European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/493

29.1.2025

P10_TA(2024)0027

Linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2024 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (COM(2024)0599 – C10-0084/2024 – 2024/0599(NLE))

(Konsultazzjoni)

(C/2025/493)

Il-Parlament Ewropew,

—

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2024)0599),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 148(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li skontu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C10-0084/2024),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 84 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A10-0004/2024),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sostanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda 1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa -1 (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1)

Il-Parlament Ewropew jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni għal linji gwida aġġornati dwar l-impjiegi għall-Istati Membri, b’mod partikolari l-enfasi qawwija tagħha fuq l-edukazzjoni u t-taħriġ; it-teknoloġiji ġodda, l-intelliġenza artifiċjali u l-ġestjoni algoritmika; u inizjattivi ta’ politika reċenti bħax-xogħol fuq il-pjattaformi, l-akkomodazzjoni affordabbli u l-indirizzar tan-nuqqas ta’ ħaddiema u ta’ ħiliet. Il-Parlament Ewropew, bil-ħsieb li jsaħħaħ it-teħid ta’ deċiżjonijiet demokratiku, itenni t-talba tiegħu li jkun involut fl-istabbiliment tal-linji gwida integrati fil-livell tal-Unjoni fuq bażi ugwali mal-Kunsill, f’konformità mar-riżoluzzjonijiet leġiżlattivi tiegħu tat-8 ta’ Lulju 2015, tad-19 ta’ April 2018, tal-10 ta’ Lulju 2020 u tat-18 ta’ Ottubru 2022 dwar il-proposti rilevanti għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri.

Emenda 2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

L-Istati Membri u l-Unjoni jridu jaħdmu biex jiġu żviluppati strateġija kkoordinata għall-impjiegi u b’mod partikolari għall-promozzjoni ta’ forza tax-xogħol b’ħiliet, imħarrġa u adattabbli, kif ukoll swieq tax-xogħol li jkunu orjentati lejn il-ġejjieni u li jkunu jwieġbu għat-tibdil ekonomiku, bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi ta’ livell massimu ta’ impjiegi u progress soċjali, tkabbir ibbilanċjat, livell għoli ta’ protezzjoni u titjib fil-kwalità tal-ambjent stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). L-Istati Membri jridu jqisu l-promozzjoni tal-impjiegi bħala kwistjoni ta’ interess komuni u jridu jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom f’dak ir-rigward fil-Kunsill, filwaqt li jqisu l-prattiki nazzjonali marbutin mar-responsabbiltajiet ta’ min imexxi u tal-ħaddiema.

(1)

L-Istati Membri u l-Unjoni jridu jaħdmu biex jiġu żviluppati strateġija kkoordinata għall-impjiegi u b’mod partikolari għall-promozzjoni ta’ impjiegi ta’ kwalità u t-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, ta’ forza tax-xogħol b’ħiliet, imħarrġa u adattabbli, kif ukoll swieq tax-xogħol li jkunu inklużivi, reżiljenti, orjentati lejn il-ġejjieni u li jkunu jwieġbu għat-tibdil ekonomiku u demografiku , bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi ta’ livell massimu ta’ impjiegi u progress soċjali, tkabbir ibbilanċjat, livell għoli ta’ protezzjoni u titjib fil-kwalità tal-ambjent stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). L-Istati Membri jridu jqisu l-promozzjoni tal-impjiegi ta’ kwalità bħala kwistjoni ta’ interess komuni u jridu jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom f’dak ir-rigward fil-Kunsill, filwaqt li jqisu l-prattiki nazzjonali marbutin mar-responsabbiltajiet ta’ min imexxi u tal-ħaddiema.

Emenda 3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)

Sabiex ikun hemm aktar progress ekonomiku u soċjali u konverġenza ’l fuq, jiġu appoġġati t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, tissaħħaħ il-bażi industrijali tal-Unjoni u jinkisbu swieq tax-xogħol inklużivi, kompetittivi u reżiljenti fl-Unjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jindirizzaw in-nuqqas ta’ ħaddiema u ta’ ħiliet u jippromwovu l-edukazzjoni u t-taħriġ ta’ kwalità u inklużivi, b’enfasi partikolari fuq it-titjib tal-ħiliet bażiċi, speċjalment fost l-istudenti żvantaġġati, u fuq is-suġġetti STEM (xjenza, teknoloġija, inġinerija u matematika) fl-iskola u fl-edukazzjoni għolja , fuq l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali orjentati lejn il-futur, fuq it-titjib u t-tiġdid tal-ħiliet tul il-ħajja, kif ukoll fuq politiki attivi tas-suq tax-xogħol effettivi u fuq it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-opportunitajiet ta’ karriera. Dan huwa ta’ rilevanza partikolari għar-reġjuni inqas żviluppati, remoti u ultraperiferiċi tal-UE, fejn hemm l-akbar ħtiġijiet. In-nuqqasijiet jistgħu jkomplu jiġu indirizzati billi tittejjeb il-mobbiltà intra-UE ekwa għall-ħaddiema u għall-istudenti u billi jiġi attirat it-talent minn barra l-UE. Barra minn hekk, jenħtieġ li r-rabtiet bejn is-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ u s-suq tax-xogħol jissaħħu u l-ħiliet, l-għarfien u l-kompetenzi miksuba permezz tat-tagħlim mhux formali u dak informali jiġu rikonoxxuti.

(4)

Sabiex ikun hemm aktar progress ekonomiku u soċjali u konverġenza ’l fuq, jiġu appoġġati t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, tissaħħaħ il-bażi industrijali tal-Unjoni u jinkisbu swieq tax-xogħol inklużivi, kompetittivi u reżiljenti fl-Unjoni waqt li jiġu evitati kwalunkwe konsegwenzi soċjali negattivi, l-Istati Membri għandhom jippromwovu pagi tajbi u kundizzjonijiet tax-xogħol diċenti, irawmu d-demokrazija fuq il-post tax-xogħol, id-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv, jipproteġu d-drittijiet tal-ħaddiema, jindirizzaw in-nuqqas ta’ ħaddiema u ta’ ħiliet u jippromwovu l-edukazzjoni u t-taħriġ ta’ kwalità u inklużivi, b’enfasi partikolari fuq it-titjib tal-ħiliet bażiċi u trażversali , speċjalment fost l-istudenti żvantaġġati, u fuq is-suġġetti STEM (xjenza, teknoloġija, inġinerija u matematika) fl-iskola u fl-edukazzjoni għolja, fuq l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali orjentati lejn il-futur, fuq it-titjib u t-tiġdid tal-ħiliet tul il-ħajja, kif ukoll fuq politiki attivi tas-suq tax-xogħol effettivi u fuq it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-opportunitajiet ta’ karriera. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ intervenzjoni rapida sabiex jonqos it-tluq bikri mill-iskola, b’fokus partikolari fuq l-istudenti f’riskju. Tali miżuri jinkludu appoġġ psikoloġiku, mentoraġġ, gwida professjonali u attivitajiet extrakurrikurali biex jitrawmu l-interess u l-parteċipazzjoni tal-istudenti, u sabiex tiġi żgurata edukazzjoni ta’ kwalitá u inklużiva għal kulħadd. Dan huwa ta’ rilevanza partikolari għar-reġjuni inqas żviluppati, remoti u ultraperiferiċi tal-UE, fejn hemm l-akbar ħtiġijiet. In-nuqqasijiet jistgħu jkomplu jiġu indirizzati billi tittejjeb il-mobbiltà intra-UE, kif ukoll fost ir-reġjuni fi ħdan l-istess Stat Membru, għall-ħaddiema u għall-istudenti u billi jiġi attirat it-talent minn barra l-UE. F’dan il-kuntest, hija essenzjali attenzjoni speċjali għall-persuni li huma barra mill-edukazzjoni, impjieg u t-taħriġ (NEETs), b’mod partikolari ż-żgħażagħ li la huma involuti fl-edukazzjoni u lanqas f’impjieg jew taħriġ. L-Istati Membri għandhom jippromwovu politiki speċifiċi għall-integrazzjoni mill-ġdid tan-NEETs fis-sistema tal-edukazzjoni jew fis-suq tax-xogħol permezz ta’ taħriġ immirat, mentoraġġ, gwida u programmi ta’ kollokament f’impjieg . Barra minn hekk, ir-rabtiet bejn is-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ u s-suq tax-xogħol għandhom jissaħħu aktar, sabiex titrawwem l-akkwiżizzjoni tal-għarfien u l-ħiliet personali trażversali, u biex tiġi inkoraġġuta wkoll l-internalizzazzjoni tal-offerta edukattiva, inkluża dik tal-universitajiet u l-ħiliet, l-għarfien u l-kompetenzi miksuba permezz tat-tagħlim mhux formali u dak informali jiġu rikonoxxuti.

Emenda 4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)

Il-Linji Gwida huma konsistenti mal-qafas il-ġdid tal-UE dwar il-governanza ekonomika, li daħal fis-seħħ fit- 30 ta’ April 2024 , ma’ leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni u ma’ diversi inizjattivi tal-Unjoni, inkluż ir-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 (5), tad-29 ta’ Novembru 2021 (6), tal-5 ta’ April 2022 (7), tas-16 ta’ Ġunju 2022 (8), tat-28 ta’ Novembru 2022 (9), tat-8 ta’ Diċembru 2022 (10), tat-30 ta’ Jannar 2023 (11), tat-12 ta’ Ġunju 2023 (12) u tas-27 ta’ Novembru 2023 (13), ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/402 (14), ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2021, (15), il-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni rigward il-bini ta’ ekonomija għas-servizz tan-nies: pjan ta’ azzjoni għall-ekonomija soċjali (16), rigward il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali 2021–2027 (17), rigward l-Istrateġija dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà 2021–2030 (18), rigward il-Pakkett dwar l-Impjiegi għall-Persuni b’Diżabbiltà (19), rigward Strateġija Ewropea għall-Kura (20), rigward Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku għal Żmien l-Emissjonijiet Żero Netti (21), rigward it-tisħiħ tad-djalogu soċjali fl-Unjoni Ewropea (22), u rigward valutazzjoni aħjar tal-impatt distributtiv tal-politiki tal-Istati Membri (23), u rigward in-nuqqas ta’ ħaddiema u ta’ ħiliet fl-UE: pjan ta’ azzjoni (24), id-Deċiżjonijiet (UE) 2021/2316 (25) u (UE) 2023/936 (26) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi (UE) 2022/2041 (27), (UE) 2022/2381 (28) u (UE) 2023/970 (29) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u l-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Diċembru 2021 dwar it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol fix-xogħol fuq il-pjattaformi (30)

(5)

Il-Linji Gwida jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni sħuħa tal-Pilastru Soċjali Ewropew, il-miri ewlenija tal-UE għall-2030 u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti (SDGs) , u huma konsistenti ma’ leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni u ma’ diversi inizjattivi tal-Unjoni, inkluż ir-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 (5), tad-29 ta’ Novembru 2021 (6), tal-5 ta’ April 2022 (7), tas-16 ta’ Ġunju 2022 (8), tat-28 ta’ Novembru 2022 (9), tat-8 ta’ Diċembru 2022 (10), tat-30 ta’ Jannar 2023 (11), tat-12 ta’ Ġunju 2023 (12) u tas-27 ta’ Novembru 2023 (13), ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/402 (14), ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2021, (15), il-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni rigward il-bini ta’ ekonomija għas-servizz tan-nies: pjan ta’ azzjoni għall-ekonomija soċjali (16), rigward il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali 2021–2027 (17), rigward l-Istrateġija dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà 2021–2030 (18), rigward il-Pakkett dwar l-Impjiegi għall-Persuni b’Diżabbiltà (19), rigward Strateġija Ewropea għall-Kura (20), rigward Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku għal Żmien l-Emissjonijiet Żero Netti (21), rigward it-tisħiħ tad-djalogu soċjali fl-Unjoni Ewropea (22), u rigward valutazzjoni aħjar tal-impatt distributtiv tal-politiki tal-Istati Membri (23), u rigward in-nuqqas ta’ ħaddiema u ta’ ħiliet fl-UE: pjan ta’ azzjoni (24), id-Deċiżjonijiet (UE) 2021/2316 (25) u (UE) 2023/936 (26) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi (UE) 2022/2041 (27), (UE) 2022/2381 (28) , (UE) 2023/970 (29) u (UE) 2024/1500  (29a) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u l-proposti tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Diċembru 2021 dwar it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol fix-xogħol fuq il-pjattaformi (30) , għad-Direttivi li jistabbilixxu l-Kard tad-Diżabbiltà tal-UE u l-Kard Ewropea Għall-Parkeġġ għal Persuni b’Diżabbiltà  (30a) , għad-Direttiva li temenda d-Direttiva 2009/38/KE fir-rigward tal-istabbiliment u l-funzjonament tal-Kunsilli Ewropej tax-Xogħlijiet  (30b) , u għal Direttiva dwar it-titjib u l-infurzar tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tat-trainees  (30c) .

Emenda 5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)

Is-Semestru Ewropew jiġbor flimkien strumenti differenti f’qafas ġenerali għall-koordinazzjoni u s-sorveljanza multilaterali integrati tal-politiki ekonomiċi u tal-impjiegi fl-Unjoni. Filwaqt li jsegwi s-sostenibbiltà ambjentali, il-produttività, l-ekwità u l-istabbiltà makroekonomika , is-Semestru Ewropew jintegra l-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-għodda ta’ monitoraġġ tiegħu, it-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali , jippermetti li ssir analiżi tar-riskji u tal-isfidi għall-konverġenza ’l fuq fl-Unjoni , u jipprevedi impenn qawwi mas-sħab soċjali, mas-soċjetà ċivili u ma’ partijiet ikkonċernati oħrajn. Barra minn hekk, jappoġġa t-twettiq tal- Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli . Jenħtieġ li l-politiki ekonomiċi u tal-impjiegi tal-Unjoni u tal-Istati Membri jimxu id f’id mat-tranżizzjoni ġusta tal-Unjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima, ambjentalment sostenibbli u diġitali, itejbu l-kompetittività, jiżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol adegwati , irawmu l-innovazzjoni, jippromwovu l-ġustizzja soċjali, opportunitajiet indaqs u konverġenza soċjoekonomika ’l fuq, u jindirizzaw l-inugwaljanzi u d-disparitajiet reġjonali.

(6)

Is-Semestru Ewropew jiġbor flimkien strumenti differenti f’qafas ġenerali għall-koordinazzjoni u s-sorveljanza multilaterali integrati tal-politiki ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-impjiegi fl-Unjoni. Bħala parti mill-analiżi integrata tagħha tal-iżviluppi soċjali u tal-impjiegi fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, il-Kummissjoni tivvaluta r-riskji soċjoeonomiċi għall-konverġenza soċjali ’l fuq fl-Istati Membri u timmonitorja l-progress fl-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali abbażi tat-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali u tal-prinċipji tal-Qafas ta’ Konverġenza Soċjali. Filwaqt li jsegwi s-sostenibbiltà ambjentali, il-produttività, l-ekwità u l-istabbiltà makroekonomika, is-Semestru Ewropew , jipprevedi impenn qawwi mas-sħab soċjali, mas-soċjetà ċivili u ma’ partijiet ikkonċernati oħrajn. Barra minn hekk, jappoġġa t-twettiq tal-SDGs, inkluż l-SDG5 dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri. Il-politiki dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri għandhom ikunu ankrati u integrati fil-fażijiet kollha tal-governanza ekonomika. Il-politiki ekonomiċi u tal-impjiegi tal-Unjoni u tal-Istati Membri għandhom jimxu id f’id mat-tranżizzjoni ġusta tal-Unjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima, soċjalment inklużiva, ambjentalment sostenibbli u diġitali, itejbu l-kompetittività u l-produttività , jiżguraw pagi ġusti u kundizzjonijiet tax-xogħol diċenti, irawmu l-innovazzjoni, d-demokrazjija fuq il-post tax-xogħol, id-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv, jippromwovu l-ġustizzja soċjali, opportunitajiet indaqs u konverġenza soċjoekonomika ’l fuq, jappoġġaw u jinvestu fit-tfal u fiż-żgħażagħ, jindirizzaw l-inugwaljanzi u d-disparitajiet reġjonali u jeradikaw il-faqar.

