<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-160/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CC0160</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:40">EU:C:2018:40</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Kokott – Kawża C-160/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Thybaut et</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Kokott</HT></P><P>ippreżentati fil-<DATE ISO="20180125">25 ta’ Jannar 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C-160/17</HT></P><P>Raoul Thybaut,</P><P>Johnny De Coster,</P><P>Frédéric Romain</P><P>vs</P><P>Région wallonne,</P><P>fil-preżenza ta’:</P><P>Commune d’Orp-Jauche,</P><P>Bodymat SA</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat, il-Belġju))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Talba għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Ambjent</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2001/42/KE</KEYWORD><KEYWORD>Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent</KEYWORD><KEYWORD>Pjanijiet u programmi</KEYWORD><KEYWORD>Definizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Żona urbana ta’ rikompożizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Deroga eħfef minn regoli tal-ippjanar urban</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-kunċett <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>pjanijiet u programmi<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> huwa ta’ importanza ċentrali għad-determinazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20010627">27 ta’ Ġunju 2001</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 157).</P></NOTE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Direttiva ESA<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, fejn ESA tfisser evalwazzjoni strateġika ambjentali). Huwa minnu li l-Qorti tal-Ġustizzja reċentement ippreċiżat l-interpretazzjoni tal-imsemmi kunċett<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161027">27 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>D’Oultremont et</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-290/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:816">EU:C:2016:816</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, iżda kif turi wkoll il-kawża Inter-Environnement Bruxelles et (C-671/16), li fiha jiena wkoll nippreżenta l-konklużjonijiet tiegħi llum, għad hemm domandi li jeħtieġu risposta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>F’din il-proċedura għal deċiżjoni preliminari għandu jiġi ċċarat jekk id-determinazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>żona urbana ta’ rikompożizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> mill-Gvern tal-Wallonie għandhiex diġà titqies bħala pjan jew programm, bil-konsegwenza li possibbilment tkun teżiġi evalwazzjoni ambjentali. Tali determinazzjoni hija limitata għad-delimitazzjoni taż-żona, iżda tissemplifika partikolarment id-deroga, fi ħdan diż-żona, mir-regoli ta’ ċerti miżuri tal-ippjanar eżistenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja fl-istess waqt qed tintalab tittratta l-ġurisprudenza tagħha li minnha jirriżulta li t-tħassir ta’ pjanijiet u ta’ programmi jista’ jitlob evalwazzjoni ambjentali għax jitqies bħala pjan jew programm fih innifsu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120322">22 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>Inter-Environnement Bruxelles et</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-567/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:159">EU:C:2012:159</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> et seq).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Finalment, filwaqt li tingħata risposta għal din it-talba għal deċiżjoni preliminari, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni li n-neċessità ta’ evalwazzjoni strateġika ambjentali tiddependi wkoll mit-tipi ta’ proġetti koperti minn dan l-att. Dan għaliex id-Direttiva ESA tipprovdi li evalwazzjoni ambjentali ma għandhiex issir biss jekk il-pjan jew il-programm jistabbilixxi qafas għal proġetti suġġetti għad-Direttiva EEA<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20111213">13 ta’ Diċembru 2011</DATE> dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="026" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 26, p. 