|
23.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 119/44 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 400/2014
tat-22 ta' April 2014
dwar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta' kontroll għall-2015, l-2016 u l-2017 biex tiġi żgurata konformità mal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi fi u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u biex jivvaluta l-esponiment tal-konsumatur għalihom
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), b'mod partikolari l-Artikolu 29(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1213/2008 (2) ġie stabbilit l-ewwel programm Komunitarju multiannwali kkoordinat li jkopri s-snin 2009, 2010 u 2011. Dak il-programm kompla taħt Regolamenti konsekuttivi tal-Kumissjoni. L-aħħar wieħed minn dawn kien ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 788/2012 (3). |
|
(2) |
Hemm bejn 30 u 40 oġġett tal-ikel li jikkostitwixxu l-komponenti ewlenin tad-dieta fl-Unjoni. Peress li l-użi tal-pestiċidi juru bidliet sinifikanti tul perjodu ta' tliet snin, il-pestiċidi għandhom ikunu ssorveljati f'dawk il-prodotti tal-ikel fuq sensiela ta' ċikli ta' tliet snin sabiex l-esponiment tal-konsumatur u l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jkunu jistgħu jiġu vvalutati. |
|
(3) |
Fuq il-bażi ta' distribuzzjoni ta' probabbiltà binomjali, jista' jiġi kkalkulat li l-analiżi ta' 654 kampjun jippermetti, b'ċertezza ta' aktar minn 99 %, l-iskoperta ta' kampjun li jkun fih ammont ta' residwi tal-pestiċidi ogħla mil-limitu ta' determinazzjoni (LOD), bil-kundizzjoni li mhux anqas minn 1 % tal-prodotti jkun fihom residwi ta' livell ogħla minn dak il-limitu (4). Il-ġbir ta' dawn il-kampjuni għandu jitqassam fost l-Istati Membri skont l-għadd tal-popolazzjoni, b'minimu ta' 12-il kampjun għal kull prodott u għal kull sena. |
|
(4) |
Ir-riżultati analitiċi mill-programmi uffiċjali ta' verifika preċedenti tal-Unjoni tqiesu biex ikun żgurat li l-firxa ta' pestiċidi koperti mill-programm ta' verifika tkun rappreżentattiva tal-pestiċidi użati. |
|
(5) |
Gwida dwar il-proċeduri ta' verifika analitika tal-kwalità u ta' validazzjoni tal-analiżijiet tar-residwi tal-pestiċidi fl-ikel u fl-għalf, “Analytical quality control and validation procedures for pesticide residues analysis in food and feed” tinsab ippubblikata fil-websajt tal-Kummissjoni (5). |
|
(6) |
Fejn id-definizzjoni ta' residwu ta' pestiċida tinkludi sustanzi attivi oħra, metaboliti jew prodotti li jirriżultaw mid-degradazzjoni jew mir-reazzjoni, dawk il-komposti għandhom jiġu rrappurtati separatament sakemm jiġu mkejla b'mod individwali. |
|
(7) |
L-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel laħqu qbil dwar il-miżuri ta' implimentazzjoni, bħad-Deskrizzjoni Standard tal-Kampjuni (SSD) (6) (7) għas-sottomissjoni tar-riżultati tal-analiżi tar-residwi tal-pestiċidi, li jirreletaw mat-tressiq tal-informazzjoni mill-Istati Membri. |
|
(8) |
Għall-proċeduri tat-teħid ta' kampjuni d-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE (8) li tinkorpora l-metodi tat-teħid ta' kampjuni rrakkomandati fil-Codex Alimentarius li għandha tapplika l-Kummissjoni. |
|
(9) |
Jeħtieġ li jiġi evalwat jekk il-livelli massimi ta' residwi għall-ikel tat-trabi, stipulati fl-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE dwar formuli tat-trabi u formuli ta' prosegwiment (9) u fl-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar (10) humiex jiġu rrispettati, billi jitqiesu biss id-definizzjonijiet tar-residwi kif inhuma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(10) |
Fir-rigward tal-metodi ta' residwu uniku, l-Istati Membri jistgħu jkunu kapaċi jilħqu l-obbligi ta' analiżi tagħhom billi jagħmlu użu mis-servizzi ta' laboratorji uffiċjali li diġà jkollhom il-metodi vvalidati meħtieġa. |
|
(11) |
Sal-31 ta' Awwissu ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw l-informazzjoni li tikkonċerna s-sena kalendarja preċedenti. |
|
(12) |
Biex jiġi evitat li jkun hemm konfużjoni minħabba koinċidenza bejn programmi multiannwali konsekuttivi, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 788/2012 għandu jitħassar fl-interess taċ-ċertezza legali. Madankollu, dan għandu jkompli japplika għall-kampjuni li jkunu ttieħdu fl-2013 u fl-2014. |
|
(13) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Istati Membri, matul is-snin 2015, 2016 u 2017, għandhom jieħdu u janalizzaw kampjuni għall-kombinazzjonijiet ta' prodotti/pestiċidi, kif stipulat fl-Anness I.