Emenda 6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-tibdil fil-klima u ċerti sfidi oħrajn relatati mal-ambjent, il-ħtieġa li tiġi żgurata tranżizzjoni ekoloġika ġusta, l-indipendenza enerġetika, it-tisħiħ fil-kompetittività tal-industriji b’emissjonijiet żero netti u l-ħtieġa li tiġi żgurata l-awtonomija strateġika miftuħa tal-Ewropa, kif ukoll l-iżvilupp fid-diġitalizzazzjoni, fl-intelliġenza artifiċjali u fl-ekonomija tal-pjattaformi, iż-żieda fit-telexogħol u t-tibdil demografiku qed jittrasformaw l-ekonomiji u s-soċjetajiet tal-Unjoni bil-kbir. L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jridu jaħdmu flimkien biex jindirizzaw b’mod effettiv u proattiv dawn l-iżviluppi strutturali u jadattaw is-sistemi eżistenti kif meħtieġ, filwaqt li jirrikonoxxu l-interdipendenza mill-qrib tal-ekonomiji u s-swieq tax-xogħol tal-Istati Membri u l-politiki relatati. Dan jirrikjedi azzjoni ta’ politika kkoordinata, ambizzjuża u effettiva kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll fil-livell nazzjonali filwaqt li jiġi rikonoxxut ir-rwol tas-sħab soċjali, f’konformità mat-TFUE u mad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni dwar il-governanza ekonomika, filwaqt li jitqies il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Jenħtieġ li din l-azzjoni politika tkun tinkludi spinta fl-investiment sostenibbli fir-reġjuni kollha tal-UE, impenn imġedded għal riformi u investimenti b’sekwenza xierqa li jtejbu t-tkabbir ekonomiku sostenibbli u inklużiv, il-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità, il-produttività, kundizzjonijiet tax-xogħol adegwati , il-koeżjoni soċjali u territorjali, il-konverġenza soċjoekonomika ’l fuq, ir-reżiljenza u l-eżerċizzju tar-responsabbiltà fiskali.

It-tibdil fil-klima , it-telf tal-bijodiversità u ċerti sfidi oħrajn relatati mal-ambjent, il-ħtieġa li tiġi żgurata tranżizzjoni ekoloġika ġusta, l-indipendenza enerġetika, it-tisħiħ fil-kompetittività tal-industriji b’emissjonijiet żero netti u l-ħtieġa li tiġi żgurata l-awtonomija strateġika miftuħa tal-Ewropa, kif ukoll l-iżvilupp fid-diġitalizzazzjoni, fl-intelliġenza artifiċjali u fl-ekonomija tal-pjattaformi, iż-żieda fit-telexogħol u t-tibdil demografiku qed jittrasformaw l-ekonomiji u s-soċjetajiet tal-Unjoni bil-kbir. L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jridu jaħdmu flimkien biex jindirizzaw b’mod effettiv u proattiv dawn l-iżviluppi strutturali u jadattaw is-sistemi eżistenti kif meħtieġ, filwaqt li jirrikonoxxu l-interdipendenza mill-qrib tal-ekonomiji u s-swieq tax-xogħol tal-Istati Membri u l-politiki relatati. Dan jirrikjedi azzjoni ta’ politika kkoordinata, ambizzjuża u effettiva kemm fil-livell tal-Unjoni , kif ukoll fil-livell nazzjonali u reġjonali filwaqt li jiġi rikonoxxut ir-rwol tas-sħab soċjali u jinvolvuhom , f’konformità mat-TFUE u mad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni dwar il-governanza ekonomika, filwaqt li jitqies il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Din l-azzjoni politika għandha tinkludi spinta fl-investiment sostenibbli fir-reġjuni kollha tal-UE, impenn imġedded għal riformi u investimenti b’sekwenza xierqa li jtejbu t-tkabbir ekonomiku sostenibbli u inklużiv, il-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità, il-produttività, kundizzjonijiet tax-xogħol diċenti , il-koeżjoni soċjali u territorjali, il-konverġenza soċjoekonomika ’l fuq, il-ġustizzja soċjali, opportunitajiet indaqs, ir-reżiljenza u l-eżerċizzju tar-responsabbiltà fiskali u soċjali .

Emenda 7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)

Wara l-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja, fil-konklużjonijiet tiegħu tal-24 ta’ Frar 2022, il-Kunsill Ewropew ikkundanna l-azzjonijiet tar-Russja, li qed jippruvaw jimminaw is-sigurtà u l-istabbiltà Ewropea u globali, u esprima solidarjetà mal-poplu Ukren, filwaqt li ssottolinja l-ksur, min-naħa tar-Russja, tad-dritt internazzjonali u tal-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti. Fil-kuntest attwali, il-protezzjoni temporanja, kif mogħtija bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/382 u estiża bid-deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/2409 (37), toffri assistenza effettiva malajr lill-persuni spostati fil-pajjiżi tal-Unjoni li jaħarbu mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u tippermetti lil dawn il-persuni spostati jgawdu minn drittijiet minimi madwar l-Unjoni kollha li joffru livell adegwat ta’ protezzjoni. Billi jipparteċipaw fis-swieq tax-xogħol tal-Unjoni, il-persuni spostati mill-Ukrajna jistgħu jkomplu jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-ekonomija tal-Unjoni u għall-appoġġ ipprovdut lil pajjiżhom u lin-nies ta’ pajjiżhom. Fil-futur, l-esperjenza u l-ħiliet miksuba jistgħu jikkontribwixxu għall-bini mill-ġdid tal-Ukrajna. Għat-tfal u l-adolexxenti mhux akkumpanjati, il-protezzjoni temporanja tagħti d-dritt għall-kustodja legali u għall-aċċess għall-edukazzjoni u l-kura tat-tfal. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jinvolvu lis-sħab soċjali fit-tfassil, fl-implimentazzjoni u fl-evalwazzjoni tal-miżuri ta’ politika li l-għan tagħhom huwa li jindirizzaw l-isfidi marbuta mal-impjiegi u mal-ħiliet, inkluż ir-rikonoxximent tal-kwalifiki tal-persuni spostati mill-Ukrajna. Is-sħab soċjali jaqdu rwol ewlieni fil-mitigazzjoni tal-impatt ta’ din il-gwerra f’termini tal-preservazzjoni tal-impjiegi u tal-produzzjoni.

(11)

Wara l-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja, fil-konklużjonijiet tiegħu tal-24 ta’ Frar 2022, il-Kunsill Ewropew ikkundanna l-azzjonijiet tar-Russja, li qed jippruvaw jimminaw is-sigurtà u l-istabbiltà Ewropea u globali, u esprima solidarjetà mal-poplu Ukren, filwaqt li ssottolinja l-ksur, min-naħa tar-Russja, tad-dritt internazzjonali u tal-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti. Fil-kuntest attwali, il-protezzjoni temporanja, kif mogħtija bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/382 u estiża bid-deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/2409 (37), toffri assistenza effettiva malajr lill-persuni spostati fil-pajjiżi tal-Unjoni li jaħarbu mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u tippermetti lil dawn il-persuni spostati jgawdu minn drittijiet minimi madwar l-Unjoni kollha li joffru livell adegwat ta’ protezzjoni. Tali assistenza, skont id-Direttiva tal-Kunsill2001/55/KE  (37a) , jeħtieġ li tiġi estiża għall-persuni spostati u r-refuġjati kollha li qed jaħarbu mill-gwerra fl-Ukrajna. Billi jipparteċipaw fis-swieq tax-xogħol tal-Unjoni, il-persuni spostati mill-Ukrajna jistgħu jkomplu jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-ekonomija tal-Unjoni u għall-appoġġ ipprovdut lil pajjiżhom u lin-nies ta’ pajjiżhom. Fil-futur, l-esperjenza u l-ħiliet miksuba jistgħu jikkontribwixxu għall-bini mill-ġdid tal-Ukrajna. Għat-tfal u l-adolexxenti mhux akkumpanjati, il-protezzjoni temporanja tagħti d-dritt għall-kustodja legali u għall-aċċess għall-edukazzjoni u l-kura tat-tfal . L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-implimentazzjoni tagħhom tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal tiżgura aċċess għal servizzi mingħajr ħlas ta’ kwalità għolja għat-tfal li qed jaħarbu mill-Ukrajna fuq bażi ugwali mal-pari tagħhom fil-pajjiż ospitanti . L-Istati Membri għandhom ikomplu jinvolvu lis-sħab soċjali fit-tfassil, fl-implimentazzjoni u fl-evalwazzjoni tal-miżuri ta’ politika li l-għan tagħhom huwa li jindirizzaw l-isfidi marbuta mal-impjiegi u mal-ħiliet, inkluż ir-rikonoxximent tal-kwalifiki tal-persuni spostati mill-Ukrajna. Is-sħab soċjali jaqdu rwol ewlieni fil-mitigazzjoni tal-impatt ta’ din il-gwerra f’termini tal-preservazzjoni tal-impjiegi u tal-produzzjoni.

Emenda 8

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jenħtieġ li r-riformi fis-suq tax-xogħol, inkluż il-mekkaniżmi nazzjonali għall-iffissar tal-pagi, ikunu jirrispettaw il-prattiki nazzjonali tad-djalogu soċjali u l-awtonomija tas-sħab soċjali, bil-għan li jiġu pprovduti pagi ġusti li jippermettu standard tal-għajxien deċenti, tkabbir sostenibbli u konverġenza soċjoekonomika ’l fuq. Jenħtieġ li dawn ir-riformi jkunu jippermettu kunsiderazzjoni wiesgħa tal-fatturi soċjoekonomiċi, inkluż titjib fis-sostenibbiltà, fil-kompetittività, fl-innovazzjoni, fil-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità, fil-kundizzjonijiet tax-xogħol, fil-faqar fost dawk li jaħdmu, fl-edukazzjoni, fit-taħriġ u l-ħiliet, fis-saħħa pubblika, fil-protezzjoni u l-inklużjoni soċjali kif ukoll fl-introjti reali. L-importanza tad-djalogu soċjali fl-indirizzar tal-isfidi fid-dinja tax-xogħol, inkluż in-nuqqas ta’ ħaddiema u ta’ ħiliet, ġiet affermata mill-ġdid fis-Summit ta’ Val Duchesse tal-2024.

Ir-riformi fis-suq tax-xogħol, inkluż il-mekkaniżmi nazzjonali għall-iffissar tal-pagi, għandhom ikunu jirrispettaw u jsaħħu l-prattiki nazzjonali tad-djalogu soċjali , in-negozjar kollettiv u l-awtonomija tas-sħab soċjali, bil-għan li jiġu pprovduti pagi ġusti li jippermettu standard tal-għajxien deċenti, tkabbir sostenibbli u konverġenza soċjoekonomika u territorjali ’l fuq. Dawn ir-riformi għandhom ikunu jippermettu kunsiderazzjoni wiesgħa tal-fatturi soċjoekonomiċi, inkluż titjib fis-sostenibbiltà, fil-kompetittività, fl-innovazzjoni, fil-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità, fil-kundizzjonijiet tax-xogħol diċenti, fid-demokrazija fuq il-post tax-xogħol, fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri , fil-faqar fost dawk li jaħdmu, fl-edukazzjoni, fit-taħriġ u l-ħiliet, fis-saħħa pubblika, fil-protezzjoni u l-inklużjoni soċjali kif ukoll fl-introjti reali . L-Istati Membri għandhom jimplimentaw id-Direttiva (UE) 2022/2041 mingħajr dewmien. L-Istati Membri, li jibdew b’implimentazzjoni effettiva u rigoruża tad-Direttiva (UE) 2023/970, huma mistiedna jieħdu miżuri biex jiżguraw it-trasparenza fil-pagi, jimplimentaw politiki ta’ monitoraġġ u jistimulaw lill-kumpaniji biex jimplimentaw pjanijiet ta’ azzjoni dwar pagi ugwali . L-importanza tad-djalogu soċjali fl-indirizzar tal-isfidi fid-dinja tax-xogħol, inkluż in-nuqqas ta’ ħaddiema u ta’ ħiliet, ġiet affermata mill-ġdid fis-Summit ta’ Val Duchesse tal-2024.

Emenda 9

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u ċerti fondi oħrajn tal-Unjoni qed jappoġġaw lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta’ riformi u ta’ investimenti li jkunu f’konformità mal-prijoritajiet tal-Unjoni, u b’hekk l-ekonomiji u s-soċjetajiet tal-Unjoni jsiru aktar sostenibbli u reżiljenti u jkunu ppreparati aħjar għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali fil-kuntest li qed jinbidel wara l-pandemija tal-COVID-19. Il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna kompliet taggrava l-isfidi soċjoekonomiċi preeżistenti minħabba l-fatt li l-prezzijiet ogħla tal-enerġija affettwaw b’mod partikolari lill-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx. Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Unjoni jkomplu jiżguraw li l-impatti soċjali, ekonomiċi u fuq l-impjiegi jittaffew u li t-tranżizzjonijiet ikunu soċjalment ekwi u ġusti, anke fid-dawl tal-fatt li aktar awtonomija strateġika miftuħa u tranżizzjoni ekoloġika mħaffa se jgħinu biex titnaqqas id-dipendenza fuq l-importazzjonijiet tal-enerġija u ta’ prodotti u teknoloġiji strateġiċi oħrajn, b’mod partikolari mir-Russja. It-tisħiħ tar-reżiljenza u t-tfittxija ta’ soċjetà inklużiva u reżiljenti li fiha n-nies ikunu protetti u jkollhom is-setgħa li jantiċipaw u jiġġestixxu l-bidla, u li fiha jkunu jistgħu jipparteċipaw b’mod attiv fis-soċjetà u fl-ekonomija, huma essenzjali.

Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u ċerti fondi oħrajn tal-Unjoni qed jappoġġaw lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta’ riformi u ta’ investimenti li jkunu f’konformità mal-prijoritajiet tal-Unjoni, u b’hekk l-ekonomiji u s-soċjetajiet tal-Unjoni jsiru aktar sostenibbli u reżiljenti u jkunu ppreparati aħjar għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali fil-kuntest li qed jinbidel wara l-pandemija tal-COVID-19. Il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna kompliet taggrava l-isfidi soċjoekonomiċi preeżistenti minħabba l-fatt li l-prezzijiet ogħla tal-enerġija affettwaw b’mod partikolari lill-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx. L-Istati Membri u l-Unjoni għandhom ikomplu jiżguraw li l-impatti soċjali, ekonomiċi u fuq l-impjiegi jittaffew u li t-tranżizzjonijiet ikunu soċjalment ekwi u ġusti, anke fid-dawl tal-fatt li aktar awtonomija strateġika miftuħa u tranżizzjoni ekoloġika mħaffa se jgħinu biex titnaqqas id-dipendenza fuq l-importazzjonijiet tal-enerġija u ta’ prodotti u teknoloġiji strateġiċi oħrajn, b’mod partikolari mir-Russja. It-tisħiħ tar-reżiljenza u t-tfittxija ta’ soċjetà inklużiva u reżiljenti li fiha n-nies ikunu protetti u jkollhom is-setgħa li jantiċipaw u jiġġestixxu l-bidla, u li fiha jkunu jistgħu jipparteċipaw b’mod attiv fis-soċjetà u fl-ekonomija, huma essenzjali. Għalhekk, id-demokrazija fuq il-post tax-xogħol jeħtieġ tissaħħaħ fil-livell tal-unjoni u f’dak nazzjonali.

Emenda 10

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jeħtieġ sett koerenti ta’ politiki attivi tas-suq tax-xogħol, li jikkonsisti minn inċentivi temporanji u mmirati għar-reklutaġġ u t-tranżizzjoni, politiki dwar il-ħiliet inkluż l-apprendiment favur it-tranżizzjoni ekoloġika u l-iżvilupp sostenibbli, u servizzi mmirati, effettivi u adattabbli għall-impjiegi, biex jiġu appoġġati t-tranżizzjonijiet fis-suq tax-xogħol u jsir użu sħiħ mill-potenzjal mhux sfruttat tas-suq tax-xogħol, f’konformità wkoll mal-approċċ ta’ inklużjoni attiva u fid-dawl tat-trasformazzjoni ekoloġika u dik diġitali kif enfasizzat fost l-oħrajn fid-Dikjarazzjoni ta’ La Hulpe dwar il-Futur tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (38). Jenħtieġ li jiġu żġurati kundizzjonijiet tax-xogħol adegwati, inkluż is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali, u kemm is-saħħa fiżika kif ukoll dik mentali tal-ħaddiema.