1</REF.DOC.OJ>), emendata bid-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20140416">16 ta’ April 2014</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="124" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 124, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> (Artikolu 3(2)(a)), iżda anki meta jiġi stabbilit qafas għal proġetti oħra li jista’ jkollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent (Artikolu 3(4)) kif ukoll għal pjanijiet u programmi suġġetti għall-evalwazzjoni speċjali skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-<DATE ISO="19920521">21 ta’ Mejju 1992</DATE> dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102), emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2013/17/UE tat-<DATE ISO="20130513">13 ta’ Mejju 2013</DATE> li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-ambjent, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="158" PAGE.FIRST="193" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 158, p. 193</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> (Artikolu 3(2)(b)).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-għanijiet tad-Direttiva ESA huma b’mod partikolari stabbiliti fl-Artikolu 1:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>L-għan ta’ din id-Direttiva hu li jsiru disposizzjonijiet għal livell għoli ta’ protezzjoni ta’ l-ambjent u biex issir kontribuzzjoni għall-integrazzjoni tal-konsiderazzjonijiet ambjentali fil-preparazzjoni u l-adozzjoni ta’ pjanijiet u programmi bil-għan li jkun jippromwovi l-iżvilupp sostenibbli, billi jkun assigurat li, skond din id-Direttiva, issir stima ambjentali ta’ ċerti pjanijiet u programmi li x’aktarx ikollhom effetti sinifikanti fuq l-ambjent.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Il-pjanijiet u l-programmi huma ddefiniti fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva ESA:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>pjanijiet u programmi<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> tfisser pjanijiet u programmi, inklużi dawk ko-finanzjati mill-Komunità Ewropea, kif ukoll xi modifiki li jsirulhom:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>li huma suġġetti għall-preparazzjoni u/jew adozzjoni minn xi awtorita nazzjonali, reġjonali jew livell lokali jew li jkunu preparati minn xi awtorita għall-adozzjoni, permezz ta’ proċedura leġislattiva mill-Parlament jew il-Gvern, u</P></ITEM><ITEM><P>li huma meħtieġa permezz ta’ disposizzjonijiet leġislattivi, regolatorji jew amministrattivi.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Għal din il-kawża huwa partikolarment interessanti l-obbligu li ssir evalwazzjoni strateġika ambjentali skont l-Artikolu 3(2), (4) u (5) tad-Direttiva ESA:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Bla ħsara għall-paragrafu 3, stima ambjentali għandha ssir għall-pjanijiet u l-programmi kollha,</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>li huma ppreparati għall-agrikoltura, il-forestrija, is-sajd, l-enerġija, l-industrija, it-trasport, l-immaniġġjar ta’ l-iskart, l-amministrazzjoni ta’ l-ilma, it-telekomunikazzjonijiet, it-turiżmu, pjanar ta’ bliet u l-kampanja jew l-użu ta’ l-art u li jistabilixxu l-qafas għall-kunsens futur għall-iżvilupp tal-proġetti elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva [EEA], jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>li, in vista ta’ l-effett fuq iż-żoni li x’aktarx, ġew stabbiliti biex jiksbu stima bis-saħħa ta’ l-Artikolu 6 jew 7 tad-Direttiva [<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>habitats<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/>].</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="003.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jistabilixxu jekk il-pjanijiet u l-programmi, minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 2, li jissettjaw il-qafas għall-kunsens futur ta’ l-iżvilupp tal-proġetti, hux ser ikollhom effetti ambjentali sinifikanti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jistabilixxu jekk il-pjanijiet jew il-programmi msemmija fil-paragrafi 3 u 4 hux ser ikollhom effetti ambjentali sinifikanti jew billi kull każ jiġi eżaminat jew billi jkunu speċifikati t-tipi ta’ pjanijiet u programmi jew billi jkunu kombinati iż-żewġ metodi. Għal dan il-għan l-Istati Membri għandhom fil-każijiet kollha