qabel is-sena ta’ rapportar. Meta ċentru tad-data ta’ rapportar ikun ilu jitħaddem għal anqas minn sena, l-operatur taċ-ċentru tad-data għandu jirrapporta biss għall-perjodu li fih ikun tħaddem iċ-ċentru tad-data, filwaqt li jindika wkoll dak il-perjodu.
2. Għall-ewwel perjodu ta’ rapportar, jekk operatur ta’ ċentru tad-data ma jkunx jista’ jimmonitorja u jiġbor wieħed jew aktar mill-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni stabbiliti fl-Anness II, il-punti 1(d), 1(e), 1(h)-(l), u 1(o)-(r), għal raġunijiet tekniċi, l-operatur taċ-ċentru tad-data jista’ jħalli barra din l-informazzjoni u jispjega r-raġunijiet għal din l-ommissjoni.
3. Għall-ewwel żewġ perjodi ta’ rapportar, jekk operatur ta’ ċentru tad-data tal-kollokazzjoni ma jkunx jista’ jimmonitorja u jiġbor id-data meħtieġa biex jikkalkula b’mod suffiċjenti l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni msemmija fil-punti 2(a) u 2(b) tal-Anness II, dan għandu jagħmel stima u jindika l-perċentwal tal-erja tal-art tal-kamra tal-kompjuters taċ-ċentru tad-data li tkopri l-informazzjoni kkomunikata lill-bażi tad-data Ewropea.
L-operaturi taċ-ċentri tad-data tal-kollokazzjoni jistgħu jiġbru l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni stabbiliti fl-Anness II, mill-klijenti tal-kollokazzjoni tagħhom, jekk ikun meħtieġ, billi jistabbilixxu mekkaniżmu ta’ rapportar intern anonimu.
4. Jekk ċentru tad-data ta’ rapportar jinkludi kemm klijenti ta’ hosting konġunt kif ukoll dawk ta’ kollokazzjoni, japplikaw il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu kif xieraq.
Artikolu 4
Indikaturi tas-sostenibbiltà taċ-ċentri tad-data
L-indikaturi tas-sostenibbiltà taċ-ċentru tad-data u l-metodoloġija biex dawn jiġu kkalkolati huma stabbiliti fl-Anness III.
Artikolu 5
Bażi tad-data Ewropea dwar iċ-ċentri tad-data
1. Il-bażi tad-data Ewropea għandha tapplika interfaċċa komuni għall-utent kif ukoll interfaċċa komuni għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet li tiżgura li ċ-ċentri tad-data ta’ rapportar kollha jkunu jistgħu jikkomunikaw, bl-istess mod, l-informazzjoni u l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni msemmija fl-Annessi I u II.
2. L-informazzjoni u l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni, ikkomunikati lill-bażi tad-data Ewropea, u l-indikaturi tas-sostenibbiltà taċ-ċentru tad-data, f’konformità mal-Anness III, għandhom isiru pubbliċi b’mod aggregat, fil-livell tal-Istati Membri u tal-Unjoni, f’konformità mal-Anness IV.
3. L-Istati Membri għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni u għall-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni kollha kkomunikati lill-bażi tad-data Ewropea miċ-ċentri tad-data fit-territorju tagħhom skont l-Artikolu 3.
4. Il-Kummissjoni għandu jkollha aċċess għall-informazzjoni u għall-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni kollha kkomunikati lill-bażi tad-data Ewropea skont l-Artikolu 3.
5. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri kkonċernati għandhom iżommu kunfidenzjali l-informazzjoni u l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni kollha għaċ-ċentri tad-data individwali li jiġu kkomunikati lill-bażi tad-data skont l-Artikolu 3. Din l-informazzjoni għandha titqies bħala informazzjoni kunfidenzjali li taffettwa l-interessi kummerċjali tal-operaturi u tas-sidien taċ-ċentri tad-data f’konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u l-Artikolu 4(2)(d) tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) dwar l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni ambjentali.
6. Id-data aggregata miġbura skont dan ir-Regolament tista’ terġa’ tintuża għall-istatistika Ewropea f’konformità mal-prinċipji ddefiniti fir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 231, 20.9.2023, p. 1, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/dir/2023/1791/oj?locale=mt.
(2) Il-Komunikazzjoni tad-9 ta’ Marzu 2021 intitolata “2030 Digital Compass: the European way for the Digital Decade” (COM(2021) 118 final).
(3) Id-Deċiżjoni (UE) 2022/2481 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 li tistabbilixxi l-Programm ta’ Politika tal-2030 dwar id-Deċennju Diġitali (ĠU L 323, 19.12.2022, p. 4, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/dec/2022/2481/oj?locale=mt).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/1049/oj).
