<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-328/21</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62021TO0328</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2022:277">EU:T:2022:277</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>5</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>5</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER>
<HT TYPE="SC">Digriet tat-<DATE ISO="20220502">2.5.2022</DATE> – Kawża T‑328/21 [<HT TYPE="ITALIC">Estratti</HT>]</HT>
<HT TYPE="SC">Airoldi Metalli vs Il-Kummissjoni</HT>
<HT TYPE="UC">Digriet tal-Qorti Ġenerali</HT> (Ir-Raba’ Awla)
2 ta’ Mejju 2022<NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001" NUMBERING.CONTINUED="YES">
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.
</NOTE>
Fil-Kawża T‑328/21,
</ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS>
<HT TYPE="BOLD">Airoldi Metalli SpA</HT>, stabbilita f’Molteno (l-Italja), irrappreżentata minn M. Campa, M. Pirovano, D. Rovetta, G. Pandey, P. Gjørtler u V. Villante, avukati,
<PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS>
<HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn G. Luengo u P. Němečková, bħala aġenti,
<PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT>
IL-QORTI ĠENERALI (Ir-Raba’ Awla),
komposta minn S. Gervasoni (Relatur), President, R. Frendo u J. Martín y Pérez de Nanclares, Imħallfin,
Reġistratur: E. Coulon,
</PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura, b’mod partikolari:</VISA><VISA><LIST TYPE="NDASH"><ITEM>
l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit‑30 ta’ Settembru 2021,
</ITEM><ITEM>
l-osservazzjonijiet tar-rikorrenti dwar l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà ppreżentati fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl‑14 ta’ Novembru 2021,
<HT TYPE="BOLD">Digriet<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0002" NUMBERING.CONTINUED="YES">
Qed jiġu rriprodotti biss il-punti ta’ dan id-digriet li l-Qorti Ġenerali tqis utli għall-pubblikazzjoni.
</NOTE></HT>
[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]
<HT TYPE="BOLD">Id‑dritt</HT>
</TI><STI>
[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]
<HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑eżistenza ta’ miżuri ta’ eżekuzzjoni tar‑Regolament ikkontestat</HT></HT>
</TI><STI>
[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]
[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]
</NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi ddeterminat f’dan il-każ, konformement mal-ġurisprudenza li tgħid li hemm lok li wieħed jiffoka fuq il-pożizzjoni tal-persuna li tinvoka d-dritt għal azzjoni legali u li tirreferi esklużivament għas-suġġett tar-rikors (sentenza tad‑19 ta’ Diċembru 2013, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Telefónica vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑274/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:852">EU:C:2013:852</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u d-digriet tat‑12 ta’ Jannar 2017, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Amrita <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑280/16 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:9">EU:C:2017:9</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), jekk ir-Regolament ikkontestat, li l-għan tiegħu huwa li jimponi dazji antidumping li għandhom jitħallsu mill-importaturi, jinvolvix miżuri ta’ eżekuzzjoni fir-rigward tar-rikorrenti, li hija importatriċi tal-prodott ikkonċernat.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Issa, minn ġurisprudenza stabbilita, mibdija abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità tal‑1992 (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat‑12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307), kif emendat, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Kodiċi Doganali tal‑1992<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u rriprodotti b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni tal‑2013 (Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="269" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 269, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="287" PAGE.FIRST="90" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 287, p. 90</REF.DOC.OJ>, u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="267" PAGE.FIRST="2" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 