<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-605/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0605</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:718">EU:C:2017:718</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20170921">21.9.2017</DATE> – KAWŻA C-605/15</P><P>AVIVA</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20170921">21 ta’ Settembru 2017</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Tassazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq il-valur miżjud</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 132(1)(f)</KEYWORD><KEYWORD>Eżenzjonijiet għal ċerti attivitajiet fl-interess pubbliku</KEYWORD><KEYWORD>Eżenzjoni għall-provvista ta’ servizzi pprovduti lill-membri tagħhom minn gruppi indipendenti ta’ persuni</KEYWORD><KEYWORD>Applikabbiltà fil-qasam tal-assigurazzjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑605/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (qorti amministrattiva suprema, il-Polonja), permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20150826">26 ta’ Awwissu 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑<DATE ISO="20151117">17 ta’ Novembru 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Minister Finansów</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Aviva Towarzystwo Ubezpieczeń na Życie S.A. w Warszawie,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn T. von Danwitz, President tal-Awla, E. Juhász, C. Vajda (Relatur), K. Jürimäe u C. Lycourgos, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: C. Strömholm, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas‑<DATE ISO="20161207">7 ta’ Diċembru 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Minister Finansów, minn T. Tratkiewicz, L. Pyszyński u B. Rogowska-Rajda, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għal Aviva Towarzystwo Ubezpieczeń na Życie S.A. w Warszawie, minn J. Martini, doradca podatkowy,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna u B. Majerczyk-Graczykowska, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u J. Möller, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn K. Bulterman u M. Noort, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn D. Robertson u S. Simmons, bħala aġenti, assistiti minn O. Thomas, QC,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Lozano Palacios u M. Owsiany-Hornung, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal‑<DATE ISO="20170301">1 ta’ Marzu 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat‑<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn il-Minister Finansów (ministru tal-finanzi, il-Polonja) u Aviva Towarzystwo Ubezpieczeń na Życie S.A. w Warszawie (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Aviva<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) dwar opinjoni individwali indirizzata lil din tal-aħħar u dwar l-interpretazzjoni tal-punt 21 tal-Artikolu 43(1) tal-ustawa o podatku od towarów i usług (liġi dwar it-taxxa fuq il-beni u s-servizzi), tal‑<DATE ISO="20040311">11 ta’ Marzu 2004</DATE> (Dz. U. n<HT TYPE="SUP">o</HT> 54, pożizzjoni 535, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>liġi dwar il-VAT<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), li tittrasponi l-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva 2006/112.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Id-dritt tal-Unjoni</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Is-Sitt Direttiva</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas‑<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Sitt Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), tħassret u ġiet issostitwita, sa mill‑<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE>, bid-Direttiva 2006/112. L-Artikolu 13 tas-Sitt Direttiva kien jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>A. Eżenzjonijet għal ċertu attivitajiet fl-interess pubbliku</P><PARAG IDENTIFIER="013.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijet oħrajn tal-Komunità, l-Istati Membri għandhom jeżentaw li ġejjin taħt kondizzjonijet li huma għandhom jistabilixxu għal skopijiet biex jassiguraw l-applikazzjoni korretta u ċara tat-tali eżenzjonijet u tal-prevenzjoni ta’ kawlunkwe evażjoni, evitar jew abbuż possibbli:</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>servizzi fornuti minn grupp ta’ persuni indipendenti [grupp indipendenti ta’ persuni] li l-attivitajiet tagħhom huma eżenti minn jew m’humiex soġġetti għat-taxxa tal-valur miżjud, għall-iskopijiet li jagħtu lill-membri tagħhom is-servizzi neċessarji direttament għall-eżerċizzju ta’ l-attività tagħhom, fejn dawn il-gruppi kemm jitolbu mill-membri tagħhom ħlas lura eżatt tas-sehem tagħhom ta’ l-ispejjeż konġunti, dejjem jekk t-tali eżenzjoni mhux probabbli li twassal għal tfixkil ta’ kompetizzjoni;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Ir-Regolament (KEE) Nru 2137/85</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KEE) tal-Kunsill Nru 2137/85, tal‑<DATE ISO="19850725">25 ta’ Lulju 1985</DATE>, dwar il-Gruppi Ewropej b’Interess Ekonomiku (GEIE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 83), jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Il-għan ta’ grupp għandu jkun li jiffaċilta jew jiżviluppa l-attivitajiet ekonomiċi tal-membri tiegħu u li jtejjeb jew iżid ir-riżultati ta’ dawn l-attivitajiet; l-iskop tiegħu mhuwiex li jżid il-qligħ għalih innifsu.