jikkunsidraw il-kriterji rilevanti stabbiliti fl-Anness II, sabiex ikun assigurat li l-pjanijiet u l-programmi li x’aktarx ikollhom effetti sinifikanti fuq l-ambjent ikunu koperti b’din id-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 127 tal-Code Wallon de l’Aménagement du Territoire, de l’Urbanisme, du Patrimoine (il-Kodiċi tal-Wallonie tal-ippjanar tat-territorju, tal-ippjanar urban u tal-patrimonju) jinkludi dispożizzjonijiet dwar ir-relazzjoni bejn żona urbana ta’ rikompożizzjoni u l-permess tal-bini:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>§ 1. B’deroga mill-Artikoli 88, 89, 107 u 109, [il-permess tal-bini] jingħata mill-gvern […],</P><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>8°</NO.P><TXT>jekk dan ikun jikkonċerna miżuri jew xogħlijiet f’żona urbana ta’ rikompożizzjoni;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>iż-żona hija ddeterminata mill-gvern; […] iż-żona tapplika għal kull proġett ta’ żvilupp urban għall-klassifikazzjoni mill-ġdid u għall-iżvilupp ta’ funzjonijiet urbani li jeħtieġ il-ħolqien, il-modifika, it-tkabbir, l-eliminazzjoni jew l-elevazzjoni tat-toroq u tal-ispazji pubbliċi;</P><P>[…]</P></ALINEA><ALINEA>§ 3. […] il-permess jista’ jingħata b’deroga minn pjan settorjali, minn pjan tal-iżvilupp muniċipali, minn ordinanza tal-bini muniċipali jew minn pjan li juri l-allinjament tat-toroq u l-linji tal-bini.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 181 tal-Kodiċi tal-Wallonie tal-ippjanar tat-territorju, tal-ippjanar urban u tal-patrimonju jippermetti l-esproprjazzjoni ta’ proprjetà immobbli f’żona urbana ta’ rikompożizzjoni:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Il-gvern jista’ jistabbilixxi li l-esproprjazzjoni ta’ proprjetà immobbli hija ta’ utilità pubblika jekk</P><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>5°</NO.P><TXT>din tkun f’żona urbana ta’ rikompożizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti u t-talba għal deċiżjoni preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>R. Thybaut et ippreżentaw rikors għal annullament quddiem il-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat, il-Belġju) kontra d-digriet tat-<DATE ISO="20120503">3 ta’ Mejju 2012</DATE> tal-Gvern tal-Wallonie li jistabbilixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>żona urbana ta’ rikompożizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> b’art li fiha iktar minn 4 ettari fil-villaġġ Orp-Jauche (Brabant Wallon, il-Belġju), li tkopri partikolarment is-swali ta’ dik li kienet fabbrika tal-makkinarju għall-agrikoltura (E. de Saint-Hubert).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Għal proġetti f’żona bħal din essenzjalment japplikaw proċedura ssemplifikata għall-permess tal-bini li tista’ tidderoga mid-dispożizzjonijiet tal-iżvilupp urban applikabbli, kif ukoll proċedura ssemplifikata għall-esproprjazzjoni fejn hija preżunta utilità pubblika. Barra minn hekk, f’dan il-każ ma huwiex il-komun li huwa responsabbli għall-permess tal-bini iżda l-Gvern tal-Wallonie.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>L-applikazzjoni għal żona urbana ta’ rikompożizzjoni trid tkopri <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>proġett tal-iżvilupp urban<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> konkret (twaqqigħ u bini ta’ strutturi, espansjoni tat-toroq, spazji miftuħa eċċ.), li iktar tard eventwalment jinħareġ permess tal-bini separat għalih. Iżda peress li ż-żona urbana ta’ rikompożizzjoni tgawdi mill-istatus ta’ regolament mingħajr limitazzjoni temporali, mhux dan il-proġett biss iżda kull proġett futur jibbenefika mill-proċeduri ssemplifikati, anki jekk dan ma jkunx f’relazzjoni mal-proġett tal-iżvilupp urban konkret inizjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-applikazzjoni għaż-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>żona urbana ta’ rikompożizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> saret mill-kumpannija pubblika ta’ responsabbiltà limitata Bodymat li għandha l-intenzjoni li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>tirridisinja l-binjiet industrijali bi stabbiliment DIY, supermarkit u ħwienet anċillari li fihom isir bejgħ bl-imnut [kif ukoll] b’appartamenti [u] b’netwerk tat-toroq konness man-netwerk diġà eżistenti<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Aġenzija tal-ippjanar u tal-konsulenza ambjentali wettqet evalwazzjoni dwar l-effetti tal-proġett tal-iżvilupp urban ta’ Bodymat fuq l-ambjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali huma persuni privati li jgħixu fl-inħawi taż-żona urbana ta’ rikompożizzjoni. Dawn qegħdin jinvokaw id-Direttiva ESA u jsostnu li l-evalwazzjoni mwettqa fil-każ ineżami ma tissodisfax ir-rekwiżiti tad-Direttiva peress li hija inkompleta, żbaljata u ma saritx kif suppost.