|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2096 |
6.11.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 176/2025
tal-11 ta’ Lulju 2025
li temenda l-Anness IV (L-Enerġija) tal-Ftehim ŻEE [2025/2096]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/759 tal-14 ta’ Diċembru 2021 li jemenda l-Anness VII tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ metodoloġija għall-kalkolu tal-ammont ta’ enerġija rinnovabbli użata għat-tkessiħ u għat-tkessiħ distrettwali (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (2), kif korretta bil-ĠU L 311, 25.9.2020, p. 11 u ĠU L 41, 22.2.2022, p. 37,trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tħassar id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim ŻEE. |
|
(4) |
L-Istati tal-EFTA ma humiex inklużi fil-mira ġenerali vinkolanti tal-Unjoni għas-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija tal-Unjoni fl-2030. L-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 jenħtieġ li japplika għall-Istati tal-EFTA għajr għad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 3(1), 3(5) u 3(6) tad-Direttiva. Minflok, l-Istati tal-EFTA jenħtieġ li jistabbilixxu miri indikattivi nazzjonali għall-enerġija rinnovabbli għall-2030 u konsegwentement li ma japplikawx l-Artikolu 8 għall-pjattaforma tal-Unjoni għall-iżvilupp ta’ sorsi rinnovabbli u t-trasferimenti tal-istatistika. Dan ma jipprekludix il-possibbiltà għal negozjati futuri bejn l-Istati tal-EFTA u l-Unjoni fir-rigward tal-kooperazzjoni dwar il-miri tal-enerġija rinnovabbli wara l-2030. |
|
(5) |
L-Istati tal-EFTA jistgħu japplikaw skemi ta’ appoġġ f’konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 għall-fini li jilħqu jew jaqbżu l-miri indikattivi nazzjonali rispettivi tagħhom għall-enerġija rinnovabbli. |
|
(6) |
L-Artikolu 7(5) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 jipprevedi eżenzjonijiet għal Ċipru u għal Malta fil-forma ta’ limitu aktar baxx fir-rigward tal-kalkolu tal-konsum finali gross tal-enerġija, b’rabta mal-ammont ta’ enerġija kkunsmata fl-avjazzjoni. L-Iżlanda hija gżira remota u bejnha u l-pajjiżi ġirien hemm distanzi twal. Fid-dawl ta’ din is-sitwazzjoni ġeografika speċifika, jenħtieġ li l-istess limitu li japplika għal Ċipru u għal Malta japplika wkoll għall-Iżlanda. |
|
(7) |
F’każijiet meta n-Norveġja jkollha d-dmir li tikkonsulta lill-poplu Sami, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-perjodi ta’ żmien għall-proċess tal-għoti tal-permessi msemmija fl-Artikolu 16(4), 16(5) u 16(6) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 jkunu jistgħu jiġu estiżi sa sena. |
|
(8) |
Kemm in-Norveġja kif ukoll l-Iżlanda għandhom sehem għoli ta’ elettriku rinnovabbli. Fil-parti l-kbira, in-Norveġja tuża l-elettriku rinnovabbli għal skopijiet ta’ tisħin, filwaqt li l-Iżlanda tkopri parti kbira mid-domanda tagħha għat-tisħin minn sorsi ġeotermali rinnovabbli u tuża l-elettriku rinnovabbli fil-każi meta s-sorsi ġeotermali ma jkunux disponibbli. Għaldaqstant huwa xieraq li l-metodi ta’ kalkolu relatati mal-integrazzjoni tat-tisħin u t-tkessiħ fid-Direttiva (UE) 2018/2001 fir-rigward tal-Istati tal-EFTA jiġu adattati. |
|
(9) |
Fid-dawl tal-unjoni reġjonali bejn il-Liechtenstein u l-Iżvizzera, li fiha l-fjuwils huma rregolati mill-awtoritajiet Żvizzeri u fornuti minn entitajiet Żvizzeri, u minħabba li dan huwa l-uniku sors ta’ provvisti ta’ fjuwils tat-trasport fil-Liechtenstein, huwa xieraq li tingħata deroga temporanja mill-Artikoli 25-31 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 li jistipulaw ir-regoli dwar l-enerġija rinnovabbli fis-settur tat-trasport u r-regoli dwar is-sostenibbiltà tal-fjuwils rinnovabbli. Il-Liechtenstein isegwi s-sistema tal-Iżvizzera li żżid il-bijofjuwils abbażi ta’ mekkaniżmu ta’ kumpens tas-CO2, li huwa ambizzjuż daqs l-effetti tas-sostituzzjoni u tal-iffrankar fil-miri tal-bijokarburanti. L-emissjonijiet tas-CO2 minn fjuwils għall-vetturi b’magna tal-kombustjoni jridu jiġu kkumpensati minn miżuri domestiċi u miżuri barranija. L-Artikolu 37 tal-Ordinanza tas-CO2 tal-Liechtenstein (LR 814.065.1) u l-Artikoli 9 u 10 tal-Att dwar is-CO2 (LR 814.065) jistipulaw li mill-2024 iridu jiġu kkumpensati 23 % tal-emissjonijiet tas-CO2. Dik id-deroga jenħtieġ li tapplika għad-Direttiva (UE) 2018/2001 kif kienet fis-seħħ qabel l-emenda bid-Direttiva (UE) 2023/2413 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 2023 (4). Dik id-deroga hija strettament limitata fiż-żmien u jenħtieġ li tapplika biss dment li jintlaħaq ftehim dwar l-inkorporazzjoni tad-Direttiva (UE) 2018/2001 kif emendata bid-Direttiva (UE) 2023/2413 fil-Ftehim ŻEE. Ftehim jenħtieġ li jitqies li ntlaħaq ladarba d-Direttiva (UE) 2018/2001, kif emendata bid-Direttiva (UE) 2023/2413, tkun ġiet inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(10) |
