|
18.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/16 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9533 — KKR/Arta Capital/Alvic)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 314/12)
1.
Fl-10 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
KKR & Co. Inc. (“KKR”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
ARTÀ CAPITAL S.G.E.I.C. S.A. (“Arta”, Spanja), |
|
— |
Grupo Alvic FR Mobiliario, S.L. (“Alvic”, Spanja). |
KKR y Arta jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Alvic kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— għal KKR: ditta ta’ investiment globali li toffri firxa wiesgħa ta’ servizzi ta’ ġestjoni ta’ assi alternattivi lill-investituri tas-suq pubbliċi u privati u tipprovdi soluzzjonijiet għas-swieq tal-kapital għall-impriża, għall-kumpaniji tal-portafoll tagħha u lill-klijenti tagħha;
— għal Arta: ditta Spanjola tal-ekwità privata fin-nofs tas-suq;
— għal Alvic: id-disinn, il-manifattura u d-distribuzzjoni ta’ komponenti tal-għamara bbażati fuq il-panelli għall-kċejjen, kmamar tal-banju, gwardarobbi u materjali tal-uffiċċji.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-osservazzjonijiet li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.L-osservazzjonijiet iridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9533 — KKR/Arta Capital/Alvic
L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, bil-faks jew bil-posta. Jekk jogħġbok uża d-dettalji ta’ kuntatt li ġejjin:
|
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz postali: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“Ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”)).