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Il-Gvern tal-Wallonie huwa tal-fehma li mhux iż-żona urbana ta’ rikompożizzjoni teħtieġ evalwazzjoni tal-effetti iżda l-proġett tal-iżvilupp urban. Fil-każ ineżami kienet saret tali evalwazzjoni għall-proġett urban. L-awtorità amministrattiva korrettament iddeċidiet li l-evalwazzjoni hija kompleta u tinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Wara li saret talba għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Cour constitutionnelle (il-Qorti Kostituzzjonali, il-Belġju) fir-rigward tal-kompatibbiltà tar-regoli dwar iż-żona urbana ta’ rikompożizzjoni mal-Constitution belge (il-Kostituzzjoni Belġjana), il-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat) issa qiegħed jagħmel id-domanda segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P>L-Artikolu 2(a) tad-[Direttiva ESA] għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ pjan jew ta’ programm jinkludi perimetru previst minn dispożizzjoni ta’ natura leġiżlattiva u adottat minn awtorità reġjonali:</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>li l-uniku għan tiegħu huwa li tiġi ddeterminata d-delimitazzjoni ta’ żona ġeografika li tista’ tintuża għat-twettiq ta’ proġett ta’ żvilupp urban, filwaqt li dan il-proġett, li għandu jfittex li jilħaq għan determinat – f’dan il-każ, il-klassifikazzjoni mill-ġdid u l-iżvilupp ta’ funzjonijiet urbani u li jeħtieġ il-ħolqien, il-modifika, it-tkabbir, l-eliminazzjoni jew l-elevazzjoni tat-toroq u tal-ispazji pubbliċi –, jiġġustifika l-adozzjoni tal-perimetru, li timplika għalhekk l-aċċettazzjoni tal-prinċipju tiegħu, iżda li fir-rigward tiegħu għad irid jinħareġ permess li jietieġ evalwazzjoni tal-effetti; u</P></ITEM><ITEM><P>li għandu bħala effett, mill-perspettiva proċedurali, li l-applikazzjonijiet għal permess għal atti jew għal xogħlijiet f’dan il-perimetru jgawdu minn proċedura derogatorja, filwaqt li r-regoli tal-ippjanar applikabbli għall-artijiet ikkonċernati qabel l-adozzjoni tal-perimetru jibqgħu applikabbli, iżda din il-proċedura jista’ jkollha l-benefiċċju li tippermetti l-kisba b’mod iktar faċli ta’ deroga minn dawn ir-regoli;</P></ITEM><ITEM><P>u li jibbenefika minn preżunzjoni ta’ utilità pubblika għat-twettiq ta’ esproprjazzjonijiet fil-kuntest tal-plan ta’ esproprjazzjoni anness miegħu?</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>R. Thybaut et, Bodymat S. A., ir-Renju tal-Belġju kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea ressqu osservazzjonijiet bil-miktub u attendew għas-seduta tat-<DATE ISO="20171130">30 ta’ Novembru 2017</DATE>, li kienet tirrigwarda kemm din il-proċedura kif ukoll il-Kawża C-671/16, Inter-Environnement Bruxelles et. Barra minn hekk, ir-Renju tad-Danimarka wkoll deher fis-seduta.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-analiżi ġuridika</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għat-talba għal deċiżjoni preliminari, fl-ewwel lok għandha tiġi indirizzata fil-qosor id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>definizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> tal-pjanijiet u tal-programmi kif stabbilita fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva ESA u mbagħad, fit-tieni lok, l-interpretazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-kunċett imsemmi.