(5) Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/4/oj).
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta' data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/223/oj).
ANNESS I
INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI KKOMUNIKATA LILL-BAŻI TAD-DATA EWROPEA DWAR IĊ-ĊENTRI TAD-DATA
L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi kkomunikata lill-bażi tad-data Ewropea dwar iċ-ċentri tad-data:
1. Informazzjoni dwar iċ-ċentru tad-data ta’ rapportar
|
(a) |
L-isem taċ-ċentru tad-data huwa l-isem użat biex jiġi identifikat u deskritt iċ-ċentru tad-data ta’ rapportar. |
|
(b) |
Is-sid u l-operatur taċ-ċentru tad-data inklużi l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tas-sid u tal-operatur taċ-ċentru tad-data ta’ rapportar. |
|
(c) |
Il-post taċ-ċentru tad-data huwa l-Kodiċi tal-Unità Amministrattiva Lokali (il-kodiċi LAU) tal-post taċ-ċentru tad-data ta’ rapportar (il-bini jew is-sit) espress f’konformità mal-aktar tabelli reċenti tal-LAU ppubblikati mill-Eurostat. |
|
(d) |
It-tip ta’ ċentru tad-data huwa t-tip ta’ ċentru tad-data ta’ rapportar li jaqbel mal-operat ewlieni taċ-ċentru tad-data ta’ rapportar, f’konformità mad-definizzjoni ta’ ċentru tad-data u mad-definizzjonijiet ta’ kull tip ta’ ċentru tad-data stabbiliti minn dan ir-Regolament. It-tip ta’ ċentru tad-data ta’ rapportar jista’ jieħu wieħed mill-valuri “ċentru tad-data tal-intrapriżi”, “ċentru tad-data tal-kollokazzjoni” jew “ċentru tad-data tal-hosting konġunt”, flimkien ma’ wieħed mill-valuri “struttura” jew “grupp ta’ strutturi”. Jekk ċentru tad-data tal-kollokazzjoni joffri wkoll servizzi ta’ hosting konġunt jew jekk ċentru tad-data tal-hosting konġunt joffri wkoll servizzi ta’ kollokazzjoni, dan għandu jiġi indikat. |
|
(e) |
Is-sena u x-xahar tad-dħul fis-seħħ huma s-sena u x-xahar kalendarji li matulhom iċ-ċentru tad-data ta’ rapportar beda jipprovdi servizzi tat-teknoloġija tal-informazzjoni. |
2. Informazzjoni dwar l-operat taċ-ċentru tad-data ta’ rapportar
L-operatur taċ-ċentru tad-data ta’ kull ċentru tad-data ta’ rapportar għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
il-livell ta’ ridondanza tal-infrastruttura elettrika f’livell ta’ vultaġġ għoli/f’livell ta’ vultaġġ baxx (line-up)/f’livell ta’ rack; |
|
(b) |
il-livell ta’ ridondanza fl-infrastruttura tat-tkessiħ fil-livell ta’ kamra/f’livell ta’ rack. |
Għal-livelli ta’ ridondanza, jekk “N” tirrappreżenta l-għadd tal-linja bażi ta’ komponenti jew funzjonijiet biex jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet normali, ir-ridondanza għandha tiġi espressa meta mqabbla ma’ dik il-linja bażi “N”, pereżempju bħala “N+1,” “N+2,” “2N”, eċċ. Ir-ridondanza ta’ faċilità tista’ tapplika għal sit (sit backup), sistemi jew komponenti. Ir-ridondanza tat-teknoloġija tal-informazzjoni tista’ tapplika għall-hardware u għas-software.