267, p. 2</REF.DOC.OJ>), kif emendat, iktar ’il quddiem, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Kodiċi Doganali tal‑2013<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) applikabbli f’dan il-każ, li r-regolamenti li jimponu dazji antidumping definittiv jinkludu miżuri ta’ eżekuzzjoni fir-rigward tal-importaturi debituri ta’ dawn id-dazji li jikkonsistu fil-komunikazzjoni jew fin-notifika lill-importatur tad-dejn doganali li jirriżulta minn dawn id-dazji (sentenza tat‑18 ta’ Ottubru 2018, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Rotho Blaas</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑207/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:840">EU:C:2018:840</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; digrieti tal‑5 ta’ Frar 2013, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>BSI vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑551/11</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:60">EU:T:2013:60</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal‑21 ta’ Jannar 2014, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Bricmate vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑596/11</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:53">EU:T:2014:53</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0072">72</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tas‑7 ta’ Marzu 2014, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>FESI vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑134/10</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:143">EU:T:2014:143</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; sentenza tad‑19 ta’ Mejju 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑254/18</NO.CASE>, taħt appell, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:278">EU:T:2021:278</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0116">116</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; u d-digriet tal‑14 ta’ Settembru 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Far Polymers <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑722/20</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:598">EU:T:2021:598</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>B’mod partikolari, sabiex jiġi implimentat l-Artikolu 14(1) tar-Regolament bażiku, li jipprovdi li d-dazji antidumping definittivi jinġabru mill-Istati Membri, l-Artikolu 101(1) tal-Kodiċi Doganali tal‑2013 jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>[l]-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni li jrid jitħallas għandu jkun determinat mill-awtoritajiet doganali responsabbli għall-post fejn jinħoloq id-dejn doganali<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> mingħajr ma huwa previst f’dan ir-rigward ta’ eċċezzjoni għad-dazji antidumping definittivi. Barra minn hekk, konformement mal-Artikolu 104(1) ta’ dan il-kodiċi, l-awtoritajiet doganali msemmija fl-Artikolu 101 tiegħu għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni, konformement mal-leġiżlazzjoni nazzjonali, l-ammont tad-dazji fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni dovuti ddeterminati konformement ma’ din l-aħħar dispożizzjoni. Fl-aħħar nett, l-Artikolu 102 tal-imsemmi kodiċi jiddisponi, fil-paragrafu 1 tiegħu, li d-dejn doganali għandu jiġi nnotifikat lid-debitur mill-awtoritajiet doganali, fil-forma preskritta fil-post fejn id-dejn doganali nħoloq, u jippreċiża, fil-paragrafu 2 tiegħu, li, meta l-ammont tad-dazji dovuti jikkorrispondi għall-ammont imsemmi fid-dikjarazzjoni doganali, l-għoti tar-rilaxx tal-merkanzija mill-awtoritajiet doganali jiswa bħala deċiżjoni li tinnotifika d-dejn doganali lid-debitur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Kuntrarjament għal dak li tallega r-rikorrenti, ma jistax, għaldaqstant, jiġi dedott mill-emenda tal-leġiżlazzjoni doganali li, taħt il-Kodiċi Doganali tal‑2013, applikabbli f’dan il-każ, ir-regolamenti li jimponu dazji antidumping definittivi ma jinvolvux iktar miżuri ta’ eżekuzzjoni fir-rigward tal-importaturi. Dan huwa iktar u iktar il-każ peress li d-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal‑2013, imfakkra fil-punt 25 iktar ’il fuq, ftit li xejn huma differenti minn dawk fis-seħħ qabel. Fil-fatt, id-determinazzjoni tal-ammonti tad-dazji mill-awtoritajiet doganali nazzjonali, il-komunikazzjoni ta’ dawn l-ammonti lid-debitur mill-imsemmija awtoritajiet kif ukoll iċ-ċirkustanza li l-għoti tar-rilaxx tal-merkanzija jiswa bħala komunikazzjoni tad-dejn doganali lid-debitur f’każ ta’ korrispondenza bejn l-ammont ta’ dan id-dejn u dak iddikjarat mill-importatur kienu diġà previsti mill-Artikoli 217 u 221 tal-Kodiċi Doganali tal‑1992.