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-definizzjoni tal-Artikolu 2(a) tad-Direttiva ESA</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(a) tad-Direttiva ESA jistabbilixxi li t-termini <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>pjanijiet u programmi<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> għandhom jinftiehmu bħala l-pjanijiet u l-programmi kif ukoll l-emendi tagħhom li, l-ewwel nett, ikunu mfassla u/jew adottati minn awtorità fuq livell nazzjonali, reġjonali jew lokali jew imfassla minn awtorità għall-adozzjoni tagħhom mill-parlament jew mill-gvern, permezz ta’ proċedura leġiżlattiva u li, it-tieni nett, ikunu meħtieġa minn liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Mill-formulazzjoni tad-domanda tal-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat) diġà jirriżulta li dawn iż-żewġ kundizzjonijiet ma humiex ikkontestati. Dan għaliex, skont il-kliem tagħha, id-determinazzjoni taż-żona inkwistjoni ġiet deċiża minn entità reġjonali, proprju mir-Reġjun tal-Wallonie (il-Belġju), u għalhekk l-ewwel kundizzjoni hija ssodisfatta. Fir-rigward tat-tieni kundizzjoni, għalkemm ma huwa identifikabbli l-ebda obbligu li tiġi ddeterminata ż-żona inkwistjoni, huwa suffiċjenti li miżura tkun irregolata fil-leġiżlazzjoni u fid-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali, li jistabbilixxu l-awtoritajiet kompetenti sabiex jadottawha u l-proċeduri għall-preparazzjoni tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120322">22 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>Inter-Environnement Bruxelles et</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-567/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:159">EU:C:2012:159</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Skont id-domanda preliminari, id-determinazzjoni taż-żona hija prevista mil-liġi. U din id-dispożizzjoni, il-punt 8 tal-paragrafu § 1 tal-Artikolu 127 tal-Kodiċi tal-Wallonie tal-ippjanar tat-territorju, tal-ippjanar urban u tal-patrimonju, tistabbilixxi wkoll l-awtoritajiet kompetenti sabiex jadottawha u l-proċeduri għall-preparazzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-rekwiżiti sostantivi tal-pjanijiet u tal-programmi</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Fil-verità il-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat) jixtieq ikun jaf jekk il-konsegwenzi legali tad-determinazzjoni ta’ żona urbana ta’ rikompożizzjoni humiex suffiċjenti sabiex din titqies bħala pjan jew programm fis-sens tad-Direttiva ESA. Din il-kwistjoni tagħti l-opportunità lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tapplika għal sitwazzjoni ġdida l-interpretazzjoni tal-kunċett <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>pjanijiet u programmi<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> stabbilita reċentement.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni tipprovdi li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>pjanijiet u programmi<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>huwa relatat ma’ kull att li jistabbilixxi, billi jiddefinixxi regoli u proċeduri ta’ kontroll applikabbli għas-settur ikkonċernat, ġabra sinjifikattiva ta’ kriterji u ta’ modalitajiet għall-awtorizzazzjoni u għall-implementazzjoni ta’ proġett wieħed jew iktar li jistgħu jkollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161027">27 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>D’Oultremont et</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-290/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:816">EU:C:2016:816</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Dwar din l-interpretazzjoni rrilevajt, fil-konklużjonijiet tiegħi tal-lum fil-Kawża C-671/16, Inter-Environnement Bruxelles, li, meta jiġi eżaminat jekk hemmx pjan jew programm fis-sens tal-Artikolu 2(a) tad-Direttiva ESA, għandu jiġi mistħarreġ jekk l-ispeċifikazzjonijiet tal-miżura kkonċernata humiex mistennijin jikkawżaw effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Ara l-punti 18 sa 27 tal-konklużjonijiet tiegħi fil-Kawża C-671/16, Inter-Environnement Bruxelles.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Fil-kawża preżenti, il-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat) ser ikun responsabbli sabiex jeżamina jekk iż-żona urbana ta’ rikompożizzjoni kontenzjuża tissodisfax dawn il-kriterji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Sabiex isir dan l-eżami, prima facie jidher li huwa sinjifikattiv li d-determinazzjoni ta’ żona urbana ta’ rikompożizzjoni ma tinkludix espliċitament kriterji u modalitajiet pożittivi għall-awtorizzazzjoni u għat-twettiq ta’ proġetti, iżda hija limitata għad-definizzjoni ta’ żona. Dan il-fatt kapaċi jeskludi li din id-determinazzjoni tista’ tikkawża effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Anki tnejn mit-tliet dispożizzjonijiet speċjali applikabbli