Jeħtieġ sett koerenti ta’ politiki attivi tas-suq tax-xogħol, li jikkonsisti minn inċentivi temporanji u mmirati għar-reklutaġġ u t-tranżizzjoni, politiki dwar il-ħiliet inkluż l-apprendiment favur it-tranżizzjoni ekoloġika u l-iżvilupp sostenibbli, u servizzi mmirati, effettivi u adattabbli għall-impjiegi, biex jiġu appoġġati t-tranżizzjonijiet fis-suq tax-xogħol u jsir użu sħiħ mill-potenzjal mhux sfruttat tas-suq tax-xogħol, f’konformità wkoll mal-approċċ ta’ inklużjoni attiva u fid-dawl tat-trasformazzjoni ekoloġika u dik diġitali kif enfasizzat fost l-oħrajn fid-Dikjarazzjoni ta’ La Hulpe dwar il-Futur tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (38). Għandhom jiġu żġurati kundizzjonijiet tax-xogħol adegwati, inkluż is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali, u kemm is-saħħa fiżika kif ukoll dik mentali tal-ħaddiema. Għalhekk hemm ħtieġa urġenti għal pakkett dwar impjiegi ta’ kwalità inklużi inizjattivi leġiżlattivi dwar kundizzjonijiet tax-xogħol diċenti fir-rigward tat-telexogħol, id-dritt għall-iskonnessjoni, u l-intelliġenza artifiċjali (IA) fuq il-post tax-xogħol; reviżjoni tad-direttivi dwar l-akkwist pubbliku biex jiġi żgurat li jippromwovu n-negozjar kollettiv; approċċ “Viżjoni Żero” bil-għan li jipprevjeni mwiet relatati max-xogħol, inkluża l-prevenzjoni ta’ perikli għall-ħaddiema minn temp estrem ikkawżat mit-tibdil fil-klima, kif ukoll riskji psikosoċjali fuq il-post tax-xogħol; direttiva qafas dwar skemi ta’ introjtu minimu; żieda fil-baġit iddedikat tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal għal mill-inqas EUR 20 biljun; u xbieki ta’ sikurezza reżiljenti għat-tibdil fil-klima li jintegraw l-adattament għat-tibdil fil-klima fi programmi ta’ protezzjoni soċjali u qafas għal inizjattivi diretti ta’ impjieg xprunati mid-domanda sabiex jappoġġaw l-inklużjoni fis- suq tax-xogħol ta’ ħaddiema li jħabbtu wiċċhom ma’ trasformazzjonijiet fis-suq tax-xogħol jew qagħad fit-tul.

Emenda 11

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jenħtieġ li tiġi indirizzata d-diskriminazzjoni fil-forom kollha tagħha, tiġi żgurata l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u jiġi appoġġat l-impjegar taż-żgħażagħ. Jenħtieġ li jiġu żgurati aċċess u opportunitajiet indaqs għal kulħadd, u li l-faqar u l-esklużjoni soċjali, b’mod partikolari dawk tat-tfal , tal-persuni b’diżabbiltà u tal-persuni Rom, jitnaqqsu , b’mod partikolari billi jiġi żgurat funzjonament effettiv tas-swieq tax-xogħol u sistemi ta’ protezzjoni soċjali adegwati u inklużivi, kif stabbilit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Novembru 2019 u fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Jannar 2023 (39). Barra minn hekk, jenħtieġ li jitneħħew l-ostakli għall-edukazzjoni, it-taħriġ, it-tagħlim tul il-ħajja u l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol inklużivi u orjentati lejn il-futur u jenħtieġ li l-Istati Membri jinvestu fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, f’konformità mal-Garanzija Ewropea għat-Tfal u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal (il-“miri ta’ Barċellona għall-2030”), biex l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali jsiru aktar attraenti u inklużivi f’konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, u fil-ħiliet diġitali u ekoloġiċi, f’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-apprendiment favur it-tranżizzjoni ekoloġika u l-iżvilupp sostenibbli u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Perkorsi għas-Suċċess fl-Iskejjel. L-aċċess għal akkomodazzjoni affordabbli, inkluż permezz ta’ akkomodazzjoni soċjali, huwa kundizzjoni meħtieġa biex jiġu żgurati opportunitajiet indaqs. Huwa partikolarment rilevanti l-aċċess f’waqtu u ugwali għal kura fit-tul affordabbli u ta’ kwalità għolja, f’konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-aċċess għal kura fit-tul affordabbli u ta’ kwalità, u għal servizzi tal-kura tas-saħħa, inkluż il-prevenzjoni u l-promozzjoni tal-kura tas-saħħa, fid-dawl tar-riskji potenzjali għas-saħħa fil-futur u f’kuntest ta’ soċjetajiet li qed jixjieħu.

Għandha tiġi eliminata d-diskriminazzjoni fil-forom kollha tagħha, tiġi żgurata l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u jiġi promoss l-impjegar taż-żgħażagħ u tal-persuni li għandhom ’il fuq minn 50 sena . Għandhom jiġu żgurati aċċess u opportunitajiet indaqs għal kulħadd, u li l-faqar u l-esklużjoni soċjali jiġu eradikati , b’mod partikolari fost il-gruppi vulnerabbli, jiġifieri t-tfal , il-persuni b’diżabbiltà , il-ġenituri waħidhom, il-minoranzi etniċi, bħall-persuni Rom, il-persuni , il-persuni li jgħixu f’żoni remoti u rurali u l-persuni akbar fl-età. Dan għandu jsir b’mod partikolari billi jiġi żgurat funzjonament effettiv tas-swieq tax-xogħol u sistemi ta’ protezzjoni soċjali adegwati u inklużivi, kif stabbilit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Novembru 2019 u fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Jannar 2023 (39). Barra minn hekk, għandhom jitneħħew l-ostakli għall-edukazzjoni, it-taħriġ, it-taħriġ mill-ġdid, l-apprendiment tul il-ħajja u l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol inklużivi u orjentati lejn il-futur u l-Istati Membri għandhom jinvestu fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, f’konformità mal-Garanzija Ewropea għat-Tfal u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal (il-“miri ta’ Barċellona għall-2030”), biex l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali jsiru aktar attraenti u inklużivi f’konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, u fil-ħiliet diġitali u ekoloġiċi, f’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-apprendiment favur it-tranżizzjoni ekoloġika u l-iżvilupp sostenibbli u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Perkorsi għas-Suċċess fl-Iskejjel. L-aċċess għal akkomodazzjoni diċenti u affordabbli, inkluż permezz ta’ akkomodazzjoni soċjali, huwa kundizzjoni meħtieġa biex jiġu żgurati opportunitajiet indaqs , u huwa għalhekk li l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-azzjonijiet meħtieġa biex jipprovdu akkomodazzjoni affordabbli għal kulħadd. Il-problema ta’ persuni mingħajr dar hija waħda mill-aktar forom estremi ta’ esklużjoni soċjali, li taffettwa b’mod negattiv is-saħħa fiżika u mentali, il-benessri, u l-kwalità tal-ħajja tan-nies, kif ukoll l-aċċess tagħhom għall-impjiegi u servizzi ekonomiċi u soċjali oħra . Huwa partikolarment rilevanti l-aċċess f’waqtu u ugwali għal kura fit-tul affordabbli u ta’ kwalità għolja, f’konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-aċċess għal kura fit-tul affordabbli u ta’ kwalità, u għal servizzi tal-kura tas-saħħa, inkluż il-prevenzjoni u l-promozzjoni tal-kura tas-saħħa, fid-dawl tar-riskji potenzjali għas-saħħa fil-futur u f’kuntest ta’ soċjetajiet li qed jixjieħu. Jeħtieġ ukoll li titħeġġeġ l-adozzjoni ta’ miżuri biex jitnaqqsu d-differenzi eżistenti fil-pagi bejn ir-reġjuni u fi ħdan l-Istati Mmebri, meta jitqies li konverġenza soċjoekonomika aktar inklużiva tista’ taffettwa b’mod pożittiv id-distribuzzjoni tal-opportunitajiet madwar l-Unjoni kollha. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-professjonijiet mhux imħallsa biżżejjed, pereżempju l-għalliema u professjonisti oħra fl-edukazzjoni, il-professjonisti fis-settur soċjali u tal-kura tas-saħħa, it-trasport u l-ħaddiema agrikoli. Finalment, l-Istati Membri għandhom, fil-kurrikuli akkademiċi tagħhom, jippromwovu l-komprensjoni u l-apprezzament tal-prinċipji fundamentali tal-Unjoni, bħad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, sabiex irawmu sensibilizzazzjoni akbar u parteċipazzjoni attiva taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika Ewropea.

Emenda 12

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jenħtieġ li l-potenzjal tal-persuni b’diżabbiltà li jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku u għall-iżvilupp soċjali jkompli jiġi realizzat, f’konformità mal-Istrateġija dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà (40), li stiednet lill-Istati Membri jistabbilixxu miri dwar l-impjiegi u l-apprendiment għall-adulti għall-persuni b’diżabbiltà. Il-Qafas Strateġiku tal-UE għar-Rom jenfasizza l-kapaċità fi ħdan il-komunitajiet Rom emarġinati li jtaffi n-nuqqas ta’ ħaddiema u ta’ ħiliet u għandu l-għan li jnaqqas id-differenza fl-impjiegi bejn ir-Rom u l-popolazzjoni ġenerali mill-inqas bin-nofs (41). It-teknoloġiji l-ġodda u l-postijiet tax-xogħol li qed jevolvu madwar l-Unjoni kollha jippermettu li jkun hemm arranġamenti tax-xogħol aktar flessibbli kif ukoll titjib fil-produttività u fil-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, filwaqt li jikkontribwixxu għall-impenji ekoloġiċi tal-Unjoni. Dawk l-iżviluppi jġibu wkoll sfidi ġodda għas-swieq tax-xogħol, li jaffettwaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol, is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol u l-aċċess effettiv għall-protezzjoni soċjali adegwata għall-ħaddiema u għall-ħaddiema għal rashom. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-forom ġodda ta’ organizzazzjoni tax-xogħol jissarrfu f’impjiegi ta’ kwalità u f’postijiet tax-xogħol u kundizzjonijiet tax-xogħol adegwati , li ma jikkawżawx ħsara għas-saħħa u sikuri, kif ukoll f’bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, filwaqt li jżommu drittijiet soċjali u tax-xogħol stabbiliti u jsaħħu l-mudell soċjali tal-Ewropa.

Il-potenzjal tal-persuni b’diżabbiltà li jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku u għall-iżvilupp soċjali għandu jkompli jiġi realizzat, f’konformità mal-Istrateġija dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà (40), li stiednet lill-Istati Membri jistabbilixxu miri dwar l-impjiegi u l-apprendiment għall-adulti għall-persuni b’diżabbiltà. Il-Qafas Strateġiku tal-UE għar-Rom jenfasizza l-kapaċità fi ħdan il-komunitajiet Rom emarġinati li jtaffi n-nuqqas ta’ ħaddiema u ta’ ħiliet u għandu l-għan li jnaqqas id-differenza fl-impjiegi bejn ir-Rom u l-popolazzjoni ġenerali mill-inqas bin-nofs (41). It-teknoloġiji l-ġodda u l-postijiet tax-xogħol li qed jevolvu madwar l-Unjoni kollha jippermettu li jkun hemm arranġamenti tax-xogħol aktar flessibbli kif ukoll titjib fil-produttività u fil-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, filwaqt li jikkontribwixxu għall-impenji ekoloġiċi tal-Unjoni. Dawk l-iżviluppi jġibu wkoll sfidi ġodda għas-swieq tax-xogħol, li jaffettwaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol, is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol u l-aċċess effettiv għall-protezzjoni soċjali adegwata għall-ħaddiema u għall-ħaddiema għal rashom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-forom ġodda ta’ organizzazzjoni tax-xogħol jissarrfu f’impjiegi ta’ kwalità u f’postijiet tax-xogħol u kundizzjonijiet tax-xogħol adegwati , li ma jikkawżawx ħsara għas-saħħa u sikuri, kif ukoll f’bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, it-tixjiħ san u attiv, filwaqt li jżommu drittijiet soċjali u tax-xogħol stabbiliti u jsaħħu l-mudell soċjali tal-Ewropa.

Emenda 13

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jippromwovu b’mod attiv ekonomija soċjali tas-suq sostenibbli u jiffaċilitaw u jappoġġaw l-investiment fil-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità, filwaqt li jisfruttaw il-potenzjal marbut mat-tranżizzjoni diġitali u dik ekoloġika wkoll, fid-dawl tal-miri ewlenin tal-Unjoni u nazzjonali għall-2030 dwar l-impjiegi. Għal dak l-għan, għandhom inaqqsu l-ostakli li n-negozji jiffaċċjaw meta jiġu biex jimpjegaw in-nies , irawmu l-intraprenditorija responsabbli u l-impjieg indipendenti ġenwin u , b’mod partikolari , jappoġġaw il-ħolqien u t-tkabbir ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, inkluż permezz ta’ aċċess għal finanzjament . L-Istati Membri għandhom jippromwovu b’mod attiv l-iżvilupp tal-ekonomija soċjali, inkluż l-intrapriżi soċjali, u jisfruttaw il-potenzjal sħiħ tagħha. Għandhom jiżviluppaw miżuri u strateġiji rilevanti għall-ekonomija soċjali, irawmu l-innovazzjoni soċjali u jħeġġu mudelli ta’ negozju li joħolqu opportunitajiet ta’ impjiegi ta’ kwalità u li jiġġeneraw benesseri soċjali, b’mod partikolari fil-livell lokali, inkluż fl-ekonomija ċirkolari u fit-territorji l-aktar affettwati mit-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika, inkluż permezz ta’ appoġġ finanzjarju u tekniku mmirat.

L-Istati Membri għandhom jippromwovu b’mod attiv ekonomija soċjali tas-suq sostenibbli u jiffaċilitaw u jappoġġaw l-investiment fil-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità, filwaqt li jisfruttaw il-potenzjal marbut mat-tranżizzjoni diġitali u dik ekoloġika wkoll, fid-dawl tal-miri ewlenin tal-Unjoni u nazzjonali għall-2030 dwar l-impjiegi. Jekk tiġi antiċipata sew u tiġi ffinanzjata b’mod sostanzjali, it-tranżizzjoni lejn ekonomiji sostenibbli, rinnovabbli u ċirkolari tiġġenera l-potenzjal kemm biex jinħoloq għadd sinifikanti ta’ impjiegi ġodda kif ukoll biex l-impjiegi eżistenti jinbidlu f’impjiegi ekoloġiċi u sostenibbli fil-biċċa l-kbira tas-setturi. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw ir-reklutaġġ tal-persuni min-negozji, jagħmlu investimenti sinifikanti fit-tranżizzjoni ekoloġika , u jrawmu l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET), l-intraprenditorija responsabbli u l-impjieg indipendenti ġenwin inkluż fost in-nisa , iż-żgħażagħ, il-persuni akbar fl-età u gruppi żvantaġġati oħra. B’mod partikolari għandhom jappoġġaw il-ħolqien u t-tkabbir ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, inkluż permezz ta’ aċċess aħjar għall-finanzjament . L-Istati Membri għandhom jimplimentaw bis-sħiħ il-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ekonomija Soċjali u l-Patt Ekoloġiku u jippromwovu b’mod attiv l-iżvilupp tal-ekonomija soċjali, inkluż l-intrapriżi soċjali, u jisfruttaw il-potenzjal sħiħ tagħha. Għandhom jiżviluppaw miżuri u strateġiji rilevanti għall-ekonomija soċjali, u jrawmu l-innovazzjoni soċjali. L-Istati Membri għandhom iħeġġu mudelli ta’ negozju li joħolqu opportunitajiet ta’ impjiegi ta’ kwalità u li jiġġeneraw benesseri soċjali, b’mod partikolari fil-livell lokali, inkluż fl-ekonomija ċirkolari u fit-territorji l-aktar affettwati mit-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika, inkluż permezz ta’ appoġġ finanzjarju u tekniku mmirat.

Emenda 14

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex tissaħħaħ ir-reżiljenza fid-dawl ta’ xokkijiet ekonomiċi u/jew fis-swieq tax-xogħol possibbli, l-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar imfassla tajjeb u ċerti arranġamenti simili jaqdu rwol importanti. Barra minn hekk , jistgħu jappoġġaw it-trasformazzjonijiet strutturali billi jiffaċilitaw u jappoġġaw il-proċessi ta’ ristrutturar u r-riallokazzjoni tax-xogħol mis-setturi li sejrin lura lejn dawk emerġenti, u b’hekk iżidu l-produttività, jippreservaw l-impjiegi u jgħinu fl-immodernizzar tal-ekonomija, anke permezz tal-iżvilupp tal-ħiliet assoċjati. Għandhom jiġu kkunsidrati inċentivi għar-reklutaġġ u t-tranżizzjoni u miżuri għat-titjib u t-tiġdid tal-ħiliet imfassla tajjeb sabiex jiġi appoġġat il-ħolqien tal-impjiegi ta’ kwalità u t-tranżizzjonijiet tul il-ħajja tax-xogħol, u biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ ħaddiema u ta’ ħiliet, anke fid-dawl tat-trasformazzjoni diġitali u dik ekoloġika, tat-tibdil demografiku, kif ukoll tal-impatt tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Sabiex tissaħħaħ ir-reżiljenza fid-dawl ta’ xokkijiet ekonomiċi u/jew fis-swieq tax-xogħol possibbli, l-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar imfassla tajjeb , bħal dawk żviluppati fil-kuntest tal-Istrument Ewropew għal Appoġġ temporanju biex jittaffew ir-Riskji ta’ Qgħad f’Emerġenza, u ċerti arranġamenti simili jaqdu rwol importanti. L-Istati Membri għandhom jindirizzaw l-impatt tal-kriżijiet attwali u futuri, inklużi l-impatti dejjem aktar intensi tat-tibdil fil-klima, bħall-mewġiet ta’ sħana, in-nixfiet jew in-nirien fil-foresti, fuq is-suq tax-xogħol. L-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar jistgħu jappoġġaw it-trasformazzjonijiet strutturali billi jiffaċilitaw u jappoġġaw il-proċessi ta’ ristrutturar u r-riallokazzjoni tax-xogħol mis-setturi li sejrin lura lejn dawk emerġenti, u b’hekk iżidu l-produttività, jippreservaw l-impjiegi u jgħinu fl-immodernizzar tal-ekonomija, anke permezz tal-iżvilupp tal-ħiliet assoċjati. Għandhom jiġu kkunsidrati inċentivi għar-reklutaġġ u t-tranżizzjoni , apprendiment tul il-ħajja, VET, u miżuri għat-titjib u t-tiġdid tal-ħiliet imfassla tajjeb , żviluppati b’kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab soċjali, sabiex jiġi appoġġat il-ħolqien tal-impjiegi ta’ kwalità u t-tranżizzjonijiet tul il-ħajja tax-xogħol, u biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ ħaddiema u ta’ ħiliet, anke fid-dawl tat-trasformazzjoni diġitali u dik ekoloġika, tat-tibdil demografiku, kif ukoll tal-impatt tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Id-diffikultajiet fir-reklutaġġ u n-nuqqas ta’ ħaddiema huma partikolarment prevalenti f’setturi b’kundizzjonijiet tax-xogħol diffiċli u kwalità ta’ impjieg fqira. Il-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità tajba u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji ta’ żamma huma l-aħjar mod biex tiġi attirata forza tax-xogħol b’ħiliet. L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-impjegaturi jipprovdu kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg deċenti u jinvestu fil-forza tax-xogħol tagħhom.