</ALINEA><ALINEA>L-attività tiegħu għandha jkollha x’taqsam ma’ l-attivitajit ekonomiċi tal-membri tiegħu u ma għandhomx ikunu iktar milli anċillari għal dawn l-attivitajiet.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Direttiva 2006/112</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2006/112 tinkludi Titolu IX, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Eżenzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, li l-Kapitolu I tiegħu huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Disposizzjonijiet ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva 2006/112, li jinsab fil-Kapitolu 2, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Eżenzjonijet għal ċertu attivitajiet fl-interess pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, tat-Titolu IX tagħha, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>L-Istati Membri għandhom jeżentaw it-transazzjonijiet li ġejjin:</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>il-provvista ta’ servizzi minn gruppi ta’ persuni indipendenti [gruppi indipendenti ta’ persuni], li qed iwettqu attività li hi eżenti mill-VAT jew għaliha mhumiex persuni taxxabbli, għall–finijiet li jagħtu lill-membri tagħhom is-servizzi meħtieġa direttament għall-eżerċizzju ta’ dik l-attività, fejn dawk il-gruppi kemm jitolbu mill-membri tagħhom ħlas lura eżatt tas-sehem tagħhom ta’ l-ispejjeż konġunti, sakemm tali eżenzjoni mhux probabbli li tikkawża distorsjoni tal-kompetizzjoni;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 135(1) tad-Direttiva 2006/112, li jinsab fil-Kapitolu 3, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Eżenzjonijiet għal attivitajiet oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, tat-Titolu IX tagħha, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>L-Istati Membri għandhom jeżentaw it-transazzjonijiet li ġejjin:</ALINEA><ALINEA><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>assigurazzjoni u transazzjonijet ta’ ri-assigurazzjoni, inklużi servizzi relatati mwettqa mill-brokers ta’ l-assigurazzjoni u l-aġenti ta’ l-assigurazzjoni;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Id-dritt Pollakk</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-punt 21 tal-Artikolu 43(1) tal-liġi dwar il-VAT jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Huma eżenti mill-VAT: il-provvista ta’ servizzi pprovduti minn gruppi indipendenti ta’ persuni lill-membri tagħhom, li l-attività tagħhom hija eżenti mit-taxxa jew li fir-rigward tagħha ma humiex persuni taxxabbli, għall-finijiet ta’ provvista ta’ servizzi lill-membri tagħhom li huma direttament neċessarji għall-eżerċizzju ta’ din l-attività li hija eżenti mit-taxxa jew li ma hijiex suġġett għaliha, meta dawn il-gruppi jillimitaw ruħhom li jitolbu mingħand il-membri tagħhom ir-rimbors tal-ispejjeż<?PAGE NO="4"?> li jikkorrispondu għas-sehem individwali ta’ kull wieħed minnhom fl-ispejjeż ġenerali sostnuti fl-interess komuni, sakemm din l-eżenzjoni ma tikkawżax effetti ħżiena fuq il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Aviva tagħmel parti mill-grupp Aviva li huwa attiv fil-qasam tas-servizzi ta’ assigurazzjoni u ta’ protezzjoni tal-pensjonijiet fl-Ewropa. L-attivitajiet prinċipali ta’ dan il-grupp huma t-twaqqif ta’ pjanijiet għat-tfaddil fit-tul, il-ġestjoni ta’ fondi u l-assigurazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ proċess ta’ integrazzjoni, il-grupp Aviva qiegħed jikkunsidra t-twaqqif ta’ serje ta’ ċentri għal servizzi konġunti f’diversi Stati Membri. Huwa previst li dawn iċ-ċentri jkunu jipprovdu s-servizzi li huma direttament indispensabbli għall-eżerċizzju tal-attività ta’ assigurazzjoni mill-entitajiet ta’ dan il-grupp, b’mod partikolari servizzi fil-qasam tar-riżorsi umani, servizzi finanzjarji u ta’ kontabbiltà, servizzi tal-informatika, servizzi amministrattivi, servizzi tal-klijentela u servizzi fil-qasam tal-iżvilupp ta’ prodotti ġodda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Aviva qiegħda tikkunsidra teżerċita din l-attività permezz tat-twaqqif ta’ grupp Ewropew b’interess ekonomiku (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>GEIE<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>), li ma jagħmilx