Il-Liechtenstein ġie eżentat mir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar l-istatistika dwar l-enerġija (5) minħabba li ma jistax jagħti data oriġinali dwar “il-konsum tal-enerġija primarja” jew “il-konsum finali tal-enerġija”. Il-Liechtenstein jista’ jirriformattja d-data statistika nazzjonali f’data dwar il-konsum tal-enerġija primarja u dwar il-konsum finali tal-enerġija meta dan ikun meħtieġ skont id-Direttiva (UE) 2018/2001. |
|
(11) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IV tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-test tal-punt 41 (id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness IV tal-Ftehim ŻEE huwa sostitwit b’dan li ġej:
“ 32018 L 2001: Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82), kif rettifikata bil-ĠU L 311, 25.9.2020, p. 11 u ĠU L 41, 22.2.2022, p. 37, kif emendata bi:
|
— |
32022 R 0759: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/759 tal-14 ta’ Diċembru 2021 (ĠU L 139, 18.5.2022, p. 1). |
Id-deċiżjonijiet dwar ir-rikonoxximent ta’ skemi volontarji għat-turija tal-konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà fid-Direttivi 98/70/KE u (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill huma msemmija fil-Kapitolu XVII tal-Anness II.
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:
|
(a) |
L-Artikoli 3(1), 3(5), 3(6), 5(4), 5(5) u 8 ma għandhomx japplikaw għall-Istati tal-EFTA. |
|
(b) |
Fl-Artikolu 3:
|
|
(c) |
Fl-Artikolu 4:
|
|
(d) |
Fl-Artikolu 5(2), il-kliem “il-liġi tal-Unjoni fis-suq intern tal-elettriku” għandu jiġi sostitwit bil-kliem “il-leġiżlazzjoni dwar is-suq intern tal-elettriku applikabbli skont il-Ftehim ŻEE”. |
|
(e) |
Fl-Artikoli 4 (9), 6 (1), 21(7) u 22(7), il-kliem “l-Artikoli 107 u 108 TFUE” għandu jiġi sostitwit bil-kliem “l-Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim ŻEE”. |
|
(f) |
Fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7(5), il-kelma “, l-Iżlanda” għandha tiddaħħal wara l-kelma “Ċipru”. |
|
(g) |
Fl-Artikolu 16(4) u (5), il-kliem “, jew meta n-Norveġja jkollha d-dmir li tikkonsulta lill-poplu Sami” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “ċirkostanzi straordinarji”. |
|
(h) |
Fl-Artikolu 16(6), il-kliem “, jew meta n-Norveġja jkollha d-dmir li tikkonsulta lill-poplu Sami,” għandhom jiddaħħlu wara l-kelma “installazzjoni”. |
|
(i) |
Fl-Artikolu 19(11), għandhom jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin: “L-Istati tal-EFTA ma għandhomx jirrikonoxxu garanziji tal-oriġini li jinħarġu minn pajjiżi terzi ħlief meta l-Unjoni tkun ikkonkludiet ftehim ma’ dak il-pajjiż terz dwar ir-rikonoxximent reċiproku tal-garanziji tal-oriġini maħruġa mill-Unjoni u garanziji għas-sistemi ta’oriġini kompatibbli stabbiliti f’dak il-pajjiż terz, u l-Istati tal-EFTA jkunu kkonkludew ftehim li jkun sostanzjalment ekwivalenti għal dak il-pajjiż terz, u meta ssir importazzjoni jew esportazzjoni diretta ta’ enerġija biss. L-Istati tal-EFTA għandhom jagħmlu ħilithom biex jikkonkludu l-ftehimiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu.” |
|
(j) |
Fl-Artikolu 19(12) u 36(3), il-kliem “liġi tal-Unjoni” għandu jiġi sostitwit bil-kliem “Ftehim ŻEE”. |
|
(k) |
Fl-Artikolu 20(3), il-kliem “jew, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-mira indikattiva nazzjonali rispettiva tagħhom għall-enerġija rinnovabbli stabbilita f’konformità mal-Artikolu 3(2)” għandu jiddaħħal wara l-kliem “mira tal-Unjoni stipulata fl-Artikolu 3(1) ta’ din id-Direttiva”. |
|
(l) |
Fl-Artikolu 23(1), il-kliem “u kkalkulat f’konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 7, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu”, ma għandux japplika għall-Istati tal-EFTA. |
|
(m) |
Fl-Artikolu 23(2)(b), il-kliem “jew, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, meta s-sehem ta’ enerġija rinnovabbli użat fis-settur tat-tisħin u tat-tkessiħ ikun ogħla minn 60 %, jista’ jgħodd kwalunkwe tali sehem bħala li jissodisfa ż-żieda annwali medja” għandu jiddaħħal wara l-kliem “iż-żieda annwali medja”. |