fi ħdan tali żona, jiġifieri l-bidla fil-ġurisdizzjoni għall-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet u l-possibbiltà tal-esproprjazzjoni ta’ artijiet, ma humiex, fihom innifishom, tali li jikkawżaw effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Madankollu, it-tielet dispożizzjoni speċjali għal żoni urbani ta’ rikompożizzjoni hija ta’ kwalità differenti. Skont il-paragrafu § 3 tal-Artikolu 127 tal-Kodiċi tal-Wallonie tal-ippjanar tat-territorju, tal-ippjanar urban u tal-patrimonju, l-awtorizzazzjoni ta’ proġetti f’tali żona tista’ tingħata b’deroga minn regoli tal-ippjanar eżistenti. Din id-dispożizzjoni ssemmi pjanijiet settorjali, pjanijiet tal-iżvilupp muniċipali, ordinanzi tal-bini muniċipali kif ukoll pjanijiet li juru l-allinjament tat-toroq u l-linji tal-bini.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Il-possibbiltà ta’ deroga minn regoli eżistenti hija simili għar-revoka ta’ dawn ir-regoli. Dan għaliex, abbażi tad-determinazzjoni ta’ żona urbana ta’ rikompożizzjoni, f’din iż-żona, bħala prinċipju, jistgħu jitwettqu proġetti b’effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent li qabel kienu preklużi skont ir-regoli tal-pjanijiet eżistenti. Hawnhekk iridu jissemmew, pereżempju, restrizzjonijiet fid-daqs tal-binjiet jew fl-użu tal-artijiet, li mbagħad ma jkollhomx għalfejn jiġu osservati iżjed.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Indirettament dan ikun jikkostitwixxi speċifikazzjoni potenzjalment essenzjali ta’ kriterji u ta’ modalitajiet għall-awtorizzazzjoni u għat-twettiq ta’ proġetti: l-artijiet inkwistjoni jsiru attraenti għal kull tip ta’ proġetti li jiddependu minn derogi minn regoli tal-ippjanar eżistenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tħassir ta’ pjanijiet u programmi, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li fid-dawl tal-karatteristiċi u tal-effetti tipiċi ta’ atti ta’ tħassir ta’ pjan jew ta’ programm, ikun imur kontra l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlatur tal-Unjoni, u jkun ta’ preġudizzju, parzjali, għall-effett utli tad-Direttiva ESA, li dawn l-atti jiġu kkunsidrati bħala li ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120322">22 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>Inter-Environnement Bruxelles et</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-567/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:159">EU:C:2012:159</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Dan għaliex l-eliminazzjoni tar-regoli ta’ pjan jew programm ukoll ikollha influwenza sostanzjali fuq il-qafas għall-awtorizzazzjoni futura ta’ proġetti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120322">22 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>Inter-Environnement Bruxelles et</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-567/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:159">EU:C:2012:159</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Dawn il-kunsiderazzjonijiet japplikaw bl-istess mod għall-possibbiltà li ssir deroga minn regoli tal-ippjanar eżistenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Huwa minnu li d-determinazzjoni ta’ żona urbana ta’ rikompożizzjoni ma tfissirx li tassew ser isiru proġetti li jeżawrixxu l-possibbiltajiet attwalment eżistenti għall-influwenza fuq l-ambjent. Pjuttost hija biss l-awtorizzazzjoni ta’ proġetti sussegwenti li tippermetti evalwazzjoni konkreta tal-effetti fuq l-ambjent. Iżda din il-kunsiderazzjoni fl-aħħar mill-aħħar tapplika għar-regoli kollha ta’ pjanijiet u programmi: dawn jagħmluha biss possibbli li jkun hemm effetti fuq l-ambjent, li mbagħad jistgħu jiġu rrealizzati minn proġetti konkreti. Iżda l-leġiżlatur manifestament assuma li din in-natura potenzjali ta’ regoli tal-ippjanar u tal-programmi ma tipprekludix evalwazzjoni ambjentali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, lanqas l-argument tar-Renju tal-Belġju u ta’ Bodymat ma jikkonvinċini, jiġifieri li għadu lanqas biss huwa ċar x’effetti fuq l-ambjent għandhom jiġu eżaminati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Huwa minnu li evalwazzjoni ambjentali tad-determinazzjoni ta’ żona urbana ta’ rikompożizzjoni ma tistax tiggarantixxi li tkopri preċiżament l-effetti fuq l-ambjent li fir-realtà ser jirriżultaw sussegwentement. Dan għaliex il-possibbiltajiet