L-għadd ta' kampjuni ta' kull prodott, fosthom oġġetti tal-ikel għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar, u prodotti li joriġinaw mill-biedja organika, għandu jkun dak stipulat fl-Anness II.
Artikolu 2
1. Il-lott li minnu għandu jittieħed kampjun għandu jintgħażel b'mod każwali.
Il-proċedura tat-teħid ta' kampjuni, inkluż l-għadd ta' unitajiet, għandha tikkonforma mad-Direttiva 2002/63/KE.
2. Il-kampjuni kollha, inklużi dawk tal-oġġetti tal-ikel maħsubin għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar għandhom jiġu analizzati għall-pestiċidi stabbiliti fl-Anness I, skont id-definizzjonijiet tar-residwi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005.
3. Għall-oġġetti tal-ikel maħsubin għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar, il-kampjuni jridu jiġu vvalutati fuq il-prodotti kif inhuma proposti lesti għall-konsum, jew rikostitwiti, skont l-istruzzjonijiet tal-manifatturi, filwaqt li jitqiesu l-limiti massimi tar-residwi (MRLs) stipulati fid-Direttivi 2006/125/KE u 2006/141/KE. F'każijiet meta dawn l-oġġetti tal-ikel jistgħu jiġu kkunsmati kemm kif jinbiegħu kif ukoll f'forma rikostitwita, ir-riżultati għandhom jiġu rrappurtati dwar il-prodott mhux rikostitwit kif jinbiegħ.
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom jissottomettu r-riżultati tal-analiżi tal-kampjuni ttestjati fl-2015, fl-2016 u fl-2017 sal-31 ta' Awwissu 2016, 2017 u 2018 rispettivament. Ir-riżultati għandhom jintbagħtu skont id-Deskrizzjoni Standard tal-Kampjuni (SSD).
Fejn id-definizzjoni ta' residwu ta' pestiċida tinkludi iżjed minn kompost wieħed (sustanza attiva, metabolit u/jew prodotti li jirriżultaw mid-degradazzjoni jew minn reazzjoni), l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw ir-riżultati tal-analiżi skont id-definizzjoni sħiħa tar-residwi. Barra minn hekk, ir-riżultati ta' kull wieħed mill-analiti li jiffurmaw parti mid-definizzjoni tar-residwi għandhom jintbagħtu separatament, sakemm dawn jiġu mkejla fuq bażi individwali.
Artikolu 4
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 788/2012 huwa mħassar.
Madankollu, dan għandu jkompli japplika għall-kampjuni ttestjati fl-2013 u fl-2014.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2015.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' April 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1213/2008 tal-5 ta' Diċembru 2008 li jikkonċerna programm Komunitarju kkoordinat ta' kontroll multiannwali għall-2009, 2010 u 2011 sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi ġo u fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali u biex tevalwa l-esponiment tal-konsumatur għalihom (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 9).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 788/2012 tal-31 ta' Awwissu 2012 dwar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta' kontroll għall-2013, l-2014 u l-2015 biex tiġi żgurata konformità mal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi ġo u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u biex jivvaluta l-esponiment tal-konsumatur għalihom (ĠU L 235, 1.9.2012, p. 8).