|
(n) |
Fl-Artikolu 29(1)(a), il-kliem “il-kontribut lejn il-mira tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu Artikolu 3(1) u” ma għandux japplika għall-Istati tal-EFTA. |
|
(o) |
L-Artikoli 25 sa 31 ma għandhomx japplikaw għal-Liechtenstein sakemm tiġi inkorporata d-Direttiva (UE) 2018/2001 kif emendata bid-Direttiva (UE) 2023/2413 fil-Ftehim ŻEE. |
|
(p) |
Dan li ġej għandu jiżdied mat-tabella fil-punt A tal-Anness I: “
” |
|
(q) |
Fil-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu 6 tal-Anness IV, il-kliem “il-liġi nazzjonali u tal-Unjoni” għandu jiġi sostitwit b’“il-liġi u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli skont il-Ftehim ŻEE’.” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament Delegat (UE) 2022/759 u d-Direttiva (UE) 2018/2001, kif rettifikati bil-ĠU L 311, 25.9.2020, p. 11 u bil-ĠU L 41, 22.2.2022, p. 37, bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Lulju 2025, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Lulju 2025.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kristján Andri STEFÁNSSON
(1) ĠU L 139, 18.5.2022, p. 1.
(2) ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82.
(3) ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.
(4) ĠU L, 2023/2413, 31.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/2413/oj.
(5) ĠU L 304, 14.11.2008, p. 1.
(*1) Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.
Dikjarazzjoni mill-Istati tal-EFTA
għad-Deċiżjoni Nru 176/2025 li tinkorpora d-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-Ftehim
L-inkorporazzjoni tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-Ftehim ŻEE testendi l-qafas regolatorju komuni għall-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli għall-Istati tal-EFTA. L-Istati tal-EFTA mhumiex inklużi fil-mira ewlenija tal-UE għall-enerġija rinnovabbli. Madankollu, l-Istati tal-EFTA stabbilew il-miri nazzjonali indikattivi rispettivi li ġejjin għall-enerġija rinnovabbli:
|
— |
l-Iżlanda stabbiliet mira indikattiva nazzjonali għall-enerġija rinnovabbli espressa bħala sehem mill-enerġija rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija ta’ 80 % fl-2030. Il-mira nazzjonali Iżlandiża għall-enerġija rinnovabbli hija bbażata fuq l-analiżi u t-tbassir tal-Aġenzija Iżlandiża għall-Ambjent u l-Enerġija (UOS) lejn l-2030. Is-setturi għall-elettriku u t-tisħin fl-Iżlanda huma bbażati fuq sorsi ta’ enerġija 100 % rinnovabbli ta’ enerġija idroelettrika u ġeotermali. Il-mira indikattiva Iżlandiża għall-enerġija rinnovabbli għall-2030 hija sittax-il punt perċentwali ogħla mill-mira nazzjonali għas-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija fl-2020. |
|
— |
Fis-6 ta’ Novembru 2020, il-Parlament tal-Liechtenstein (Landtag) adotta l-Istrateġija tal-Enerġija tiegħu għall-2030 li tistabbilixxi mira nazzjonali ta’ 30 % għas-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli. Dan l-għan huwa segwit kif ġej: Madwar 17 % minn sorsi domestiċi ta’ enerġija rinnovabbli (primarjament fotovoltajċi u, fejn possibbli, enerġija mir-riħ u, fuq skala iżgħar, mill-bijomassa) u madwar 13 % minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli importati (e-fjuwils, idroġenu rinnovabbli). Ir-rappurtar dwar il-kisba tal-objettivi jsir kull sena (bħala parti minn rapport ta’ monitoraġġ għall-attenzjoni tal-Parlament tal-Liechtenstein). |
|
— |
In-Norveġja stabbiliet mira indikattiva nazzjonali għall-enerġija rinnovabbli espressa bħala sehem mill-enerġija rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija ta’ 77,5 % fl-2030. Il-mira nazzjonali Norveġiża għall-enerġija rinnovabbli hija bbażata fuq l-analiżi u t-tbassir tal-Aġenzija tal-Enerġija Norveġiża (NVE) lejn l-2030, u fuq valutazzjonijiet interni li saru mill-Ministeru tal-Enerġija Norveġiż. Il-punt tat-tluq tan-Norveġja huwa għoli ħafna peress li n-Norveġja daħlet fl-enerġija rinnovabbli minn kmieni. Fl-istess ħin, dan ifisser li diġà qed jintużaw l-aktar miżuri kosteffiċjenti u faċilment disponibbli. Il-mira indikattiva Norveġiża għall-enerġija rinnovabbli għall-2030 hija għaxar punti perċentwali ogħla mill-mira nazzjonali għas-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija ta’ 67,5 % fl-2020. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2096/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)