<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-881/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CC0881</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:830">EU:C:2021:830</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>16</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Tanchev – Kawża C‑881/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Tesco Stores ČR</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal‑Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Tanchev</HT></P><P>ippreżentati fis‑<DATE ISO="20211006">6 ta’ Ottubru 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI><STI><P>Kawża C‑881/19</P><P>Tesco Stores ČR a.s.</P><P>vs</P><P>Ministerstvo zemědělství</P><P><HT TYPE="NORMAL">(Talba għal deċiżjoni preliminari mill-Krajský soud v Brně (il-Qorti Reġjonali, Brno, ir-Repubblika Ċeka))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tal-konsumaturi</KEYWORD><KEYWORD>Liġi tal-informazzjoni dwar l-ikel</KEYWORD><KEYWORD>Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi</KEYWORD><KEYWORD>Ittikkettjar ta’ ikel</KEYWORD><KEYWORD>Prodotti tal-kawkaw u taċ-ċikkulata</KEYWORD><KEYWORD>Lista ta’ ingredjenti ta’ ikel intiż għal konsumaturi fi Stat Membru</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 1169/2011</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2000/36/KE</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Din it-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský soud v Brně (il-Qorti Reġjonali, Brno, ir-Repubblika Ċeka) tikkonċerna l-użu tal-isem ta’ ingredjent kompost fil-lista obbligatorja ta’ ingredjenti għal xi ikel ikkummerċjalizzat fi Stat Membru. Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali kkummerċjalizzat ċerti prodotti fir-Repubblika Ċeka li kellhom, fost ingredjenti oħra, ingredjent kompost b’denominazzjoni speċifika iddefinita fid-Direttiva 2000/36/KE (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Direttiva dwar iċ-Ċikkulata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Direttiva 2000/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20000623">23 ta’ Ġunju 2000</DATE> rigward il-prodotti mill-kawkaw u miċ-ċikkulata maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 25, p. 431).</P></NOTE>. Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali użat it-traduzzjoni tagħha stess fiċ-Ċek tal-verżjonijiet lingwistiċi uffiċjali Pollakki u/jew Ġermaniżi tad-denominazzjoni ta’ dan il-prodott, minflok id-denominazzjoni stabbilita fil-verżjoni Ċeka tad-Direttiva dwar iċ-Ċikkulata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fl-istadju preżenti tal-proċeduri, l-awtoritajiet kompetenti Ċeki huma tal-fehma li hija biss il-verżjoni Ċeka ta’ din id-denominazzjoni speċifikament iddefinita fid-Direttiva dwar iċ-Ċikkulata li teżenta lir-rikorrenti milli tindika l-kontenut ta’ dan l-ingredjent kompost skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011(iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Regolament dwar l-Informazzjoni dwar l-Ikel<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20111025">25 ta’ Ottubru 2011</DATE> dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id- Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal- Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="304" PAGE.FIRST="18" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 304, p. 18</REF.DOC.OJ>, rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="266" PAGE.FIRST="7" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 266, p. 7</REF.DOC.OJ> u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="331" PAGE.FIRST="40" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 331, p. 40</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Regolament dwar l-Informazzjoni dwar l-Ikel<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</P></NOTE> meta tikkummerċjalizza l-prodott fir-Repubblika Ċeka. Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ma taqbilx ma’ dan u tikkontendi li għandha titħalla tuża<?PAGE NO="2"?> t-traduzzjoni tagħha stess fiċ-Ċek ta’ kwalunkwe verżjoni lingwistika uffiċjali tad-Direttiva dwar iċ-Ċikkulata u li ma hijiex marbuta li tispeċifika l-ingredjenti tal-ingredjent kompost fil-lista ta’ ingredjenti għall-prodotti kkummerċjalizzati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑Direttiva 2000/36</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tad-Direttiva dwar iċ-Ċikkulata jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Id-Direttiva 79/112/KEE [<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Direttiva tal-Kunsill 79/112/KEE tat‑<DATE ISO="19781218">18 ta’ Diċembru 1978</DATE> dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward tat-tikkettjar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel li huma għall-bejgħ lill-konsumatur aħħari (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="033" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1979">ĠU 1979, L 33, p. 1</REF.DOC.OJ>). Id-Direttiva 79/112 ġiet imħassra u ssostitwita bid-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20000320">20 ta’ Marzu 2000</DATE> fuq l-approsimazzjoni ta’ liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti ta’ l-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 75), li min-naħa tagħha ġiet imħassra u ssostitwita bir-Regolament dwar l-Informazzjoni dwar l-Ikel. Riferimenti għad-Direttiva 79/112 għandhom jinftiehmu bħala riferimenti għad-Direttiva 2000/13 u riferimenti għad-Direttiva 2000/13 għandhom jinftiehmu bħala riferimenti għar-Regolament dwar l-Informazzjoni dwar l-Ikel.</P></NOTE>] għandha tapplika għall-prodotti ddefiniti fl-Anness I, bla ħsara għall-kundizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>L-ismijiet tal-bejgħ elenkati fl-Anness I għandhom japplikaw biss għall-prodotti rriferiti fih u jridu jiġu wżati fil-kummerċ sabiex jiddenominawhom.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Anness I tad-Direttiva dwar iċ-Ċikkulata, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>L-Ismijiet tal-Bejgħ, id-Definizzjonijiet u l-Karatteristiċi tal-Prodotti<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprovdi taħt Parti A. (L-ismijiet tal-bejgħ u d-definizzjonijiet), punt 2:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>[…]</P><P>(ċ) It-trab taċ-ċikkulata, iċ-ċikkulata fi trab</P><P>jagħtu l-isem lill-prodott li jikkonsisti minn taħlita ta’ trab tal-kawkaw ma’ tipi ta’ zokkor, u li jkun fihom [mhux] inqas minn 32 % ta’ trab tal-kawkaw (kokotina);</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Il-verżjoni Ċeka ta’ din id-dispożizzjoni fiha d-denominazzjoni unika <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>čokoláda v prášku<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> għal dan l-istess prodott.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir‑Regolament Nru 1169/2011</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tar-Regolament dwar l-Informazzjoni dwar l-Ikel, intitolat (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>), jistipula li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>[…]</P><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għandhom japplikaw […] id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(h)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>ingredjent kompost<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> tfisser ingredjent li fih innifsu huwa r-riżultat ta’ aktar minn ingredjent wieħed;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(n)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>isem ġuridiku<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> tfisser l-isem ta’ xi ikel preskritt fid-dispożizzjonijiet tal-Unjoni applikabbli għalih jew, fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet tal-Unjoni bħal dawn, l-isem previst fil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi applikabbli fl-Istat Membru li fih jinbiegħ l-ikel lill-konsumatur finali jew lill-fornituri tal-massa;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 9 tar-Regolament dwar l-Informazzjoni dwar l-Ikel, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Lista ta’ dettalji obbligatorji<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="009.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Konformement mal-Artikoli 10 sa 35 u skont l-eċċezzjonijiet li hemm f’dan il-Kapitolu, hija obbligatorja l-indikazzjoni tad-dettalji li ġejjin:</P><P>[…]</P><P>(b) il-lista ta’ ingredjenti;</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 15 tar-Regolament dwar l-Informazzjoni dwar l-Ikel, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Rekwiżiti lingwistiċi<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="015.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9(3), l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel għandha tidher f’lingwa mifhuma faċilment mill-konsumaturi tal-Istati Membri fejn ikel qed jiġi kkummerċjalizzat.