|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2483 |
3.10.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 129/2024
tat-12 ta' Ġunju 2024
li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE [2024/2483]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1855 tal-10 ta’ Ġunju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji minimi tad-data li għandha tiġi rrapportata lir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet u t-tip ta’ rapporti li għandhom jintużaw (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1856 tal-10 ta’ Ġunju 2022 li jemenda l-istandards tekniċi regolatorji stabbiliti fir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 151/2013 billi jispeċifika ulterjorment il-proċedura biex jiġu aċċessati d-dettalji tad-derivattivi kif ukoll l-arranġamenti tekniċi u operatorji għall-aċċess tagħhom (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1857 tal-10 ta’ Ġunju 2022 li jemenda l-istandards tekniċi regolatorji stipulati fir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 150/2013 fir-rigward tad-dettalji tal-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni bħala repożitorji tat-tranżazzjonijiet u għall-applikazzjonijiet għall-estensjoni tar-reġistrazzjoni bħala repożitorji tat-tranżazzjonijiet (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(4) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1858 tal-10 ta’ Ġunju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-proċeduri għar-rikonċiljazzjoni tad-data bejn ir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet u l-proċeduri li għandhom jiġu applikati mir-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet biex jivverifika l-konformità mill-kontroparti li tirrapporta jew mill-entità li tressaq ir-rapport mar-rekwiżiti tar-rapportar u biex jivverifika l-kompletezza u l-korrettezza tad-data rrapportata (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(5) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1860 tal-10 ta’ Ġunju 2022 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards, il-formati, il-frekwenza u l-metodi u l-arranġamenti għar-rapportar (5), kif rettifikat mill-ĠU L 304, 24.11.2022, p. 102, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(6) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2022/1855 iħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 148/2013 (6), li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim ŻEE. |
|
(7) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness IX tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
It-test tal-punt 31bce (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 148/2013) jinbidel b’dan li ġej: “ 32022 R 1855: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1855 tal-10 ta’ Ġunju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji minimi tad-data li għandha tiġi rrapportata lir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet u t-tip ta’ rapporti li għandhom jintużaw (ĠU L 262, 7.10.2022, p. 1).” |
|
2. |
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 31bcg (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 150/2013):
|
|
3. |
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 31bch (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 151/2013):
|
|
4. |
Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 31bcy (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1456):
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti Delegati (UE) 2022/1855, (UE) 2022/1856, (UE) 2022/1857 u (UE) 2022/1858, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1960, kif rettifikati mill-ĠU L 304, 24.11.2022, p.102, bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Ġunju 2024, dment li jkunu saru n-notifiki kollha (*1) skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE, jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 50/2021 tal-5 ta’ Frar 2021 (7), skont liema data tkun l-iżjed tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Ġunju 2024.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Nicolas VON LINGEN
(1) ĠU L 262, 7.10.2022, p. 1.
(2) ĠU L 262, 7.10.2022, p. 34.
(3) ĠU L 262, 7.10.2022, p. 41.
(4) ĠU L 262, 7.10.2022, p. 46.
(5) ĠU L 262, 7.10.2022, p. 68.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2483/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)