profitt mill-attività tiegħu, konformement mal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 2137/85. Il-membri tal-GEIE ser ikunu esklużivament kumpanniji tal-grupp Aviva, li jeżerċitaw attività ekonomika fil-qasam tal-assigurazzjoni, fosthom Aviva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, Aviva talbet lill-ministru tal-finanzi dwar jekk l-attività tal-GEIE setgħetx tgawdi minn eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), abbażi tal-punt 21 tal-Artikolu 43(1) tal-liġi dwar il-VAT. Aviva qieset li dan kellu jkun il-każ u li, għaldaqstant, il-membri tal-GEIE stabbiliti fil-Polonja, li huma kumpanniji li jeżerċitaw attività ekonomika fil-qasam tal-assigurazzjoni, kellhom jiġu eżentati mill-obbligu li jiffatturaw u li jiddikjaraw il-VAT dovuta fuq l-ispejjeż imposti fuq il-GEIE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20130314">14 ta’ Marzu 2013</DATE>, il-ministru tal-finanzi qies li l-pożizzjoni ta’ Aviva kienet żbaljata. Huwa qies li l-kundizzjoni li għaliha hija suġġetta l-eżenzjoni prevista fil-punt 21 tal-Artikolu 43(1) tal-liġi dwar il-VAT, dwar in-nuqqas ta’ effetti ħżiena fuq il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni, ma kinitx issodisfatta. Skont il-ministru tal-finanzi, l-applikazzjoni ta’ eżenzjoni għal grupp indipendenti ta’ persuni (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>GIP<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>) tpoġġih f’pożizzjoni pprivileġġata fis-suq, meta mqabbel mal-entitajiet l-oħrajn li jwettqu l-istess tranżazzjonijiet. Għaldaqstant, huwa qies li, meta entitajiet li ma jagħmlux parti minn GIP u li jeżerċitaw attività simili u ntaxxata joperaw fis-suq ikkonċernat, l-imsemmija eżenzjoni għandha tiġi miċħuda, għar-raġuni li din tista’ timmina r-regoli ta’ kompetizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Aviva appellat quddiem il-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Warszawie (qorti amministrattiva tar-reġjun ta’ Varsavja, il-Polonja), fejn talbet, b’mod partikolari, għall-annullament ta’ dik id-deċiżjoni tal-ministru tal-finanzi. Hija argumentat li l-imsemmija deċiżjoni, li tipprovdi li s-servizzi akkwistati minn Aviva mill-GEIE ma setgħux igawdu mill-eżenzjoni mill-VAT inkwistjoni, kienet tikkostitwixxi ksur tal-punt 21 tal-Artikolu 43(1) tal-liġi dwar il-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tat‑<DATE ISO="20131230">30 ta’ Diċembru 2013</DATE>, il-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Warszawie (qorti amministrattiva tar-reġjun ta’ Varsavja) annullat id-deċiżjoni tal-ministru tal-finanzi tal‑<DATE ISO="20130314">14 ta’ Marzu 2013</DATE>. Hija qieset li l-GEIE maħsuba kienet tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li jippermettu l-applikazzjoni tal-eżenzjoni prevista fil-punt 21 tal-Artikolu 43(1) tal-liġi dwar il-VAT. Dik il-qorti qieset li distorsjoni tal-kompetizzjoni setgħet tiġi rrilevata biss jekk kienu jeżistu, fis-suq tas-servizzi awżiljarji, entitajiet oħrajn minbarra l-GIP ikkonċernat li jkunu lesti li joffru servizzi analogi għal dawk ipprovduti minnu u jekk, barra minn hekk, il-benefiċjarji attwali tas-servizzi, li huma membri ta’ dan il-GIP, kinux interessati fl-akkwist ta’ dawn is-servizzi minn entità esterna għall-imsemmi grupp.<?PAGE NO="5"?> Skont dik il-qorti, huwa diffiċli li wieħed isib fis-suq entità ekonomika li tipprovdi, bħala ċentru ta’ servizzi konġunti, servizzi lil entitajiet stabbiliti fi tnax-il Stat Membru, mingħajr ma tagħmel profitt u li topera esklużivament fi ħdan l-istruttura tal-grupp inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-ministru tal-finanzi appella fil-kassazzjoni quddiem in-Naczelny Sąd Administracyjny (qorti amministrattiva suprema, il-Polonja). Dik il-qorti qieset li l-interpretazzjoni eżatta li kellha tingħata lid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112, b’mod partikolari tal-Artikolu 132(1)(f), ma kinitx deċiża b’mod ċar u li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ma kinitx tneħħi d-dubji kollha f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, in-Naczelny Sąd Administracyjny (qorti amministrattiva suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>1)</NO.P><TXT>Dispożizzjoni nazzjonali li tirrigwarda l-eżenzjoni mill-VAT ta’ [GIP] li ma tipprevedi ebda kundizzjoni jew proċedura dwar l-osservanza tal-kundizzjoni tal-assenza ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni hija konformi mal-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva [2006/112], moqri flimkien mal-Artikolu 131 tad-Direttiva 2006/112, kif ukoll mal-prinċipju ta’ effettività, mal-prinċipju ta’ ċertezza legali u mal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Liema huma l-kriterji għall-evalwazzjoni tal-osservanza tal-kundizzjoni tal-assenza ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni msemmija fl-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva 2006/112 li għandhom jiġu applikati?