ta’ deroga minn regoli tal-ippjanar fil-fatt ma humiex limitati għal proġett speċifiku li l-effetti tiegħu diġà jistgħu jiġu analizzati, iżda ser igawdu minnhom il-proġetti kollha rrealizzati fil-futur f’din iż-żona, anki proġetti li għadhom lanqas biss huma previsti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Iżda evalwazzjoni ambjentali għall-inqas tista’ tipprova, abbażi taċ-ċirkustanzi fiż-żona kif ukoll abbażi tal-kundizzjonijiet qafas tekniċi, tiddeskrivi l-effetti fuq l-ambjent realistikament possibbli jekk jiġu rrealizzati proġetti li ma jkunux għadhom ristretti mir-regoli tal-ippjanar eżistenti. Dan l-approċċ ikun jikkontribwixxi sostanzjalment għat-trasparenza, peress li l-awtoritajiet ikollhom bilfors jiċċaraw xi żviluppi futuri ser ikunu qegħdin jippermettu permezz tad-determinazzjoni taż-żona urbana ta’ rikompożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Finalment, il-kwalifika ta’ żona urbana ta’ rikompożizzjoni bħala pjan jew programm lanqas ma hija prekluża mill-fatt li, bħala prinċipju, ikun possibbli li kwalunkwe deroga minn regoli tal-ippjanar eżistenti tittieħed inkunsiderazzjoni b’mod komprensiv skont id-Direttiva EEA fil-kuntest ta’ evalwazzjoni ta’ proġetti sussegwenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Huwa minnu li l-inizjattiva għall-adozzjoni tad-Direttiva ESA hija bbażata fuq ir-rikonoxximent li ċerti effetti fuq l-ambjent diġà jkunu stabbiliti fid-data tal-evalwazzjoni skont id-Direttiva EEA minħabba deċiżjonijiet tal-ippjanar meħuda qabel, u ma jistgħux jiġu kkontestati iktar fid-deċiżjoni dwar il-proġett, irrispettivament mir-riżultat tal-evalwazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Proposta għal direttiva tal-Kunsill rigward l-evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (COM(96) 511 final, p. 6). Ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawżi magħquda <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Terre wallonne u Inter-Environnement Wallonie</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-105/09 u C-110/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:120">EU:C:2010:120</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) kif ukoll fil-kawża tal-lum Inter-Environnement Bruxelles et (C‑671/16, punti 43 u 44).</P></NOTE>. Iżda minn dan ma għandux jiġi konkluż li evalwazzjoni ambjentali skont id-Direttiva ESA tkun superfluwi jekk l-istipulazzjonijiet kollha jistgħu jiġu eżaminati u analizzati bl-applikazzjoni tad-Direttiva EEA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Dan għaliex, l-ewwel nett, għall-inqas id-dritt tal-Unjoni ma jiggarantixxix li kull proġett konċepibbli jiġi evalwat skont id-Direttiva EEA. Huma biss it-tipi ta’ proġetti elenkati fl-Anness I u fl-Anness II ta’ din id-direttiva li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. Min-naħa l-oħra, fl-Artikolu 3(2)(b) u (4) tagħha, id-Direttiva ESA tipprovdi wkoll li jiġu evalwati pjanijiet u programmi li mhux neċessarjament għandhom rabta ma’ proġetti suġġetti għad-Direttiva EEA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>It-tieni nett, l-evalwazzjoni ambjentali għandha ssir fl-iktar stadju bikri possibbli sabiex ir-riżultati tagħha jkunu għadhom jistgħu jinfluwenzaw deċiżjonijiet eventwali. Dan l-għan ma huwiex stipulat biss fl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva ESA, iżda wkoll fl-Artikolu 8(1) u fl-Artikolu 9(2) tal-Protokoll ta’ Kiev<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Protkoll tal-2003 dwar il-Valutazzjoni Strateġika Ambjentali għall-Konvenzjoni ta’ Espoo tal-UN/ECE tal-1991 dwar il-Valutazzjoni ta’ l-Impatt Ambjentali f’Kuntest Transkonfinali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="308" PAGE.FIRST="35" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 308, p. 35</REF.DOC.OJ>), adottat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/871/KE tal-<DATE ISO="20081020">20 ta’ Ottubru 2008</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="308" PAGE.FIRST="33" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 308, p. 33</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, fil-punt 7 tal-preambolu u fl-Artikolu 3(1) tal-Konvenzjoni ta’ Espoo<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Konvenzjoni tal-1991 dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali f’Kuntest