Emenda 16

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri, inkluż dawk b’pagi minimi statutorji, għandhom jippromwovu n-negozjar kollettiv dwar l-iffissar tal-pagi u jiżguraw involviment effettiv tas-sħab soċjali b’mod trasparenti u prevedibbli, u b’hekk ikun possibbli r-rispons adegwat tal-pagi għall-iżviluppi fil-produttività u t-trawwim ta’ pagi ġusti li jippermettu standard ta’ għajxien deċenti, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lill-gruppi b’introjtu baxx u medju bl-għan li tissaħħaħ il-konverġenza soċjoekonomika ’l fuq. Il-mekkaniżmi għall-iffissar tal-pagi għandhom ikunu jqisu wkoll il-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi, inkluż it-tkabbir fl-impjiegi, il-kompetittività, il-kapaċità tal-akkwist u l-iżviluppi reġjonali u settorjali. Filwaqt li jirrispettaw il-prattiki nazzjonali u l-awtonomija tas-sħab soċjali, l-Istati Membri u s-sħab soċjali għandhom jiżguraw li l-ħaddiema kollha jkollhom pagi adegwati billi jibbenefikaw, direttament jew indirettament, minn ftehimiet kollettivi jew minn pagi minimi statutorji adegwati, filwaqt li jitqies l-impatt tagħhom fuq il-kompetittività, fuq il-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità, fuq il-kapaċità tal-akkwist u fuq il-faqar fost dawk li jaħdmu.

L-Istati Membri, inkluż dawk b’pagi minimi statutorji, għandhom jippromwovu n-negozjar kollettiv dwar l-iffissar tal-pagi u jiżguraw involviment effettiv tas-sħab soċjali b’mod trasparenti u prevedibbli, u b’hekk ikun possibbli r-rispons adegwat tal-pagi għall-iżviluppi fil-produttività fit-tul, l-inflazzjoni u l-għoli tal-ħajja, u t-trawwim ta’ pagi ġusti li jippermettu standard ta’ għajxien deċenti għall-ħaddiema kollha , filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lill-gruppi b’introjtu baxx u medju bl-għan li tissaħħaħ il-konverġenza soċjoekonomika ’l fuq. Il-mekkaniżmi għall-iffissar tal-pagi għandhom ikunu jqisu wkoll il-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi, inkluż it-tkabbir fl-impjiegi, il-kompetittività, il-kapaċità tal-akkwist u l-iżviluppi reġjonali u settorjali. Filwaqt li jirrispettaw il-prattiki nazzjonali u l-awtonomija tas-sħab soċjali, l-Istati Membri u s-sħab soċjali għandhom jiżguraw li l-ħaddiema kollha jkollhom pagi adegwati billi jibbenefikaw, direttament jew indirettament, minn ftehimiet kollettivi jew minn pagi minimi statutorji adegwati, filwaqt li jitqies l-impatt tagħhom fuq il-kompetittività, fuq il-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità, fuq il-kapaċità tal-akkwist u fuq il-faqar fost dawk li jaħdmu.

Emenda 17

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 5 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Sabiex tiġi evitata d-delokalizzazzjoni ta’ kumpaniji li rċevew għajnuna Ewropea, huwa essenzjali li jiġu rieżaminati r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u l-programmi ta’ finanzjament eżistenti u jiġu stabbiliti soluzzjonijiet strateġiċi mmirati biex tinżamm il-bażi industrijali fl-Unjoni. Dan jinkludi t-tisħiħ tal-awtonomija strateġika tal-Unjoni u l-promozzjoni ta’ politika industrijali Ewropea soda. Barra minn hekk, it-tranżizzjoni trid tkun akkumpanjata minn miżuri soċjali u tal-impjiegi biex tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta għal kulħadd, filwaqt li jiġi żgurat li ebda ħaddiem jew komunità ma jitħallew jibqgħu lura matul dan il-proċess.

Emenda 18

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-kuntest tat-tranżizzjoni diġitali u dik ekoloġika, u fil-kuntest tat-tibdil demografiku u tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, l-Istati Membri għandhom jippromwovu s-sostenibbiltà, il-produttività, l-impjegabbiltà u l-iżvilupp tal-kapital uman, filwaqt li jrawmu l-akkwiżizzjoni tal-ħiliet u tal-kompetenzi tul ħajjet in-nies u jwieġbu għall-ħtiġijiet attwali u futuri tas-suq tax-xogħol, anke fid-dawl tal-miri ewlenin tal-Unjoni u nazzjonali għall-2030 dwar il-ħiliet. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jimmodernizzaw is-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ tagħhom, kif ukoll jinvestu fihom, biex jipprovdu edukazzjoni u taħriġ ta’ kwalità għolja u inklużivi inkluż l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, itejbu l-eżiti edukattivi u l-forniment tal-ħiliet u tal-kompetenzi meħtieġa għat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali, u jiżguraw aċċess għall-apprendiment diġitali, għat-taħriġ lingwistiku (eż. fil-każ tar-refuġjati, fosthom dawk mill-Ukrajna, jew fl-iffaċilitar tal-aċċess għas-suq tax-xogħol fir-reġjuni transfruntiera) u l-akkwiżizzjoni ta’ ħiliet intraprenditorjali. L-Istati Membri għandhom jaħdmu flimkien mas-sħab soċjali, mal-fornituri tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, mal-intrapriżi u ma’ partijiet ikkonċernati oħrajn, anke fil-kuntest tal-pjan ta’ azzjoni biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ ħaddiema u ta’ ħiliet ippreżentat mill-Kummissjoni f’Marzu 2024, biex jindirizzaw id-dgħufijiet strutturali fis-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ u jtejbu l-kwalità u r-rilevanza għas-suq tax-xogħol tagħhom, inkluż permezz ta’ appoġġ finanzjarju u tekniku mmirat. Dan jikkontribwixxi wkoll għat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali, għall-indirizzar tal-ispariġġ fil-ħiliet u tan-nuqqas ta’ ħaddiema, inkluż għal attivitajiet relatati mal-industriji b’emissjonijiet żero netti u dawk diġitali, inkluż dawk rilevanti għas-sigurtà ekonomika tal-UE, u dawk relatati mat-tranżizzjoni ekoloġika, bħall-użu tal-enerġija rinnovabbli jew ir-rinnovazzjoni tal-bini.

Fil-kuntest tat-tranżizzjoni diġitali u dik ekoloġika, u fil-kuntest tat-tibdil demografiku u tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, l-Istati Membri għandhom jippromwovu s-sostenibbiltà, il-produttività, l-inklużività, il-kompetittività, l-impjegabbiltà u l-iżvilupp u l-akkwiżizzjoni tal-ħiliet u tal-kompetenzi tul ħajjet in-nies u jwieġbu għall-ħtiġijiet attwali u futuri tas-suq tax-xogħol, anke fid-dawl tal-miri ewlenin tal-Unjoni u nazzjonali għall-2030 dwar il-ħiliet. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jimmodernizzaw is-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ tagħhom, kif ukoll jinvestu fihom, biex jipprovdu edukazzjoni u taħriġ ta’ kwalità għolja u inklużivi inkluż l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, itejbu l-eżiti edukattivi u l-forniment tal-ħiliet u tal-kompetenzi meħtieġa għat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali, u jiżguraw aċċess għall-apprendiment diġitali, għat-taħriġ lingwistiku (eż. fil-każ tar-refuġjati, fosthom dawk mill-Ukrajna, jew fl-iffaċilitar tal-aċċess għas-suq tax-xogħol fir-reġjuni transfruntiera) u l-akkwiżizzjoni ta’ ħiliet intraprenditorjali , li għadhom mhux inklużi fil-pjanijiet tipiċi għall-edukazzjoni . L-Istati Membri għandhom jaħdmu flimkien mas-sħab soċjali, mal-fornituri tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, mal-intrapriżi u ma’ partijiet ikkonċernati oħrajn, anke fil-kuntest tal-pjan ta’ azzjoni biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ ħaddiema u ta’ ħiliet ippreżentat mill-Kummissjoni f’Marzu 2024, biex jindirizzaw id-dgħufijiet strutturali fis-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ u jtejbu l-kwalità u r-rilevanza għas-suq tax-xogħol tagħhom, inkluż permezz ta’ appoġġ finanzjarju u tekniku mmirat. Id-dritt għal liv bi ħlas għall-edukazzjoni għal skopijiet professjonali għandu jiġi mħeġġeġ biex il-ħaddiema jkunu jistgħu jattendu programmi ta’ taħriġ matul il-ħinijiet tax-xogħol u mingħajr ħlas għall-ħaddiema, f’konformità mal-konvenzjonijiet rilevanti tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol. Dan jikkontribwixxi wkoll għat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali, għall-indirizzar tal-ispariġġ fil-ħiliet u tan-nuqqas ta’ ħaddiema, inkluż għal attivitajiet relatati mal-industriji b’emissjonijiet żero netti u dawk diġitali, inkluż dawk rilevanti għas-sigurtà ekonomika tal-UE, u dawk relatati mat-tranżizzjoni ekoloġika, bħall-użu tal-enerġija rinnovabbli jew ir-rinnovazzjoni tal-bini. Kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti li jinkludu, inter alia, pagi ġusti, kuntratti standard ta’ impjieg, aċċess għall-protezzjoni soċjali, opportunitajiet ta’ apprendiment tul il-ħajja, saħħa u sikurezza okkupazzjonali, bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, ħin tax-xogħol raġonevoli, rappreżentazzjoni tal-ħaddiema, demokrazija fuq il-post tax-xogħol u negozjar kollettiv, għandhom rwol kruċjali biex jiġu attirati u biex jinżammu ħaddiema b’ħiliet.

Emenda 19

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-indirizzar tat-tnaqqis fil-prestazzjoni edukattiva taż-żgħażagħ, speċjalment fil-qasam tal-ħiliet bażiċi. Tenħtieġ azzjoni biex jiġu indirizzati l-isfidi ffaċċjati mill-professjoni tat-tagħlim, inkluż l-attraenza tagħha, l-indirizzar tan-nuqqas ta’ għalliema, u l-ħtieġa tal-investiment fil-kompetenzi tal-ħiliet diġitali tal-għalliema u tal-ħarrieġa. Barra minn hekk, is-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ għandhom jgħammru lill-istudenti kollha b’kompetenzi kruċjali, inkluż ħiliet bażiċi u diġitali kif ukoll kompetenzi trasversali, u bi ħsieb kritiku fid-dawl tat-theddida tad-diżinformazzjoni, biex jitqiegħdu s-sisien għall-adattabbiltà u r-reżiljenza tul il-ħajja, filwaqt li jiġi żgurat li l-għalliema jkunu ppreparati biex irawmu dawn il-kompetenzi fl-istudenti. L-Istati Membri għandhom jappoġġaw lill-adulti fl-età tax-xogħol biex jaċċessaw it-taħriġ u jżidu l-inċentivi għall-individwi u l-motivazzjoni tagħhom biex ifittxu li jitħarrġu, inkluż, fejn xieraq, permezz ta’ kontijiet individwali tal-apprendiment, u jiżguraw it-trasferibbiltà tagħhom matul it-tranżizzjonijiet professjonali, kif ukoll permezz ta’ sistema affidabbli ta’ valutazzjoni tal-kwalità tat-taħriġ. L-Istati Membri għandhom jesploraw l-użu tal-mikrokredenzjali biex jappoġġaw l-apprendiment tul il-ħajja u l-impjegabbiltà. Għandhom jippermettu lil kulħadd jantiċipa aħjar il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u jadatta għalihom, b’mod partikolari permezz tat-titjib u t-tiġdid kontinwi tal-ħiliet u tal-forniment ta’ gwida u konsulenza integrati, bil-ħsieb li jiġu appoġġati tranżizzjonijiet ekwi u ġusti għal kulħadd, jissaħħu l-eżiti tal-impjiegi u dawk soċjali u l-produttività, jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fis-suq tax-xogħol u l-ispariġġi fil-ħiliet, tittejjeb ir-reżiljenza kumplessiva tal-ekonomija għax-xokkijiet u l-aġġustamenti potenzjali jsiru aktar faċli.

Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-indirizzar ta’ kwalunkwe tnaqqis fil-prestazzjoni edukattiva taż-żgħażagħ, speċjalment fil-qasam tal-ħiliet bażiċi. Hija meħtieġa azzjoni biex jiġu indirizzati l-isfidi ffaċċjati mill-professjoni tat-tagħlim, inkluż l-attraenza tagħha, l-indirizzar tan-nuqqas ta’ għalliema, u l-ħtieġa tal-investiment fil-kompetenzi tal-ħiliet diġitali tal-għalliema u tal-ħarrieġa. Barra minn hekk, is-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ għandhom jgħammru lill-istudenti kollha b’kompetenzi kruċjali, inkluż ħiliet bażiċi u diġitali kif ukoll kompetenzi trasversali, u bi ħsieb kritiku fid-dawl tat-theddida tad-diżinformazzjoni, biex jitqiegħdu s-sisien għall-adattabbiltà u r-reżiljenza tul il-ħajja , meħtieġa għal tranżizzjonijiet ta’ suċċess, mod partikolari fil-kuntest tat-tibdil fil-klima , filwaqt li jiġi żgurat li l-għalliema jkunu ppreparati biex irawmu dawn il-kompetenzi fl-istudenti. L-Istati Membri għandhom jappoġġaw lill-adulti fl-età tax-xogħol biex jaċċessaw it-taħriġ u jżidu l-inċentivi għall-individwi u l-motivazzjoni tagħhom biex ifittxu li jitħarrġu, inkluż, fejn xieraq, permezz ta’ kontijiet individwali tal-apprendiment, u jiżguraw it-trasferibbiltà tagħhom matul it-tranżizzjonijiet professjonali, kif ukoll permezz ta’ sistema affidabbli ta’ valutazzjoni tal-kwalità tat-taħriġ. L-Istati Membri għandhom jesploraw l-użu tal-mikrokredenzjali biex jappoġġaw l-apprendiment tul il-ħajja u l-impjegabbiltà. Għandhom jippermettu lil kulħadd jantiċipa aħjar il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u jadatta għalihom, b’mod partikolari permezz tat-titjib u t-tiġdid kontinwi tal-ħiliet u tal-forniment ta’ gwida u konsulenza integrati, bil-ħsieb li jiġu appoġġati tranżizzjonijiet ekwi u ġusti għal kulħadd , b’attenzjoni speċjali lill-ħaddiema li jkollhom aktar minn 50 sena , jissaħħu l-eżiti tal-impjiegi u dawk soċjali u l-produttività, jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fis-suq tax-xogħol u l-ispariġġi fil-ħiliet, tittejjeb ir-reżiljenza kumplessiva tal-ekonomija għax-xokkijiet u l-aġġustamenti potenzjali jsiru aktar faċli.