(4) Codex Alimentarius, Pesticide Residues in Food, Ruma, 1993, ISBN 92-5-103271-8; Vol. 2, p. 372.
(5) Id-dokument Nru SANCO/12571/2013
http://ec.europa.eu/food/plant/plant_protection_products/guidance_documents/docs/qualcontrol_en.pdf
(6) Standard sample description for food and feed (EFSA Journal 2010; 8(1): 1457).
(7) L-użu tad-Deskrizzjoni Standard tal-Kampjuni tal-EFSA għar-rappurtar ta' dejta dwar il-verifiki marbutin mar-residwi tal-pestiċidi fl-ikel u fl-għalf skont ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 (EFSA Journal 2013; 11(1): 3076).
(8) Id-Direttiva tal-Kunsill [tal-Kummissjoni] 2002/63/KE tal-11 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi metodi tal-Komunità ta' teħid ta' kampjuni għall-kontroll uffiċjali ta' residwi ta' pestiċidi ġo u fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti jew mill-annimali u li tħassar id-Direttiva 79/700/KEE (ĠU L 187, 16.7.2002, p. 30).
(9) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE tat-22 ta' Diċembru 2006 dwar formuli tat-trabi u formuli ta' prosegwiment u li temenda d-Direttiva 1999/21/KE (ĠU L 401, 30.12.2006, p. 1).
(10) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE tal-5 ta' Diċembru 2006 dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar. (ĠU L 339, 6.12.2006, p. 16).
ANNESS I
Parti A: Prodotti ta' oriġini mill-pjanti li għandu jittieħed kampjun minnhom fl-2015, fl-2016 u fl-2017
|
2015 |
2016 |
2017 |
|
(b) |
(c) |
(a) |
|
Brunġiel |
Tuffieħ |
Fażola fil-miżwed (friska jew iffriżata) |
|
Banana |
Kaboċċa kkapoċċata |
Karrotti |
|
Brokkoli |
Kurrat |
Ħjar |
|
Għeneb għall-ikel |
Ħass |
Larinġ |
|
Meraq tal-larinġ |
Ħawħ, inklużi n-nuċiprisk u ibridi simili |
Mandolin |
|
Fażola mingħajr miżwed (friska jew iffriżata) |
Segala jew ħafur |
Lanġas |
|
Bżar (ħelu) |
Frawli |
Patata |
|
Qamħ |
Tadam |
Ross |
|
Żejt taż-żebbuġa verġni (Sakemm ma jkunx disponibbli fattur tal-ipproċessar taż-żejt speċifiku, il-fattur tal-ipproċessar taż-żejt = 5, filwaqt li titqies produzzjoni standard ta' żejt taż-żebbuġa ta' 20 % tal-ġabra taż-żebbuġ. L-Istati Membri huma mitluba li jirrappurtaw il-fatturi tal-ipproċessar użati fir-“Rapport Sommarju Nazzjonali”). |
Inbid (aħmar jew abjad) magħmul mill-għeneb. (Jekk ma jkunx hemm fattur speċifiku tal-ipproċessar disponibbli, jista' jiġi applikat fattur prestabbilit ta' 1. L-Istati Membri huma mitluba li jirrappurtaw il-fatturi tal-ipproċessar tal-inbid użati fir-“Rapport Sommarju Nazzjonali”). |
Spinaċi |
Parti B: Prodotti ta' oriġini mill-annimali li għandu jittieħed kampjun minnhom fl-2015, fl-2016 u fl-2017
|
2015 |
2016 |
2017 |
|
(d) |
(e) |
(f) |
|
Butir |
Ħalib tal-baqar |
Muskoli u xaħam tal-pollam |
|
Bajd tat-tiġieġ |
Muskoli u xaħam tal-ħnieżer |
Fwied (annimali bovini u ruminanti oħra, ħnieżer u tajr) |
Parti C: Kombinazzjonijiet ta' pestiċidi/prodotti li għandhom jiġu ssorveljati fi/fuq prodotti ta' oriġini mill-pjanti
|
|
2015 |
2016 |
2017 |
Kummenti |
|
2-Fenilfenol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Abamektina |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Aċefat |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Aċetamiprid |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Akrinatrina |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Aldikarb |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Aldrin u dieldrin |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Ażinfosmetil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Ażossistrobina |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Bifentrin |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Bifenil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Bitertanol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Boskalid |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Jonju tal-bromur |
(b) |
(c) |
(a) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fuq il-bżar ħelu fl-2015 biss; fuq il-ħass u t-tadam fl-2016; fuq ir-ross fl-2017 biss. |
|
Bromopropilat |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Bupirimat |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Buprofeżin |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Kaptan |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Karbaril |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Karbendażim u benomil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Karbofuran |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Karbosulfan |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Klorantraniliprol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Klorfenapir |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Klormekwat |
(b) |
(c) |