ANNESS II
INDIKATURI TAL-PRESTAZZJONI EWLENIN LI GĦANDHOM JIĠU MMONITORJATI, MIĠBURA U KKOMUNIKATI LILL-BAŻI TAD-DATA EWROPEA DWAR IĊ-ĊENTRI TAD-DATA U L-METODOLOĠIJI TAL-KEJL
Għall-monitoraġġ kollu, l-operaturi taċ-ċentri tad-data għandhom iżommu rekord tal-punti tal-kejl u tal-apparati tal-kejl użati, għal perjodu ta’ mill-anqas 10 snin.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin li ġejjin għandhom jiġu mmonitorjati, miġbura u kkomunikati lill-bażi tad-data Ewropea dwar iċ-ċentri tad-data:
1. indikaturi tal-enerġija u tas-sostenibbiltà
|
(a) |
Id-domanda għall-enerġija tat-teknoloġija tal-informazzjoni installata (“PDIT”, f’kW), kif definita fl-Artikolu 2. Meta d-domanda għall-enerġija tat-teknoloġija tal-informazzjoni installata tkun inbidlet matul il-perjodu ta’ rapportar, għandha tintuża medja ponderata. Meta d-domanda għall-enerġija tat-teknoloġija tal-informazzjoni installata ma tkunx tista’ tiġi ddeterminata, tista’ tintuża d-domanda għall-enerġija tat-teknoloġija tal-informazzjoni kklassifikata taċ-ċentru tad-data (f’kW), kif definita fl-Artikolu 2. Meta d-domanda għall-enerġija tat-teknoloġija tal-informazzjoni kklassifikata taċ-ċentru tad-data tkun inbidlet matul il-perjodu ta’ rapportar, għandha tintuża medja ponderata. Iċ-ċentru tad-data ta’ rapportar għandu jindika liema metrika juża għar-rapportar tiegħu; |
|
(b) |
Erja totali tal-art taċ-ċentru tad-data (“SDC”, f’metri kwadri). Jekk l-istruttura li jkollha fiha ċ-ċentru tad-data jkollha funzjoni primarja differenti (pereżempju, binja ta’ uffiċċji), il-valur ta’ SDC irid ikun limitat għat-total tal-erja tal-art okkupata mill-kamra jew mill-kmamar tal-kompjuters taċ-ċentru tad-data u mill-erja tal-art okkupata mit-tagħmir meħtieġ għat-tħaddim xieraq taċ-ċentru tad-data. Jekk dan it-tagħmir iservi wkoll il-funzjonijiet l-oħrajn tal-istruttura (pereżempju, sistema komuni ta’ tkessiħ għall-istruttura kollha), għandu jintuża perċentwal tal-erja tal-art okkupata minn dan it-tagħmir li jirrifletti d-domanda għall-enerġija kklassifikata tal-kamra jew tal-kmamar tal-kompjuters taċ-ċentru tad-data għall-kalkolu tas-subparagrafu preċedenti. Jekk iċ-ċentru tad-data jokkupa struttura waħda, il-valur ta’ SDC għandu jkun l-erja tal-art ta’ din l-istruttura. Jekk iċ-ċentru tad-data jokkupa grupp ta’ strutturi, il-valur ta’ SDC għandu jkun it-total tal-erja tal-art tal-istrutturi kollha; |
|
(c) |
Erja tal-art tal-kamra tal-kompjuters taċ-ċentru tad-data (“SCR”, f’metri kwadri). Jekk iċ-ċentru tad-data jokkupa grupp ta’ strutturi, il-valur ta’ SCR għandu jkun it-total tal-erja tal-art tal-kamra tal-kompjuters tal-istrutturi kollha; |
|
(d) |
Il-konsum totali tal-enerġija (“EDC”, f’kWh) taċ-ċentru tad-data ta’ rapportar għandu jitkejjel kif definit mill-istandard CEN/CENELEC EN 50600-4-2 jew ekwivalenti, u bl-użu tal-metodoloġija li hemm fih. Il-konsum totali tal-enerġija jinkludi l-użu tal-elettriku, tal-fjuwils u ta’ sorsi oħrajn tal-enerġija użati għat-tkessiħ. L-ammont ta’ EDC li ġej minn ġeneraturi ta’ riżerva (EDC-BG, f’kWh) għandu jitkejjel separatament. Il-konsum totali tal-enerġija għandu jitkejjel bl-input tas-sistema taċ-ċentru tad-data qabel il-kommutatur tat-trasferiment tal-provvista. Il-punti