22.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 54/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUFOR RCA/1/2014

tad-19 ta’ Frar 2014

ta' dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR RCA)

(2014/103/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/73/PESK tal-10 ta' Frar 2014 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR RCA) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2014/73/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà biex jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-EUFOR RCA.

(2)

Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE rrakkomanda l-ħatra tal-Brigadier Ġeneral Thierry LION bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-EUFOR RCA.

(3)

Il-Kumitat Militari tal-UE jappoġġa dik ir-rakkomandazzjoni.

(4)

F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u l-implementazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Brigadier Ġeneral Thierry LION huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR RCA).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Frar 2014.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)   ĠU L 40, 11.2.2014, p. 59.