(a) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fuq il-brunġiel, fuq l-għeneb għall-ikel u fuq il-qamħ fl-2015 biss; fuq is-segala jew fuq il-ħafur, fuq it-tadam u fl-inbid fl-2016; fuq iz-zunnarija, il-lanġas u r-ross fl-2017. |
|
Klorotalonil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Klorprofam |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Klorpirifos |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Klorpirifosmetil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Klofenteżina |
(b) |
(c) |
(a) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-prodotti kollha elenkati minbarra ċ-ċereali. |
|
Klotijanidin |
(b) |
(c) |
(a) |
Ara wkoll it-tijametossam. |
|
Ċiflutrin |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Ċipermetrina |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Ċiprokonażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Ċiprodinil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Deltametrina |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Diażinon |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Diklorvos |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Dikloran |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Dikofol |
(b) |
(c) |
(a) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-prodotti kollha elenkati minbarra ċ-ċereali. |
|
Dietofenkarb |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Difenokonażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Diflubenżuron |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Dimetoat |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Dimetomorf |
(b) |
(c) |
(a) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-prodotti kollha elenkati minbarra ċ-ċereali. |
|
Dinikonażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Difenilammina |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Ditijanon |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Ditiokarbammati |
(b) |
(c) |
(a) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-prodotti elenkati kollha ħlief fil-meraq tal-larinġ u fiż-żejt taż-żebbuġa. |
|
Dodina |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Endosulfan |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
EPN |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Epossikonażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Etefon |
(b) |
(c) |
(a) |
Dan għandu jiġu analizzat fil-meraq tal-larinġ, fil-bżar ħelu, fil-qamħ u fl-għeneb għall-ikel fl-2015 biss; fuq it-tuffieħ, is-segala jew il-ħafur, fuq it-tadam u fl-inbid fl-2016; fuq il-larinġ, il-mandolin u r-ross fl-2017. |
|
Etjon |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Etirimol |
(b) |
(c) |
(a) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-prodotti kollha elenkati minbarra ċ-ċereali. |
|
Etofenproks |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Famossadon |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Fenamidon |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Fenamifos |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Fenarimol |
(b) |
(c) |
(a) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-prodotti kollha elenkati minbarra ċ-ċereali. |
|
Fenażakwin |
(b) |
(c) |
(a) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-prodotti kollha elenkati minbarra ċ-ċereali. |
|
Fenbukonażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Ossidu tal-fenbutatin |
(b) |
(c) |
(a) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fuq il-brunġiel, il-bżar ħelu u fl-għeneb għall-ikel fl-2015 biss; fuq it-tuffieħ u t-tadam fl-2016; fuq il-larinġ, il-mandolin u l-lanġas fl-2017. |
|
Feneżamid |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Fenitrotijon |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Fenossikarb |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Fenpropatrina |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Fenpropidin |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Fenpropimorf |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Fenpirossimat |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Fentijon |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Fenvalerat u Esfenvalerat |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Fipronil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Fludiossonil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Flufenossuron |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Fluwopiram |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Flukwinkonażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Flusilażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Flutrijafol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Folpet |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Formetanat |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Fostijażat |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Glifosat |