tal-kejl għandhom jiġu stabbiliti fil-provvista primarja u sekondarja tal-enerġija u f’kull provvista addizzjonali, pereżempju, fil-ġenerazzjoni ta’ riżerva. Fil-każ ta’ koġenerazzjoni jew ta’ chiller tal-assorbiment, jekk ikun intern għas-sistema, il-punt tal-kejl għandu jkun fl-input tal-koġenerazzjoni jew taċ-chiller tal-assorbiment, bil-kejl tal-fjuwil ikkonsmat. Jekk ikun estern, fil-każ ta’ koġenerazzjoni, il-punti tal-kejl għandhom ikunu fl-outputs tal-elettriku u tas-sħana, u fil-każ taċ-chiller tal-assorbiment, il-punt tal-kejl għandu jkun fl-output tat-tkessiħ; |
|
(e) |
Il-konsum totali tal-enerġija tat-tagħmir tat-teknoloġija tal-informazzjoni (“EIT”, f’kWh) għandu jitkejjel f’konformità mal-metodoloġija tal-kategorija 1 għall-kalkolu tal-PUE stabbilita fl-istandard CEN/CENELEC EN 50600-4-2 jew ekwivalenti. Iċ-ċentri tad-data għandhom ikejlu l-konsum tal-enerġija annwali kkombinat f’kull sistema tal-elettriku mingħajr interruzzjoni (UPS) konnessa ma’ tagħmir tat-teknoloġija tal-informazzjoni taċ-ċentru tad-data. Għaċ-ċentri tad-data li ma għandhomx UPS, pereżempju, iċ-ċentri tad-data tal-kurrent dirett, l-EIT tista’ titkejjel fl-unità tad-distribuzzjoni tal-elettriku (PDU) konnessa ma’ tagħmir tat-teknoloġija tal-informazzjoni taċ-ċentru tad-data, jew f’konformità mal-metodoloġija tal-kategorija 2 għall-kalkolu tal-PUE stabbilita fl-istandard CEN/CENELEC EN 50600-4-2, jew f’punt ta’ kejl li ċ-ċentri tad-data se jispeċifikaw. L-Illustrazzjoni 1 turi skema ġenerali ta’ punti ta’ monitoraġġ u kejl f’ċentru tad-data, fejn jiġu indikati l-postijiet tal-kejl għall-konsum totali tal-enerġija u għall-konsum totali tat-tagħmir tat-teknoloġija tal-informazzjoni;
Illustrazzjoni 1 Il-kejl tal-konsum tal-enerġija |
|
(f) |
Il-funzjonijiet tal-grilja elettrika huma l-informazzjoni dwar jekk kwalunkwe funzjoni li tappoġġa l-istabbiltà, l-affidabbiltà u r-reżiljenza tal-grilja elettrika hijiex ipprovduta miċ-ċentru tad-data, bħall-ispostament tad-domanda massima jew ir-rispons tal-frekwenza kostanti (FFR); |
|
(g) |
Il-kapaċità medja tal-batterija (“CBtG”, f’kW) hija l-kapaċità medja tal-batteriji taċ-ċentru tad-data li ġew offruti lill-grilja permezz ta’ suq jew kuntratti rilevanti għall-funzjonijiet tal-grilja elettrika; |
|
(h) |
L-input totali tal-ilma (“WIN”, f’metri kubiċi) għandu jitkejjel kif definit minn, u bl-użu tal-metodoloġija stabbilita fil-Kategorija 2 tad-WUE tal-istandard CEN/CENELEC EN 50600-4-9, jew jekk mhux possibbli, il-metodoloġija stabbilita fil-Kategorija 1, jew standard ekwivalenti. Iċ-ċentri tad-data għandhom ikejlu l-volumi kollha tal-ilma li jidħlu fil-konfini taċ-ċentru tad-data u li jintużaw fir-rigward tal-funzjonijiet taċ-ċentru tad-data inklużi t-teknoloġija ambjentali, tal-enerġija, tas-sigurtà u tal-informazzjoni. Iċ-ċentru tad-data ta’ rapportar għandu jindika liema Kategorija tad-WUE juża għar-rapportar tiegħu. L-Illustrazzjoni 2 turi skema ġenerali ta’ punti ta’ monitoraġġ u ta’ kejl f’ċentru tad-data, inklużi postijiet ta’ kejl għall-ERES-OS, WIN, u EREUSE;
Illustrazzjoni 2 Il-kejl tal-input tal-ilma u tas-sħana mormija użata mill-ġdid |
|
(i) |