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 17 tar-Regolament dwar l-Informazzjoni dwar l-Ikel, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Isem tal-ikel<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="017.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-isem tal-ikel għandu jkun l-isem ġuridiku tiegħu. Jekk ma jkunx hemm dak l-isem, l-isem tal-ikel għandu jkun l-isem tradizzjonali tiegħu, jew, jekk ma jkollux isem tradizzjonali jew l-isem tradizzjonali ma jintużax, għandu jingħata l-isem deskrittiv tal-ikel.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikolu 18 tar-Regolament dwar l-Informazzjoni dwar l-Ikel, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Lista ta’ ingredjenti<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, jistipula li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="018.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-lista ta’ ingredjenti għandha tkun intitolata jew preċeduta minn titolu adattat li jkun magħmul minn jew jinkludi l-kelma <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>ingredjenti<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="2019" ID="QE0020"/>. Għandu jinkludi l-ingredjenti kollha tal-ikel, f’ordni li tonqos skont l-użin, kif innotati meta ntużaw fil-fabbrikazzjoni tal-ikel.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="018.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-ingredjenti għandhom jiġu nnominati bl-isem speċifiku tagħhom, fejn japplika, skont ir-regoli stipulati fl-Artikolu 17 u fl-Anness VI.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Il-Parti E tal-Anness VII tar-Regolament dwar l-Informazzjoni dwar l-Ikel, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>L-ispeċifikazzjoni ta’ ingredjenti komposti<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, hija fformulata b’dan il-mod:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>1. Ingredjent kompost jista’ jiġi inkluż fil-lista ta’ ingredjenti, taħt l-isem tiegħu stess sakemm dan ikun stipulat bil-liġi jew stabbilit bit-tradizzjoni, fir-rigward tal-piż globali tiegħu, u jkun segwit immedjatament b’lista ta’ ingredjenti tiegħu.</P><P>2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21, il-lista ta’ ingredjenti għall-ingredjenti komposti m’għandhiex tkun obbligatorja:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>fejn il-komposizzjoni tal-ingredjent kompost huwa definit fid-dispożizzjonijiet attwali tal-Unjoni, u sal-limitu li l-ingredjent kompost jikkostitwixxi anqas minn 2% tal-prodott finali; iżda, din id-dispożizzjoni m’għandhiex tapplika għall-addittivi tal-ikel, suġġett għall-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 20;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il‑fatti, il‑proċedura u d‑domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Il-grupp Tesco huwa bejjiegħ bl-imnut multinazzjonali li jopera supermarkets, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, fir-Repubblika Ċeka. Is-sussidjarja Ċeka tiegħu, Tesco Stores ČR a.s. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Tesco<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>) tikkummerċjalizza ċerti prodotti tal-ikel taħt l-isem tad-ditta <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Monte<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> fil-ħwienet Ċeki tiegħu. Il-prodotti inkwistjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Monte, mléčný dezert čokoládový s lískovými oříšky (deżerta taċ-ċikkulata tal-ħalib bil-ġellewż) 220 g, Monte mléčný dezert čokoládový (deżerta taċ-ċikkulata tal-ħalib tal-Monte) 100 g, u Monte drink mléčný nápoj čokoládový s lískovými oříšky (xarba tal-ħalib taċ-ċikkulata bil-ġellewż tal-Monte) 200 ml.</P></NOTE> kienu ttikkettjati b’lista ta’ ingredjenti (rikjesti skont l-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament dwar l-Informazzjoni dwar l-Ikel), li elenkat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>čokoládový prášek<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> mingħajr ma speċifikat iktar l-ingredjenti li minnhom kien magħmul dak l-ingredjent kompost. Dan it-terminu jew espressjoni, tradott liberalment, għandu tifsira simili għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>powder if chocolate<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>trab taċ-ċikkulata<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>) bl-Ingliż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20160527">27 ta’ Mejju 2016</DATE>, is-Státní zemědělská a potravinářská inspekce (inspektorát v Brně) (l-Awtorità Ċeka għall-Ispezzjoni tal-Agrikoltura u l-Ikel, l-Ispettorat ta’ Brno) ordnat li dawn il-prodotti jiġu rtirati mis-suq Ċek, peress li l-lista ta’ ingredjenti tagħhom kienet tinkludi t-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>čokoládový prášek<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> mingħajr ma ġiet ipprovduta lista ddettaljata ta’ ingredjenti għal<?PAGE NO="5"?> dan l-ingredjent kompost, kif rikjest mill-punt (b) tal-Artikolu 9(1) flimkien mal-Artikolu 18(1) u (4) tar-Regolament dwar l-Informazzjoni dwar l-Ikel u pprojbixxiet li jitpoġġew iżjed prodotti bħal dawn fuq is-suq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Tesco ressqet oġġezzjoni kontra dawn il-miżuri fl‑<DATE ISO="20160601">1 ta’ Ġunju 2016</DATE>. Fis‑<DATE ISO="20160606">6 ta’ Ġunju 2016</DATE>, l-Awtorità Ċeka għall-Ispezzjoni tal-Agrikoltura u l-Ikel fil-bidu l-ewwel laqgħet ir-rikors ta’ Tesco u rrevokat dawn il-miżuri. Madankollu, sussegwentement, l-ispettorat ċentrali tal-Awtorità Ċeka għall-Ispezzjoni tal-Agrikoltura u l-Ikel qaleb id-deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20160606">6 ta’ Ġunju 2016</DATE> permezz ta’ deċiżjonijiet tat‑<DATE ISO="20170202">2 ta’ Frar 2017</DATE>, fejn ċaħad l-oġġezzjoni ta’ Tesco u kkonferma l-miżuri tas‑<DATE ISO="20160527">27 ta’ Mejju 2016</DATE>. Tesco appellat minn dawn id-deċiżjonijiet tat‑<DATE ISO="20170202">2 ta’ Frar 2017</DATE>. Dan l-appell ġie miċħud permezz tad-deċiżjonijiet tal-konvenuta tal‑<DATE ISO="20170421">21 ta’ April 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Tesco ressqet rikors kontra d-deċiżjonijiet tal-konvenuti tal‑<DATE ISO="20170421">21 ta’ April 2017</DATE> quddiem il-Krajský soud v Brně (il-Qorti Reġjonali, Brno). Din l-azzjoni ġiet miċħuda permezz ta’ sentenza tas‑<DATE ISO="20190226">26 ta’ Frar 2019</DATE>. Abbażi tal-appell amministrattiv ta’ Tesco fuq punt ta’ liġi, in-Nejvyšší správní soud (il-Qorti Amministrattiva Suprema, ir-Repubblika Ċeka) permezz tas-sentenza tagħha tal‑<DATE ISO="20190711">11 ta’ Lulju 2019</DATE> annullat is-sentenza tal-Krajský soud v Brně (il-Qorti Reġjonali f’Brno) tas‑<DATE ISO="20190226">26 ta’ Frar 2019</DATE> u rreferiet il-każ lura lil dik il-qorti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>In-Nejvyšší správní soud (il-Qorti Amministrattiva Suprema) essenzjalment qablet ma’ Tesco li setgħet tuża d-denominazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>čokoládový prášek<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> minflok id-denominazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>čokoláda v prášku<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> għall-ingredjent kompost inkwistjoni u li ma kienx rikjest li telenka l-ingredjenti li minnhom kien magħmul dak l-ingredjent kompost fil-lista ta’ ingredjenti għall-prodotti inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Il-Krajský soud v Brně (il-Qorti Reġjonali, Brno), li hija marbuta bl-opinjoni legali tan-Nejvyšší správní soud (il-Qorti Amministrattiva Suprema), għandha dubji dwar il-korrettezza tal-analiżi tan-Nejvyšší správní soud fir-rigward ta’ ċerti elementi tad-dritt tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk hija ressqet talba għal deċiżjoni preliminari u talbet lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tipprovdilha gwida fir-rigward ta’ din id-domanda:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>Ir-regola li tinsab fil-punt 2(a) tal-Parti E tal-Anness VII tar-Regolament Nru [1169/2011] għandha tiġi interpretata fis-sens li, fir-rigward ta’ prodott tal-ikel, iddestinat għall-konsumatur finali fir-Repubblika Ċeka, ingredjent kompost inkluż fil-punt 2(ċ) tal-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva [2000/36/KE] jista’ jiġi inkluż biss fil-lista ta’ ingredjenti tal-prodott mingħajr indikazzjoni ddettaljata tal-kompożizzjoni tiegħu meta dan l-ingredjent kompost jitniżżel fl-ittikkettjar eżattament kif previst fil-verżjoni lingwistika Ċeka tal-Anness I tad-Direttiva 2000/36/KE?