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Il-fatt li s-servizzi huma pprovduti minn [GIP] lil membri li huma suġġetti għad-dritt ta’ diversi Stati Membri għandu effett fuq ir-risposta għad-domanda 2?<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li l-grupp Aviva qiegħed jikkunsidra t-twaqqif ta’ GIP li l-membri tiegħu jkunu kumpanniji tal-grupp Aviva li jeżerċitaw attività ekonomika fil-qasam tal-assigurazzjoni u li s-servizzi tiegħu jkunu direttament neċessarji għall-eżerċizzju ta’ din l-attività.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, id-domandi magħmula jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva 2006/112, li jipprevedi eżenzjoni għall-provvista ta’ servizzi magħmula minn gruppi indipendenti ta’ persuni li jeżerċitaw attività eżentata jew li għaliha huma ma għandhomx il-kwalità ta’ persuna taxxabbli, sabiex jagħtu lill-membri tagħhom is-servizzi direttament neċessarji għall-eżerċizzju ta’ din l-attività.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Ir-risposta għal dawn id-domandi teħtieġ l-eżami, minn qabel, tal-kwistjoni dwar jekk din id-dispożizzjoni tapplikax f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jirrigwardaw servizzi mogħtija minn GIP li l-membri tiegħu jeżerċitaw attività ekonomika fil-qasam tal-assigurazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kooperazzjoni bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE, hija responsabbiltà tal-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti lill-qorti nazzjonali l-elementi kollha ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li jistgħu jkunu utli għas-sentenza tal-kawża li tkun qiegħda tisma’, sew jekk il-qorti tar-rinviju għamlet riferiment jew le meta għamlet id-domanda tagħha (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161020">20 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Danqua</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑429/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:789">EU:C:2016:789</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, hemm lok li l-qorti tar-rinviju tingħata wkoll indikazzjonijiet fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk l-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva 2006/112 huwiex applikabbli għas-servizzi mogħtija minn GIP li l-membri tiegħu jeżerċitaw attività ekonomika fil-qasam tal-assigurazzjoni, li huma direttament neċessarji għall-eżerċizzju ta’ din l-attività.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, il-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, li tirrigwarda attività eżentata tal-membri ta’ GIP, ma tippermettix li jiġi eskluż li din l-eżenzjoni tista’ tkun applikabbli għas-servizzi ta’ GIP li l-membri tiegħu jeżerċitaw attività ekonomika fil-qasam tal-assigurazzjoni, sa fejn l-Artikolu 135(1)(a) ta’ din id-direttiva jeżenta l-assigurazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Madankollu, skont ġurisprudenza stabbilita, għall-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni għandha tittieħed inkunsiderazzjoni mhux biss il-formulazzjoni tagħha, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li tagħmel parti minnha (sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120426">26 ta’ April 2012</DATE>, <NAME.CASE>Able UK</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑225/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:252">EU:C:2012:252</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170404">4 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>Fahimian</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑544/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:255">EU:C:2017:255</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kuntest tal-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva 2006/112, għandu jiġi enfasizzat li din id-dispożizzjoni tinsab fil-Kapitolu 2, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Eżenzjonijet għal ċertu attivitajiet fl-interess pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, tat-Titolu IX ta’ din id-direttiva. Dan it-titolu jindika li l-eżenzjoni prevista fl-imsemmija dispożizzjoni tkopri biss il-GIP li l-membri tiegħu jeżerċitaw attivitajiet fl-interess pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija kkonfermata wkoll mill-istruttura tat-Titolu IX tal-imsemmija direttiva, dwar l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Eżenzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>. Fil-fatt, l-Artikolu 132(1)(f) fid-Direttiva 2006/112 jinsab mhux fil-Kapitolu 1, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Disposizzjonijiet ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> ta’ dan it-titolu, iżda fil-Kapitolu 2 tiegħu. Barra minn hekk, fl-imsemmi titolu ssir distinzjoni bejn il-Kapitolu 2, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Eżenzjonijet għal ċertu attivitajiet fl-interess pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> u l-Kapitolu 3, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Eżenzjonijiet għal attivitajiet oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, liema distinzjoni tindika li r-regoli previsti f’dan il-Kapitolu 2 għal ċerti attivitajiet fl-interess pubbliku ma japplikawx għall-attivitajiet l-oħrajn koperti b’dan il-Kapitolu 3.