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Dawn il-kunsiderazzjonijiet ma humiex ikkontestati mill-argument tar-rikorrenti li tali analiżi ma tiħux inkunsiderazzjoni l-introduzzjoni mit-Titolu IX tal-Kodiċi Doganali tal‑2013 ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>sistemi elettroniċi<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-imsemmi kodiċi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Mid-dispożizzjonijiet tat-Titolu IX tal-Kodiċi Doganali tal‑2013 u mid-dispożizzjonijiet adottati mill-Kummissjoni skont dan it-Titolu IX jirriżulta li l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>iskambji kollha ta’ informazzjoni bħal dikjarazzjonijiet, applikazzjonijiet jew deċiżjonijiet bejn awtoritajiet doganali u bejn operaturi ekonomiċi u awtoritajiet doganali […], kif meħtieġa taħt il-leġislazzjoni doganali, għandhom ikunu magħmula bl-użu ta’ tekniki tal-ipproċessar elettroniku tad-data<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> (Artikolu 6(1) tal-Kodiċi Doganali tal‑2013).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Madankollu, kif jirriżulta mill-kliem stess ta’ din id-dispożizzjoni u kif jirriżulta wkoll mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal‑2013 imsemmija fil-punt 25 iktar ’il fuq, din id-diġitalizzazzjoni tikkonċerna l-kummerċ bejn l-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet doganali u ma timplikax bħala tali, fi kwalunkwe każ, li l-importazzjoni tal-prodotti u l-ħlas tad-dazji antidumping issa jinvolvu biss lill-operaturi ekonomiċi mingħajr intervent ulterjuri mill-awtoritajiet doganali nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>L-annessi pprovduti f’dan ir-rigward mir-rikorrenti sempliċement jikkonfermaw tali interpretazzjoni. Fil-fatt, minn naħa, mid-deskrizzjoni, minn aġent doganali, tal-proċess ta’ dikjarazzjoni doganali u ta’ determinazzjoni tad-dazji li għandhom jitħallsu, ikkomunikat mir-rikorrenti bħala anness għall-osservazzjonijiet tagħha fuq l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, jirriżulta li, wara l-introduzzjoni fis-sistema doganali elettronika, li fir-rigward tagħha ma huwiex ikkontestat li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet doganali nazzjonali, tad-dikjarazzjoni doganali li tinkludi b’mod partikolari l-evalwazzjoni tal-ammont tad-dazji mwettqa mill-importatur, din is-sistema tiġġenera deċiżjoni ta’ aċċettazzjoni fil-forma tal-ħruġ ta’ kodiċi li jiswa ta’ rilaxx tal-merkanzija u li jippermetti ċirkulazzjoni libera tal-merkanzija kkonċernata. Min-naħa l-oħra, għandu jiġi rrilevat li d-dikjarazzjonijiet doganali kkomunikati fl-anness għall-osservazzjonijiet tar-rikorrenti dwar l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà huma akkumpanjati minn dokumenti mfassla mill-awtoritajiet doganali Taljani (Agenzia Dogane Monopoli) li jinkludu b’mod partikolari diversi kodiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li r-Regolament ikkontestat jista’ jipproduċi l-effetti tiegħu biss wara dikjarazzjoni doganali stabbilita mill-importatur (ara, <HT TYPE="ITALIC">a contrario</HT>, is-sentenza tal‑14 ta’ Jannar 2016, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Doux vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑434/13</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:7">EU:T:2016:7</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), hija stess neċessarjament segwita minn miżura adottata mill-awtoritajiet doganali nazzjonali. Huwa minnu li din tillimita ruħha, ħafna drabi u fin-nuqqas ta’ kontroll, għall-komunikazzjoni elettronika msemmija iktar ’il fuq u li l-intervent tal-imsemmija awtoritajiet fil-forma ta’ kontroll, segwit f’dan il-każ minn komunikazzjoni tar-riżultati tal-verifika u ta’ eventwali ammont irrettifikat tad-dazji li għandhom jitħallsu, huwa iktar okkażjonali. Madankollu, anki meta l-azzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali tkun limitata għall-imsemmija