<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-616/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0616</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:781">EU:C:2022:781</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20221013">13.10.2022</DATE> – Kawża C‑616/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">M2Beauté Cosmetics</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20221013">13 ta’ Ottubru 2022</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2001/83/KE</KEYWORD><KEYWORD>Il-punt 2(b) tal-Artikolu 1</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>prodott mediċinali skont il-funzjoni<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Assenza ta’ studju xjentifiku</KEYWORD><KEYWORD>Konoxxenzi xjentifiċi relatati ma’ analogu strutturali</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1223/2009</KEYWORD><KEYWORD>Prodott kożmetiku</KEYWORD><KEYWORD>Effetti benefiċi konkreti fuq is-saħħa tal-bniedem</KEYWORD><KEYWORD>Effetti benefiċi immedjati jew fuq perijodu ta’ żmien</KEYWORD><KEYWORD>Effetti pożittivi fuq id-dehra</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑616/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Verwaltungsgericht Köln (il-Qorti Amministrattiva ta’ Köln, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20201027">27 ta’ Ottubru 2020</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid‑<DATE ISO="20201119">19 ta’ Novembru 2020</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">M2Beauté Cosmetics GmbH</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn A. Prechal, Presidenta tal-Awla, M. L. Arastey Sahún, F. Biltgen, N. Wahl (Relatur) u, J. Passer, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: T. Ćapeta,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal M2Beauté Cosmetics GmbH, minn P. Pfortner, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Bundesrepublik Deutschland, minn S. Schönemann, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Estonjan, minn N. Grünberg, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Elleniku, minn Z. Chatzipavlou, K. Georgiadis u V. Karra, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Noll-Ehlers, E. Sanfrutos Cano u A. Sipos, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukata Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas‑<DATE ISO="20220407">7 ta’ April 2022</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-punt 2(b) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20011106">6 ta’ Novembru 2001</DATE> dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69) kif emendata bid-Direttiva 2010/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal‑Kunsill tal‑<DATE ISO="20101215">15 ta’ Diċembru 2010</DATE> fir-rigward tal-farmakoviġilanza (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="348" PAGE.FIRST="74" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 348, p. 74</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="021" PAGE.FIRST="8" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 21, p. 8</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Direttiva 2001/83<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn M2Beauté Cosmetics GmbH u l-Bundesrepublik Deutschland (ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja), irrappreżentata mill-Bundesinstitut für Arzneimittel und Medizinprodukte (l-Istitut Federali tal-Mediċini u tat-Tagħmir Mediku, il-Ġermanja, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>BfArM<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), dwar deċiżjoni li permezz tagħha dan tal-aħħar ikkonstata li prodott intiż sabiex jiffavorixxi t-tkabbir tax-xagħar ta’ xfar l-għajnejn, ikkummerċjalizzat bħala prodott kożmetiku minn M2Beauté Cosmetics għandu jiġi kkummerċjalizzat bħala prodott mediċinali pjuttost milli bħala prodott kożmetiku.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal‑Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id‑Direttiva 2001/83</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 2 u 7 tad-Direttiva 2001/83 huma fformulati kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>(2)</NO.P><TXT>L-għan ewlieni tar-regoli kollha dwar il-produzzjoni, distribuzzjoni u użu ta’ prodotti mediċinali għandu jkun il-protezzjoni tas-saħħa pubblika.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(7)</NO.P><TXT>Il-kunċetti ta’ ħsara u taħ effikaċja terapewtika jistgħu jkunu eżamintati biss f’relazzjoni ta’ waħda ma’ oħra u għandhom biss sinifikat relattiv skond il-progress tat-tagħrif xjentifiku u l-użu li għalih il-prodott mediċinali huwa maħsub. Id-dettalji u d-dokumenti li għandhom ikunu ma’ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali juru li r-riskji potenzjali għandhom jingħelbu mill-effikaċja terapewtika tal-prodott.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(2) ta’ din id-direttiva, li jinsab fit-Titolu I tagħha, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, it-termini li ġejjin għandu jkollhom it-tifsiriet li ġejjin:</P><P>2. Prodott mediċinali:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Kull sustanza jew kombinazzjoni ta’ sustanzi prezentati bħala li għandhom proprjetajiet għat-trattament jew il-prevenzjoni ta’ mard fil-bniedem; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Kull sustanza jew kombinazzjoni ta’ sustanzi li jistgħu jintużaw fil- jew jiġu amministrati lill-bniedem, jew bil-ħsieb li jiġu restawrati, korretti jew modifikati funzjonijiet fiżjoloġiċi bl-eżerċitar ta’ azzjoni farmakoloġika, immunoloġika jew metabolika, jew biex isir dijanjosi mediku.