Emenda 20

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom irawmu opportunitajiet indaqs għal kulħadd billi jindirizzaw l-inugwaljanzi fis-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, inkluż f’termini ta’ kopertura reġjonali. B’mod partikolari, it-tfal għandhom jingħataw aċċess għal edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal affordabbli u ta’ kwalità għolja, f’konformità mal-“miri ta’ Barċellona” l-ġodda u l-Garanzija Ewropea għat-Tfal. L-Istati Membri għandhom jgħollu l-livelli ġenerali tal-kwalifiki, inaqqsu l-għadd ta’ persuni li jabbandunaw l-edukazzjoni u t-taħriġ kmieni, jappoġġaw l-aċċess ugwali għall-edukazzjoni tat-tfal minn gruppi żvantaġġati u minn żoni remoti, iżidu l-attraenza tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET , vocational education and training ), jappoġġaw l-aċċess għall-edukazzjoni terzjarja u t-tlestija tagħha, u jżidu l-għadd ta’ gradwati fix-xjenza, fit-teknoloġija, fl-inġinerija u fil-matematika (STEM , science, technology, engineering and mathematics ) kemm fil-VET kif ukoll fl-edukazzjoni terzjarja, speċjalment in-nisa. Anke l-aqwa prestazzjoni u l-eċċellenza fl-eżiti edukattivi għandhom jiġu appoġġati, minħabba r-rwol tagħhom fit-trawwim tal-innovazzjoni potenzjali futura tal-UE. L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw it-tranżizzjoni mill-edukazzjoni għall-impjieg għaż-żgħażagħ permezz ta’ traineeships u apprendistati ta’ kwalità, kif ukoll billi jżidu l-parteċipazzjoni tal-adulti fl-apprendiment kontinwu, b’mod partikolari fost l-istudenti minn sfondi żvantaġġati u dawk l-inqas kwalifikati. Filwaqt li jqisu r-rekwiżiti l-ġodda tas-soċjetajiet diġitali, ekoloġiċi u li qed jixjieħu, l-Istati Membri għandhom jaġġornaw u jżidu l-provvista u l-użu tal-VET inizjali u kontinwi flessibbli, isaħħu l-apprendiment imsejjes fuq ix-xogħol fis-sistemi tal-VET tagħhom, inkluż permezz ta’ apprendistati aċċessibbli, ta’ kwalità u effettivi, u jappoġġaw lill-adulti b’livell baxx ta’ ħiliet biex iżommu l-impjegabbiltà tagħhom. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom isaħħu r-rilevanza għas-suq tax-xogħol tal-edukazzjoni terzjarja u , fejn xieraq, tar-riċerka; itejbu l-monitoraġġ u t-tbassir tal-ħiliet; jagħmlu l-ħiliet u l-kwalifiki aktar viżibbli u komparabbli, inkluż dawk miksuba barra mill-pajjiż; jiżguraw użu aktar konsistenti tal-klassifikazzjonijiet li jgħoddu fl-UE kollha (eż. l-ESCO); u jżidu l-opportunitajiet għar-rikonoxximent u l-validazzjoni tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba barra mill-edukazzjoni u t-taħriġ formali, inkluż għar-refuġjati u l-persuni bi status ta’ protezzjoni temporanja. Lil hinn mill-użu tal-potenzjal mhux sfruttat tal-forza tax-xogħol domestika tal-UE, anke l-attirar ta’ talent u ta’ ħiliet minn barra l-UE permezz ta’ migrazzjoni ġestita u l-prevenzjoni ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol abbużivi jistgħu jikkontribwixxu għall-indirizzar tan-nuqqas ta’ ħiliet u ta’ ħaddiema, inkluż dawk marbuta mat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali bħal fis-setturi STEM u fil-kura tas-saħħa u l-kura fit-tul.

L-Istati Membri għandhom irawmu opportunitajiet indaqs għal kulħadd billi jindirizzaw l-inugwaljanzi fis-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, inkluż f’termini ta’ kopertura reġjonali. B’mod partikolari, it-tfal għandhom jingħataw aċċess għal edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal affordabbli u ta’ kwalità għolja, f’konformità mal-“miri ta’ Barċellona” l-ġodda u l-Garanzija Ewropea għat-Tfal. L-Istati Membri għandhom jgħollu l-livelli ġenerali tal-kwalifiki, inaqqsu l-għadd ta’ persuni li jabbandunaw l-edukazzjoni u t-taħriġ kmieni, jappoġġaw l-aċċess ugwali għall-edukazzjoni tat-tfal minn gruppi żvantaġġati u minn żoni remoti, iżidu l-attraenza tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET), jappoġġaw l-aċċess għall-edukazzjoni terzjarja u t-tlestija tagħha, u jżidu l-għadd ta’ gradwati fix-xjenza, fit-teknoloġija, fl-inġinerija u fil-matematika (STEM) kemm fil-VET kif ukoll fl-edukazzjoni terzjarja, speċjalment in-nisa. Anke l-aqwa prestazzjoni u l-eċċellenza fl-eżiti edukattivi għandhom jiġu appoġġati, minħabba r-rwol tagħhom fit-trawwim tal-innovazzjoni potenzjali futura tal-UE. L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw it-tranżizzjoni mill-edukazzjoni għall-impjieg għaż-żgħażagħ permezz ta’ traineeships u apprendistati mħallsa u ta’ kwalità, kif ukoll billi jżidu l-parteċipazzjoni tal-adulti fl-apprendiment kontinwu, b’mod partikolari fost l-istudenti minn sfondi żvantaġġati u dawk l-inqas kwalifikati. Filwaqt li jqisu r-rekwiżiti l-ġodda tas-soċjetajiet diġitali, ekoloġiċi u li qed jixjieħu, l-Istati Membri għandhom jaġġornaw u jżidu l-provvista u l-użu tal-VET inizjali u kontinwi flessibbli, isaħħu l-apprendiment imsejjes fuq ix-xogħol fis-sistemi tal-VET tagħhom, inkluż permezz ta’ apprendistati aċċessibbli, ta’ kwalità u effettivi, u jappoġġaw lill-adulti b’livell baxx ta’ ħiliet biex iżommu l-impjegabbiltà tagħhom. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom isaħħu , fejn xieraq, ir-rilevanza għas-suq tax-xogħol tal-edukazzjoni terzjarja u tar-riċerka; itejbu l-monitoraġġ u t-tbassir tal-ħiliet; jagħmlu l-ħiliet u l-kwalifiki aktar viżibbli u komparabbli, inkluż dawk miksuba barra mill-pajjiż , u jiżguraw użu aktar konsistenti tal-klassifikazzjonijiet li jgħoddu fl-UE kollha (eż. l-ESCO); u jżidu l-opportunitajiet għar-rikonoxximent u l-validazzjoni tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba barra mill-edukazzjoni u t-taħriġ formali, inkluż għar-refuġjati u l-persuni bi status ta’ protezzjoni temporanja. Lil hinn mill-użu tal-potenzjal mhux sfruttat tal-forza tax-xogħol domestika tal-UE, il-ftuħ ta’ kanali legali għall-migrazzjoni u l-prevenzjoni ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol abbużivi billi jiġi żgurat trattament ugwali bejn il-ħaddiema lokali u ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, jistgħu jikkontribwixxu wkoll għall-indirizzar tan-nuqqas ta’ ħiliet u ta’ ħaddiema, inkluż dawk marbuta mat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali bħal fis-setturi STEM kif ukoll fil-kura tas-saħħa u l-kura fit-tul , l-edukazzjoni, it-trasport u l-kostruzzjoni. L-Istati Membri għandhom bl-istess mod jiżguraw li l-migrazzjoni tal-ħaddiema ma tirriżultax f’deterjorament tal-kundizzjonijiet tax-xogħol eżistenti għall-ħaddiema lokali. L-adozzjoni ta’ Riżerva ta’ Talent tal-UE, flimkien ma’ traspożizzjoni ambizzjuża tad-Direttiva dwar il-Karta Blu tal-UE, tista’ toffri opportunitajiet biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ ħaddiema fil-livelli tal-ħiliet u s-setturi kollha.

Emenda 21

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-persuni qiegħda u lill-persuni inattivi assistenza effettiva, f’waqtha, koordinata u mfassla apposta bbażata fuq appoġġ għat-tiftix tax-xogħol, taħriġ, titjib u tiġdid tal-ħiliet u aċċess għal servizzi oħrajn ta’ sostenn, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lil gruppi vulnerabbli u lil persuni affettwati mit-tranżizzjoni ekoloġika u min dik diġitali jew mix-xokkijiet fis-suq tax-xogħol. Għandhom jitwettqu mill-aktar fis possibbli strateġiji komprensivi li jinkludu valutazzjoni individwali fil-fond ta’ persuni qiegħda, mhux aktar tard minn wara 18-il xahar qiegħda, bil-ħsieb li jitnaqqas b’mod sinifikanti u jiġi evitat il-qgħad fit-tul u strutturali. Għandhom ikomplu jiġu indirizzati l-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-kwistjoni ta’ żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ permezz tal-prevenzjoni tat-tluq bikri mill-edukazzjoni u mit-taħriġ u tat-titjib strutturali fit-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol, inkluż bl-implimentazzjoni sħiħa tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ rinforzata, li għandha wkoll tappoġġa opportunitajiet ta’ impjieg taż-żgħażagħ ta’ kwalità. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jagħtu spinta lill-isforzi b’mod partikolari biex jenfasizzaw kif it-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali joffru perspettiva mġedda għall-futur u opportunitajiet għaż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-persuni qiegħda u lill-persuni inattivi assistenza effettiva, f’waqtha, koordinata u mfassla apposta bbażata fuq appoġġ għat-tiftix tax-xogħol, taħriġ, titjib u tiġdid tal-ħiliet u aċċess għal servizzi oħrajn ta’ sostenn, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lil gruppi vulnerabbli u lil persuni affettwati mit-tranżizzjoni ekoloġika u min dik diġitali neċessarji jew mix-xokkijiet fis-suq tax-xogħol. Għandhom jitwettqu mill-aktar fis possibbli strateġiji komprensivi li jinkludu valutazzjoni individwali fil-fond ta’ persuni qiegħda, bil-ħsieb li jitnaqqas b’mod sinifikanti u jiġi evitat il-qgħad fit-tul u strutturali. Għandhom ikomplu jiġu indirizzati l-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-kwistjoni ta’ żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEET) permezz tal-prevenzjoni tat-tluq bikri mill-edukazzjoni u mit-taħriġ u tat-titjib strutturali fit-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol, inkluż bl-implimentazzjoni sħiħa tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ rinforzata, li għandha wkoll tappoġġa opportunitajiet ta’ impjieg taż-żgħażagħ ta’ kwalità. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jagħtu spinta lill-isforzi b’mod partikolari biex jenfasizzaw kif it-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali joffru perspettiva mġedda għall-futur u opportunitajiet għaż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol.

Emenda 22

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandu jkollhom l-għan li jneħħu l-ostakli u d-diżinċentivi għall-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, u jipprovdu inċentivi għaliha, b’mod partikolari għall-ħaddiema b’introjtu baxx, dawk li huma t-tieni sors ta’ introjtu (ta’ spiss ikunu nisa) u dawk l-aktar ’il bogħod mis-suq tax-xogħol, inkluż il-persuni li ġejjin minn kuntest ta’ migrazzjoni u l-persuni Rom emarġinati . Fid-dawl tan-nuqqas kbir ta’ ħaddiema f’ċerti okkupazzjonijiet u setturi (b’mod partikolari fis-setturi STEM, fil-kura tas-saħħa u l-kura fit-tul, fl-edukazzjoni, fit-trasport u fil-kostruzzjoni), l-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għat-trawwim tal-provvista ta’ ħaddiema, b’mod partikolari permezz tal-promozzjoni ta’ pagi u kundizzjonijiet tax-xogħol adegwati u tal-iżgurar li t-tfassil tas-sistemi tat-taxxa u tal-benefiċċji jkun jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol u li l-politiki attivi tas-suq tax-xogħol ikunu effettivi u aċċessibbli, filwaqt li jiġi rrispettat ir-rwol tas-sħab soċjali. L-Istati Membri għandhom jappoġġaw ukoll ambjent tax-xogħol adattat għall-persuni b’diżabbiltà, inkluż b’appoġġ finanzjarju u tekniku mmirat, informazzjoni u sensibilizzazzjoni, u servizzi li permezz tagħhom ikunu jistgħu jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà. Għandhom jiġu indirizzati d-differenza bejn il-ġeneri fl-impjiegi u fil-pagi u l-istereotipi marbuta mal-ġeneri. L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u aktar parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, inkluż billi jiġu żgurati opportunitajiet u progressjoni tal-karriera ugwali u jitneħħew l-ostakli għall-aċċess għat-tmexxija fil-livelli kollha tat-teħid tad-deċiżjonijiet, kif ukoll billi jiġu indirizzati l-vjolenza u l-fastidju fuq ix-xogħol li hija problema li taffettwa l-aktar lin-nisa. Għandhom jiġu żgurati pagi ugwali għal xogħol ugwali, jew xogħol ta’ valur ugwali, u trasparenza fil-pagi. Għandha tiġi promossa r-rikonċiljazzjoni tax-xogħol, tal-familja u tal-ħajja privata kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel, b’mod partikolari permezz ta’ aċċess għal kura fit-tul u servizzi tal-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal affordabbli u ta’ kwalità kif ukoll permezz ta’ politiki adegwati li jieħdu ħsieb il-bidliet li ġġib magħha d-diġitalizzazzjoni fid-dinja tax-xogħol. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ġenituri u persuni oħrajn b’responsabbiltajiet ta’ kura jkollhom aċċess għal liv relatat mal-familja adegwat u arranġamenti tax-xogħol flessibbli sabiex jintlaħaq bilanċ bejn ix-xogħol, il-familja u l-ħajja privata, u jippromwovu użu bilanċjat ta’ dawk l-intitolamenti bejn il-ġenituri.

L-Istati Membri għandu jkollhom l-għan li jneħħu l-ostakli u d-diżinċentivi għall-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, u jipprovdu inċentivi għaliha, b’mod partikolari għall-ħaddiema b’introjtu baxx, dawk li huma t-tieni sors ta’ introjtu (ta’ spiss ikunu nisa) u dawk l-aktar ’il bogħod mis-suq tax-xogħol, inkluż il-persuni li ġejjin minn kuntest ta’ migrazzjoni u l-persuni Rom. Fid-dawl tan-nuqqas kbir ta’ ħaddiema f’ċerti okkupazzjonijiet u setturi (b’mod partikolari fis-setturi STEM, fil-kura tas-saħħa u l-kura fit-tul, fl-edukazzjoni, fit-trasport u fil-kostruzzjoni), l-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għat-trawwim tal-provvista ta’ ħaddiema, b’mod partikolari permezz tal-promozzjoni ta’ pagi adegwati u kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti u tal-iżgurar li t-tfassil tas-sistemi tat-taxxa u tal-benefiċċji jkun jappoġġa l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol , u li l-politiki attivi tas-suq tax-xogħol ikunu effettivi u aċċessibbli, filwaqt li jiġi rrispettat ir-rwol tas-sħab soċjali. L-Istati Membri għandhom jappoġġaw ukoll ambjent tax-xogħol adattat għall-persuni b’diżabbiltà, inkluż b’appoġġ finanzjarju u tekniku mmirat, informazzjoni u sensibilizzazzjoni, u servizzi li permezz tagħhom ikunu jistgħu jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà , fejn l-ekonomija soċjali tkun tista’ taqdi rwol ewlieni fl-iżgurar ta’ impjiegi ta’ kwalità għall-persuni b’diżabbiltà. Il-linji gwida varji żviluppati fil-qafas tal-pakkett tal-impjiegi tal-Istrateġija Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà 2023–2030 għandhom jiġu implimentati bis-sħiħ fuq il-postijiet tax-xogħol. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lid-dritt għal akkomodazzjoni raġonevoli, l-użu ta’ strateġiji ta’ żamma, u l-ġlieda kontra prattiki diskriminatorji . Għandhom jiġu indirizzati d-differenzi bejn il-ġeneri fl-impjiegi u fil-pagi kif ukoll l-istereotipi okkupazzjonali marbuta mal-ġeneri u s-swieq tax-xogħol segmentati skont il-ġeneru, li jirriflettu d-differenzi sistematiċi bejn il-ġeneri fl-aċċess għall-edukazzjoni u t-taħriġ rilevanti . L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u aktar parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, inkluż billi jiġu żgurati opportunitajiet u progressjoni tal-karriera ugwali u jitneħħew l-ostakli għall-aċċess għat-tmexxija fil-livelli kollha tat-teħid tad-deċiżjonijiet, kif ukoll billi jiġu indirizzati l-vjolenza u l-fastidju fuq ix-xogħol li hija problema li taffettwa l-aktar lin-nisa. Għandhom jiġu żgurati pagi ugwali għal xogħol ugwali, jew xogħol ta’ valur ugwali, u trasparenza fil-pagi. Għandha tiġi promossa r-rikonċiljazzjoni tax-xogħol, tal-familja u tal-ħajja privata kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel, b’mod partikolari permezz ta’ aċċess għal kura fit-tul u servizzi tal-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal affordabbli u ta’ kwalità kif ukoll permezz ta’ politiki adegwati li jieħdu ħsieb il-bidliet li ġġib magħha d-diġitalizzazzjoni fid-dinja tax-xogħol . Id-dritt tal-ħaddiema għall-iskonnessjoni huwa essenzjali f’dan il-kuntest. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ġenituri u persuni oħrajn b’responsabbiltajiet ta’ kura jkollhom aċċess għal liv relatat mal-familja adegwat u arranġamenti tax-xogħol flessibbli sabiex jintlaħaq bilanċ bejn ix-xogħol, il-familja u l-ħajja privata, u jippromwovu użu bilanċjat ta’ dawk l-intitolamenti bejn il-ġenituri.