komunikazzjoni elettronika, xorta jibqa’ l-fatt li att huwa għalhekk adottat minn dawn l-awtoritajiet. L-assenza ta’ kontroll tal-merkanzija tar-rikorrenti, li din tal-aħħar issostni f’dan il-każ, hija, għaldaqstant, irrilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Huwa wkoll irrilevanti l-fatt, allegat mir-rikorrenti, li l-awtoritajiet doganali nazzjonali ma għandhom ebda marġni ta’ diskrezzjoni fl-implimentazzjoni tagħhom tar-regolament ikkontestat fil-każ li huma ma jopponux kontroll. Minbarra l-fatt li tali allegazzjoni tista’ titqies bħala li tirrifletti r-rikonoxximent ta’ eżekuzzjoni neċessarja mill-awtoritajiet nazzjonali, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, l-assenza ta’ setgħa diskrezzjonali hija kriterju li għandu jiġi eżaminat sabiex jiġi kkonstatat jekk il-kundizzjoni tal-interess dirett ta’ rikorrent hijiex issodisfatta, li tikkostitwixxi, konformement mal-formulazzjoni tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, kundizzjoni distinta mir-rekwiżit ta’ att li ma jinvolvix miżuri ta’ eżekuzzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑18 ta’ Ottubru 2018, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Internacional de Productos<?PAGE NO="5"?> Metálicos vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑145/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:839">EU:C:2018:839</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, u d-digriet tal‑21 ta’ Jannar 2014, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Bricmate vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑596/11</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:53">EU:T:2014:53</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Barra minn hekk, li jiġi dedott mill-awtomatizzazzjoni stabbilita mill-Kodiċi Doganali tal‑2013 li r-Regolament ikkontestat ma jinvolvix miżuri ta’ eżekuzzjoni jwassal sabiex l-evalwazzjoni tal-kriterju ġuridiku tal-assenza ta’ miżuri ta’ eżekuzzjoni ta’ att tkun suġġetta għal ċirkustanzi purament tekniċi. Issa, tali simplifikazzjoni ta’ natura sostantiva, barra minn hekk iġġustifikata mill-assenza ta’ marġni ta’ diskrezzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, ma tistax tipproduċi tali konsegwenzi (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal‑5 ta’ Frar 2013, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>BSI vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑551/11</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:60">EU:T:2013:60</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat, barra minn hekk, li mill-Artikolu 44 tal-Kodiċi Doganali tal‑2013, kif ukoll mid-dispożizzjonijiet preċedentement fis-seħħ (Artikoli 243 sa 245 tal-Kodiċi Doganali tal‑1992), jirriżulta li d-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali meħuda mill-awtoritajiet doganali jistgħu jkunu s-suġġett ta’ rikors, konformement mal-proċedura stabbilita għal dan il-għan mill-Istat Membru inkwistjoni skont din id-dispożizzjoni, u billi jeċċepixxu, jekk ikun il-każ, l-illegalità tar-regolament li jistabbilixxi d-dazji antidumping quddiem il-qrati nazzjonali, li jistgħu jirrikorru, qabel ma jiddeċiedu, għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 267 TFUE (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal‑14 ta’ Settembru 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Far Polymers <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑722/20</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:598">EU:T:2021:598</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Minn dak kollu li ntqal iktar ’il fuq jirriżulta li r-regolament ikkontestat jinvolvi miżuri ta’ eżekuzzjoni fir-rigward tar-rikorrenti, b’tali mod li, sabiex ir-rikors tagħha jiġi ddikjarat ammissibbli, ir-rikorrenti għandha tistabbilixxi li hija individwalment ikkonċernata mill-imsemmi regolament.</TXT>
[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]
</NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>
Għal dawn il-motivi,
IL-QORTI ĠENERALI (Ir-Raba’ Awla)
tordna li:
</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Airoldi Metalli SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE>
Magħmul fil-Lussemburgu, it‑2 ta’ Mejju 2022.
<SIGNATORY>
Ir‑Reġistratur
E. Coulon
</SIGNATORY><SIGNATORY>
Il‑President
S. Gervasoni
</SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></ORDER>