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-imsemmija direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva għandha tgħodd għall-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem maħsuba li jitqiegħdu fis-suq fl-Istati Membri inkella jkunu preparati industrijalment jew manifatturati b’metodu li jinvolvi proċess industrijali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>F’każi ta’ dubju, fejn, waqt li jittieħed kont tal-karatteristiċi kollha tiegħu, prodott jista’ jaqa’ taħt id-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>prodott mediċinali<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/>; u taħt id-definizzjoni ta’ prodott kopert b’leġislazzjoni oħra tal-Komunità id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom jgħoddu.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(1) tal-istess direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>L-ebda prodott mediċinali ma jista’ jitqiegħed fis-suq ta’ Stat Membru jekk ma tkunx inħarġet awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-IstatMembru skond din id-Direttiva jew jekk ma tkunx ingħatat awtorizzazzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE> li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 229)] li għandha tinqara flimkien mar-Regolament (KE) Nru 1901/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE> dwar prodotti mediċinali għall-użu pedjatriku [li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1768/92, id-Direttiva 2001/20/KE, id-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="378" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 378, p. 1</REF.DOC.OJ>)] u r-Regolament (KE) Nru 1394/2007 [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20071113">13 ta’ Novembru 2007</DATE> dwar prodotti mediċinali ta’ terapija avvanzata u li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="324" PAGE.FIRST="121" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 324, p. 121</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="087" PAGE.FIRST="174" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 87, p. 174</REF.DOC.OJ>]).</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2001/83 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Biex tinkiseb awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali minkejja l-proċedura stabbilita mir-Regolament (KEE) [tal-Kunsill] Nru 2309/93 [tat‑<DATE ISO="19930722">22 ta’ Lulju 1993</DATE> li jistipula proċeduri tal-Komunità għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Valutazzjoni ta’ Prodotti Mediċinali (ĠU<?PAGE NO="4"?> Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 12, p. 151)), applikazzjoni għandha tkun magħmula lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru konċernat.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 8(3)(i) u (ia) ta’ din id-direttiva jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>L-applikazzjoni għandu jkollha magħha id-dettalji u d-dokumenti li ġejjin, sottomessi skond l-Anness I:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>Ir-riżultati ta’:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>testijiet farmaċewtiċi (fiżiko-kimiċi, bijoloġiċi jew mikrobijoloġiċi),</P></ITEM><ITEM><P>testijiet pre-kliniċi (tossikoloġiċi u farmakoloġiċi, [),]</P></ITEM><ITEM><P>provi kliniċi.</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>ia)</NO.P><TXT>Sommarju tas-sistema ta’ farmakoviġilanza tal-applikant li għandha tinkludi l-elementi li ġejjin:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>evidenza li l-applikant għandu għad-dispożizzjoni tiegħu persuna kwalifikata responsabbli għall-farmakoviġilanza;</P></ITEM><ITEM><P>l-Istati Membri fejn tkun residenti u twettaq il-kompiti tagħha l-persuna kwalifikata;</P></ITEM><ITEM><P>id-dettalji ta’ kuntatt tal-persuna kwalifikata;</P></ITEM><ITEM><P>stqarrija ffirmata mill-applikant li turi li l-applikant għandu l-mezzi meħtieġa biex iwettaq il-kompiti u r-responsabbiltajiet imniżżla fit-Titolu IX;</P></ITEM><ITEM><P>referenza għall-post fejn jinżamm il-master fajl tas-sistema ta’ farmakoviġilanza għall-prodott mediċinali.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>;</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 726/2004 issostitwixxa r-Regolament Nru 2309/93. Skond it-tieni paragrafu tal-Artikolu 88 tar-Regolament Nru 726/2004, ir-riferimenti għar-Regolament Nru 2309/93 għandhom jitqiesu bħala riferimenti għar-Regolament Nru 726/2004.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir‑Regolament (KE) Nru 1223/2009</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20091130">30 ta’ Novembru 2009</DATE> dwar il-prodotti kożmetiċi (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="342" PAGE.FIRST="59" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 342, p. 59</REF.DOC.OJ>, rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="191" PAGE.FIRST="12" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 191, p. 12</REF.DOC.OJ>, fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="129" PAGE.FIRST="162" DATE.PUB="2021">ĠU 2021, L 129, p. 162</REF.DOC.OJ>, u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="224" PAGE.FIRST="43" DATE.PUB="2021">ĠU 2021, L 224, p. 43</REF.DOC.OJ>, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Kamp ta’ applikazzjoni u għan<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli li kull prodott kożmetiku disponibbli fis-suq għandu jkun konformi magħhom, sabiex is-suq intern jaħdem tajjeb u jkun hemm livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa tal-bniedem.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, fil-paragrafu 1(a) tiegħu jipprevedi:</TXT><P><ALINEA><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>prodott kożmetiku<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/> tfisser kull sustanza jew taħlita intiża biex titqiegħed f’kuntatt ma’ partijiet esterni tal-ġisem tal-bniedem (il-ġilda, sistema tax-xagħar, dwiefer, xuftejn u organi ġenitali esterni) jew mas-snien u l-membrani mukkużi tal-kavità orali bil-ħsieb esklussiv jew prinċipali biex tnaddafhom, tfewwaħhom, tbiddel id-dehra tagħhom, tħarishom, iżżommhom f’kundizzjoni tajba jew tikkoreġi l-irwejjaħ tal-ġisem”.