|
7.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 115/2 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9753 — Hexcel/Woodward)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 115/02)
1.
Fis-27 ta’ Marzu 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Hexcel Corporation (“Hexcel”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Woodward, Inc. (“Woodward”, l-Istati Uniti tal-Amerka). |
Hexcel tidħol f’amalgamazzjoni sħiħa fis-sens tal-Artikolu 3(1a) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet ma’ Woodward.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Hexcel: l-iżvilupp, il-manifattura u l-provvista ta’ materjali strutturali ħfief u ta’ prestazzjoni għolja, inklużi fibres tal-karbonju, rinforzi ta’ speċjalità, “prepregs”, u materjali oħra matrix rinforzati bil-fibre, adeżivi u strutturi kompożiti, għall-użu fl-ajruspazju kummerċjali, l-ispazju u d-difiża, u f’setturi oħra industrijali, |
|
— |
Woodward: id-disinn, il-manifattura, il-provvista u l-manutenzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ kontroll għas-settur ajruspazjali u għal setturi oħra industrijali. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9753 — Hexcel/Woodward
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).