Emenda 23

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex jibbenefikaw minn forza tax-xogħol dinamika u produttiva u minn xejriet tax-xogħol u mudelli kummerċjali ġodda, l-Istati Membri għandhom jaħdmu flimkien mas-sħab soċjali fuq kundizzjonijiet tax-xogħol ekwi, trasparenti u prevedibbli, li jibbilanċjaw id-drittijiet u l-obbligi. Għandhom inaqqsu u jipprevjenu s-segmentazzjoni fis-swieq tax-xogħol, jiġġieldu kontra x-xogħol mhux iddikjarat u l-impjieg indipendenti fittizju u jrawmu t-tranżizzjoni lejn forom ta’ impjieg ta’ tul indefinit. Ir-regoli dwar il-protezzjoni tal-impjiegi, il-liġi tax-xogħol u l-istituzzjonijiet għandhom jipprovdu kemm ambjent xieraq għar-reklutaġġ kif ukoll il-flessibbiltà meħtieġa għal min iħaddem biex jadatta malajr għall-bidliet fil-kuntest ekonomiku, filwaqt li jipproteġu d-drittijiet tax-xogħol u jiżguraw il-protezzjoni soċjali , livell xieraq ta’ sigurtà u ambjenti tax-xogħol tajbin għas-saħħa, sikuri u adattati tajjeb għall-ħaddiema kollha . Il-promozzjoni tal-użu ta’ arranġamenti tax-xogħol flessibbli bħat-telexogħol tista’ tikkontribwixxi għal livelli ogħla ta’ impjiegi u għal swieq tax-xogħol aktar inklużivi. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jappoġġaw lill-ħaddiema, lin-negozji, u lil atturi oħrajn fit-trasformazzjoni diġitali, inkluż permezz tal-promozzjoni tal-adozzjoni ta’ għodod tal- Intelliġenza Artifiċjali ( IA) etiċi u affidabbli. Dan jista’ jvarja minn politiki għat-titjib u t-tiġdid tal-ħiliet tal-ħaddiema għal okkupazzjonijiet ġodda u inċentivi biex il-kumpaniji jiżviluppaw u jużaw teknoloġiji li għandhom il-potenzjal li jżidu l-produttività, jikkomplementaw ix-xogħol tal-bniedem, u jtaffu n-nuqqas ta’ ħaddiema fis-setturi kritiċi. B’mod ġenerali, u b’mod partikolari fil-kuntest diġitali, huwa importanti li jiġi żgurat li d-drittijiet tal-ħaddiema f’termini ta’ ħin tax-xogħol, kundizzjonijiet tax-xogħol, saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol u bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata jiġu rispettati. Għandhom jiġu evitati relazzjonijiet tax-xogħol li jwasslu għal kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji, inkluż każijiet li jinvolvu l-ħaddiema tal-pjattaformi, billi jiġu żgurati l-ekwità, it-trasparenza u r-responsabbiltà fl-użu tal-algoritmi, u billi jiġi miġġieled l-abbuż ta’ kuntratti atipiċi. F’każijiet ta’ tkeċċija inġusta għandu jkun garantit l-aċċess għal riżoluzzjoni tat-tilwim li tkun effettiva u imparzjali kif ukoll dritt għal rimedju, inkluż kumpens adegwat fejn applikabbli.

Sabiex jibbenefikaw minn forza tax-xogħol dinamika u produttiva u minn xejriet tax-xogħol u mudelli kummerċjali ġodda, l-Istati Membri għandhom jaħdmu flimkien mas-sħab soċjali fuq kundizzjonijiet tax-xogħol ekwi, trasparenti u prevedibbli, li jibbilanċjaw id-drittijiet u l-obbligi. Għandhom inaqqsu u jipprevjenu s-segmentazzjoni fis-swieq tax-xogħol, jiġġieldu kontra x-xogħol mhux iddikjarat u l-impjieg indipendenti fittizju u jrawmu t-tranżizzjoni lejn forom ta’ impjieg ta’ tul indefinit. Ir-regoli dwar il-protezzjoni tal-impjiegi, il-liġi tax-xogħol u l-istituzzjonijiet għandhom kollha jipprovdu għall-protezzjoni tad-drittijiet tax-xogħol, livell għoli ta’ protezzjoni soċjali u impjieg sikur, inklużi r-reklutaġġ, is-saħħa u sikurezza fuq il-post tax-xogħol kif ukoll ambjenti tax-xogħol adattati tajjeb għall-ħaddiema kollha. Fl-istess ħin, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ambjent xieraq għall-kumpaniji u għal min iħaddem biex jadattaw għall-bidliet. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw bis-sħiħ ir-regolamenti tal-UE dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali, inklużi valuri ta’ limitu vinkolanti tal-esponiment okkupazzjonali , sabiex jaħdmu lejn it-tnaqqis tal-għadd ta’ inċidenti fatali fuq il-post tax-xogħol u l-eliminazzjoni tal-kanċer fuq il-post tax-xogħol . Il-promozzjoni tal-użu ta’ arranġamenti tax-xogħol flessibbli bħat-telexogħol tista’ tikkontribwixxi għal livelli ogħla ta’ impjiegi u għal swieq tax-xogħol aktar inklużivi u tista’ tikkontribwixxi biex tippermetti li gruppi ta’ ħaddiema li kienu qabel esklużi jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol. Fl-istess ħin, tirriskja wkoll li ċċajpar id-distinzjoni bejn il-ħin tax-xogħol u l-ħajja privata, u għalhekk hemm il-ħtieġa għal direttiva dwar id-dritt ta’ skonnessjoni . Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jappoġġaw lill-ħaddiema, lin-negozji, u lil atturi oħrajn fit-trasformazzjoni diġitali, inkluż permezz tal-promozzjoni tal-adozzjoni ta’ għodod tal-IA etiċi u affidabbli. Dan jista’ jvarja minn politiki , żviluppati f’kooperazzjoni mas-sħab soċjali, għat-titjib u t-tiġdid tal-ħiliet tal-ħaddiema għal okkupazzjonijiet ġodda u inċentivi biex il-kumpaniji jiżviluppaw u jużaw teknoloġiji li għandhom il-potenzjal li jżidu l-produttività, jikkomplementaw ix-xogħol tal-bniedem, u jtaffu n-nuqqas ta’ ħaddiema fis-setturi kritiċi. B’mod ġenerali, u b’mod partikolari fil-kuntest diġitali, huwa importanti li jiġi żgurat li d-drittijiet tal-ħaddiema f’termini ta’ ħin tax-xogħol, demokrazija fuq il-post tax-xogħol, kundizzjonijiet tax-xogħol, saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol u bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata jiġu rispettati u japplikaw b’mod ugwali għall-ħaddiema kollha, irrispettivament mid-daqs tal-kumpanija u l-kuntratt ta’ impjieg sottostanti . Iridu jiġu evitati relazzjonijiet tax-xogħol li jwasslu għal kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji, bħall-impjieg indipendenti fittizju, traineeships fittizji jew tipi oħra ta’ impjieg moħbi, inkluż każijiet li jinvolvu l-ħaddiema tal-pjattaformi . Għalhekk huwa essenzjali li l-Istati Membri jimplimentaw id-direttiva dwar it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol fix-xogħol fuq il-pjattaformi, jiżguraw li l-persuni li jaħdmu permezz ta’ pjattaformi tax-xogħol diġitali jkunu jistgħu jgawdu bis-sħiħ id-drittijiet u l-benefiċċji soċjali tagħhom, isaħħu l-ispezzjonijiet tax-xogħol u jintroduċu sanzjonijiet dissważivi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-ekwità, it-trasparenza u r-responsabbiltà umana fl-użu tal-algoritmi, u jiġġieldu l-abbuż ta’ kuntratti atipiċi. F’każijiet ta’ tkeċċija inġusta għandu jkun garantit l-aċċess għal riżoluzzjoni tat-tilwim li tkun effettiva u imparzjali kif ukoll dritt għal rimedju, inkluż kumpens adegwat fejn applikabbli.

Emenda 24

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-politiki għandu jkollhom l-għan li jtejbu u jappoġġaw il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, it-tlaqqigħ tal-offerta mad-domanda tax-xogħol u t-tranżizzjonijiet fis-suq tax-xogħol, inkluż f’reġjuni żvantaġġati u fid-dawl tat-tibdil demografiku. L-Istati Membri għandhom jattivaw u jagħtu s-setgħa b’mod effettiv lil dawk li jistgħu jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol, speċjalment gruppi sottorappreżentati, bħan-nisa u ż-żgħażagħ, kif ukoll persuni f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, bħall-persuni b’livell baxx ta’ ħiliet u l-persuni li jkunu ilhom qiegħda, il-persuni b’diżabbiltà, il-persuni li ġejjin minn kuntest ta’ migrazzjoni, inkluż il-persuni bi status ta’ protezzjoni temporanja, il-persuni minn komunitajiet Rom emarġinati u l-ħaddiema akbar fl-età. L-Istati Membri għandhom isaħħu l-ambitu u l-effettività tal-politiki attivi tas-suq tax-xogħol billi jżidu l-mira, il-firxa u l-kopertura tagħhom u billi jorbtuhom aħjar mas-servizzi soċjali, mat-taħriġ u mal-appoġġ għall-introjtu għall-persuni qiegħda, waqt li jkunu qed ifittxu x-xogħol u abbażi tad-drittijiet u tar-responsabbiltajiet tagħhom. L-Istati Membri għandhom jużaw il-finanzjament u l-appoġġ tekniku tal-UE bl-aħjar mod biex isaħħu l-kapaċità tas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi ħalli jipprovdu assistenza f’waqtha u mfassla apposta lil dawk li jkunu qed ifittxu impjieg, jirrispondu għall-ħtiġijiet attwali u futuri tas-suq tax-xogħol, u jimplimentaw ġestjoni bbażata fuq il-prestazzjoni, filwaqt li jappoġġaw il-kapaċità tagħhom li jużaw id-data u t-teknoloġija diġitali. Anke s-servizzi privati tal-impjiegi jaqdu rwol f’dan ir-rigward.

Il-politiki għandu jkollhom l-għan li jtejbu u jappoġġaw il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, it-tlaqqigħ tal-offerta mad-domanda tax-xogħol u t-tranżizzjonijiet fis-suq tax-xogħol, inkluż f’reġjuni żvantaġġati u fid-dawl tat-tibdil demografiku. L-Istati Membri għandhom jattivaw u jagħtu s-setgħa b’mod effettiv lil dawk li jistgħu jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol, speċjalment gruppi sottorappreżentati, bħan-nisa u ż-żgħażagħ, kif ukoll persuni f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, bħall-persuni b’livell baxx ta’ ħiliet u l-persuni li jkunu ilhom qiegħda, il-persuni b’diżabbiltà, il-persuni li ġejjin minn kuntest ta’ migrazzjoni, inkluż il-persuni bi status ta’ protezzjoni temporanja, il-persuni minn komunitajiet Rom u l-ħaddiema akbar fl-età. L-Istati Membri għandhom isaħħu l-ambitu u l-effettività tal-politiki attivi tas-suq tax-xogħol billi jżidu l-mira, il-firxa u l-kopertura tagħhom u billi jorbtuhom aħjar mas-servizzi soċjali, mat-taħriġ u mal-appoġġ għall-introjtu għall-persuni qiegħda, waqt li jkunu qed ifittxu x-xogħol u abbażi tad-drittijiet u tar-responsabbiltajiet tagħhom. L-Istati Membri għandhom jużaw il-finanzjament u l-appoġġ tekniku tal-UE kif ukoll r-riżorsi nazzjonali bl-aħjar mod biex isaħħu l-kapaċità tas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi ħalli jipprovdu assistenza f’waqtha u mfassla apposta lil dawk li jkunu qed ifittxu impjieg, jirrispondu għall-ħtiġijiet attwali u futuri tas-suq tax-xogħol, u jimplimentaw ġestjoni bbażata fuq il-prestazzjoni, filwaqt li jappoġġaw il-kapaċità tagħhom li jużaw id-data u t-teknoloġija diġitali.

Emenda 25

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-persuni qiegħda benefiċċji tal-qgħad adegwati fuq tul ta’ żmien raġonevoli , konformi mal-kontribuzzjonijiet tagħhom u r-regoli ta’ eliġibbiltà nazzjonali . Il-benefiċċji tal-qgħad ma għandhomx jiddiżinċentivaw ritorn minnufih lejn l-impjieg u għandhom ikunu akkumpanjati minn politiki attivi tas-suq tax-xogħol, inkluż miżuri ta’ titjib u tiġdid tal-ħiliet, anke fid-dawl tan-nuqqas ta’ ħaddiema u ta’ ħiliet.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-persuni qiegħda benefiċċji tal-qgħad adegwati fuq tul ta’ żmien biżżejjed , konformi mal-kontribuzzjonijiet tagħhom u r-regoli ta’ eliġibbiltà nazzjonali u bbażati fuq il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni. Dawn għandhom ikunu akkumpanjati minn politiki attivi tas-suq tax-xogħol, inklużi miżuri ta’ titjib u tiġdid tal-ħiliet, anke fid-dawl tan-nuqqas ta’ ħaddiema u ta’ ħiliet u tal-ispariġġi fil-ħiliet u fid-domanda għall-ħaddiema u l-provvista ta’ ħaddiema, bl-appoġġ ta’ mekkaniżmi ta’ tagħlim reċiproku bejn l-Istati Membri .

Emenda 26

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-mobbiltà tal-istudenti, tal-apprendisti u tal-ħaddiema għandha tiżdied u tiġi appoġġata b’mod adegwat, speċjalment għall-istudenti fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali b’inqas esperjenzi ta’ mobbiltà, bl-għan li jittejbu l-ħiliet u l-impjegabbiltà tagħhom, jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tas-suq tax-xogħol Ewropew u jsir kontribut għall-kompetittività fil-livell tal-UE. Għandhom jiġu indirizzati l-ostakli għall-mobbiltà tal-forza tax-xogħol intra-UE, inkluż il-proċeduri għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali jew it-trasferiment tad-drittijiet miksuba fil-qasam tas-sigurtà soċjali. Għandhom jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi u deċenti għal dawk kollha li jwettqu attività transfruntiera billi tiġi evitata d-diskriminazzjoni u jiġi żgurat trattament ugwali man-nazzjonali tal-UE, tiġi infurzata l-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE u tiżdied il-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali fir-rigward tal-ħaddiema mobbli, bil-benefiċċju tal-assistenza tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol.

Il-mobbiltà tal-istudenti, tal-apprendisti u tal-ħaddiema għandha tiżdied u tiġi appoġġata b’mod adegwat, speċjalment għall-istudenti fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali b’inqas esperjenzi ta’ mobbiltà, bl-għan li jittejbu l-ħiliet u l-impjegabbiltà tagħhom, jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tas-suq tax-xogħol Ewropew u jsir kontribut għall-kompetittività fil-livell tal-UE. Għandhom jiġu indirizzati l-ostakli għall-mobbiltà tal-forza tax-xogħol intra-UE, inklużi l-proċeduri għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali jew it-trasferiment tad-drittijiet miksuba fil-qasam tas-sigurtà soċjali. Abbażi tal-ħidma tat-Task Force għall-Infurzar fis-Suq Uniku, l-Istati Membri għandhom jissimplifikaw u jistandardizzaw ir-rekwiżiti ta’ rappurtar tagħhom. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jippermettu l-amministrazzjonijiet tagħhom jirċievu dokumenti standardizzati f’lingwi oħra tal-Unjoni. Għandhom jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi u deċenti għal dawk kollha li jwettqu attività transfruntiera billi tiġi evitata d-diskriminazzjoni u jiġi żgurat trattament ugwali man-nazzjonali tal-UE, tiġi infurzata l-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE u tiżdied il-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali fir-rigward tal-ħaddiema mobbli, bil-benefiċċju tal-assistenza tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol. Filwaqt li jappoġġaw il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol, l-Istati Membri għandhom ukoll jiġġieldu b’mod effettiv l-impatt negattiv tal-eżodu ta’ mħuħ f’ċerti reġjuni, speċjalment fl-Istati Membri tan-Nofsinhar u tal-Lvant kif ukoll f’żoni remoti u rurali.

Emenda 27

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 7 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-mobbiltà tal-ħaddiema f’okkupazzjonijiet kritiċi u ta’ ħaddiema transfruntiera, staġonali u stazzjonati għandha tiġi appoġġata fil-każ ta’ għeluq temporanju tal-fruntieri kkawżat minn kunsiderazzjonijiet tas-saħħa pubblika . L-Istati Membri għandhom ikomplu jinvolvu ruħhom fi sħubijiet ta’ talent biex itejbu l-perkorsi tal-migrazzjoni legali billi jniedu skemi ġodda ta’ mobbiltà u jipprevedu politika ta’ integrazzjoni effettiva għall-ħaddiema u l-familji tagħhom, li tinkludi l-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluż it-taħriġ lingwistiku, l-impjiegi, is-saħħa u l-akkomodazzjoni.