<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Osservazzjonijiet bil-miktub ġew sottomessi minn Tesco, mill-Ministeru għall-Agrikoltura Ċek, mill-Gvern Ċek u mill-Kummissjoni Ewropea. Ma ntalbet u ma nżammet ebda seduta. Il-Qorti tal-Ġustizzja għamlet ċerti mistoqsijiet lill-partijiet sabiex iweġbuhom bil-miktub. Dawn il-partijiet kollha ressqu tweġibiet bil-miktub f’waqthom għall-mistoqsijiet indirizzati lilhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Rimarki preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni tar-rinviju, il-qorti tar-rinviju tirrimarka li hija marbuta bl-opinjoni legali tan-Nejvyšší správní soud (il-Qorti Amministrattiva Suprema). Għalkemm dan huwa minnu, il-qorti tar-rinviju tqis li ma hijiex prekluża milli teżerċita d-dritt minqux fl-Artikolu 267 TFUE li tressaq talba lill-Qorti tal-Ġustizzja għal deċiżjoni preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Dan huwa bla dubju korrett. Kif iddeċidiet b’mod ċar il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha fil‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101005">5 ta’ Ottubru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Elchinov</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑173/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:581">EU:C:2010:581</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), liema sentenza ġiet iċċitata mill-qorti tar-rinviju fid-deċiżjoni tar-rinviju tagħha, qorti inferjuri mhux talli għandha d-dritt li tagħmel rinviju lill-Qorti tal-Ġustizzja għal deċiżjoni preliminari f’kull stadju tal-proċedura li hija tikkunsidra xieraq, iżda fl-eżerċizzju tad-diskrezzjoni mogħtija lilha mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, tali qorti hija wkoll marbuta, għas-soluzzjoni tat-tilwima fil-kawża prinċipali, bl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet inkwistjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja u għandha, jekk ikun il-każ, twarrab l-evalwazzjoni tal-qorti superjuri jekk tikkunsidra, fid-dawl ta’ din l-interpetazzjoni, li dawn ma jikkonformawx mad-dritt tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101005">5 ta’ Ottubru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Elchinov</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑173/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:581">EU:C:2010:581</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ara wkoll is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210909">9 ta’ Settembru 2021</DATE>, <NAME.CASE>Dopravní podnik hl. m. Prahy</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑107/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:722">EU:C:2021:722</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>L-Anness VII tar-Regolament dwar l-Informazzjoni dwar l-Ikel fih <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>Parti E - L-ispeċifikazzjoni ta’ ingredjenti komposti<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>. Suġġett għal ċerti kundizzjonijiet, il-punt 1 ta’ Parti E jippermetti l-inklużjoni ta’ ingredjent kompost taħt id-denominazzjoni tiegħu stess fil-lista obbligatorja ta’ ingredjenti meħtieġa skont l-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament dwar l-Informazzjoni dwar l-Ikel fejn id-denominazzjoni tal-ingredjent kompost hija immedjatament segwita minn lista tal-ingredjenti tiegħu. Il-punt 2(a) tal-Parti E jipprevedi eċċezzjoni għal-lista ta’ ingredjenti, b’mod ieħor obbligatorja, għall-ingredjenti komposti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>fejn il-komposizzjoni tal-ingredjent kompost huwa definit fid-dispożizzjonijiet attwali tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> u li l-ingredjent kompost jikkostitwixxi inqas minn 2 % tal-prodott finali (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>eċċezzjoni għal-lista għall-ingredjent kompost<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk id-dritt tal-Unjoni jirrrikjedix li ingredjent kompost li huwa prodott iddefinit fl-Anness I tad-Direttiva dwar iċ-Ċikkulata jissemma bid-denominazzjoni mogħtija lil dak il-prodott f’dak l-anness fil-lista ta’ ingredjenti rikjesta skont l-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament dwar l-Informazzjoni dwar l-Ikel sabiex tapplika l-eċċezzjoni għal-lista għall-ingredjent kompost.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Skont it-tweġibiet ta’ Tesco għall-mistoqsijiet magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja, l-ingredjent kompost inkwistjoni, li ser nirreferi għalih bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>trab taċ-ċikkulata<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> f’dawn il-konklużjonijiet, kien fih it‑32 % ta’ trab tal-kawkaw meħtieġ għad-denominazzjoni skont il-punt 2(ċ) tal-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva dwar iċ-Ċikkulata - jiġifieri, bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>čokoláda v prášku<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> biċ-Ċek, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>Schokoladenpulver<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> bil-Ġermaniż, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>proszek czekoladowy<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>czekolada w proszku<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> bil-Pollakk, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>powdered chocolate<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>chocolate in powder<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> bl-Ingliż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont it-tweġibiet ta’ Tesco, id-diversi prodotti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>Monte<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> inkwistjoni kellhom biss 0.5 % (u għalhekk inqas minn 2 %) ta’ dan l-ingredjent kompost. Għall-finijiet ta’ dawn il-konklużjonijiet, ser inqis dawn id-dikjarazzjonijiet bħali veritiera u korretti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Id-domanda għall-Qorti tal-Ġustizzja għalhekk ma tikkonċernax il-kontenut attwali jew il-kompożizzjoni tal-ingredjenti fiżiċi tal-prodotti Monte. Pjuttost, id-domanda għall-Qorti tal-Ġustizzja tikkonċerna biss id-deskrizzjoni ta’ ingredjent kompost wieħed minn dawk il-prodotti u r-rekwiżiti fid-dritt tal-Unjoni dwar l-informazzjoni dwar l-ikel rigward kif tali ingredjent kompost għandu jiġi deskritt f’lista ta’ ingredjenti f’lingwa uffiċjali partikolari tal-Unjoni, f’dan il-każ iċ-Ċek. Il-qorti tar-rinviju f’dan ir-rigward staqsiet speċifikament jekk hijiex rikjesta lista ta’ ingredjenti għall-ingredjent kompost inkwistjoni f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju ma talbitx gwida dwar id-domanda jekk l-użu ta’ terminu għajr dak previst fl-Anness I tad-Direttiva dwar iċ-Ċikkulata, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>čokoláda v prášku<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>, huwiex ammissibbli taħt id-dritt tal-Unjoni dwar l-informazzjoni dwar l-ikel, iżda biss jekk għandhiex tiġi pprovduta lista ta’ ingredjenti għal dak l-ingredjent kompost jekk jintuża tali terminu ieħor. Madankollu, dawn iż-żewġ domandi jidher li huma intrinsikament marbuta mil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni. Għaldaqstant ippruvajt nanalizza ż-żewġ domandi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Wasalt għall-konklużjoni li ingredjent kompost bħal dan irid jiġi deskritt f’lista ta’ ingredjenti bl-isem ġuridiku tiegħu, kif dan it-terminu huwa mfisser fl-Artikolu 2(2)(n) tar-Regolament dwar l-Informazzjoni dwar l-Ikel, fejn jeżisti tali isem, u li l-ommissjoni ta’ lista ta’ ingredjenti għal tali ingredjent kompost hija ġġustifikata biss fejn il-kompożizzjoni ta’ dan l-ingredjent kompost hija ddefinita fid-dispożizzjonijiet attwali tal-Unjoni u l-isem jew id-denominazzjoni li taħtu huwa ddefinit dak l-ingredjent huwa wżat fil-lista ta’ ingredjenti għall-prodott tal-ikel inkwistjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ekwivalenza tal‑verżjonijiet lingwistiċi</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Tesco ma użatx it-terminu għal trab taċ-ċikkulata kif stabbilit fil-verżjoni Ċeka tad-Direttiva dwar iċ-Ċikkulata, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>čokoláda v prášku<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>, għall-prodotti Monte inkwistjoni. Minflok, Tesco ttraduċiet it-tikketti Pollakki u/jew Ġermaniżi għall-prodotti inkwistjoni fiċ-Ċek. Dawn it-tikketti użaw it-terminu stabbilit għal trab taċ-ċikkulata fil-Pollakk jew fil-Ġermaniż. Dan jew dawn it-traduzzjonijiet wasslu għall-użu tat-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>čokoládový prášek<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> għall-ingredjent kompost ikkonċernat fil-lista ta’ ingredjenti għal dawn il-prodotti fiċ-Ċek.