L-input totali tal-ilma tajjeb għax-xorb (“WIN-POT”, f’metri kubiċi) għandu jitkejjel kif definit mill-Kategorija 1 tad-WUE tal-istandard CEN/CENELEC EN 50600-4-9 jew ekwivalenti, u bl-użu tal-metodoloġija stabbilita fiha. Iċ-ċentri tad-data għandhom ikejlu s-sorsi kollha tal-ilma tajjeb għax-xorb li jidħlu fil-konfini taċ-ċentru tad-data u li jintużaw għall-funzjonijiet taċ-ċentru tad-data inklużi t-teknoloġija ambjentali, tal-enerġija, tas-sigurtà u tal-informazzjoni; Jekk l-istruttura li jkollha fiha ċ-ċentru tad-data jkollha funzjoni primarja differenti, il-valuri ta’ WIN u WIN-POT iridu jkunu limitati għall-ilma użat (jew stmati kif użat) mit-tagħmir fil-kamra jew fil-kmamar tal-kompjuters taċ-ċentru tad-data u t-tagħmir meħtieġ għat-tħaddim taċ-ċentru tad-data. |
|
(j) |
Is-sħana mormija użata mill-ġdid (“EREUSE”, f’kWh) għandha titkejjel kif definit mill-istandard CEN/CENELEC EN 50600-4-6 jew ekwivalenti, u billi tintuża l-metodoloġija stabbilita fih. Iċ-ċentri tad-data għandhom ikejlu s-sħana li tintuża jew li terġa’ tintuża barra mill-konfini taċ-ċentru tad-data, u li tissostitwixxi l-enerġija parzjalment jew totalment meħtieġa barra mill-konfini taċ-ċentru tad-data. Id-definizzjoni tal-konfini taċ-ċentru tad-data hija aspett ewlieni biex jitkejjel b’suċċess dan l-indikatur, peress li tingħadd biss l-enerġija li qed tintuża mill-ġdid barra l-konfini taċ-ċentru tad-data. L-Illustrazzjoni 2 tipprovdi skema biex jiġu stabbiliti l-konfini taċ-ċentru tad-data, li huma deskritti mill-perimetru, mill-ispazji u mit-tagħmir li jinsab fihom. L-enerġija użata mill-ġdid għandha titkejjel fil-konfini taċ-ċentru tad-data fil-punt fejn l-enerġija pprovduta tingħadda għall-użu mill-parti l-oħra. Jekk parti mis-sħana mormija tintuża mill-ġdid għat-tkessiħ taċ-ċentru tad-data, dik il-parti trid titnaqqas mis-sħana mormija użata mill-ġdid, jiġifieri, jitnaqqas is-sehem tar-rata tal-fluss tal-fluwidu tat-tkessiħ użat fiċ-ċentru tad-data; |
|
(k) |
It-temperatura medja tas-sħana mormija (“TWH”, fi gradi Celsius) għandha titkejjel bħala t-temperatura tal-fluwidu użat biex jitkessaħ it-tagħmir tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni fil-kamra tal-kompjuters taċ-ċentru tad-data, b’medja ta’ fuq sena, u f’kull punt ta’ kejl. It-temperatura tas-sħana mormija titkejjel fil-punt fejn il-fluwidu msaħħan jidħol fl-iskambjatur(i) tas-sħana fil-konfini tal-kamra tal-kompjuters taċ-ċentru tad-data (Illustrazzjoni 3). Għaċ-ċentri tad-data bl-irkupru tas-sħana, jiġifieri fl-iskambjatur għall-irkupru tas-sħana. Jekk ma jkun hemm l-ebda rkupru tas-sħana, il-kejl jittieħed f’kull skambjatur tas-sħana fil-konfini tal-kamra tal-kompjuters taċ-ċentru tad-data li ġġorr is-sħana mit-tagħmir tat-teknoloġija tal-informazzjoni;
Illustrazzjoni 3 Il-kejl tat-temperatura tas-sħana mormija |
|
(l) |
Il-valur progammat medju tat-temperatura tal-arja li tidħol tat-tagħmir tat-teknoloġija tal-informazzjoni (“TIN”, fi gradi Celsius) għandha titkejjel bħala l-valur programmat medju tat-temperatur fil-kmamar tal-kompjuters kollha taċ-ċentru tad-data, stabbilita bħala valur programmat ta’ kmand għas-sistema ta’ tkessiħ użata għat-tagħmir tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni fil-kmamar tal-kompjuters taċ-ċentru tad-data fuq medja ta’ sena. |
