22003D0155



Official Journal L 041 , 12/02/2004 P. 0049 - 0050


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE

Nru 155/2003

tas-7 ta' Novembru 2003

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonimika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XIII li jinsab mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 119/2003 tas-26 ta' Settembru 2003 [1].

(2) Id-Direttiva 2003/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta'April 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/671/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrelataw mal-użu obbligatorju taċ-ċintorini ta' sigurezza f'vetturi ta' anqas minn 3,5 tunellati metriċi [2] għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Dan li ġej huwa miżjud fil-punt 17a (Direttiva tal-Kunsill 91/671/KEE) tal-Anness XIII li jinsab mal-Ftehim:

", kif emendata b':

- 32003 L 0020: id-Direttiva 2003/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' April 2003 (ĠU L 115, tad-9.5.2003, p. 63)."

Artikolu 2

It-test tad-Direttiva 2003/20/KE fil-lingwa tal-Iżlanda u tan-Norveġja, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnall Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta' Novembru 2003, kemm-il darba n-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fit-taqsima ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, fis-7 ta' Novembru 2003.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

HSH Prinz Nikolaus von Liechtenstein

[1] ĠU L 331, tat-18.12.2003, p. 42.

[2] ĠU L 115, tad-9.5.2003, p. 63.

[3] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali ndikati.

--------------------------------------------------