</ALINEA></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Notifika<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, jipprevedi fil-paragrafu 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Meta l-prodott kożmetiku jitqiegħed fis-suq, il-persuna responsabbli għandha tinnotifika lill-Kummissjoni dwar it-tikkettar oriġinali, u, fejn raġonevolment leġġibbli, ritratt tal-ippakkjar korrispondenti.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt Ġermaniż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1), (3) u (3a) tal-Gesetz über den Verkehr mit Arzneimitteln (Arzneimittelgesetz – AMG) (il-Liġi dwar il-Kummerċ tal-Prodotti Mediċinali), tal‑<DATE ISO="19760824">24 ta’ Awwissu 1976</DATE> (BGBl. 1976 I, p. 2445), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>AMG<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>), jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-prodotti mediċinali huma sustanzi jew preparazzjonijiet ta’ sustanzi:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>għal użu intern jew estern fuq il-ġisem tal-bniedem jew fuq il-ġisem ta’ annimali u intiżi, bħala mezz li jippreżentaw ċerti karatteristiċi, li jfejjqu, li jtaffu jew li jipprevjenu mard jew kundizzjonijiet patoloġiċi fil-bniedem jew fl-annimali, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>li jistgħu jintużaw għall-bnedmin jew għall-annimali jew li jistgħu jiġu amministrati bl-għan li</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>jiġu rrestawrati, ikkoreġuti jew immodifikati funzjonijiet fiżjoloġiċi billi tiġi eżerċitata azzjoni farmakoloġika, immunoloġika jew metabolika,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>tiġi stabbilita dijanjosi medika.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="002.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA><P>Ma jikkostitwixxux prodotti mediċinali</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>il-prodotti kożmetiċi, fis-sens tal-Artikolu 2(5) tal-Lebensmittel-, Bedarfsgegenstände- und Futtermittelgesetzbuch (Lebensmittel- und Futtermittelgesetzbuch – LFGB) (il-Kodiċi dwar il-Prodotti tal-Ikel u l-Għalf, il-Prodotti tal-Konsum ta’ Kuljum u l-Prodotti tal-Ikel Iddestinati għall-Għalf) […].</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.003A"><NO.PARAG>(3a)</NO.PARAG><ALINEA>Prodotti mediċinali huma wkoll il-prodotti li huma jew li fihom sustanzi jew preparazzjonijiet abbażi ta’ sustanzi li, fid-dawl tal-karatteristiċi kollha tagħhom, jaqgħu taħt id-definizzjoni tal-paragrafu 1 u fl-istess ħin jistgħu jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ prodott skont il-paragrafu 3.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 21(4) tal-AMG jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>L-awtorità federali superjuri kompetenti għandha tiddeċiedi wkoll […] fuq talba ta’ awtorità kompetenti ta’ Land, jekk il-kisba ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali hijiex neċessarja […]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(5) tal-Kodiċi dwar il-Prodotti tal-Ikel u l-Għalf, il-Prodotti tal-Konsum ta’ Kuljum u l-Prodotti tal-Ikel Iddestinati għall-Għalf) fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-kawża prinċipali, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Il-prodotti kożmetiċi huma sustanzi jew taħlitiet ta’ sustanzi li huma intiżi esklużivament jew essenzjalment għal użu estern, fil-ġisem tal-bniedem jew fil-kavità tal-ħalq tiegħu, sabiex inaddfu, jipproteġu, iżommu fi stat tajjeb, ifewħu, ibiddlu d-dehra jew użati sabiex jikkoreġu r-riħa tal-ġisem. Is-sustanzi jew taħlitiet ta’ sustanzi maħsuba sabiex jimmodifikaw il-forom tal-ġisem ma humiex prodotti kożmetiċi.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kawża prinċipali u d‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>M2Beauté Cosmetics, kumpannija stabbilita fil-Ġermanja, żviluppat prodott imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>M2 Eyelash activating serum<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> li hija tikkummerċjalizza bħala prodott kożmetiku. Fil-fehma tagħha, il-prodott ikkonċernat iżid it-tkabbir u d-densità tax-xagħar tax-xfar l-għajnejn sa 50 %. Huwa ppakkjat fi flixkun tawwali li fih pinzetta integrata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-imsemmi prodott fih sustanza attiva li għandha l-isem ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>methylamide-dihydro-noralfaprostal<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>MDN<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>), li l-livell ta’ konċentrazzjoni tagħha jvarja skont id-dikjarazzjonijiet tal-Gvern Ġermaniż matul il-fażi bil-miktub tal-proċedura, bejn 0.001 % u 0.302 %.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-MDN huwa sustanza attiva sintetika ġdida li tappartjeni għall-grupp tad-derivattivi tal-prostaglandina, relatati mal-ormon tat-tessut uman prostaglandina. Huwa essenzjalment identiku, fl-istruttura molekulari tiegħu, għall-bimatoprost (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>BMP<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>), li huwa awtorizzat, fil-Ġermanja, bħala prodott mediċinali, u kkummerċjalizzat bl-isem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Lumigan<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, fil-qtar għall-għajnejn għat-trattament tal-glawkoma. Fl-Istati Uniti, il-BMP ġie approvat ukoll bħala prodott mediċinali għat-trattament tal-ipotrikożi tax-xagħar ta’ xfar l-għajnejn u huwa kkummerċjalizzat taħt l-isem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Latisse<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>. Dawn iż-żewġ prodotti fihom il-BMP b’konċentrazzjoni ta’ 0.03 %.