|
(m) |
Tipi ta’ refriġeranti użati fit-tagħmir tat-tkessiħ u tal-arja kundizzjonata tal-erja tal-art tal-kamra tal-kompjuters taċ-ċentru tad-data, fejn kull tip ta’ refriġerant huwa l-isem komuni jew id-deżinjazzjoni industrijali tar-refriġerant f’konformità mal-Annessi tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1); |
|
(n) |
Il-jiem ta’ gradi ta’ tkessiħ (“CDD”, f’jiem ta’ gradi) għandhom jiġu ddeterminati bħala l-għadd ta’ jiem ta’ gradi ta’ tkessiħ għall-post taċ-ċentru tad-data ta’ rapportar matul l-aħħar sena kalendarja, billi tintuża l-metodoloġija użata mill-Eurostat u miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (2) jew ekwivalenti (3), u b’temperatura bażi ta’ 21 grad Celsius. Għandhom jintużaw sorsi ta’ aċċess miftuħ biex jiġu ddeterminati l-jiem ta’ gradi ta’ tkessiħ; |
|
(o) |
Il-konsum totali tal-enerġija rinnovabbli (“ERES-TOT”, f’kWh) għandu jiġi ddeterminat kif definit mill-istandard CEN/CENELEC EN 50600-4-3 jew ekwivalenti, u bl-użu tal-metodoloġija stabbilita fih. ERES-TOT hija t-total ta’ ERES-GOO, ERES-PPA u ERES-OS, kif definit hawn taħt; |
|
(p) |
Il-konsum totali tal-enerġija rinnovabbli minn Garanziji tal-Oriġini (“ERES-GOO”, f’kWh) għandu jiġi ddeterminat bħala t-total tal-Garanziji tal-Oriġini mixtrija u rtirati miċ-ċentru tad-data ta’ rapportar. Iċ-ċentru tad-data għandu jkejjel l-ERES-PPA li jidħol fil-konfini taċ-ċentru tad-data, u li ma jistax jingħadd għal aktar minn ċentru tad-data wieħed jew jinħoloq minn ftehimiet ta’ xiri tal-enerġija jew minn sorsi rinnovabbli fuq il-post; |
|
(q) |
Il-konsum totali tal-enerġija rinnovabbli minn Ftehimiet dwar ix-Xiri tal-Enerġija (“ERES-PPA”, f’kWh) għandu jiġi ddeterminat bħala l-ammont ta’ enerġija minn Ftehimiet dwar ix-Xiri tal-Enerġija magħmula miċ-ċentru tad-data ta’ rapportar. Iċ-ċentru tad-data għandu jkejjel l-ERES-PPA li jidħol fil-konfini taċ-ċentru tad-data, u li ma jistax jingħadd għal aktar minn ċentru tad-data wieħed. Kwalunkwe Garanzija tal-Oriġini maħluqa bħala riżultat ta’ dawn il-Ftehimiet dwar ix-Xiri tal-Enerġija trid tkun proprjetà taċ-ċentru tad-data ta’ rapportar u rtirata minnu sabiex tkun inkluża fl-ERES-PPA. Inkella, l-ammont ta’ enerġija kkonċernat għandu jitnaqqas mill-ERES-PPA mkejjel; |
|
(r) |
Il-konsum totali tal-enerġija rinnovabbli minn sorsi rinnovabbli fuq il-post (“ERES-OS”, f’kWh) għandu jitkejjel bħala l-enerġija ġġenerata minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli fuq il-post fil-konfini taċ-ċentru tad-data. Ara l-Illustrazzjoni 2. Kwalunkwe Garanzija tal-Oriġini maħluqa b’riżultat ta’ dawn is-sorsi tal-enerġija rinnovabbli fuq il-post trid tkun proprjetà taċ-ċentru tad-data ta’ rapportar u rtirata minnu b’mod li tkun inkluża fl-ERES-OS. Inkella, l-ammont ta’ enerġija inkwistjoni għandu jitnaqqas mill-ERES-OS imkejjel. |
2. Indikaturi tal-kapaċità tal-ICT
Il-kapaċità tal-ICT titkejjel għas-servers u għall-prodotti għall-ħażna tad-data peress li s-servers u l-prodotti għall-ħażna tad-data huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/424 (4). L-indikaturi tal-kapaċità tal-ICT għandhom jiġu rrapportati għat-tagħmir rispettiv fis-seħħ mill-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ rapportar.