Transkonfinali (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="104" PAGE.FIRST="7" DATE.PUB="1992">ĠU 1992, C 104, p. 7</REF.DOC.OJ>); skont il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza, f’isem il-Komunità Ewropea, l-ewwel u t-tieni emenda tal-Konvenzjoni tal-UN/ECE ta’ Espoo dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali f’Kuntest Transkonfinali (COM(2007) 470 final), il-Komunità rratifikat din il-konvenzjoni fis-<DATE ISO="19970627">27 ta’ Ġunju 1997</DATE> permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill li ma kinitx ippubblikata, li mid-dehra hija tal-<DATE ISO="19961015">15 ta’ Ottubru 1996</DATE> (ara l-proposta għall-ewwel Deċiżjoni tal-Kunsill fil-<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="104" PAGE.FIRST="5" DATE.PUB="1992">ĠU 1992, C 104, p. 5</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, fl-Artikolu 6(4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Konvenzjoni tal-1998 dwar l-aċċess għat-tagħrif, il-parteċipazzjoni pubblika fil-proċess deċiżjonali u l-aċċess għall-ġustizzja f’materji ambjentali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="124" PAGE.FIRST="4" DATE.PUB="2005">ĠU 2005, L 124, p. 4</REF.DOC.OJ>), adottata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE, tas-<DATE ISO="20050217">17 ta’ Frar 2005</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="164M" PAGE.FIRST="17" DATE.PUB="2005">ĠU L 164M, p. 17</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> kif ukoll fil-premessa 2 tad-Direttiva EEA<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara wkoll il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawżi magħquda <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Comune di Corridonia et</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-196/16 u C-197/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:249">EU:C:2017:249</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>U, it-tielet nett, l-eżistenza eventwalment parallela ta’ evalwazzjonijiet skont iż-żewġ direttivi ma tfissirx li huma neċessarji evalwazzjonijiet doppji żejda. Pjuttost, kif speċifikat fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva ESA, ir-riżultati tal-ewwel evalwazzjoni jistgħu (u għandhom) jintużaw mill-ġdid fil-kuntest tat-tieni evalwazzjoni, fi kwalunkwe każ fejn dawn ikunu (għadhom) informattivi għal din it-tieni evalwazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara s-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110922">22 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Valčiukienė et</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-295/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:608">EU:C:2011:608</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150910">10 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Dimos Kropias Attikis</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-473/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:582">EU:C:2015:582</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Iżda jekk id-determinazzjoni ta’ żona urbana ta’ rikompożizzjoni għandhiex attwalment titqies bħala sinjifikattiva fi ħdan it-tifsira tas-sentenza D’Oultremont jiddependi mir-regoli stipulati fil-pjanijiet eżistenti u li minnhom jista’ jiġi dderogat. Iktar ma jkunu importanti dawn ir-regoli, iktar tkun sinjifikattiva l-possibbiltà ta’ deroga.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Għalhekk, il-qorti nazzjonali trid teżamina jekk ir-regoli tal-ippjanar eżistenti, li minnhom jista’ jiġi dderogat, jipprekludux proġetti li x’aktarx ser ikollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent fid-dawl taċ-ċirkustanzi lokali konkreti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi kif ġej:</TXT><P>Att li jippermetti d-deroga mir-regoli tal-iżvilupp urban ta’ ċerti pjanijiet waqt l-awtorizzazzjoni ta’ proġetti fi ħdan żona partikolari għandu jitqies li huwa pjan jew programm fis-sens tal-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2001/42/KE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent, sa fejn ir-regoli tal-ippjanar eżistenti, li minnhom jista’ jiġi dderogat, jipprekludu proġetti li x’aktarx ser ikollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent fid-dawl taċ-ċirkustanzi lokali konkreti.</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>