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tad‑<DATE ISO="20140429">29 ta’ April 2014</DATE>, il-BfArM qies li l-prodott ikkonċernat, jiġifieri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>M2 Eyelash activating serum<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, ma kienx prodott kożmetiku, iżda <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>prodott mediċinali skont il-funzjoni<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, fis-sens tal-punt 2(a) tal-Artikolu 2(1) tal-AMG, li huwa intiż li jittrasponi fid-dritt Ġermaniż l-Artikolu 1(2) u l-punt 2(b) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/83.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Minkejja l-assenza ta’ studju dwar il-proprjetajiet kimiċi u bijoloġiċi tal-MDN, il-BfArM qies, fid-deċiżjoni tiegħu, li l-effetti ta’ din is-sustanza u dawk tal-BMP huma komparabbli, peress li l-istrutturi molekulari ta’ dawn iż-żewġ sustanzi huma simili. Tali suppożizzjoni hija kkonfermata mill-fatt li M2Beauté Cosmetics kienet ikkonstatat, fil-kuntest ta’ serje ta’ testijiet imwettqa minnha, żieda ikbar tax-xagħar ta’ xfar l-għajnejn waqt l-użu tas-sustanza attiva inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Konsegwentement, il-MDN jeżerċita azzjoni farmakoloġika billi jinteraġixxi mar-riċevitur ta’ prostamida.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont il-BfArM, bħall-BMP, it-titwil u t-ħexxin tax-xagħar ta’ xfar l-għajnejn jikkorrispondu wkoll għal effett notevoli tal-MDN fuq il-funzjonijiet fiżjoloġiċi. Fl-aħħar, il-klassifikazzjoni tal-prodott ikkonċernat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>prodott mediċinali skont il-funzjoni<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(1)(2)(a) tal-AMG, tirriżulta wkoll mill-impossibbiltà li tiġi eskluża l-eżistenza ta’ riskju għas-saħħa f’każ ta’ użu ta’ dan il-prodott. Fil-fatt, minħabba l-analoġija strutturali, effetti sekondarji simili għal dawk tal-BMP jkunu probabbli f’dak li jikkonċerna l-MDN, jiġifieri iperemija, li tagħti lok għal ħmura, il-konġuntiva, ħakk fl-għajnejn jew uġiegħ ta’ ras.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Wara r-rikors amministrattiv, fid‑<DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE> M2Beauté Cosmetics ippreżentat rikors għal annullament kontra d-deċiżjoni tal-BfArM quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Insostenn ta’ dan ir-rikors, M2Beauté Cosmetics issostni li l-azzjoni farmakoloġika tal-prodott ikkonċernat ma ġietx prodotta l-prova tagħha. Barra minn hekk, hija tqis li mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>prodott mediċinali<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, fis-sens tad-Direttiva 2001/83, jeskludi s-sustanzi li l-effetti tagħhom huma limitati għal sempliċi modifika tal-funzjonijiet fiżjoloġiċi, mingħajr ma jkunu adatti sabiex iwasslu għal effetti benefiċi, immedjati jew fuq perijodu ta’ żmien, fuq is-saħħa tal-bniedem, kif rikjest mill-punt 2(b) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/83.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>B’hekk, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-firxa tal-kompetenza tal-awtoritajiet u tal-qrati nazzjonali sabiex jiġu kkonstatati l-effetti farmakoloġiċi ta’ prodott u r-riskji marbuta miegħu, fl-assenza ta’ għarfien xjentifiku suffiċjenti dwar is-sustanza attiva applikata b’dożaġġ u użu speċifiċi. Hija tqis li azzjoni farmakoloġika tal-imsemmi prodott tkun stabbilita biss jekk l-analoġija strutturali, adottata mill-BfArM, bejn is-sustanza attiva użata f’dan il-każ, il-MDN, u s-analogu strutturali kkonċernat, il-BMP, kienet suffiċjenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi l-Verwaltungsgericht Köln (il-Qorti Amministrattiva ta’ Köln, il-Ġermanja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiema u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>(1)</NO.P><TXT>Fil-klassifikazzjoni ta’ prodott kożmetiku bħala prodott mediċinali skont il-funzjoni, fis-sens tal-Artikolu 1(2)(b) tad-[Direttiva 2001/83/KE], li tinkludi eżami tal-karatteristiki kollha tal-prodott, awtorità nazzjonali tista’ tibbaża l-konstatazzjoni xjentifika meħtieġa tal-proprjetajiet farmakoloġiċi tal-prodott, kif ukoll tar-riskji marbuta miegħu, fuq hekk imsejħa <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>analoġija strutturali<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="2019" ID="QE0033"/>, kemm-il darba s-sustanza attiva użata tkun reċentement żviluppata u paragunabbli, fir-rigward tal-istruttura tagħha, ma’ sustanzi attivi farmakoloġiċi diġà magħrufa u studjati, iżda fejn l-applikant ma jkunx ippreżenta studji mediċi, [faramkoloġiċi] tossikoloġiċi jew kliniċi kompluti dwar is-sustanza l-ġdida fir-rigward tal-effetti u tal-posoloġija [tad-dożaġġ] tagħha, li huma meħtieġa biss jekk id-[Direttiva 2001/83] tkun applikabbli?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(2)(b) tad-[Direttiva 2001/83] għandu jiġi interpretat fis-sens li prodott ikkummerċjalizzat bħala prodott kożmetiku u li jbiddel b’mod sinjifikattiv l-funzjonijiet fiżjoloġiċi permezz ta’ azzjoni farmakoloġika jista’ jitqies bħala prodott mediċinali skont il-funzjoni biss meta jkollu effett pożittiv konkret ta’ promozzjoni tas-saħħa [?]. Huwa biżżejjed, f’dan ir-rigward, li l-prodott ikollu b’mod prevalenti effett pożittiv fuq id-dehra, li jkollu effetti indiretti benefiċi fuq is-saħħa, billi jżid l-awtostima jew il-benessri?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="8"?