|
6.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 262/53 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 82/2011
tal-1 ta’ Lulju 2011
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 56/2011 tal-20 ta’ Mejju 2011 (1). |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 590/2010 tal-5 ta’ Lulju 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru [trasportaturi bl-ajru] li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità (2), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 66zab (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006) tal-Anness XIII tal-Ftehim:
|
“— |
32010 R 0590: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 590/2010 tal-5 ta’ Lulju 2010 (ĠU L 170, 6.7.2010, p. 9).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (UE) Nru 590/2010 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Lulju 2011, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2011.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kurt JÄGER
(1) ĠU L 196, 28.7.2011, p. 38.
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.