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Tesco targumenta, essenzjalment, li l-verżjonijiet lingwistiċi kollha tad-Direttiva dwar iċ-Ċikkulata huma ugwalment awtentiċi, u li skont dan il-prinċipju tista’ tuża kwalunkwe verżjoni lingwistika bħala l-punt tat-tluq għal traduzzjoni preċiża fiċ-Ċek tat-tikketti tagħha abbozzati fi kwulunkwe lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni (f’dan il-każ, il-Ġermaniż u/jew il-Pollakk). Tesco tirrimarka li l-verżjonijiet lingwistiċi differenti tad-Direttiva dwar iċ-Ċikkulata ma jikkorrispondux eżattament (litteralment) ma’ xulxin. Xi verżjonijiet lingwistiċi (bħall-verżjoni Ingliża u Pollakka) jippermettu l-użu ta’ żewġ jew anki tliet (il-verżjoni Olandiża) espressjonijiet differenti għal trab taċ-ċikkulata filwaqt li verżjonijiet oħra (inkluż dik Ċeka) jaċċettaw biss espressjoni waħda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Fil-fehma ta’ Tesco, l-obbligu li tuża l-verżjoni Ċeka tad-Direttiva dwar iċ-Ċikkulata jikser il-prinċipju tal-ekwivalenza tal-verżjonijiet lingwistiċi tad-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Skont id-deċiżjoni tar-rinviju, in-Nejvyšší správní soud (il-Qorti Amministrattiva Suprema) hija essenzjalment tal-istess fehma. Dik il-qorti esprimiet il-fehma li l-impożizzjoni ta’ obbligu fuq Tesco li tuża d-denominazzjoni Ċeka għal trab taċ-ċikkulata prevista fil-punt 2(ċ) tal-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva dwar iċ-Ċikkulata tistabbilixxi l-preżunzjoni li hija biss il-verżjoni Ċeka ta’ dik id-direttiva li tapplika f’dak l-Istat Membru. In-Nejvyšší správní soud (il-Qorti<?PAGE NO="8"?> Amministrattiva Suprema) ibbażat din il-fehma fuq in-natura ugwalment vinkolanti tal-verżjonijiet lingwistiċi kollha tal-atti legali tal-Unjoni, u ċaħdet l-idea li l-ittikkettjar ta’ prodotti taċ-ċikkulata fir-Repubblika Ċeka huwa rregolat esklużivament mill-verżjoni Ċeka tad-Direttiva dwar iċ-Ċikkulata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Essenzjalment, in-Nejvyšší správní soud (il-Qorti Amministrattiva Suprema) iddeċidiet li l-idea ma hijiex konformi mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-ekwivalenza tal-verżjonijiet lingwistiċi u iżjed importanti minn hekk, mal-prinċipju ta’ moviment liberu ta’ merkanzija u l-iskop tal-armonizzazzjoni tal-ittikkettjar ta’ ikel. Hija esprimiet il-fehma li l-għan innifsu ta’ din l-armonizzazzjoni huwa sabiex jippermetti lil produttur jew fornitur juża l-informazzjoni li diġà tinsab imniżżla fuq il-prodott tiegħu skont id-Direttiva dwar iċ-Ċikkulata sempliċement billi jittraduċi din l-informazzjoni f’lingwa mifhuma mill-konsumaturi li lilhom ser jiġi kkummerċjalizzat il-prodott.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Ma naqbel mal-ebda waħda minn dawn il-fehmiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>L-ewwel, fil-fehma tiegħi, l-ekwivalenza tal-verżjonijiet lingwistiċi tad-dritt tal-Unjoni manifestament ma tfissirx li operaturi ekonomiċi jistgħu jagħżlu liema verżjoni lingwistika ta’ leġiżlazzjoni sekondarja tal-Unjoni jridu, jittraduċuha kif jidhrilhom, u jużaw dik it-traduzzjoni ftit jew wisq fidila daqslikieku kienet parti mit-test uffiċjali tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Kif irrimarkat in-Nejvyšší správní soud (il-Qorti Amministrattiva Suprema), meta ċċitat <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT> s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19821006">6 ta’ Ottubru 1982</DATE>, <NAME.CASE>Cilfit <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>283/81</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1982:335">EU:C:1982:335</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), il-verżjonijiet lingwistiċi differenti li bihom hija abbozzata l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni huma kollha awtentiċi b’mod ugwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, kif kompliet il-Qorti tal-Ġustizzja fl-imsemmi punt tas-sentenza Cilfit <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt [tal-Unjoni] […] tirrikjedi li jiġu mqabbla l-verżjonijiet lingwistiċi differenti<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>. Madankollu, kif irrimarkat il-Qorti tal-Ġustizzja f’punt 19 ta’ din is-sentenza, anki meta l-verżjonijiet lingwistiċi jaqblu eżattament flimkien, id-dritt tal-Unjoni juża terminoloġija tiegħu proprja. Kunċetti legali ma għandhomx neċessarjament l-istess tifsira fid-dritt tal-Unjoni bħalma għandhom fid-dritt nazzjonali tad-diversi Stati Membri. Fl-aħħar, kull dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni għandha tiġi kkunsidrata fil-kuntest tagħha u għandha tiġi interpretata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet kollha tad-dritt Komunitarju, tal-għanijiet tiegħu u tal-istat ta’ żvilupp tiegħu fid-data li fiha tiġi applikata d-dispożizzjoni inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Il-verżjonijiet lingwistiċi ta’ att tal-Unjoni huma intiżi li jkunu sinonimi, kif inhuma intiżi illi jkunu. Eċċezzjonalment, fejn dawn il-verżjonijiet ivarjaw, iqumu kwistjonijiet ta’ interpretazzjoni li jridu jiġu solvuti sabiex tiġi ppreżervata l-interpretazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Dawn il-kwistjonijiet ma jistgħux jissolvew permezz ta’ ġerarkija ta’ verżjonijiet lingwistiċi jew billi ssegwi l-maġġoranza tal-verżjonijiet. Il-Qorti tal-Ġustizzja għalhekk iddeċidiet b’mod konsistenti li f’każ bħal dan id-dispożizzjoni kkonċernata għandha tiġi interpretata skont l-għan u l-istruttura ġenerali tar-regoli li din tkun tifforma parti minnhom u li l-formulazzjoni użata f’waħda jew iżjed mill-verżjonijiet lingwistiċi ta’ att ma tistax isservi bħala bażi unika għall-interpretazzjoni ta’ dak l-att jew tingħata, f’dan ir-rigward, prijorità fil-konfront tal-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra. Approċċ bħal dan ikun inkompatibbli mar-rekwiżit ta’ uniformità ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180220">20 ta’ Frar 2018</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Belġju vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑16/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:79">EU:C:2018:79</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ awtentiċità ugwali u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja rigward diverġenzi fil-verżjonijiet lingwistiċi ta’ atti leġiżlattivi tal-Unjoni għalhekk bl-ebda mod ma jappoġġjaw dritt għal operatur ekonomiku li jagħżel liema verżjoni lingwistika ta’ direttiva jew regolament jippreferi u sussegwentement juża t-traduzzjonijiet tiegħu ta’ termini u denominazzjonijiet ddefiniti li jinsabu f’dik il-verżjoni bħallikieku dawk it-termini u denominazzjonijiet tradotti ttieħdu mill-verżjoni uffiċjali tal-lingwa korrispondenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, li tippermetti l-użu ta’ verżjoni lingwistika waħda magħżula ta’ terminu jew denominazzjoni ddefinita bħala l-bażi għal traduzzjonijiet f’lingwi oħrajn ifisser li dik il-verżjoni tingħata grad ogħla mill-verżjonijiet l-oħra. Li tippermetti lill-operaturi ekonomiċi kollha jagħmlu għażliet bħal dawn u sussegwentement li kull wieħed minnhom jittraduċi liberalment il-verżjoni magħżula minnu inevitabbilment iwassal għal inkonsistenzi enormi peress li kull operatur ekonomiku privat jista’ joħloq sensiela ta’ verżjonijiet lingwistiċi ta’ dawn it-termini u denominazzjonijiet. Din hija l-antiteżi ta’ interpretazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">C.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ebda kwistjoni reali ta’ diverġenza ta’ verżjonijiet lingwistiċi</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Fil-kawża preżenti, madankollu, fil-fehma tiegħi ma hemm ebda kwistjoni reali ta’ diverġenza bejn il-verżjonijiet lingwistiċi. Jeżisti nuqqas ta’ qbil dwar xi jfisser it-test tar-Regolament dwar l-Informazzjoni dwar l-Ikel u tad-Direttiva dwar iċ-Ċikkulata jew dak li jirrikjedi minn operatur ekonomiku bħal Tesco, iżda dan in-nuqqas ta’ qbil ma huwiex ikkawżat minn diverġenza fil-verżjonijiet lingwistiċi ta’ dawn l-atti leġiżlattivi. Pjuttost, in-nuqqas ta’ qbil huwa dwar jekk operatur ekonomiku huwiex obbligat juża d-denominazzjoni ta’ ingredjent kompost partikolari kif indikat fil-verżjoni lingwistika rilevanti tal-leġiżlazzjoni sekondarja tal-Unjoni li tiddefinixxih (<HT TYPE="ITALIC">in casu</HT> d-Direttiva dwar iċ-Ċikkulata) fil-lista ta’ ingredjenti li jrid jipprovdi skont l-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament dwar l-Informazzjoni dwar l-Ikel, jew jekk jistax jissostitwixxi t-traduzzjoni tiegħu ta’ dik id-denominazzjoni minn verżjoni lingwistika uffiċjali oħra tad-Direttiva dwar iċ-Ċikkulata fil-lingwa jew lingwi użati għal-lista ta’ ingredjenti skont l-Artikolu 15 tar-Regolament dwar l-Informazzjoni dwar l-Ikel u jittratta dik it-traduzzjoni bħallikieku kellha l-effetti tal-verżjoni uffiċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Jidher li ma hemm ebda nuqqas ta’ qbil bejn il-partijiet rigward il-kriterji li għandu jissodisfa prodott taċ-ċikkulata sabiex jiġi kopert mid-denominazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>ċikkulata tat-trab<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>čokoláda v prášku<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>, jiġifieri, essenzjalment, li l-ingredjent għandu jkun magħmul minn taħlita ta’ zokkor u kawkaw u jkun fih tal-inqas 32 % trab tal-kawkaw.