|
19.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 330/2 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11265 – DEUTSCHE BANK / MUNICH RE / WELTEC HOLDING JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 330/02)
1.
Fil-11 ta’ Settembru 2023, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
DWS Alternatives Global Limited (“DWS Alternatives”, ir-Renju Unit), li hija parti mid-DWS Group GmbH & Co. KGaA (“DWS”, il-Ġermanja), ikkontrollata mid-Deutsche Bank AG (il-Ġermanja), |
|
— |
Münchener Rückversicherungs Gesellschaft Aktiengesellschaft in München (“MunichRe”, il-Ġermanja), |
|
— |
Weltec Holding GmbH (“Weltec”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn Loft Holding GmbH (“il-Ġermanja”). |
DWS Alternatives u MunichRe se jakkwistaq fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet tat-totalità ta’ Weltec.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
DWS hija kumpanija maniġerjali b’portafoll ta’ investiment wiesa’, inklużi investimenti f’assi infrastrutturali fl-Ewropa, |
|
— |
MunichRe hija kumpanija tal-assigurazzjoni, attiva fil-katina tal-valur kollha ta’ riassigurazzjoni, assigurazzjoni primarja u soluzzjonijiet ta’ riskju anċillari għall-assigurazzjoni kif ukoll servizzi globali ta’ ġestjoni tal-assi (MEAG Munich ERGO AssetManagement GmbH), |
|
— |
Weltec topera impjanti tal-bijogass u tbigħ il-produzzjoni tagħhom, inklużi l-bijometan, l-elettriku, is-sħana u l-fertilizzant. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11265 – DEUTSCHE BANK / MUNICH RE / WELTEC HOLDING JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz tal-posta:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).