(b) |
(c) |
(a) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fuq il-qamħ fl-2015 biss; fuq is-segala jew fuq il-ħafur fl-2016 u fuq ir-ross fl-2017. |
|
Eżakonażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Eżitiażoss |
(b) |
(c) |
(a) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-prodotti kollha elenkati minbarra ċ-ċereali. |
|
Imażalil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Imidakloprid |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Indossakarb |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Iprodion |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Iprovalikarb |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Isokarbofos |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Isoprotijolan |
|
|
(a) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fuq ir-ross fl-2017 biss. Mhux rilevanti għall-prodotti li għandhom jiġu analizzati fl-2015 u fl-2016. |
|
Kreżossimmetil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Lambda-ċialotrin |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Linuron |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Lufenuron |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Malatjon |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Mandipropammid |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Mepanipirim |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Mepikwat |
(b) |
(c) |
(a) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fuq il-qamħ fl-2015 biss; fuq is-segala jew fuq il-ħafur, u fuq it-tadam fl-2016; fuq il-lanġas u r-ross fl-2017. |
|
Metalassil u metalassil-M |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Metamidofos |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Metidatjon |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Metijokarb |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Metomil u tjodikarb |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Metossifenożid |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Monokrotofos |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Miklobutanil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Ossadissil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Ossamil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Ossidemetonmetil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Paklobutrażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Paratjon |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Paratjonmetil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Penkonażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Penċikuron |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Pendimetalin |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Permetrin |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Fosmet |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Pirimikarb |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Pirimifosmetil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Proċimidon |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Profenofos |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Propamokarb |
(b) |
(c) |
(a) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fuq il-brunġiel, fuq il-brokkoli, fuq il-piżelli mingħajr miżwed u fuq il-bżar ħelu fl-2015; fuq it-tuffieħ, fuq il-kaboċċa kkapoċċata fuq il-ħass, fuq it-tadam u fl-inbid fl-2016; fuq il-fażola, fuq iz-zunnarija, fuq il-ħjar, fuq il-larinġ u l-mandolin, fuq il-patata, l-ispinaċi u l-frawli fl-2017. |
|
Proparġit |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Propikonażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Propiżammid |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Pimetrożina |
(b) |
(c) |
(a) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fuq il-brunġiel u l-bżar ħelu fl-2015 biss; fuq il-kaboċċa kkapoċċata fuq il-ħass, fuq il-frawli u t-tadam fl-2016; fuq il-ħjar fl-2017. |
|
Piraklostrobin |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Piridaben |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Pirimetanil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Piriprossifen |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Kinossifen |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Spinosad |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Spirodiklofen |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Spiromesifen |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Spirossammina |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Taw-Fluvalinat |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Tebukonażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Tebufenożid |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Tebufenpirad |