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Issa, fl-imsemmi Kapitolu 3 hemm, fl-Artikolu 135(1)(a), eżenzjoni għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>assigurazzjoni u transazzjonijet ta’ ri-assigurazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>. Għaldaqstant mill-istruttura tad-Direttiva 2006/112 jirriżulta li l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva 2006/112 ma tapplikax għall-assigurazzjoni u tranżazzjonijiet ta’ riassigurazzjoni u, konsegwentement, li s-servizzi pprovduti minn GIP li l-membri tiegħu huma attivi fil-qasam tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ma jaqgħux taħt din l-eżenzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-għan tal-Artikolu 132(1)(f) fid-Direttiva 2006/112, għandha titfakkar il-finalità tad-dispożizzjonijiet kollha tal-Artikolu 132 ta’ din id-direttiva, li hija li jeżenta mill-VAT ċerti attivitajiet fl-interess pubbliku, bil-għan li jiġu ffaċilitati l-aċċess għal ċerti prestazzjonijiet kif ukoll il-provvista ta’ ċerti beni billi jiġu evitati l-ispejjeż addizzjonali marbuta mal-issuġġettar tagħhom għall-VAT (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161005">5 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>TMD</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑412/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:738">EU:C:2016:738</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-provvista ta’ servizzi magħmula minn GIP taqa’ taħt l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva 2006/112, meta din il-provvista ta’ servizzi tikkontribwixxi direttament għall-eżerċizzju ta’ attivitajiet fl-interess pubbliku msemmija fl-Artikolu 132 ta’ din id-direttiva (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161005">5 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>TMD</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑412/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:738">EU:C:2016:738</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżenzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 132 tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat b’mod strett, peress li dawn jikkostitwixxu derogi għall-prinċipju ġenerali li jipprovdi li l-VAT hija imposta fuq kull provvista ta’ servizzi magħmula b’mod oneruż minn persuna taxxabbli (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161005">5 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>TMD</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑412/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:738">EU:C:2016:738</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li provvista ta’ servizzi li tikkontribwixxi mhux direttament għall-eżerċizzju ta’ attivitajiet fl-interess pubbliku msemmija f’dan l-Artikolu 132, iżda għall-eżerċizzju ta’ attivitajiet eżentati oħrajn, b’mod partikolari fl-Artikolu 135 ta’ din id-direttiva, ma tistax taqa’ taħt l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva 2006/112.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni tkopri biss il-GIP li l-membri tiegħu jeżerċitaw attivitajiet fl-interess pubbliku msemmija f’dan l-artikolu. Għaldaqstant, is-servizzi mogħija minn GIP, li l-membri tiegħu jeżerċitaw attività ekonomika fil-qasam tal-assigurazzjoni li ma tikkostitwixxix tali attività fl-interess pubbliku, ma jgawdux minn din l-eżenzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, kuntrarjament għal dak li għamlet fil-kuntest ta’ din il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20031120">20 ta’ Novembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Taksatorringen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑8/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:621">EU:C:2003:621</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ma qisitx il-kwistjoni dwar jekk l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 13A(1)(f) tas-Sitt Direttiva [li jikkorrispondi mal-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva 2006/112] kinitx limitata għas-servizzi mogħtija minn GIP li l-membri tiegħu kienu jeżerċitaw attivitajiet fl-interess pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Madankollu, mill-elementi tal-proċess li huma