|
(a) |
Il-kapaċità tal-ICT għas-servers (“CSERV”) għandha tkun it-total tal-prestazzjoni attiva tal-istat ta’ SERT jew ekwivalenti għas-servers kollha. Il-kapaċità tal-ICT tas-server hija l-klassifikazzjoni tal-prestazzjoni tal-istat attiv kif iddikjarata fl-informazzjoni tal-manifattur f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/424. Il-valur tal-prestazzjoni tal-istat attiv għas-server ikkonfigurat jew għall-grupp ta’ servers f’kamra tal-kompjuters taċ-ċentru tad-data għandu jew jiġi interpolat mill-valur tal-prestazzjoni tal-istat attiv iddikjarat għal konfigurazzjoni ddikjarata skont ir-Regolament (UE) 2019/424, jew jiġi pprovdut minn manifattur tas-server, jew jiġi pprovdut minn tabella ta’ valuri għan-numri tal-partijiet tas-CPU maħluqa minn sett ta’ data kbir tal-SERT, jew jiġi stmat minn sett ta’ data kbir ta’ valuri mkejla fejn jeżisti metodu ta’ kalkolu rikonoxxut.. Fejn ma jkun hemm l-ebda metodoloġija ta’ kalkolu rikonoxxuta, għandha tintuża l-prestazzjoni tal-konfigurazzjoni ddikjarata li taqbel l-aktar mas-server ikkonfigurat. Meta server jiġi aġġornat, il-kapaċità l-ġdida tiegħu għandha tiġi kkalkolata mill-ġdid jekk teżisti metodoloġija rikonoxxuta għall-istima tal-prestazzjoni attiva tal-istat tal-SERT. Il-kapaċità tal-ICT għas-servers għandha tiġi rrapportata, bħala minimu, għas-servers il-ġodda kollha installati fiċ-ċentru tad-data ta’ rapportar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament Delegat. L-operaturi taċ-ċentru tad-data għandhom jistmaw u jindikaw il-perċentwal tal-erja tal-art tal-kamra tal-kompjuters taċ-ċentru tad-data li jkopri l-indikatur irrapportat. L-operaturi taċ-ċentri tad-data tal-kollokazzjoni jistgħu jikkalkolaw is-CSERV billi jestrapolaw il-valur li jikkorrispondi għal mill-anqas 90 % tad-domanda għall-enerġija tat-teknoloġija tal-informazzjoni installata tas-servers il-ġodda kollha installati fiċ-ċentru tad-data ta’ rapportar, kif imsemmi fis-subparagrafu preċedenti. |
|
(b) |
Il-kapaċità tal-ICT għat-tagħmir ta’ ħżin (“CSTOR”, f’petabytes) għandha tkun il-kapaċità ta’ ħżin, jiġifieri t-total tal-kapaċità mhux ipproċessata (indirizzabbli) tal-apparati kollha ta’ ħżin SSD u HDD installati fit-tagħmir kollu ta’ ħżin kif iddikjarat mill-manifattur tal-apparat ta’ ħżin. Il-kapaċità tal-ICT għat-tagħmir ta’ ħżin għandha tiġi rrapportata, bħala minimu, għall-apparati l-ġodda kollha installati fiċ-ċentru tad-data ta’ rapportar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament Delegat. L-operaturi taċ-ċentru tad-data għandhom jistmaw u jindikaw il-perċentwal tal-erja tal-art tal-kamra tal-kompjuters taċ-ċentru tad-data li jkopri l-indikatur irrapportat. L-operaturi taċ-ċentri tad-data tal-kollokazzjoni jistgħu jikkalkolaw is-CSTOR billi jestrapolaw il-valur li jikkorrispondi għal mill-anqas 90 % tad-domanda għall-enerġija tat-teknoloġija tal-informazzjoni installata tat-tagħmir ta’ ħżin ġdid kollu installat fiċ-ċentru tad-data ta’ rapportar, kif imsemmi fis-subparagrafu preċedenti. |
3. Indikaturi tat-traffiku tad-data
L-operaturi taċ-ċentri tad-data jistgħu jibbażaw il-monitoraġġ u l-kejl ta’ dawn l-indikaturi fuq kwalunkwe sors affidabbli b’mod adegwat jew kombinazzjoni ta’ sorsi ta’ data disponibbli, inkluża data mkejla direttament mill-operatur, data rrapportata minn klijenti taċ-ċentri tad-data jew data pprovduta mill-operaturi tat-telekomunikazzjoni u mill-fornituri tas-servizzi.
|
(a) |
Il-wisa’ tal-banda tat-traffiku dieħel (“BIN”, f’gigabytes kull sekonda) għandha titkejjel bħala l-wisa’ tal-banda provvista totali għat-traffiku dieħel fil-kamra tal-kompjuters taċ-ċentru tad-data, aggregata għall-kapaċità kollha ta’ konnettività, u fuq medja tas-sena; |
|
(b) |
Il-wisa’ tal-banda tat-traffiku ħiereġ (“BOUT”, f’gigabytes kull sekonda) għandha titkejjel bħala l-wisa’ tal-banda provvista totali għat-traffiku ħiereġ mill-kamra tal-kompjuters taċ-ċentru tad-data, aggregata għall-kapaċità kollha ta’ konnettività, u fuq medja tas-sena; |
|
(c) |
It-traffiku tad-data dieħla (“TIN”, f’exabytes) għandu jitkejjel bħala d-data totali li tidħol fil-kamra tal-kompjuters taċ-ċentru tad-data, aggregata matul is-sena ta’ rapportar, irrispettivament mill-għadd ta’ konnessjonijiet taċ-ċentru tad-data; |
|
(d) |
It-traffiku tad-data ħierġa (“TOUT”, f’exabytes) għandu jitkejjel bħala d-data totali li toħroġ mill-kamra tal-kompjuters taċ-ċentru tad-data, aggregata matul is-sena ta’ rapportar, irrispettivament mill-għadd tal-konnessjonijiet taċ-ċentru tad-data. |
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 195, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/517/oj)
(2) https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php?title=Heating_and_cooling_degree_days_-_statistics.
