Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas li jadotta, fit-terminu preskritt, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/15/KE, tal-11 ta’ Marzu 2002, dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta’ ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq (ĠU L 80, p. 35).

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Peress li ma adottatx, fit-terminu preskritt, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji kollha sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/15/KE, tal-11 ta’ Marzu 2002, dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta’ ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq, ir-Repubblika Portugiża naqset mill-obbligi li hija għandha skond din id-Direttiva.

2) Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata tbati l-ispejjeż.