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>L-istess jgħodd għad-dispożizzjonijiet pertinenti tar-Regolament dwar l-Informazzjoni dwar l-Ikel. Matul il-proċeduri ħadd ma ġibed l-attenzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja għal xi diskrepanza f’xi verżjoni lingwistika fir-rigward ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u qari sommarju tal-verżjonijiet lingwistiċi magħżula (il-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż u l-Pollakk) juri li kollha għandhom tifsira identika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Is-sempliċi fatt li verżjonijiet lingwistiċi differenti għandhom denominazzjonijiet differenti għal ikel partikolari ma jikkostitwixxix diverġenza fil-verżjonijiet lingwistiċi – hija kundizzjoni bażika tal-multilingwiżmu li oġġett partikolari għandu ismijiet jew denominazzjonijiet differenti f’verżjonijiet lingwistiċi differenti. Il-fatt li xi verżjonijiet lingwistiċi jipprevedu żewġ jew tliet denominazzjonijiet alternattivi għall-istess ikel u verżjonijiet lingwistiċi oħra jipprevedu biss waħda bl-ebda mod ma jbiddel din l-analiżi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Iċ-ċirkustanzi fattwali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, kif deskritti mill-qorti tar-rinviju fid-deċiżjoni tar-rinviju tagħha, ma jinvolvux sitwazzjoni fejn Tesco kienet użat denominazzjoni uffiċjali f’lingwa waħda u sussegwentement iltaqgħet ma’ verżjoni lingwistika oħra tad-dispożizzjoni rilevanti tad-dritt tal-Unjoni li kellha tifsira differenti. Dak li għamlet Tesco kien li ssostitwixxiet terminu ddefinit għal denominazzjoni partikolari f’lingwa speċifika (iċ-Ċek) b’terminu li ħolqot hija stess, u li siltet minn traduzzjoni litterali (ftit jew wisq fidila) fiċ-Ċek ta’ terminu jew termini ddefiniti għal dik id-denominazzjoni partikolari f’verżjoni jew f’żewġ verżjonijiet lingwistiċi oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Id-domanda rrinvijata għalhekk ma tikkonċernax verżjonijiet lingwistiċi li jvarjaw, iżda jekk l-użu ta’ terminu ddefinit partikolari huwiex rikjest għal skop partikolari skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Ir-risposta għal din id-domanda, fil-fehma tiegħi, tirriżulta mill-interpretazzjoni tal-formulazzjoni tad-dispożizzjonijiet inkwistjoni, mill-kuntest li fih huma jinsabu dawn id-dispożizzjonijiet, u mill-għanijiet segwiti mil-leġiżlatur tal-Unjoni b’dawn id-dispożizzjonijiet kif ukoll mill-istruttura ġenerali tal-leġiżlazzjoni li minnha jiffurmaw parti dawn id-dispożizzjonijiet.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">D.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Interpretazzjoni testwali tar‑Regolament dwar l‑Informazzjoni dwar l‑Ikel u d‑Direttiva dwar iċ‑Ċikkulata</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L‑użu tad‑denominazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>čokoláda v prášku<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> f’lista ta’ ingredjenti huwa obbligatorju għad‑deskrizzjoni, biċ‑Ċek, ta’ ingredjent kompost li jikkwalifika bħala trab taċ‑ċikkulata?</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>L-Artikolu 18(1) tar-Regolament dwar l-Informazzjoni dwar l-Ikel jirrikjedi li l-lista ta’ ingredjenti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>[t]inkludi l-ingredjenti kollha tal-ikel, f’ordni li tonqos skont l-użin […]<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>. L-Artikolu 18(2) ta’ dan ir-regolament jistipula li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>ingredjenti għandhom jiġu nnominati bl-isem speċifiku tagħhom, fejn japplika, skont ir-regoli stipulati fl-Artikolu 17 […]<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>. Minn naħa tiegħu l-Artikolu 17(1) ta’ dak ir-regolament jipprevedi li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>isem tal-ikel għandu jkun l-isem ġuridiku tiegħu. Jekk ma jkunx hemm dak l-isem, l-isem tal-ikel għandu jkun l-isem tradizzjonali tiegħu, jew, jekk ma jkollux isem tradizzjonali jew l-isem tradizzjonali ma jintużax, għandu jingħata l-isem deskrittiv tal-ikel<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>L-Artikolu 17(1) tar-Regolament dwar l-Informazzjoni dwar l-Ikel għalhekk jistabbilixxi ġerarkija ċara li skontha għandha tingħata preferenza lill-isem ġuridiku tal-ikel u li skontha isem tradizzjonali jew deskrittiv jista’ jintuża biss fl-assenza ta’ isem ġuridiku għall-ikel inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(2)(n) tar-Regolament dwar l-Informazzjoni dwar l-Ikel jipprevedi definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>isem ġuridiku<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> li fiha l-ġerarkija tagħha stess. L-isem ġuridiku ta’ ikel huwa l-isem preskritt fid-dispożizzjonijiet tal-Unjoni applikabbli għalih. Huwa biss fl-assenza ta’ tali dispożizzjonijiet tal-Unjoni li l-isem ġuridiku tal-ikel ikun l-isem stabbilit fil-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi applikabbli fl-Istat Membru fejn l-ikel jinbiegħ lill-konsumatur finali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Skont it-tweġiba ta’ Tesco għall-mistoqsijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ingredjent kompost fil-prodotti Monte inkwistjoni huwa magħmul minn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>kawkaw<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> u zokkor b’mhux inqas minn 32 % kawkaw u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>jissodisfa kompletament ir-rekwiżiti tad-direttiva<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>. Qiegħed ninterpreta dan bħala li jfisser li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>kawkaw<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> jikkwalifika bħala trab taċ-ċikkulata, kif iddefinit fil-punt 2(a) tal-Parti A<?PAGE NO="11"?> tal-Anness I tad-Direttiva dwar iċ-Ċikkulata, u li l-ingredjent kompost inkluż fil-prodotti Monte inkwistjoni tabilħaqq jissodisfa r-rekwiżiti għad-denominazzjoni bħala trab taċ-ċikkulata skont it-tifsira ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Dan ifisser li l-ingredjent kompost għandu isem ġuridiku biċ-Ċek fit-tifsira tar-Regolament dwar l-Informazzjoni tal-Ikel, ibbażat fuq l-ewwel parti tad-definizzjoni li tinsab fl-Artikolu 2(2)(n) ta’ dan ir-regolament. Dan l-isem ġuridiku huwa d-denominazzjoni mogħtija fil-punt 2(ċ) tal-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva dwar iċ-Ċikkulata, jiġifieri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>čokoláda v prášku<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>čokoládový prášek<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> ma jidhirx li għandha tifsira uffiċjali fil-kuntest legali tal-Unjoni. Ħadd mill-partijiet fil-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ma ressaq xi tifsira uffiċjali bħal din għall-attenzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, u ma iniex konxju minn kwalunkwe element ieħor li jippermettilha tikkwalifika bħala isem ġuridiku għall-ingredjent kompost inkwistjoni abbażi tal-ewwel parti tad-definizzjoni li tinsab fl-Artikolu 2(2)(n) tar-Regolament dwar l-Informazzjoni dwar l-Ikel. Tfittxija fuq EUR-Lex, id-database onlajn uffiċjali għal dokumenti legali tal-Unjoni (https://eur-lex.europa.eu/advanced-search-form.html), għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>čokoládový prášek<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/> biċ-Ċek bħala l-lingwa tat-tfittxija ma tagħti ebda riżultat, filwaqt li tfittxija simili għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>čokoláda v prášku<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/> tagħti 12-il riżultat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Dawn ir-riżultati jinkludu, apparti mid-Direttiva dwar iċ-Ċikkulata, ir-Regolament (UE) 2016/792 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20160511">11 ta’ Mejju 2016</DATE> dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur u l-indiċi armonizzat tal-prezzijiet tad-djar, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="135" PAGE.FIRST="11" DATE.PUB="2016">ĠU 2016 L 135, p. 11</REF.DOC.OJ>) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1163 tal‑<DATE ISO="20150715">15 ta’ Lulju 2015</DATE> li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1445/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-lista ta’ intestaturi bażiċi li jintużaw għall-Paritajiet tas-Setgħa tal-Infiq (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="188" PAGE.FIRST="6" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 188, p. 6</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Ebda definizzjoni legali Ċeka ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>čokoládový prášek<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/> ma nġabet għall-attenzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja minn xi ħadd mill-partijiet waqt il-proċeduri. Fi kwalunkwe każ, definizzjoni legali Ċeka ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>čokoládový prášek<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/>, kieku teżisti tali definizzjoni, ma tikkwalifikax bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>isem ġuridiku<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/> għall-finijiet tar-Regolament dwar l-Informazzjoni dwar l-Ikel, peress li jeżisti isem bħal dan – jiġifieri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0064" REF.END="QE0064"/>čokoláda v prášku<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/> – għall-prodott inkwistjoni abbażi ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni. It-tieni parti tad-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0065" REF.END="QE0065"/>isem ġuridiku<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/> fl-Artikolu 2(2)(n) tar-Regolament dwar l-Informazzjoni dwar l-Ikel għalhekk ma hijiex applikabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Għaldaqstant jien tal-fehma li analiżi testwali tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva dwar iċ-Ċikkulata u tar-Regolament dwar l-Informazzjoni dwar l-Ikel twassal għall-konklużjoni li l-użu tad-denominazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0066" REF.END="QE0066"/>čokoláda v prášku<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/> fil-lista ta’ ingredjenti ta’ xi ikel hija obbligatorja għal deskrizzjoni biċ-Ċek ta’ ingredjent kompost li jikkwalifika bħala trab taċ-ċikkulata skont il-kriterji stabbiliti fil-punt 2(ċ) tal-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva dwar iċ-Ċikkulata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni hija sostnuta wkoll mill-Artikolu 3 tad-Direttiva dwar iċ-Ċikkulata, li jipprevedi li d-Direttiva 79/112/KEE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Kif indikat fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 5, riferimenti għad-Direttiva 79/112 issa għandhom jinftiehmu bħala riferimenti għar-Regolament dwar l-Informazzjoni dwar l-Ikel.</P></NOTE> għandha tapplika għall-prodotti ddefiniti fl-Anness I tad-Direttiva dwar iċ-Ċikkulata (bit-trab taċ-ċikkulata jkun wieħed minn dawn il-prodotti), bla ħsara għall-kundizzjonijiet, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0067" REF.END="QE0067"/>[l]-ismijiet tal-bejgħ elenkati f’[dak] l-Anness […] jridu jiġu wżati fil-kummerċ sabiex jiddenominawhom<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/>. Din il-konklużjoni hija valida, fil-fehma tiegħi, kemm jekk tiġi pprovduta lista ta’ ingredjenti għal dak l-ingredjent kompost u kemm jekk le.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="12"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Hija rikjesta lista ta’ ingredjenti għat‑trab taċ‑ċikkulata jekk dan l‑ingredjent kompost jingħata d‑denominazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0068" REF.END="QE0068"/>čokoládový prášek<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/> f’lista ta’ ingredjenti biċ‑Ċek?</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>L-Anness VII tar-Regolament dwar l-Informazzjoni dwar l-Ikel fih Parti E bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0069" REF.END="QE0069"/>L-ispeċifikazzjoni ta’ ingredjenti komposti<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/>. Il-punt 1 ta’ din il-parti jippermetti l-inklużjoni ta’ ingredjent kompost fil-lista ta’ ingredjenti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0070" REF.END="QE0070"/>sakemm [id-denominazzjoni tal-ingredjent kompost] [t]kun stipulat[a] bil-liġi jew stabbilit[a] bit-tradizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="201D" ID="QE0070"/> u l-indikazzjoni tiegħu f’dik il-lista <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0071" REF.END="QE0071"/>[t]kun segwit[a] immedjatament b’lista ta’ ingredjenti tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0071" CODE="201D" ID="QE0071"/>. Il-punt 2 tal-istess parti jistipula li l-lista ta’ ingredjenti ma għandhiex tkun obbligatorja fejn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0072" REF.END="QE0072"/>il-komposizzjoni tal-ingredjent kompost huwa definit fid-dispożizzjonijiet attwali tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0072" CODE="201D" ID="QE0072"/> u l-ingredjent kompost jikkostitwixxi anqas minn 2 % tal-prodott finali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Fil-każ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, ma ġiet ipprovduta ebda lista tal-ingredjent kompost u ntużat denominazzjoni li ma hijiex l-isem ġuridiku tal-ingredjent kompost. Anki jekk il-Qorti tal-Ġustizzja ma taqbilx mal-analiżi tiegħi fil-punti 48 sa 55 ta’ dawn il-konklużjonijiet u tadotta l-fehma li l-użu tad-denominazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0073" REF.END="QE0073"/>čokoládový prášek<QUOT.END REF.START="QS0073" CODE="201D" ID="QE0073"/> għal trab taċ-ċikkulata kien ammissibbli f’lista ta’ ingredjenti biċ-Ċek, l-ommissjoni tal-lista ta’ ingredjenti għal dan l-ingredjent kompost tkun ammissibbli biss jekk il-kompożizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0074" REF.END="QE0074"/>čokoládový prášek<QUOT.END REF.START="QS0074" CODE="201D" ID="QE0074"/> tkun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0075" REF.END="QE0075"/>definit[a] fid-dispożizzjonijiet attwali tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0075" CODE="201D" ID="QE0075"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Il-punt 2(a) tal-Parti E tal-Anness VII tar-Regolament dwar l-Informazzjoni dwar l-Ikel.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Għalkemm l-ingredjent fiżiku deskritt fil-lista ta’ ingredjenti għall-prodotti Monte inkwistjoni permezz tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0076" REF.END="QE0076"/>čokoládový prášek<QUOT.END REF.START="QS0076" CODE="201D" ID="QE0076"/> allegatament issodisfa l-kriterji għal trab taċ-ċikkulata, ebda definizzjoni ta’ kwalunkwe ikel jew ingredjent tal-ikel ma tidher li hija assoċjata mal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0077" REF.END="QE0077"/>čokoládový prášek<QUOT.END REF.START="QS0077" CODE="201D" ID="QE0077"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, hija l-fehma tiegħi li l-ommissjoni ta’ lista ta’ ingredjenti għall-ingredjent kompost trab taċ-ċikkulata, meta dak l-ingredjent huwa ttikkettjat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0078" REF.END="QE0078"/>čokoládový prášek<QUOT.END REF.START="QS0078" CODE="201D" ID="QE0078"/>, tikkostitwixxi ksur tad-dritt tal-Unjoni dwar l-informazzjoni dwar l-ikel kif stabbilit fir-Regolament dwar l-Informazzjoni dwar l-Ikel.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">E.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Għanijiet, kuntest u skema</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, l-għanijiet tar-Regolament dwar l-Informazzjoni dwar l-Ikel u tad-Direttiva dwar iċ-Ċikkulata joffru iżjed appoġġ għal din l-interpretazzjoni.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L‑għanijiet tar‑Regolament dwar l‑Informazzjoni dwar l‑Ikel</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Ir-Regolament dwar l-Informazzjoni dwar l-Ikel, li l-bażi legali tiegħu huwa l-Artikolu 114 TFUE, isegwi l-għanijiet doppji li jassigura livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumatur b’rabta mal-informazzjoni dwar l-ikel, u jassigura li s-suq intern jiffunzjona mingħajr xkiel. Filwaqt li jagħmel dan, dan ir-regolament jieħu inkunsiderazzjoni d-differenzi fil-perċezzjoni tal-konsumaturi u l-bżonnijiet tagħhom għal informazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>L-Artikolu 1(1) tar-Regolament dwar l-Informazzjoni dwar l-Ikel.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, wieħed mill-għanijiet tar-Regolament dwar l-Informazzjoni dwar l-Ikel huwa li jipprovdi bażi għall-konsumaturi finali sabiex ikunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Ara l-Artikolu 3(1) tar-Regolament dwar l-Informazzjoni dwar l-Ikel u l-premessi 3, 4 u 37 ta’ dan ir-regolament. Ara wkoll is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191112">12 ta’ Novembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Organisation juive européenne u Vignoble Psagot</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑363/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:954">EU:C:2019:954</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Dan ir-regolament għalhekk ifittex li jiżgura li l-konsumatur finali jifhem faċilment l-informazzjoni pprovduta fuq l-ittikkettjar<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara, rigward l-użu tat-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0079" REF.END="QE0079"/>melħ<QUOT.END REF.START="QS0079" CODE="201D" ID="QE0079"/> minflok it-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0080" REF.END="QE0080"/>sodju<QUOT.END REF.START="QS0080" CODE="201D" ID="QE0080"/> fuq l-ittikkettjar, il-premessa 37 tar-Regolament dwar l-Informazzjoni dwar l-Ikel.