(3) Pereżempju, il-Maħżen tad-Data dwar il-Klima ta’ Copernicus: https://cds.climate.copernicus.eu/cdsapp#!/software/app-heating-cooling-degree-days?tab=app.
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/424 tal-15 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għal servers u prodotti għall-ħażna tad-data skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 617/2013 (ĠU L 74, 18.3.2019, p. 46, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/424/oj).
ANNESS III
INDIKATURI TAS-SOSTENIBBILTÀ U METODOLOĠIJI TA’ KALKOLU TAĊ-ĊENTRI TAD-DATA
L-indikaturi tas-sostenibbiltà taċ-ċentri tad-data li ġejjin għandhom jiġu kkalkolati abbażi tal-informazzjoni u tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni kkomunikati lill-bażi tad-data Ewropea dwar iċ-ċentri tad-data f’konformità mal-Annessi I u II:
|
(a) |
L-Effettività tal-Użu tal-Enerġija (PUE) EDC u EIT, kif definiti t-tnejn fl-Anness II, għandhom jintużaw biex jiġi kkalkolat il-PUE ta’ ċentru tad-data: PUE = EDC/EIT; |
|
(b) |
L-Effettività tal-Użu tal-Ilma (WUE) WIN, kif definita fl-Anness III u EIT, kif definita fl-Anness II iżda espressa f’MWh, għandha tintuża biex jiġi kkalkolat id-WUE ta’ ċentru tad-data: WUE = WIN/EIT; |
|
(c) |
Il-Fattur ta’ Użu mill-Ġdid tal-Enerġija (ERF) EREUSE u EDC, kif definiti t-tnejn fl-Anness II, għandhom jintużaw biex jiġi kkalkolat l-ERF ta’ ċentru tad-data: ERF = EREUSE/EDC; |
|
(d) |
Il-Fattur tal-Enerġija Rinnovabbli (REF) ERES-TOT u EDC, kif definiti t-tnejn fl-Anness II, għandhom jintużaw biex tiġi kkalkolata l-REF ta’ ċentru tad-data: REF = ERES-TOT/EDC. |
ANNESS IV
INFORMAZZJONI DISPONIBBLI GĦALL-PUBBLIKU FIL-BAŻI TAD-DATA EWROPEA DWAR IĊ-ĊENTRI TAD-DATA
Skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva (UE) 2023/1791, il-bażi tad-data Ewropea għandha tkun disponibbli għall-pubbliku fuq livell aggregat.
Id-data għandha tkun disponibbli f’żewġ livelli ta’ aggregazzjoni, jiġifieri, fil-livell tal-Istati Membri u fil-livell tal-Unjoni.
Il-kategoriji tad-daqs taċ-ċentri tad-data għandhom ikunu bbażati fuq l-enerġija tat-teknoloġija tal-informazzjoni installata taċ-ċentru tad-data kif ġej:
|
(a) |
ċentru tad-data żgħir ħafna: 100 – 500 kW; |
|
(b) |
ċentru tad-data żgħir: 500 – 1 000 kW; |
|
(c) |
ċentru tad-data ta’ daqs medju: 1 – 2 MW; |
|
(d) |
ċentru tad-data kbir: 2 – 10 MW; |
|
(e) |
ċentru tad-data kbir ħafna: > 10 MW. |
L-informazzjoni li ġejja għandha tkun disponibbli għall-pubbliku:
|
(a) |
fil-livell tal-Istati Membri
Għall-punti (vi)–(ix), l-aggregazzjoni tal-indikaturi tas-sostenibbiltà għandha ssir b’aggregazzjoni metrika ponderata, bl-użu tal-konsum totali tal-enerġija bħala l-fattur ta’ ponderazzjoni. Għall-punti (vi)–(ix), il-preżentazzjoni tad-data aggregata għal kull tip ta’ ċentru tad-data u għal kull kategorija tad-daqs tkun possibbli biss jekk il-kategorija rispettiva jkun fiha data minn tal-anqas tliet ċentri tad-data: |
|
(b) |
fil-livell tal-Unjoni
Għall-punti (vi)–(ix), l-aggregazzjoni tal-indikaturi tas-sostenibbiltà għandha ssir b’aggregazzjoni metrika ponderata, bl-użu tal-konsum totali tal-enerġija bħala l-fattur ta’ ponderazzjoni. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/1364/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)