><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Jew tali prodott għandu jitqies bħala prodott mediċinali skont il-funzjoni anki meta l-effett pożittiv tiegħu jkun limitat biex itejjeb id-dehra mingħajr ma joħloq effetti benefiċi, diretti jew indiretti, fuq is-saħħa, jekk madankollu ma jkollux proprjetajiet esklużivament dannużi għas-saħħa u għalhekk ma jkunx paragunabbli ma’ sustanza intossikanti.[?]<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-punt 2(b) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/83 għandux jiġi interpretat fis-sens li awtorità nazzjonali tista’, għall-finijiet tal-klassifikazzjoni ta’ prodott bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>prodott mediċinali<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, tistabbilixxi l-proprjetajiet farmakoloġiċi ta’ dan il-prodott billi tibbaża ruħha fuq l-għarfien xjentifiku relatat ma’ analogu strutturali tal-imsemmija sustanza, meta ebda studju xjentifiku fuq is-sustanza inkwistjoni ma jkun disponibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jitfakkar li l-punt 2(a) u (b) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/83 jagħtu żewġ definizzjonijiet tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>prodott mediċinali<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>. Prodott jikkostitwixxi prodott mediċinali, fis-sens ta’ din id-direttiva, jekk jissodisfa d-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>prodott mediċinali skont il-preżentazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> jew id-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>prodott mediċinali skont il-funzjoni<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131003">3 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Laboratoires Lyocentre</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑109/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:626">EU:C:2013:626</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>prodott mediċinali<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> li jidher fil-punt 2(b) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/83, hija kkunsidrata bħala prodott mediċinali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>Kull sustanza jew kombinazzjoni ta’ sustanzi li jistgħu jintużaw fil- jew jiġu amministrati lill-bniedem, jew bil-ħsieb li jiġu restawrati, korretti jew modifikati funzjonijiet fiżjoloġiċi bl-eżerċitar ta’ azzjoni farmakoloġika, immunoloġika jew metabolika, jew biex isir dijanjosi mediku<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, kuntrarjament għall-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>prodott mediċinali skont il-preżentazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, li l-interpretazzjoni estensiva tiegħu għandha l-għan li tħares lill-konsumaturi mill-prodotti li ma għandhomx l-effikaċja li huma intitolati jistennew, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>prodott mediċinali skont il-funzjoni<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> huwa intiż sabiex jinkludi l-prodotti li l-proprjetajiet farmakoloġiċi tagħhom ġew xjentifikament ikkonstatati (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090115">15 ta’ Jannar 2009</DATE>, <NAME.CASE>Hecht-Pharma</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑140/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:5">EU:C:2009:5</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120906">6 ta’ Settembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Chemische Fabrik Kreussler</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑308/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:548">EU:C:2012:548</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>B’mod partikolari, għall-finijiet tal-kwalifika ta’ prodott bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>prodott mediċinali skont il-funzjoni<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> fis-sens tad-Direttiva 2001/83, l-awtoritajiet nazzjonali, li jaġixxu taħt is-superviżjoni tal-qrati, għandhom jiddeċiedu każ każ, fid-dawl tal-karatteristiċi kollha tal-prodott, fosthom, b’mod partikolari, il-kompożizzjoni tiegħu, il-proprjetajiet farmakoloġiċi, immunoloġiċi jew metaboliċi tiegħu, sa fejn jistgħu jiġu stabbiliti fl-istat attwali tal-għarfien xjentifiku, il-mod kif jintuża, il-firxa tad-distribuzzjoni tiegħu, kemm huwa magħruf fost il-konsumaturi u r-riskji li jistgħu jirriżultaw mill-użu tiegħu (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131003">3 Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Laboratoires Lyocentre</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑109/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:626">EU:C:2013:626</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi rrilevat li l-ewwel domanda tirrigwarda b’mod iktar partikolari l-evalwazzjoni tal-proprjetajiet farmakoloġiċi tas-sustanza li tinsab fil-prodott ikkonċernat, li għandhom ikunu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>xjentifikament ikkonstatati<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>stabbiliti fl-istat attwali tal-għarfien għarfien”<?PAGE NO="9"?