Il-mobbiltà tal-ħaddiema f’okkupazzjonijiet kritiċi u ta’ ħaddiema transfruntiera, staġonali u stazzjonati għandha tiġi appoġġata fil-każ ta’ għeluq temporanju tal-fruntieri. L-Istati Membri għandhom ikomplu jinvolvu ruħhom fi sħubijiet ta’ talent biex itejbu l-perkorsi tal-migrazzjoni legali billi jniedu skemi ġodda ta’ mobbiltà u jipprevedu politika ta’ integrazzjoni effettiva għall-ħaddiema u l-familji tagħhom, li tinkludi l-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluż it-taħriġ lingwistiku, l-impjiegi, is-saħħa u l-akkomodazzjoni.

Emenda 28

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 7 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom ukoll jagħmlu ħilithom biex joħolqu l-kundizzjonijiet xierqa għal forom ta’ xogħol u metodi ta’ ħidma ġodda, filwaqt li jwettqu l-potenzjal tagħhom fir-rigward tal-ħolqien tal-impjiegi u jiżguraw li jkunu konformi mad-drittijiet soċjali eżistenti. Għandhom jipprovdu pariri u gwida dwar id-drittijiet u l-obbligi li japplikaw fil-kuntest ta’ kuntratti atipiċi u forom ġodda ta’ xogħol, bħax-xogħol permezz ta’ pjattaformi tax-xogħol diġitali u ta’ arranġamenti permanenti jew semipermanenti tat-telexogħol. F’dan ir-rigward, is-sħab soċjali jistgħu jaqdu rwol strumentali u l-Istati Membri għandhom jappoġġawhom biex jilħqu u jirrappreżentaw lin-nies f’forom atipiċi u ġodda ta’ xogħol. L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw ukoll li jipprovdu appoġġ għall-infurzar — bħal linji gwida jew taħriġ apposta għall-ispettorati tax-xogħol — dwar l-isfidi li jirriżultaw minn forom ġodda ta’ organizzazzjoni tax-xogħol, inkluż l-użu tat-teknoloġiji diġitali u tal-IA, bħall-ġestjoni algoritmika, is-sorveljanza tal-ħaddiema u t-telexogħol.

L-Istati Membri għandhom ukoll jagħmlu ħilithom biex joħolqu l-kundizzjonijiet xierqa għal forom ta’ xogħol u metodi ta’ ħidma ġodda, filwaqt li jwettqu l-potenzjal tagħhom fir-rigward tal-ħolqien tal-impjiegi u jiżguraw li jkunu konformi mad-drittijiet soċjali eżistenti kif ukoll mal-liġi tax-xogħol tal-Unjoni u nazzjonali . Għandhom jipprovdu pariri u gwida dwar id-drittijiet u l-obbligi li japplikaw fil-kuntest ta’ kuntratti atipiċi u forom ġodda ta’ xogħol, bħax-xogħol permezz ta’ pjattaformi tax-xogħol diġitali u ta’ arranġamenti tat-telexogħol. F’dan ir-rigward, is-sħab soċjali jistgħu jaqdu rwol strumentali u l-Istati Membri għandhom jappoġġawhom biex jilħqu u jirrappreżentaw lin-nies f’forom atipiċi u ġodda ta’ xogħol. L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw ukoll li jipprovdu appoġġ għall-infurzar — bħat-tisħiħ tar-rwol, tar-riżorsi u tal-kapaċità tal-ispettorat tax-xogħol u miżuri oħra bħal linji gwida jew taħriġ apposta għall-ispetturi tax-xogħol — dwar l-isfidi li jirriżultaw minn forom ġodda ta’ organizzazzjoni tax-xogħol, inkluż l-użu tat-teknoloġiji diġitali u tal-IA, bħall-ġestjoni algoritmika, is-sorveljanza tal-ħaddiema u t-telexogħol.

Emenda 29

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 7 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw ambjent favoreli għal djalogu soċjali bipartitiku u tripartitiku fil-livelli kollha, inkluż in-negozjar kollettiv, fis-settur pubbliku u f’dak privat f’konformità mad-dritt u/jew il-prattika nazzjonali, wara konsultazzjoni mas-sħab soċjali u f’kooperazzjoni mill-qrib magħhom, filwaqt li tiġi rispettata l-awtonomija tagħhom. L-Istati Membri għandhom jinvolvu lis-sħab soċjali b’mod sistematiku, sinifikanti u f’waqtu fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-impjiegi, soċjali u, meta rilevanti, ekonomiċi u ta’ politiki pubbliċi oħrajn inkluż fl-iffissar u l-aġġornament tal-pagi minimi statutorji. L-Istati Membri għandhom jippromwovu livell ogħla ta’ kopertura tan-negozjar kollettiv, inkluż billi jippromwovu l-bini u t-tisħiħ tal-kapaċità tas-sħab soċjali, jippermettu negozjar kollettiv effettiv fil-livelli xierqa kollha u jħeġġu l-koordinazzjoni bejn dawk il-livelli u fihom. Is-sħab soċjali għandhom jiġu mħeġġa jinnegozjaw u jikkonkludu ftehimiet kollettivi fi kwistjonijiet rilevanti għalihom, filwaqt li tiġi rispettata bis-sħiħ l-awtonomija tagħhom u d-dritt għal azzjoni kollettiva.

L-Istati Membri għandhom irawmu d-demokrazija fuq il-post tax-xogħol u jiżguraw ambjent favorevoli għal djalogu soċjali bipartitiku u tripartitiku fil-livelli kollha, inkluż in-negozjar kollettiv, fis-settur pubbliku u f’dak privat f’konformità mad-dritt u/jew il-prattika nazzjonali, wara konsultazzjoni mas-sħab soċjali u f’kooperazzjoni mill-qrib magħhom, filwaqt li tiġi rispettata l-awtonomija tagħhom. L-Istati Membri għandhom jinvolvu lis-sħab soċjali b’mod sistematiku, sinifikanti u f’waqtu fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-impjiegi, soċjali u, meta rilevanti, ekonomiċi u ta’ politiki pubbliċi oħrajn inkluż fl-iffissar u l-aġġornament tal-pagi minimi statutorji. L-Istati Membri għandhom jippromwovu livell ogħla ta’ kopertura tan-negozjar kollettiv, inkluż billi jippromwovu l-bini u t-tisħiħ tal-kapaċità tas-sħab soċjali, jippermettu negozjar kollettiv effettiv fil-livelli xierqa kollha u jħeġġu l-koordinazzjoni bejn dawk il-livelli u fihom. Is-sħab soċjali għandhom jiġu mħeġġa jinnegozjaw u jikkonkludu ftehimiet kollettivi fi kwistjonijiet rilevanti għalihom, filwaqt li tiġi rispettata bis-sħiħ l-awtonomija tagħhom u d-dritt għal azzjoni kollettiva. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw id-Direttiva (UE) 2022/2041 mingħajr dewmien u jħejju pjanijiet ta’ azzjoni biex iżidu l-kopertura tan-negozjar kollettiv f’konformità ma’ dik id-Direttiva, fejn applikabbli.

Emenda 30

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 7 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn rilevanti , u filwaqt li jibnu fuq prattiki nazzjonali eżistenti, l-Istati Membri għandhom iqisu l-esperjenza rilevanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fi kwistjonijiet tal-impjiegi u soċjali.

Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi u l-awtonomija tas-sħab soċjali kif ukoll id-dritt tagħhom li jinnegozjaw u jikkonkludu ftehimiet kollettivi , u filwaqt li jibnu fuq prattiki nazzjonali eżistenti, l-Istati Membri għandhom iqisu wkoll l-esperjenza rilevanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fi kwistjonijiet tal-impjiegi u soċjali , fejn rilevanti .

Emenda 31

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jippromwovu swieq tax-xogħol inklużivi u miftuħa għal kulħadd, billi jdaħħlu fis-seħħ miżuri effettivi għall-ġlieda kontra l-forom kollha ta’ diskriminazzjoni u jippromwovu opportunitajiet indaqs għal kulħadd, u b’mod partikolari għall-gruppi li mhumiex rappreżentati biżżejjed fis-suq tax-xogħol, filwaqt li anke jagħtu attenzjoni xierqa lid-dimensjoni reġjonali u territorjali. Għandhom jiżguraw trattament ugwali fir-rigward tal-impjiegi, tal-protezzjoni soċjali, tal-kura tas-saħħa, tal-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, tal-kura fit-tul, tal-edukazzjoni u tal-aċċess għal oġġetti u servizzi, inkluż l-akkomodazzjoni, irrispettivament mill-ġeneru, mir-razza jew mill-oriġini etnika, mir-reliġjon jew mit-twemmin, mid-diżabbiltà, mill-età jew mill-orjentazzjoni sesswali.

L-Istati Membri għandhom jippromwovu swieq tax-xogħol inklużivi u miftuħa għal kulħadd, billi jdaħħlu fis-seħħ miżuri effettivi biex jeliminaw il-forom kollha ta’ diskriminazzjoni u jiżguraw opportunitajiet indaqs għal kulħadd, u b’mod partikolari għall-gruppi li mhumiex rappreżentati biżżejjed fis-suq tax-xogħol, filwaqt li anke jagħtu attenzjoni xierqa lid-dimensjoni reġjonali u territorjali. Għandhom jiżguraw trattament ugwali fir-rigward tal-impjiegi, tal-protezzjoni soċjali, tal-kura tas-saħħa, tal-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, tal-kura ta’ solliev u tal-kura fit-tul, tal-edukazzjoni u tal-aċċess għal oġġetti u servizzi, inkluż l-akkomodazzjoni, irrispettivament mill-ġeneru, mir-razza jew mill-oriġini etnika, mir-reliġjon jew mit-twemmin, mid-diżabbiltà, mill-età jew mill-orjentazzjoni sesswali.

Emenda 32

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jimmodernizzaw is-sistemi ta’ protezzjoni soċjali biex jipprovdu protezzjoni soċjali adegwata, effettiva, effiċjenti u sostenibbli għal kulħadd, matul l-istadji kollha tal-ħajja, filwaqt li jrawmu l-inklużjoni soċjali u l-mobbiltà soċjali għall-aħjar, jinċentivaw il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, jappoġġaw l-investiment soċjali, jiġġieldu kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali u jindirizzaw l-inugwaljanzi, inkluż permezz tat-tfassil tas-sistemi tat-taxxa u tal-benefiċċji tagħhom u billi jivvalutaw l-impatt distributtiv tal-politiki. L-approċċi universali kkomplementati b’approċċi mmirati jtejbu l-effettività tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali. Il-modernizzazzjoni tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali għandu jkollha l-għan ukoll li ttejjeb ir-reżiljenza tagħhom għal sfidi multidimensjonali. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-unitajiet domestiċi vulnerabbli li huma l-aktar affettwati mit-tranżizzjoni ekoloġika u minn dik diġitali u mil-livell elevat tal-għoli tal-ħajja, inkluż il-kostijiet tal-enerġija. L-Istati Membri għandhom ikomplu jindirizzaw il-lakuni fl-aċċess għall-protezzjoni soċjali għall-ħaddiema u għall-persuni li jaħdmu għal rashom fid-dawl taż-żieda ta’ forom atipiċi ta’ xogħol.

L-Istati Membri għandhom jimmodernizzaw is-sistemi ta’ protezzjoni soċjali biex jipprovdu protezzjoni soċjali adegwata, effettiva, effiċjenti u sostenibbli għal kulħadd, matul l-istadji kollha tal-ħajja, filwaqt li jrawmu l-inklużjoni soċjali u l-mobbiltà soċjali għall-aħjar, jinċentivaw il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, jappoġġaw l-investiment soċjali, jiġġieldu kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali u jindirizzaw l-inugwaljanzi, inkluż permezz tat-tfassil tas-sistemi tat-taxxa u tal-benefiċċji tagħhom u billi jivvalutaw l-impatt distributtiv tal-politiki. L-approċċi universali kkomplementati b’approċċi mmirati jtejbu l-effettività tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali. Il-modernizzazzjoni tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali għandu jkollha l-għan ukoll li ttejjeb ir-reżiljenza tagħhom għal sfidi multidimensjonali. Għandu jingħata appoġġ partikolari lill-unitajiet domestiċi vulnerabbli li huma l-aktar affettwati mit-tibdil fil-klima, mill-isfidi relatati mat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali , u mil-livell elevat tal-għoli tal-ħajja, inkluż il-kostijiet tal-enerġija. L-Istati Membri għandhom ikomplu jindirizzaw il-lakuni fl-aċċess għall-protezzjoni soċjali għall-ħaddiema u għall-persuni li jaħdmu għal rashom fid-dawl taż-żieda ta’ forom atipiċi ta’ xogħol.

Emenda 33

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw u jintegraw it-tliet fergħat ta’ inklużjoni attiva: appoġġ adegwat għall-introjtu, swieq tax-xogħol inklużivi u aċċess għal servizzi ta’ sostenn ta’ kwalità, biex jitwieġbu l-ħtiġijiet individwali. Is-sistemi ta’ protezzjoni soċjali għandhom jiżguraw benefiċċji adegwati għall-introjtu minimu għal dawk kollha li ma għandhomx biżżejjed u jippromwovu l-inklużjoni soċjali billi jappoġġaw u jħeġġu lin-nies jipparteċipaw b’mod attiv fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà, inkluż permezz ta’ forniment immirat ta’ servizzi soċjali. Id-disponibbiltà ta’ servizzi affordabbli, aċċessibbli u ta’ kwalità bħall-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, il-kura barra mill-iskola, l-edukazzjoni, it-taħriġ, l-akkomodazzjoni, il-kura tas-saħħa u l-kura fit-tul hija kundizzjoni meħtieġa biex jiġu żgurati opportunitajiet indaqs. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, inkluż il-faqar fost dawk li jaħdmu, f’konformità mal-miri ewlenin nazzjonali u tal-Unjoni għall-2030 dwar it-tnaqqis tal-faqar. Għandhom jiġu indirizzati b’mod speċjali l-faqar fost it-tfal u l-esklużjoni soċjali permezz ta’ miżuri komprensivi u integrati, inkluż permezz tal-implimentazzjoni sħiħa tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kulħadd, inkluż it-tfal, ikollu aċċess għal servizzi essenzjali ta’ kwalità tajba. Għal dawk fil-bżonn jew f’qagħda vulnerabbli għandhom jiżguraw ukoll aċċess għal akkomodazzjoni soċjali adegwata u affordabbli jew assistenza għall-akkomodazzjoni. Għandhom jiżguraw tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u ġusta u jindirizzaw il-faqar enerġetiku bħala forma dejjem aktar sinifikanti ta’ faqar, inkluż, fejn xieraq, permezz ta’ miżuri ta’ appoġġ maħsuba għall-unitajiet domestiċi f’sitwazzjonijiet vulnerabbli. L-Istati Membri għandhom jagħmlu użu effettiv mill-finanzjament u l-appoġġ tekniku tal-UE biex jinvestu fl-akkomodazzjoni soċjali, fir-rinnovazzjoni tal-akkomodazzjoni u fis-servizzi ta’ akkumpanjament u jindirizzaw il-ħtieġa urġenti għal akkomodazzjoni affordabbli u deċenti. B’rabta ma’ dawk is-servizzi, għandhom jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ persuni b’diżabbiltà, inkluż l-aċċessibbiltà. Il-problema tal-persuni mingħajr dar għandha tiġi speċifikament indirizzata billi jiġi promoss l-aċċess għal akkomodazzjoni permanenti u billi jingħataw servizzi ta’ appoġġ abilitanti.