fid-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-interpretazzjoni tal-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 13A(1)(f) tas-Sitt Direttiva li wettqet il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20031120">20 ta’ Novembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Taksatorringen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑8/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:621">EU:C:2003:621</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), wasslet lil ċerti Stati Membri sabiex jeżentaw il-provvista ta’ servizzi magħmula minn GIP ikkostitwiti minn entitajiet bħal kumpanniji ta’ assigurazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu madankollu jiġi speċifikat li l-awtoritajiet nazzjonali ma jistgħux jiftħu mill-ġdid perijodi fiskali definittivament magħluqa, abbażi tal-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva 2006/112, kif interpretat fil-punt 32 ta’ din is-sentenza (ara, b’analoġija, is-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091006">6 ta’ Ottubru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Asturcom Telecomunicaciones</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑40/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:615">EU:C:2009:615</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161221">21 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Gutiérrez Naranjo <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑154/15, C‑307/15 u C‑308/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:980">EU:C:2016:980</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-perijodi fiskali li għadhom ma humiex definittivament magħluqa, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, direttiva ma tistax, minnha stess, toħloq obbligi fil-konfront ta’ individwu u ma tistax għalhekk tiġi invokata bħala tali kontra tiegħu (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160419">19 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>DI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑441/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:278">EU:C:2016:278</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Għaldaqstant, l-awtoritajiet nazzjonali ma jistgħux jinvokaw l-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva 2006/112, kif interpretat fil-punt 32 ta’ din is-sentenza, sabiex jirrifjutaw din l-eżenzjoni għall-GIP ikkostitwit minn kumpanniji ta’ assigurazzjoni u, għaldaqstant, sabiex jirrifjutaw li jeżentaw mill-VAT il-provvista ta’ servizzi magħmula minn dawn il-GIP.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-obbligu, għall-qorti nazzjonali, li tagħmel riferiment għall-kontenut ta’ direttiva meta tinterpreta u tapplika r-regoli rilevanti tad-dritt intern hija limitata mill-prinċipji ġenerali tad-dritt, b’mod partikolari mill-prinċipji ta’ ċertezza legali kif ukoll ta’ nuqqas ta’ retroattività, u hija ma tistax isservi ta’ bażi għal interpretazzjoni <HT TYPE="ITALIC">contra legem</HT> tad-dritt intern (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080415">15 ta’ April 2008</DATE>, <NAME.CASE>Impact</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑268/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:223">EU:C:2008:223</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0100">100</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-interpretazzjoni li l-qorti nazzjonali għandha tagħti lir-regoli rilevanti tad-dritt nazzjonali li jimplementaw l-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva 2006/112 għandha tosserva l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ ċertezza legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ma hemmx lok li tingħata risposta għall-ewwel sat-tielet domanda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta għat-talba għal deċiżjoni preliminari għandha tkun li l-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni tkopri biss l-GIP li l-membri tiegħu jeżerċitaw attività fl-interess pubbliku msemmija fl-Artikolu 132 ta’ din id-direttiva u li, għaldaqstant, is-servizzi mogħtija minn GIP, li l-membri tiegħu jeżerċitaw attività ekonomika fil-qasam tal-assigurazzjoni li ma tikkostitwixxix tali a ttività fl-interess pubbliku, ma jgawdux minn din l-eżenzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat‑<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni tkopri biss il-gruppi indipendenti ta’ persuni li l-membri tagħhom jeżerċitaw attività fl-interess pubbliku msemmija fl-Artikolu 132 ta’ din id-direttiva u li, għaldaqstant, is-servizzi mogħtija minn gruppi indipendenti ta’ persuni, li l-membri tagħhom jeżerċitaw attività ekonomika fil-qasam tal-assigurazzjoni li ma tikkostitwixxix tali attività fl-interess pubbliku, ma jgawdux minn din l-eżenzjoni.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>