> prodott mediċinali skont il-funzjoni<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>, meta tali evalwazzjoni ma tkunx ibbażata fuq studji relatati mas-sustanza kkonċernata fil-veru sens tal-kelma, iżda tirriżulta biss minn evalwazzjonijiet xjentifikament ibbażati fuq analogu strutturali tal-imsemmija sustanza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-kundizzjoni li l-proprjetajiet farmakoloġiċi tas-sustanza kkonċernata għandhom ikunu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>xjentifikament ikkonstatati<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> jew stabbiliti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>fl-istat attwali tal-għarfien xjentifiku<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> tirreferi prinċipalment għall-istudji li jirrigwardaw is-sustanza kkonċernata. Madankollu, din il-kundizzjoni ma tistax teskludi t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ għarfien xjentifiku ieħor li jippermetti li jiġu stabbiliti dawn il-proprjetajiet farmakoloġiċi, u dan anki fl-assenza ta’ studji li jirrigwardaw speċifikament din is-sustanza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Konsegwentement, jekk, għal sustanza li ma kienet is-suġġett ta’ ebda studju speċifiku, l-istat attwali tal-għarfien xjentifiku relatat mal-analogi strutturali jippermetti li jiġi konkluż, għal din is-sustanza, li jeżistu effetti komparabbli ma’ dawk ta’ sustanza oħra eżistenti, u għalhekk li tiġi evalwata l-azzjoni farmakoloġika tal-imsemmija sustanza b’konċentrazzjoni partikolari, fatt li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika dan, l-imsemmija kundizzjoni dwar l-eżistenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>konstatazzjoni xjentifika<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> għandha titqies bħala ssodisfatta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Barra minn hekk, tali interpretazzjoni hija konformi mal-mekkaniżmu li l-leġiżlatur tal-Unjoni stabbilixxa meta adotta d-Direttiva 2001/83. Din id-direttiva timponi fuq kull persuna li tixtieq tikkummerċjalizza prodott mediċinali li tippreżenta applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ dan il-prodott mediċinali, konformement mal-Artikolu 6(1) tal-imsemmija direttiva. Hija tirrikjedi wkoll li jiġi ppreżentat, għall-finijiet tal-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni, ir-riżultat tat-testijiet farmaċewtiċi, prekliniċi u kliniċi, kif ukoll deskrizzjoni tas-sistema ta’ farmakoviġilanza, skont l-Artikolu 8(3)(i) u (ia) tal-istess direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għalhekk, l-istudji dwar prodott mediċinali huma intiżi li jservu bħala bażi għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq, li hija bbażata fuq l-eżami tar-relazzjoni reċiproka ta’ dannu u ta’ effett terapewtiku, kif tikkonferma l-premessa 7 tad-Direttiva 2001/83 B’hekk, it-twettiq ta’ provi farmaċewtiċi, prekliniċi u kliniċi rikjest qabel l-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti li jibbilanċjaw ir-riskji marbuta ma’ sustanza partikolari u l-kapaċità tagħha li tittratta patoloġija partikolari, skont, b’mod partikolari, l-istat ta’ progress tax-xjenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Madankollu, ma jistax jiġi aċċettat li l-kundizzjonijiet previsti fid-Direttiva 2001/83 u, b’mod partikolari, l-obbligu li jiġu pprovduti studji dwar il-proprjetajiet ta’ prodott mediċinali qabel kwalunkwe tqegħid fis-suq jiġu evitati, pereżempju billi jiġi ppreżentat dan il-prodott bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>prodott kożmetiku<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>, fis-sens tal-punt 1(a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1223/2009. Fil-fatt, dan imur kontra kemm l-għan imfittex minn din id-direttiva kif ukoll il-formulazzjoni tal-Artikolu 2(2) tagħha, li jgħid li, fil-każ ta’ dubju, meta prodott, fir-rigward tal-karatteristiċi kollha tiegħu, jista’ jissodisfa kemm id-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>prodott mediċinali<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> u dik ta’ prodott regolat minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, id-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva japplikaw.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Issa, fir-rigward ta’ analogu strutturali għal sustanza eżistenti, tali riskju ta’ evitar ma jkunx preżenti jekk il-livell ta’ analoġija kien tali li jippermetti, abbażi ta’ analiżi oġġettiva u xjentifikament fondata, li jiġi preżunt li sustanza preżenti fi prodott, b’konċentrazzjoni partikolari, għandha l-istess proprjetajiet bħal sustanza eżistenti, li għaliha l-istudji rikjesti huma disponibbli. F’każ bħal dan, awtorità nazzjonali tista’ għalhekk tibbaża ruħha fuq l-eżistenza tal-analogu strutturali kkonċernat sabiex tistabbilixxi l-proprjetajiet farmakoloġiċi tal-prodott inkwistjoni, billi tieħu inkunsiderazzjoni l-modalitajiet tal-użu tiegħu, il-portata tal-firxa tiegħu,<?PAGE NO="10"?> l-għarfien li għandhom il-konsumaturi tiegħu u r-riskji li l-użu tiegħu jista’ jwassal għalihom, sabiex dan il-prodott jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>prodott mediċinali minħabba l-funzjoni<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>, imsemmi fil-punt 2(b) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/83.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-punt 2(b) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/83 għandu jiġi interpretat fis-sens li awtorità nazzjonali tista’, għall-finijiet tal-klassifikazzjoni ta’ prodott bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>prodott mediċinali<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, tistabbilixxi l-proprjetajiet farmakoloġiċi ta’ dan il-prodott billi tibbaża ruħha fuq l-għarfien xjentifiku dwar analogu strutturali tal-imsemmija sustanza, meta ebda studju xjentifiku dwar is-sustanza li tikkomponi l-imsemmi prodott ma jkun disponibbli, jekk il-livell ta’ analoġija huwa tali li jippermetti, abbażi ta’ analiżi oġġettiva u xjentifikament fondata, li jiġi preżunt li sustanza preżenti fi prodott, b’konċentrazzjoni partikolari, għandha l-istess proprjetajiet bħal sustanza eżistenti, li għaliha l-istudji rikjesti huma disponibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it‑tieni u t‑tielet domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni u tat-tielet domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-punt 