L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw u jintegraw it-tliet fergħat ta’ inklużjoni attiva: appoġġ adegwat għall-introjtu, swieq tax-xogħol inklużivi u aċċess għal servizzi ta’ sostenn ta’ kwalità, biex jitwieġbu l-ħtiġijiet individwali. Is-sistemi ta’ protezzjoni soċjali għandhom jiżguraw benefiċċji adegwati għall-introjtu minimu għal dawk kollha li ma għandhomx biżżejjed riżorsi u jippromwovu l-inklużjoni soċjali billi jappoġġaw u jħeġġu lin-nies fl-età tax-xogħol jipparteċipaw b’mod attiv fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà, inkluż permezz ta’ forniment immirat ta’ servizzi soċjali. Id-disponibbiltà ta’ servizzi affordabbli, aċċessibbli u ta’ kwalità bħall-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, il-kura barra mill-iskola, l-edukazzjoni, it-taħriġ, l-akkomodazzjoni, il-kura tas-saħħa u l-kura fit-tul kif ukoll il-kura ta’ solliev u l-appoġġ għall-indokraturi hija kundizzjoni meħtieġa biex jiġu żgurati opportunitajiet indaqs. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, inkluż il-faqar fost dawk li jaħdmu, f’konformità mal-miri ewlenin nazzjonali u tal-Unjoni għall-2030 dwar it-tnaqqis tal-faqar. Għandhom jiġu indirizzati b’mod speċjali l-faqar fost it-tfal u l-esklużjoni soċjali permezz ta’ miżuri komprensivi u integrati, inkluż permezz tal-implimentazzjoni sħiħa tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kulħadd, inkluż it-tfal, ikollu aċċess għal servizzi essenzjali ta’ kwalità tajba. Għal dawk fil-bżonn jew f’qagħda vulnerabbli għandhom jiżguraw ukoll aċċess għal akkomodazzjoni soċjali adegwata u affordabbli jew assistenza għall-akkomodazzjoni. Għandhom jiżguraw tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u ġusta u jindirizzaw b’mod urġenti l-faqar enerġetiku bħala forma dejjem aktar sinifikanti ta’ faqar, inkluż, fejn xieraq, permezz ta’ miżuri ta’ appoġġ maħsuba għall-unitajiet domestiċi f’sitwazzjonijiet vulnerabbli. L-Istati Membri għandhom jagħmlu użu effettiv mill-finanzjament u l-appoġġ tekniku tal-UE biex jinvestu fl-akkomodazzjoni soċjali, fir-rinnovazzjoni tal-akkomodazzjoni u fis-servizzi ta’ akkumpanjament u jindirizzaw il-ħtieġa urġenti għal akkomodazzjoni affordabbli u deċenti. B’rabta ma’ dawk is-servizzi, għandhom jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ persuni b’diżabbiltà, inkluż l-aċċessibbiltà. Il-problema tal-persuni mingħajr dar għandha tiġi speċifikament indirizzata billi jiġi promoss l-aċċess għal akkomodazzjoni permanenti (l-approċċ ta’ “L-akkomodazzjoni l-ewwel”) u billi jingħataw servizzi ta’ appoġġ abilitanti.

Emenda 34

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw aċċess f’waqtu għal kura tas-saħħa preventiva u kurattiva affordabbli u għal kura fit-tul ta’ kwalità tajba, filwaqt li jħarsu s-sostenibbiltà fit-tul. Fil-kuntest ta’ domanda dejjem akbar għall-kura fit-tul, marbuta wkoll mal-bidliet demografiċi, għandhom jiġu indirizzati l-lakuni fl-adegwatezza kif ukoll in-nuqqas ta’ forza tax-xogħol u l-kundizzjonijiet tax-xogħol ħżiena.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw aċċess f’waqtu għal kura tas-saħħa preventiva u kurattiva affordabbli u għal kura fit-tul ta’ kwalità tajba, filwaqt li jħarsu s-sostenibbiltà fit-tul. Fil-kuntest ta’ domanda dejjem akbar għall-kura fit-tul, marbuta wkoll mal-bidliet demografiċi, għandhom jiġu indirizzati l-lakuni fl-adegwatezza kif ukoll in-nuqqas ta’ ħaddiema, il-kundizzjonijiet tax-xogħol ħżiena u ħafna drabi r-remunerazzjoni inadegwata għall-indokraturi .

Emenda 35

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 8 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F’kuntest ta’ żieda fil-lonġevità u ta’ tibdil demografiku, l-Istati Membri għandhom jassiguraw l-adegwatezza u s-sostenibbiltà tas-sistemi tal-pensjonijiet għall-ħaddiema u għall-persuni li jaħdmu għal rashom, filwaqt li jipprovdu opportunitajiet indaqs għan-nisa u l-irġiel biex jiksbu u jakkumulaw id-drittijiet tal-pensjoni, inkluż permezz ta’ skemi supplimentari biex jiġi żgurat introjtu adegwat fix-xjuħija . Ir-riformi tal-pensjonijiet għandhom ikunu appoġġati minn politiki li jkollhom l-għan li jnaqqsu d-differenza bejn il-ġeneri fil-pensjonijiet u minn miżuri li jtawlu l-ħajja tax-xogħol , pereżempju biż-żieda tal-età effettiva tal-irtirar , b’mod partikolari bl-iffaċilitar tal-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol ta’ persuni akbar fl-età, u għandhom jitqiegħdu f’kuntest ta’ strateġiji għat-tixjiħ attiv . L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu djalogu kostruttiv mas-sħab soċjali u ma’ partijiet ikkonċernati rilevanti oħrajn, u jippermettu introduzzjoni gradwali xierqa tar-riformi.

F’kuntest ta’ żieda fil-lonġevità u ta’ tibdil demografiku, l-Istati Membri għandhom jassiguraw l-adegwatezza u s-sostenibbiltà tas-sistemi tal-pensjonijiet għall-ħaddiema u għall-persuni li jaħdmu għal rashom, filwaqt li jipprovdu opportunitajiet indaqs għan-nisa u l-irġiel biex jiksbu u jakkumulaw id-drittijiet tal-pensjoni, inkluż permezz ta’ skemi supplimentari biex jiġi żgurat introjtu deċenti tal-irtirar u ’l fuq mil-linja tal-faqar . Ir-riformi tal-pensjonijiet għandhom ikunu appoġġati minn politiki li jkollhom l-għan li jnaqqsu d-differenza bejn il-ġeneri fil-pensjonijiet , inkluż permezz ta’ perjodi ta’ liv tal-maternità u tal-ġenituri valutati b’mod adegwat, u li jippromwovu tixjiħ attiv u b’saħħtu u kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti biex jiġi żgurat li l-ħaddiema jkunu jistgħu fil-fatt jibqgħu fl-impjieg sakemm jilħqu l-età statutorja tal-irtirar . Fl-istess ħin għandu jkun possibbli li l-ħaddiema li jixtiequ jibqgħu attivi wara li jilħqu l-età tal-irtirar ikunu jistgħu jagħmlu dan . L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu djalogu kostruttiv mas-sħab soċjali u ma’ partijiet ikkonċernati rilevanti oħrajn, u jippermettu introduzzjoni gradwali xierqa tar-riformi.


(5)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1004 tal-14 ta’ Ġunju 2021 li tistabbilixxi Garanzija Ewropea għat-Tfal (ĠU L 223, 22.6.2021, p. 14).

(5)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1004 tal-14 ta’ Ġunju 2021 li tistabbilixxi Garanzija Ewropea għat-Tfal (ĠU L 223, 22.6.2021, p. 14).

(6)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ Novembru 2021 dwar approċċi ta’ tagħlim imħallat għal edukazzjoni primarja u sekondarja ta’ kwalità għolja u inklużiva (ĠU C 504, 14.12.2021, p. 21).

(6)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ Novembru 2021 dwar approċċi ta’ tagħlim imħallat għal edukazzjoni primarja u sekondarja ta’ kwalità għolja u inklużiva (ĠU C 504, 14.12.2021, p. 21).

(7)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2022 dwar il-bini ta’ konnessjonijiet għal kooperazzjoni effettiva Ewropea fl-edukazzjoni għolja (ĠU C 160, 13.4.2022, p. 1).

(7)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2022 dwar il-bini ta’ konnessjonijiet għal kooperazzjoni effettiva Ewropea fl-edukazzjoni għolja (ĠU C 160, 13.4.2022, p. 1).

(8)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2022 dwar approċċ Ewropew għall-mikrokredenzjali għall-apprendiment tul il-ħajja u għall-impjegabbiltà (ĠU C 243, 27.6.2022, p. 10), ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2022 dwar kontijiet individwali tal-apprendiment (ĠU C 243, 27.6.2022, p. 26), ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2022 dwar l-iżgurar ta’ tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika (ĠU C 243, 27.6.2022, p. 35) u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2022 dwar l-apprendiment favur it-tranżizzjoni ekoloġika u l-iżvilupp sostenibbli (ĠU C 243, 27.6.2022, p. 1).

(8)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2022 dwar approċċ Ewropew għall-mikrokredenzjali għall-apprendiment tul il-ħajja u għall-impjegabbiltà (ĠU C 243, 27.6.2022, p. 10), ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2022 dwar kontijiet individwali tal-apprendiment (ĠU C 243, 27.6.2022, p. 26), ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2022 dwar l-iżgurar ta’ tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika (ĠU C 243, 27.6.2022, p. 35) u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2022 dwar l-apprendiment favur it-tranżizzjoni ekoloġika u l-iżvilupp sostenibbli (ĠU C 243, 27.6.2022, p. 1).

(9)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2022 dwar il-Perkorsi għas-Suċċess fl-Iskola u li tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2011 dwar linji politiċi sabiex jitnaqqas it-tluq bikri mill-iskejjel (ĠU C 469, 9.12.2022, p. 1).

(9)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2022 dwar il-Perkorsi għas-Suċċess fl-Iskola u li tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2011 dwar linji politiċi sabiex jitnaqqas it-tluq bikri mill-iskejjel (ĠU C 469, 9.12.2022, p. 1).

(10)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Diċembru 2022 dwar l-aċċess għall-kura fit-tul affordabbli u ta’ kwalità għolja (ĠU C 476, 15.12.2022, p. 1) u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Diċembru 2022 dwar l-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal: il-miri ta’ Barċellona għall-2030 (ĠU C 484, 20.12.2022, p. 1).

(10)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Diċembru 2022 dwar l-aċċess għall-kura fit-tul affordabbli u ta’ kwalità għolja (ĠU C 476, 15.12.2022, p. 1) u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Diċembru 2022 dwar l-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal: il-miri ta’ Barċellona għall-2030 (ĠU C 484, 20.12.2022, p. 1).

(11)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Jannar 2023 dwar introjtu minimu adegwat li jiżgura inklużjoni attiva (ĠU C 41, 3.2.2023, p. 1).

(11)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Jannar 2023 dwar introjtu minimu adegwat li jiżgura inklużjoni attiva (ĠU C 41, 3.2.2023, p. 1).

(12)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2023 dwar it-tisħiħ tad-djalogu soċjali fl-Unjoni Ewropea (ĠU C/2023/1389, 6 ta’ Diċembru 2023).

(12)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2023 dwar it-tisħiħ tad-djalogu soċjali fl-Unjoni Ewropea (ĠU C, C/2023/1389, 6.12.2023).

(13)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2023 dwar l-iżvilupp ta’ kundizzjonijiet ta’ qafas tal-ekonomija soċjali (ĠU C/2023/1344, 29 ta’ Novembru 2023).

(13)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2023 dwar l-iżvilupp ta’ kundizzjonijiet ta’ qafas tal-ekonomija soċjali (ĠU C, C/2023/1344, 29.11.2023).

(14)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/402 tal-4 ta’ Marzu 2021 dwar appoġġ attiv effettiv għall-impjiegi wara l-kriżi tal-COVID-19 (EASE) (ĠU L 80, 8.3.2021, p. 1).

(14)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/402 tal-4 ta’ Marzu 2021 dwar appoġġ attiv effettiv għall-impjiegi wara l-kriżi tal-COVID-19 (EASE) (ĠU L 80, 8.3.2021, p. 1).

(15)  Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ lejn iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u lil hinn (2021–2030), (ĠU C 66, 26.2.2021, p. 1).

(15)  Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ lejn iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u lil hinn (2021–2030), (ĠU C 66, 26.2.2021, p. 1).

(16)  COM(2021) 778 final.

(16)  COM(2021)0778.

(17)  COM(2020) 624 final.

(17)  COM(2020)0624.

(18)  COM(2021) 101 final.

(18)  COM(2021)0101.

(19)  Pakkett dwar l-Impjiegi għall-Persuni b’Diżabbiltà biex jittejbu l-eżiti tas-suq tax-xogħol għall-persuni b’diżabbiltà – Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni – Il-Kummissjoni Ewropea (europa.eu)

(19)  Pakkett dwar l-Impjiegi għall-Persuni b’Diżabbiltà biex jittejbu l-eżiti tas-suq tax-xogħol għall-persuni b’diżabbiltà – Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni – Il-Kummissjoni Ewropea (europa.eu)

(20)  COM(2022) 440 final.

(20)  COM(2022)0440.

(21)  COM(2023) 62 final.

(21)  COM(2023)0062.

(22)  COM(2023) 38 u 40 final.

(22)  COM(2023)0038 u 0040.

(23)  COM(2022) 494 final.

(23)  COM(2022)0494.

(24)  COM(2024) 131 final.

(24)  COM(2024)0131.

(25)  Id-Deċiżjoni (UE) 2021/2316 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Diċembru 2021 dwar Sena Ewropea taż-Żgħażagħ (2022) (ĠU L 462, 28.12.2021, p. 1).

(25)  Id-Deċiżjoni (UE) 2021/2316 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Diċembru 2021 dwar Sena Ewropea taż-Żgħażagħ (2022) (ĠU L 462, 28.12.2021, p. 1).

(26)  Id-Deċiżjoni (UE) 2023/936 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar Sena Ewropea tal-Ħiliet (ĠU L 125, 11.5.2023, p. 1).

(26)  Id-Deċiżjoni (UE) 2023/936 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar Sena Ewropea tal-Ħiliet (ĠU L 125, 11.5.2023, p. 1).

(27)  Id-Direttiva (UE) 2022/2041 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar pagi minimi adegwati fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 275, 25.10.2022, p. 33).

(27)  Id-Direttiva (UE) 2022/2041 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar pagi minimi adegwati fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 275, 25.10.2022, p. 33).

(28)  Id-Direttiva (UE) 2022/2381 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 dwar it-titjib tal-bilanċ bejn il-ġeneri fost diretturi ta’ kumpanniji elenkati u miżuri relatati (ĠU L 315, 7.12.2022, p. 44).

(28)  Id-Direttiva (UE) 2022/2381 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 dwar it-titjib tal-bilanċ bejn il-ġeneri fost diretturi ta’ kumpanniji elenkati u miżuri relatati (ĠU L 315, 7.12.2022, p. 44).

(29)  Id-Direttiva (UE) 2023/970 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li ssaħħaħ l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta’ valur ugwali bejn l-irġiel u n-nisa permezz ta’ trasparenza fil-pagi u mekkaniżmi ta’ infurzar (ĠU L 132, 17.5.2023, p. 21).

(29)  Id-Direttiva (UE) 2023/970 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li ssaħħaħ l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta’ valur ugwali bejn l-irġiel u n-nisa permezz ta’ trasparenza fil-pagi u mekkaniżmi ta’ infurzar (ĠU L 132, 17.5.2023, p. 21).

(29a)   Id-Direttiva (UE) 2024/1500 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 dwar standards għall-korpi tal-ugwaljanza fil-qasam tat-trattament ugwali u l-opportunitajiet indaqs bejn in-nisa u l-irġiel fi kwistjonijiet ta’ impjieg u xogħol, u li temenda d-Direttivi 2006/54/KE u 2010/41/UE (ĠU L, 2024/1500, 29.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1500/oj).

(30)   COM (2021) 762 final

(30)   COM(2021)0762.

(30a)   COM(2023)0512.

(30b)   COM(2024)0014.

(30c)   COM(2024)0132.

(37)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/382 tal-4 ta’ Marzu 2022 li tistabbilixxi l-eżistenza ta’ influss bil-massa ta’ persuni spostati mill-Ukrajna skont it-tifsira tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/55/KE, u li għandha l-effett li tintroduċi protezzjoni temporanja (ĠU L 71, 4.3.2022, p. 1) u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/2409 tad-19 ta’ Ottubru 2023 li testendi l-protezzjoni temporanja kif introdotta bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/382.

(37)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/382 tal-4 ta’ Marzu 2022 li tistabbilixxi l-eżistenza ta’ influss bil-massa ta’ persuni spostati mill-Ukrajna skont it-tifsira tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/55/KE, u li għandha l-effett li tintroduċi protezzjoni temporanja (ĠU L 71, 4.3.2022, p. 1) u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/2409 tad-19 ta’ Ottubru 2023 li testendi l-protezzjoni temporanja kif introdotta bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/382.

(37a)   Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE tal-20 ta’ Lulju 2001 dwar l-istandards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta’ influss bil-massa ta’ persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta’ dawn (ĠU L 212, 7.8.2001, p. 12).

(38)  Id-dikjarazzjoni ta’ La Hulpe dwar il-Futur tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. La Hulpe, il-Belġju, is-16 ta’ April 2024.

(38)  Id-dikjarazzjoni ta’ La Hulpe dwar il-Futur tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. La Hulpe, il-Belġju, is-16 ta’ April 2024.

(39)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Jannar 2023 dwar introjtu minimu adegwat li jiżgura inklużjoni attiva (ĠU C 41, 3.2.2023, p. 1).

(39)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Jannar 2023 dwar introjtu minimu adegwat li jiżgura inklużjoni attiva (ĠU C 41, 3.2.2023, p. 1).

(40)  COM(2021) 101 final.

(40)  COM(2021)0101.

(41)  Qafas Strateġiku tal-UE għar-Rom għall-ugwaljanza, għall-inklużjoni u għall-parteċipazzjoni għall-2020–2030, COM(2020) 620 final.

(41)  Qafas Strateġiku tal-UE għar-Rom għall-ugwaljanza, għall-inklużjoni u għall-parteċipazzjoni għall-2020–2030, COM(2020)0620.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/493/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)