</P></NOTE>. Rigward il-lingwi użati fl-ittikkettjar, l-Artikolu 15(1) tar-Regolament dwar l-Informazzjoni dwar l-Ikel jistipula li l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel, inkluż listi ta’ ingredjenti, għandha tidher f’lingwa mifhuma faċilment mill-konsumaturi tal-Istati Membri fejn l-ikel ikun qiegħed jiġi kkummerċjalizzat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Konsumatur li jiltaqa’ ma’ lista ta’ ingredjenti li jkun fiha terminu mhux iddefinit minflok id-denominazzjoni proprja ta’ ingredjent kompost partikolari ma jistax ikun jaf minn xiex huwa magħmul dak l-ingredjent kompost, sakemm ma tiġix ipprovduta lista ta’ ingredjenti għalih. Anki jekk tiġi pprovduta lista ta’ ingredjenti għall-ingredjent kompost, huwa biss fejn din il-lista tipprovdi informazzjoni rigward il-proporzjonijiet tal-ingredjenti tal-ingredjent kompost li hija komparabbli għall-informazzjoni misjuba fid-definizzjoni tad-denominazzjoni li l-konsumatur ikun infurmat b’mod komparabbli. Fil-kawża preżenti, mhux biss ma ntużatx id-denominazzjoni proprja, iżda lanqas ġiet ipprovduta lista ta’ ingredjenti għall-ingredjent kompost inkwistjoni. Il-konsumatur għalhekk ma kienx f’qagħda li jifhem il-kontenut tal-prodotti Monte inkwistjoni, aħseb u ara li jagħmel dan faċilment. Interpretazzjoni tar-Regolament dwar l-Informazzjoni dwar l-Ikel li tippermetti dan ir-riżultat ma sservix l-għan tal-protezzjoni tal-konsumatur.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L‑għan tad‑Direttiva dwar iċ‑Ċikkulata</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Id-Direttiva dwar iċ-Ċikkulata ħassret u ssostitwixxiet id-Direttiva 73/241/KEE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Direttiva tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="19730724">24 ta’ Lulju 1973</DATE> dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-kawkaw u prodotti ta’ ċikkulata maħsuba għall-konsum uman (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="228" PAGE.FIRST="23" DATE.PUB="1973">ĠU 1973, L 228, p. 23</REF.DOC.OJ>). Ara l-Artikolu 7 tad-Direttiva dwar iċ-Ċikkulata.</P></NOTE>. Dik id-direttiva preċedenti kienet imfassla sabiex tistabbilixxi definizzjonijiet u regoli komuni rigward, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, il-kompożizzjoni u l-ittikkettjar ta’ prodotti tal-kawkaw u taċ-ċikkulata sabiex tiżgura l-moviment liberu tagħhom fl-Unjoni. Id-Direttiva dwar iċ-Ċikkulata parzjalment temenda dik id-direttiva preċedenti sabiex tqis, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, l-avvanz teknoloġiku u sabiex iġġib definizzjonijiet u regoli f’konformità ma’ leġiżlazzjoni ġenerali tal-Unjoni dwar l-ikel, inkluż leġiżlazzjoni dwar l-ittikkettjar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Id-Direttiva dwar iċ-Ċikkulata f’dan ir-rigward irrendiet id-Direttiva 79/112 (il-leġiżlazzjoni li ppreċediet ir-Regolament dwar l-Informazzjoni dwar l-Ikel) applikabbli għal prodotti tal-kawkaw u taċ-ċikkulata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0081" REF.END="QE0081"/>sabiex tipprovdi lill-konsumaturi b’tagħrif korrett<QUOT.END REF.START="QS0081" CODE="201D" ID="QE0081"/>, u għamlet l-użu tal-ismijiet tal-bejgħ elenkati fl-Anness I obbligatorju fil-kummerċ għad-denominazzjoni tal-prodotti msemmija f’dan l-anness<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Il-premessa 8 tad-Direttiva dwar iċ-Ċikkulata u l-Artikolu 3(1) tagħha.</P></NOTE>. Interpretazzjoni li tippermetti għadd kbir ta’ traduzzjonijiet privati tkun manifestament kuntrarja għal dawn l-għanijiet.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L‑użu tad‑denominazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0082" REF.END="QE0082"/>čokoládový prášek<QUOT.END REF.START="QS0082" CODE="201D" ID="QE0082"/> huwa qarrieqi għall-konsumaturi?</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament dwar l-Informazzjoni dwar l-Ikel jistabbilixxi l-prinċipju li l-informazzjoni dwar l-ikel ma għandhiex tiżgwida fir-rigward tal-proprjetajiet u l-kompożizzjoni tal-ikel.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Dan iwassal għall-mistoqsija jekk l-użu tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0083" REF.END="QE0083"/>čokoládový prášek<QUOT.END REF.START="QS0083" CODE="201D" ID="QE0083"/>, b’mod partikolari mingħajr lista ta’ ingredjenti għall-ingredjent kompost hekk indikat, jistax jitqies bħala qarrieqi għall-konsumaturi. Filwaqt li d-determinazzjoni ta’ din il-mistoqsija hija parzjalment kwistjoni fattwali li hija eventwalment ir-responsabbiltà tal-qorti tar-rinviju li tiddeċiedi, nemmen li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tkun kapaċi tipprovdi xi gwida utli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Hemm tal-inqas żewġ modi kif konsumaturi jistgħu jiġu żgwidati bl-użu ta’ denominazzjoni għajr l-isem ġuridiku biċ-Ċek għal trab taċ-ċikkulata. Il-konsumaturi jistgħu (i) jiġu żgwidati sabiex jemmnu li l-ingredjent kien magħmul minn xi ħaġa għajr il-komponenti reali tiegħu jew li l-proporzjonijiet ta’ dawn l-ingredjenti kienu differenti mill-kompożizzjoni attwali tal-ingredjent kompost, u l-konsumaturi jistgħu (ii) jiġu żgwidati sabiex jemmnu li l-kontenut ta’ dak l-ingredjent fil-prodott lest (il-perċentwali tiegħu fil-prodott lest) kien differenti (ogħla) minn kemm kien attwalment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>L-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0084" REF.END="QE0084"/>čokoládový prášek<QUOT.END REF.START="QS0084" CODE="201D" ID="QE0084"/> tidher li tfisser xi ħaġa simili għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0085" REF.END="QE0085"/>trab taċ-ċikkulata<QUOT.END REF.START="QS0085" CODE="201D" ID="QE0085"/>. Madankollu, ma hemm ebda ċikkulata fit-trab taċ-ċikkulata skont kif inhu ddefinit dan il-prodott fil-punt 2(ċ) tal-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva dwar iċ-Ċikkulata. Il-prodott hekk elenkat – l-ingredjent inkwistjoni fil-kawża prinċipali – huwa magħmul minn zokkor u trab tal-kawkaw, l-iżjed zokkor. Ma jikkonsistix minn ċikkulata mitħuna, kif jista’ jissuġġerixxi l-isem. Il-potenzjal li jiġu żgwidati konsumaturi huwa aggravat biss bir-rekwiżit tal-Anness VI, Parti A, punt 1, tar-Regolament dwar l-Informazzjoni dwar l-Ikel li skontu l-isem tal-ikel għandu jinkludi jew ikollu jakkumpanjawh id-dettalji dwar il-kundizzjoni fiżika tal-ikel jew it-trattament speċifiku li jkun għadda minnu (pereżempju, b’mod speċifiku, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0086" REF.END="QE0086"/>mitħun fi trab<QUOT.END REF.START="QS0086" CODE="201D" ID="QE0086"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Wieħed jista’ jargumenta li dan l-argument japplika wkoll għad-denominazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0087" REF.END="QE0087"/>čokoláda v prášku<QUOT.END REF.START="QS0087" CODE="201D" ID="QE0087"/>. Din id-denominazzjoni tista’ wkoll tidher li qiegħda tindika li l-prodott inkwistjoni huwa magħmul minn ċikkulata li ngħatat xi trattament mekkaniku<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>L-istess argument japplika għad-denominazzjonijiet uffiċjali bil-Bulgaru, d-Daniż, l-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż u l-Pollakk. Huma biss l-aħħar tnejn mit-tliet denominazzjonijiet alternattivi bl-Olandiż <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0088" REF.END="QE0088"/>Chocoladepoeder, gesuikerd cacaopoeder, gesuikerde cacao<QUOT.END REF.START="QS0088" CODE="201D" ID="QE0088"/> li jidhru li jiddeskrivu l-prodott b’mod adegwat.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Id-differenza determinattiva bejn id-denominazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0089" REF.END="QE0089"/>čokoládový prášek<QUOT.END REF.START="QS0089" CODE="201D" ID="QE0089"/> użata minn Tesco u d-denominazzjoni uffiċjali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0090" REF.END="QE0090"/>čokoláda v prášku<QUOT.END REF.START="QS0090" CODE="201D" ID="QE0090"/>, apparti mir-rekwiżit legali li għandha tintuża din tal-aħħar, kif diskuss fil-punti 48 sa 55 ta’ dawn il-konklużjonijiet, hija li din tal-aħħar għandha tifsira ddefinita filwaqt li tal-ewwel ma għandhiex. Konsumatur, organizzazzjoni tal-konsumaturi, jew anki awtoritajiet pubbliċi tal-ikel ma jistgħux ikunu jafu, abbażi tad-denominazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0091" REF.END="QE0091"/>čokoládový prášek,<QUOT.END REF.START="QS0091" CODE="201D" ID="QE0091"/> l-allegata kompożizzjoni ta’ dak l-ingredjent kompost. Huma biss Tesco u l-fornitur tagħha li jistgħu jkunu jafu dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Kemm jekk wieħed jemmen li t-terminu jipprovdi deskrizzjoni preċiża u kemm jekk le, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0092" REF.END="QE0092"/>čokoláda v prášku<QUOT.END REF.START="QS0092" CODE="201D" ID="QE0092"/> għandu tifsira ddefinita b’mod ċar fid-dritt tal-Unjoni dwar l-informazzjoni dwar l-ikel, li kull persuna tista’ tfittex fid-Direttiva dwar iċ-Ċikkulata. Għalkemm jista’ jkun sorprendenti li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0093" REF.END="QE0093"/>čokoláda v prášku<QUOT.END REF.START="QS0093" CODE="201D" ID="QE0093"/> huwa magħmul minn trab tal-kawkaw u zokkor minflok ċikkulata u jista’ jidher oġġezzjonabbli li prodott li jista’ jkollu biss tal-inqas 6.4 % ta’ butir tal-kawkaw jitħalla jissejjaħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0094" REF.END="QE0094"/>trab taċ-<HT TYPE="ITALIC">ċikkulata</HT><QUOT.END REF.START="QS0094" CODE="201D" ID="QE0094"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0095" REF.END="QE0095"/><HT TYPE="ITALIC">ċikkulata</HT> fi trab<QUOT.END REF.START="QS0095" CODE="201D" ID="QE0095"/> (enfasi miżjuda), meta<?PAGE NO="15"?