2(b) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/83 għandux jiġi interpretat fis-sens li prodott li jimmodifika l-funzjonijiet fiżjoloġiċi, iżda li ma għandux effett benefiku fuq is-saħħa jista’ jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>prodott mediċinali<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta jtejjeb id-dehra mingħajr ma jkollu proprjetajiet dannużi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jitfakkar li, għalkemm, konformement mat-tifsira normali tagħha fil-lingwaġġ ta’ kuljum, il-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>modifika<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> ma tippreġudikax in-natura benefika jew dannuża tal-effetti, hija madankollu ġurisprudenza stabbilita li, għall-finijiet tal-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss il-kliem tagħha, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li minnha tagħmel parti (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20220426">26 ta’ April 2022</DATE>, <NAME.CASE>Landespolizeiktion Steiermark (Perijodu massimu tal-kontroll fil-fruntieri interni)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑368/20 u C‑369/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:298">EU:C:2022:298</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-punt 2(b) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/83 għandu jiġi interpretat fid-dawl tal-għan segwit minn din tal-aħħar, jiġifieri li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>modifikati funzjonijiet fiżjoloġiċi<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>, fis-sens tal-punt 2(b) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/83, għandha tiġi interpretata fis-sens li tirreferi għal sustanzi li jistgħu jipproduċu effett benefiku fuq il-funzjonament tal-organiżmu tal-bniedem, u, konsegwentement, fuq is-saħħa tal-bniedem (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140710">10 ta’ Lulju 2014</DATE>, <NAME.CASE>D. U G.</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑358/13 u C‑181/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2060">EU:C:2014:2060</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fil-fatt, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>prodott mediċinali skont il-funzjoni<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> imsemmi fil-punt 2(b) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/83/KE għandu jkollu l-kapaċità potenzjali li jwassal għal effetti benefiċi, fl-immedjat jew fuq perijodu ta’ żmien, fuq is-saħħa tal-bniedem (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131003">3 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Laboratoires Lyocentre</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑109/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:626">EU:C:2013:626</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-karatterizzazzjoni ta’ effett li jista’ jitqies li huwa ta’ benefiċċju għas-saħħa, għandu jiġi enfasizzat li l-evalwazzjoni li l-awtoritajiet nazzjonali għandhom iwettqu għall-finijiet tal-klassifikazzjoni ta’ prodott bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>prodott mediċinali skont il-funzjoni<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/>, imsemmija fil-punt 2(b) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/83, hija evalwazzjoni każ b’każ, kif tfakkar fil-punt 30 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Sabiex jagħmlu dan, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, kif ġie rrilevat ukoll fil-punt 30 ta’ din is-sentenza, jieħdu inkunsiderazzjoni l-karatteristiċi kollha tal-prodott ikkonċernat, fosthom b’mod partikolari l-kompożizzjoni tiegħu, il-proprjetajiet farmakoloġiċi, immunoloġiċi jew metaboliċi tiegħu, il-mod kif jintuża, il-firxa tad-distribuzzjoni tiegħu, kemm huwa magħruf fost il-konsumaturi u r-riskji li jistgħu jirriżultaw mill-użu tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>In-natura benefika għas-saħħa tal-effetti ta’ prodott ma tistax għaldaqstant tiġi evalwata b’mod astratt, mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni l-użu speċifiku li jsir minn dan il-prodott. Il-fatt li prodott jista’ jtejjeb id-dehra mingħajr ma jkollu proprjetajiet ta’ ħsara jew li dan jista’ jtejjeb l-apparenza u konsegwentement iwassal għal żieda fl-awtostima jew fil-benesseri ma huwiex biżżejjed, waħdu, sabiex effetti ta’ benefiċċju għas-saħħa jkunu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>xjentifikament ikkonstatati<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont ġurisprudenza stabbilita, l-effetti benefiċi li jista’ jkollha s-sustanza kkonċernata fuq il-funzjonament tal-organiżmu uman jistgħu jkunu immedjati jew fuq perijodu ta’ żmien, u dan anki fl-assenza ta’ marda (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140710">10 ta’ Lulju 2014</DATE>, <NAME.CASE>D. u G</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑358/13 u C‑181/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2060">EU:C:2014:2060</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Madankollu, għalkemm huwa possibbli li prodott jissodisfa, fl-assenza ta’ marda, id-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>prodott mediċinali skont il-funzjoni<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/>, imsemmija fil-punt 2(b) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/83, il-fatt li dan il-prodott jista’ jiġi preskritt għal finijiet terapewtiċi jikkostitwixxi element determinanti għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tiegħu bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>prodott mediċinali skont il-funzjoni<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Għaldaqstant, jekk jiġi stabbilit fuq il-bażi ta’ studji xjentifiċi li prodott jitqies li