|
21.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 125/56 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 417/2009
tal-20 ta' Mejju 2009
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Mariánskolázeňské oplatky (IĠP))
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, u skont l-Artikolu 17(2) tal-istess Regolament, it-talba li ressqet ir-Repubblika Ċeka għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Mariánskolázeňské oplatky” ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 7(3)(a) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Ġermanja ddikjarat l-oġġezzjoni tagħha għal din ir-reġistrazzjoni. |
|
(3) |
Permezz ta’ ittra tal-5 ta’ Marzu 2008, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jikkonsultaw b’mod xieraq bejniethom. Għalkemm ma ntlaħaq l-ebda qbil bejn ir-Repubblika Ċeka u l-Ġermanja fi żmien sitt xhur, fit-12 ta’ Marzu 2009 l-Ġermanja rtirat l-oġġezzjoni tagħha. |
|
(4) |
B’hekk dan l-isem għandu jiddaħħal fir-reġistru, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament għandha tiddaħħal fir-reġistru.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Mejju 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
Oġġetti tal-ikel imsemmija fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 510/2006:
Il-kategorija 2.4. Ħobż, għaġina, kejkijiet, ħelu, gallettini jew prodotti oħra tal-furnara
IR-REPUBBLIKA ĊEKA
Mariánskolázeňské oplatky (IĠP)