(b) |
(c) |
(a) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-prodotti kollha elenkati minbarra ċ-ċereali. |
|
Teflubenżuron |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Teflutrina |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Terbutilażina |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Tetrakonażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Tetradifon |
(b) |
(c) |
(a) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-prodotti kollha elenkati minbarra ċ-ċereali. |
|
Tijabendażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Tijakloprid |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Tijametossam |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Tijofanat-metil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Tolklofos-metil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Tolilfluwanid |
(b) |
(c) |
(a) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-prodotti kollha elenkati minbarra ċ-ċereali. |
|
Trijadimefon u trijadimenol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Trijażofos |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Triflossistrobin |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Triflumuron |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Parti D: Kombinazzjonijiet ta' pestiċidi/prodotti li għandhom jiġu ssorveljati fi/fuq prodotti ta' oriġini mill-annimali
|
|
2015 |
2016 |
2017 |
Kummenti |
|
Aldrin u dieldrin |
(d) |
(e) |
(f) |
|
|
Bifentrin |
(d) |
(e) |
(f) |
|
|
Klordan |
(d) |
(e) |
(f) |
|
|
Klorpirifos |
(d) |
(e) |
(f) |
|
|
Klorpirifosmetil |
(d) |
(e) |
(f) |
|
|
Ċipermetrina |
(d) |
(e) |
(f) |
|
|
DDT |
(d) |
(e) |
(f) |
|
|
Deltametrina |
(d) |
(e) |
(f) |
|
|
Diażinon |
(d) |
(e) |
(f) |
|
|
Endosulfan |
(d) |
(e) |
(f) |
|
|
Famossadon |
(d) |
(e) |
(f) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-butir fl-2015 biss; fil-ħalib fl-2016; fil-fwied fl-2017. |
|
Fenvalerat u Esfenvalerat |
(d) |
(e) |
(f) |
|
|
Glifosat |
|
(e) |
(f) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-ħalib fl-2016 biss; fil-fwied il-muskoli u x-xaħam tal-pollam fl-2017. |
|
Eptaklor |
(d) |
(e) |
(f) |
|
|
Eżaklorobenżen |
(d) |
(e) |
(f) |
|
|
Eżaklorċikloeżan (HCH), Isomeru Alfa |
(d) |
(e) |
(f) |
|
|
Eżaklorċikloeżan (HCH), Isomeru Beta |
(d) |
(e) |
(f) |
|
|
Indossakarb |
(d) |
(e) |
|
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-butir fl-2015 biss; fil-ħalib fl-2016. |
|
Lindane |
(d) |
(e) |
(f) |
|
|
Metossiklor |
(d) |
(e) |
(f) |
|
|
Paratjon |
(d) |
(e) |
(f) |
|
|
Permetrin |
(d) |
(e) |
(f) |
|
|
Pirimifosmetil |
(d) |
(e) |
(f) |
|
|
Spinosad |
|
|
(f) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-fwied fl-2017 biss. |
ANNESS II
L-għadd ta' kampjuni msemmija fl-Artikolu 1
|
(1) |
L-għadd ta' kampjuni li għandhom jittieħdu għal kull prodott u jiġu analizzati għall-pestiċidi elenkati fl-Anness I minn kull Stat Membru huwa stabbilit fit-tabella fil-punt (5). |
|
(2) |
Barra mill-kampjuni meħtieġa skont it-tabella fil-punt (5), fl-2015 kull Stat Membru għandu jieħu u janalizza għaxar kampjuni ta' ikel tat-trabi pproċessat b'bażi ta' ċereali.
Barra mill-kampjuni meħtieġa skont dik it-tabella, fl-2016 kull Stat Membru għandu jieħu u janalizza, b'kollox, għaxar kampjuni ta' ikel għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar. Barra mill-kampjuni meħtieġa skont dik it-tabella, fl-2017 kull Stat Membru għandu jieħu u janalizza għaxar kampjuni ta' formuli tat-trabi u formuli ta' prosegwiment għat-trabi. |
|
(3) |
Skont it-tabella fil-punt (5), il-kampuni mill-prodotti li joriġinaw mill-biedja organika, fejn ikunu disponibbli, għandhom jittieħdu b'mod proporzjonat mas-sehem tas-suq ta' dawn il-prodotti f'kull Stat Membru, b'minimu ta' 1. |
|
(4) |
L-Istati Membri li jużaw metodi ta' analiżi ta' residwi multipli jistgħu jużaw metodi ta' skrinjar kwalitattiv fuq sa 15 % tal-kampjuni li għandhom jittieħdu u jiġu analizzati skont it-tabella fil-punt (5). Meta Stat Membru juża metodi ta' skrinjar kwalitattiv, għandu janalizza l-bqija tal-kampjuni permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli.
Jekk ir-riżultati tal-iskrinjar kwalitattiv ikunu pożittivi, l-Istati Membri għandhom jużaw metodu tas-soltu ta' mmirar biex jikkwantifikaw is-sejbiet. |
|
(5) |
Għadd ta' kampjuni għal kull Stat Membru:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(*1) L-għadd minimu ta’ kampjuni għal kull metodu individwali ta’ analiżi ta’ residwu applikat.
(*2) L-għadd minimu ta’ kampjuni għal kull metodu individwali ta’ analiżi ta’ residwi multipli applikat.