> l-ammont minimu ta’ butir tal-kawkaw rikjest fiċ-ċikkulata huwa 18 %<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0096" REF.END="QE0096"/>Ċikkulata<QUOT.END REF.START="QS0096" CODE="201D" ID="QE0096"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0097" REF.END="QE0097"/>trab taċ-ċikkulata<QUOT.END REF.START="QS0097" CODE="201D" ID="QE0097"/> jindikaw żewġ ingredjenti komposti differenti, kull waħda bid-definizzjoni distinta tagħha. <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0098" REF.END="QE0098"/>Ċikkulata<QUOT.END REF.START="QS0098" CODE="201D" ID="QE0098"/>, kif iddefinita fil-punt 3(a) tal-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva dwar iċ-Ċikkulata (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0099" REF.END="QE0099"/>čokoláda<QUOT.END REF.START="QS0099" CODE="201D" ID="QE0099"/> biċ-Ċek), <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0100" REF.END="QE0100"/>tagħti l-isem lill-prodott miksub mill-prodotti mill-kawkaw u tipi ta’ zokkor li, bla ħsara għall-(b), ikun fih mhux inqas minn total ta’ 35 % solidi niexfa tal-kawkaw, inkluż mhux inqas minn 18 % ta’ butir tal-kawkaw u mhux inqas minn 14 % ta’ solidi niexfa mhux xaħmin<QUOT.END REF.START="QS0100" CODE="201D" ID="QE0100"/>. It-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0101" REF.END="QE0101"/>trab tal-kawkaw<QUOT.END REF.START="QS0101" CODE="201D" ID="QE0101"/> jew il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0102" REF.END="QE0102"/>kawkaw<QUOT.END REF.START="QS0102" CODE="201D" ID="QE0102"/>, kif iddefiniti fil-punt A tal-Anness I tad-Direttiva dwar iċ-Ċikkulata (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0103" REF.END="QE0103"/>kakaový prášek<QUOT.END REF.START="QS0103" CODE="201D" ID="QE0103"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0104" REF.END="QE0104"/>kakao<QUOT.END REF.START="QS0104" CODE="201D" ID="QE0104"/> biċ-Ċek), <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0105" REF.END="QE0105"/>jagħtu l-isem lill-prodott miksub bil-bdil fi trab taż-żerriegħa tal-kawkaw li tkun ġiet imnaddfa, imneħħija mill-qoxra u nkaljata, u li jkun fiha mhux inqas minn 20 % ta’ butir tal-kawkaw, ikkalkolati skond l-użin tal-materjal niexef, u mhux iktar minn 9 % ilma<QUOT.END REF.START="QS0105" CODE="201D" ID="QE0105"/>. Dan jimplika li l-perċentwali minimu permissibbli ta’ butir tal-kawkaw fit-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0106" REF.END="QE0106"/>trab taċ-ċikkulata<QUOT.END REF.START="QS0106" CODE="201D" ID="QE0106"/> huwa 6.4 % (it-trab taċ-ċikkulata għandu jikkonsisti minn tal-inqas 32 % trab tal-kawkaw, li min-naħa tiegħu għandu jkollu mhux inqas minn 20 % ta’ butir tal-kawkaw ibbażat fuq l-użin tal-materjal niexef).</P></NOTE>, it-tifsira ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0107" REF.END="QE0107"/>čokoláda v prášku<QUOT.END REF.START="QS0107" CODE="201D" ID="QE0107"/> hija ddefinita tajjeb, filwaqt li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0108" REF.END="QE0108"/>čokoládový prášek<QUOT.END REF.START="QS0108" CODE="201D" ID="QE0108"/> jidher li ma għandha ebda tifsira indipendenti jew definizzjoni speċifika taħt id-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Jekk konsumatur Ċek jiġix verament żgwidat bl-użu tal-espressjoni Ċeka <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0109" REF.END="QE0109"/>čokoládový prášek<QUOT.END REF.START="QS0109" CODE="201D" ID="QE0109"/> għall-ingredjent kompost inkwistjoni mingħajr ma tiġi speċifikata l-kompożizzjoni tagħha f’lista ta’ ingredjenti hija kwistjoni fattwali li għandha tiddeċidiha l-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">4.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Tħassib dwar is‑suq intern</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tindika fid-deċiżjoni tar-rinviju tagħha li n-Nejvyšší správní soud (il-Qorti Amministrattiva Suprema) parzjalment ibbażat id-deċiżjoni tagħha fuq tħassib dwar is-suq intern.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Ma naqbilx li l-aċċess tal-operaturi ekonomiċi għas-suq intern jiġi mfixkel sakemm tali operaturi ekonomiċi ma jitħallewx jużaw it-traduzzjoni tagħhom stess ta’ denominazzjonijiet ta’ ingredjenti tal-ikel. Għall-kuntrarju, l-armonizzazzjoni ta’ ismijiet tal-bejgħ u ta’ regoli dwar l-ittikkettjar għandha l-għan li tiggarantixxi n-natura waħdiena tas-suq intern<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara l-premessa 7 tad-Direttiva dwar iċ-Ċikkulata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Ir-Regolament dwar l-Informazzjoni dwar l-Ikel għandu tal-inqas żewġ għanijiet ewlenin, li wieħed minnhom huwa l-protezzjoni tal-konsumaturi fl-Unjoni permezz ta’ regoli komuni dwar informazzjoni dwar l-ikel, u l-ieħor huwa sabiex jiżgura l-funzjonament mingħajr xkiel tas-suq intern<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara l-Artikolu 1(1) tar-Regolament dwar l-Informazzjoni dwar l-Ikel.</P></NOTE>. Tabilħaqq, ir-Regolament dwar l-Informazzjoni dwar l-Ikel ġie ppromulgat abbażi tal-Artikolu 114 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-Direttiva dwar iċ-Ċikkulata, il-moviment liberu tal-prodotti taċ-ċikkulata fis-suq komuni huwa bbażat fuq l-eżistenza ta’ regoli komuni u terminoloġija standardizzata li tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi fis-suq intern kollu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ara, b’rabta ma’ dan, il-premessi 3, 4 u 7 tad-Direttiva dwar iċ-Ċikkulata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Ir-Regolament dwar l-Informazzjoni dwar l-Ikel isegwi dawn iż-żewġ għanijiet billi jipprevedi standards komuni għal informazzjoni dwar l-ikel u billi jipprevedi denominazzjonijiet komuni għal diversi ikel permezz ta’ integrazzjoni ta’ termini dderivati minn leġiżlazzjoni sekondarja tal-Unjoni oħra bħad-Direttiva dwar iċ-Ċikkulata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Dik is-sistema tipprovdi sett ta’ regoli u denominazzjonijiet standardizzati u faċilment aċċessibbli li l-operaturi ekonomiċi fl-Unjoni jistgħu – u għandhom – jużaw meta jikkummerċjalizzaw l-ikel fl-Unjoni, u b’hekk ittejjeb sostanzjalment il-faċilità tal-aċċess tagħhom għas-suq. Għalhekk is-sistema hekk stabbilita <HT TYPE="ITALIC">tiffaċilita</HT> b’mod sostanzjali l-kummerċjalizzazzjoni transkonfinali ta’ ikel fl-Unjoni meta mqabbla ma’ kwalunkwe alternattiva fattibbli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi ma hemm ebda raġuni kredibbli għalfejn l-użu tad-denominazzjoni stabbilita fid-Direttiva dwar iċ-Ċikkulata, kif meħtieġ skont ir-Regolament dwar l-Infomazzjoni dwar l-Ikel, għandu jitqies iżjed oneruż fuq operatur ekonomiku bħal Tesco milli l-ħolqien ta’ terminu minnu stess għall-istess prodott.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi kif ġej għad-domanda preliminari tal-Krajský soud v Brně (il-Qorti Reġjonali, Brno, ir-Repubblika Ċeka):</TXT><P>Ingredjent kompost b’denominazzjoni skont il-punt 2(ċ) tal-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva 2000/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20000623">23 ta’ Ġunju 2000</DATE> rigward il-prodotti mill-kawkaw u miċ-ċikkulata maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandu, skont l-Artikolu 18(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20111025">25 ta’ Ottubru 2011</DATE> dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, moqri flimkien mal-Artikolu 17(1) ta’ dan ir-regolament, jiġi elenkat f’lista ta’ ingredjenti tal-prodott tal-ikel li minnu jifforma parti b’dik id-denominazzjoni, li skont l-Artikolu 2(2)(n) tar-Regolament Nru 1169/2011 huwa wkoll l-isem ġuridiku tiegħu. Dak l-isem jeħtieġ li jiġi pprovdut fil-lingwa rikjesta skont l-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 1169/2011.</P><P>Il-lista ta’ ingredjenti għal ingredjent kompost bħal dan tista’ titħalla barra biss, skont il-punt 2(1) tal-parti E tal-Anness VII tar-Regolament Nru 1169/2011, fejn dik id-denominazzjoni hija użata għall-ingredjent kompost fil-lista ta’ ingredjenti għall-prodott tal-ikel ikkummerċjalizzat.</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>