huwa adatt sabiex jintuża għat-trattament ta’ patoloġija rrikonoxxuta, fatt li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika dan, il-konstatazzjoni ta’ effetti benefiċi fuq is-saħħa għandha tirriżulta minnha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fl-assenza ta’ kwalunkwe użu, anki potenzjali, tal-prodott ikkonċernat għat-trattament ta’ patoloġija rrikonoxxuta, il-kundizzjoni dwar l-eżistenza ta’ effetti benefiċi fuq is-saħħa ma tkunx issodisfatta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li s-sempliċi fatt li titjieb id-dehra mingħajr ma jkollu proprjetajiet ta’ ħsara ma jistax ikun biżżejjed sabiex jiġi kkunsidrat li prodott jista’ joħloq effetti benefiċi fuq is-saħħa u jista’ għalhekk jissodisfa d-definizzjoni ta’ prodott mediċinali skont il-funzjoni, prevista fil-punt 2(b) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/83. F’dan ir-rigward għandu jitfakkar li l-kriterju tal-kapaċità li tirrestawra, tikkoreġi jew timmodifika l-funzjonijiet fiżjoloġiċi ma għandux iwassal sabiex jikklassifika prodott skont il-funzjoni prodotti li, minkejja li għandhom effett fuq il-ġisem tal-bniedem, ma għandhomx effett fiżjoloġiku sinjifikattiv u ma jimmodifikawx, b’hekk, fil-veru sens tal-kelma, il-kundizzjonijiet tal-funzjonament tiegħu (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090430">30 ta’ April 2009</DATE>, <NAME.CASE>BIOS Naturprodukte</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑27/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:278">EU:C:2009:278</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-klassifikazzjoni ta’ prodott mediċinali skont il-funzjoni, imsemmija f’din id-dispożizzjoni, tirrikjedi li tkun tista’ tiġi kkonstatata kapaċità potenzjali tal-prodott ikkonċernat li twassal għal benefiċċju konkret għas-saħħa. Fil-każ kuntrarju, dan il-prodott ma<?PAGE NO="12"?> jistax jitqies li għandu tali klassifikazzjoni. Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li, għalkemm dan il-benefiċċju jista’ jirriżulta minn titjib fid-dehra, fid-dawl taż-żieda tal-awtostima jew tal-benesseri li dan it-titjib iwassal għaliha, tali evalwazzjoni ma tistax issir skont evalwazzjoni suġġettiva, iżda għandha tkun ibbażata fuq konstatazzjoni xjentifika. Tali kundizzjoni hija ssodisfatta għaldaqstant meta l-prodott jitqies li huwa adatt sabiex jintuża bħala trattament ta’ patoloġija rrikonoxxuta, fatt li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għat-tieni u għat-tielet domanda għandha tkun li l-punt 2(b) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/83 għandu jiġi interpretat fis-sens li prodott li jimmodifika l-funzjonijiet fiżjoloġiċi jista’ jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>prodott mediċinali<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, biss jekk ikollu effetti konkreti benefiċi għas-saħħa. F’dan ir-rigward, titjib fid-dehra, li jwassal għal benefiċċju fuq tul ta’ żmien miż-żieda tal-awtostima jew tal-benesseri li joħloq, huwa suffiċjenti meta jippermetti t-trattament ta’ patoloġija rrikonoxxuta. Min-naħa l-oħra, prodott li jtejjeb id-dehra mingħajr ma jkollu proprjetajiet dannużi u li ma għandux effetti benefiċi fuq is-saħħa ma jistax jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>prodott mediċinali<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/>, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-punt 1(b) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20011106">6 ta’ Novembru 2001</DATE> dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali, kif emendata bid-Direttiva 2010/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal‑Kunsill tal‑<DATE ISO="20101215">15 ta’ Diċembru 2010</DATE> fir-rigward tal-farmakoviġilanza,</HT></TXT><P><HT TYPE="BOLD">għandu jiġi interpretat fis-sens li:</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">awtorità nazzjonali tista’, għall-finijiet tal-klassifikazzjoni ta’ prodott bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>prodott mediċinali<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, tistabbilixxi l-proprjetajiet farmakoloġiċi ta’ dan il-prodott billi tibbaża ruħha fuq l-għarfien xjentifiku dwar analogu strutturali tal-imsemmija sustanza, meta ebda studju xjentifiku dwar is-sustanza li tikkomponi l-imsemmi prodott ma jkun disponibbli, jekk il-livell ta’ analoġija huwa tali li jippermetti, abbażi ta’ analiżi oġġettiva u xjentifikament fondata, li jiġi preżunt li sustanza preżenti fi prodott, b’konċentrazzjoni partikolari, għandha l-istess proprjetajiet bħal sustanza eżistenti, li għaliha l-istudji rikjesti huma disponibbli.</HT></P></NP></ITEM><?PAGE NO="13"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-punt 2(b) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/83, kif emendata bid-Direttiva 2010/84:</HT></TXT><P><HT TYPE="BOLD">għandu jiġi interpretat fis-sens li:</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">prodott li jimmodifika l-funzjonijiet fiżjoloġiċi jista’ jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>prodott mediċinali<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, biss jekk ikollu effetti konkreti benefiċi għas-saħħa. F’dan ir-rigward, titjib fid-dehra, li jwassal għal benefiċċju fuq tul ta’ żmien miż-żieda tal-awtostima jew tal-benesseri li joħloq, huwa suffiċjenti meta jippermetti t-trattament ta’ patoloġija rrikonoxxuta. Min-naħa l-oħra, prodott li jtejjeb id-dehra mingħajr ma jkollu proprjetajiet dannużi u li ma għandux effetti benefiċi fuq is-saħħa ma jistax jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0064" REF.END="QE0064"/>prodott mediċinali<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/>, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni.</HT></P></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>